This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M12111
Prior notification of a concentration (Case M.12111 – YUSEN LOGISTICS / MOVIANTO INTERNATIONAL) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12111 — YUSEN LOGISTICS / MOVIANTO INTERNATIONAL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12111 — YUSEN LOGISTICS / MOVIANTO INTERNATIONAL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/1266
ĠU C, C/2025/6231, 17.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6231/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6231 |
17.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12111 — YUSEN LOGISTICS / MOVIANTO INTERNATIONAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6231)
1.
Fis-7 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Yusen Logistics Europe B.V. (“Yusen Logistics Europe”, in-Netherlands), taħt il-kontroll aħħari ta’ Nippon Yusen Kabushiki Kaisha (“NYK Group”, il-Ġappun), |
|
— |
Movianto International B.V. (“Movianto International”, in-Netherlands), li bħalissa tinsab taħt il-kontroll aħħari ta’ Walden Group International Holding B.V. |
Yusen Logistics Europe se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Movianto International kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
L-attivitajiet ta’ Yusen Logistics Europe jinkludu l-loġistika tat-trasport u tal-kuntratti fiż-ŻEE. Il-Group NYK huwa fornitur tal-loġistika globali li jispeċjalizza, fost affarijiet oħra, fit-trasport marittimu internazzjonali, fil-kruċieri, fit-terminals u f’servizzi oħra relatati mal-bastimenti. |
|
— |
Movianto International u s-sussidjarji tagħha jipprovdu servizzi ta’ loġistika u trasport tul il-katina kollha tal-provvista tal-kura tas-saħħa u tal-farmaċewtika, inkluż it-trasport tal-ewwel mil, il-ħżin, il-ġestjoni tal-inventarju u l-konsenja tal-aħħar mil. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12111 — YUSEN LOGISTICS / MOVIANTO INTERNATIONAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6231/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)