IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2025
COM(2025) 634 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-evalwazzjoni ta' REACT-EU
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025DC0634
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the evaluation of REACT-EU
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-evalwazzjoni ta' REACT-EU
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-evalwazzjoni ta' REACT-EU
COM/2025/634 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2025
COM(2025) 634 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-evalwazzjoni ta' REACT-EU
Werrej
1.Introduzzjoni
2.Kuntest
3.Indirizzar tal-ħtiġijiet relatati mal-kriżijiet
4.Rispons effettiv u rapidu għall-kriżijiet
5.Rispons koordinat għall-kriżijiet
6.Valur miżjud ta’ azzjoni mill-UE
7.Konklużjonijiet
Lista ta’ referenzi
1.Introduzzjoni
L-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU, Recovery Assistance for Cohesion and the Territories of Europe) 1 ġiet introdotta fl-2020 bħala parti mill-inizjattiva Next GenerationEU. Din kienet tirrappreżenta riżorsi addizzjonali għall-Istati Membri u għar-reġjuni u kienet imfassla biex ittaffi l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija, filwaqt li tappoġġa l-objettivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE. Fl-2022, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ REACT-EU ġie estiż biex jappoġġa r-rispons għall-kriżi tar-refuġjati Ukreni, u fl-2023, ġie estiż aktar biex jindirizza l-impatti tal-kriżi tal-enerġija.
REACT-EU ġabet riżorsi addizzjonali ta’ EUR 50,6 biljun u kienet żieda għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 li diġà għaddejjin appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), kif ukoll mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD, Fund for European Aid to the Most Deprived) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI, Youth Employment Initiative). Dan l-approċċ għen biex dawn ir-riżorsi addizzjonali jiġu pprogrammati u implimentati malajr. Dawn setgħu jintużaw sa tmiem l-2023, kif diġà kien il-każ għall-allokazzjonijiet oriġinali. Dan il-finanzjament kien jikkostitwixxi t-tieni l-akbar sehem ta’ Next Generation EU.
Ir-Regolament REACT-EU 2 jirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’evalwazzjoni tal-istrument. Dan ir-rapport jibni fuq studju ta’ appoġġ dwar ir-rispons tal-FEŻR għall-kriżijiet (“studju ta’ appoġġ dwar ir-rispons għall-kriżijiet”) u l-istudju ta’ appoġġ tal-evalwazzjoni ex post tal-FSE. Huwa jippreżenta wkoll is-sejbiet ewlenin minn kampjun ta’ analiżijiet imwettqa mill-Istati Membri bħala parti mill-obbligu tagħhom li jevalwaw l-implimentazzjoni ta’ REACT-EU.
2.Kuntest
Bejn l-2020 u l-2023, l-UE ntlaqtet minn sensiela ta’ kriżijiet bla preċedent. Il-pandemija tal-COVID-19, li bdiet fil-bidu tal-2020, ħolqot xokk f’daqqa u sever għall-ekonomiji, is-soċjetajiet u s-sistemi tal-kura tas-saħħa. Il-kriżi tas-saħħa swiet il-ħajjiet, poġġiet is-sigurtà tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa f’riskju, u sfidat il-kost u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Il-miżuri restrittivi introdotti biex iwaqqfu t-tixrid tal-virus irriżultaw fi kriżi ekonomika, li l-impatt tagħha varja bejn is-setturi u t-territorji, u espona vulnerabbiltajiet bejn ir-reġjuni u l-gruppi soċjali, u rriskja żieda fid-disparitajiet.
L-UE wieġbet għall-kriżi b’sensiela ta’ azzjonijiet koordinati u kollettivi. B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, il-miżuri kienu jinkludu l-koordinazzjoni tas-saħħa, l-akkwist ċentralizzat tal-vaċċini, l-appoġġ finanzjarju għall-iskemi għaż-żamma tal-impjiegi, u dispożizzjonijiet temporanji fiskali u ta’ għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw lill-Istati Membri. B’mod importanti, hija stabbiliet in-NextGenerationEU, l-akbar pakkett ta’ stimolu fiskali introdott mill-UE sal-lum. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) kienet il-pedament ta’ NextGenerationEU, u l-pakkett ipprovda wkoll riżorsi addizzjonali għall-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ REACT-EU.
Konsegwenzi L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 ikkawżat sensiela ta’ kriżijiet ġodda b’konsegwenzi estensivi. Waħda mill-aktar immedjati kienet l-ispostament ta’ parti sinifikanti mill-popolazzjoni tal-Ukrajna lejn l-UE. Sa tmiem l-2023, kważi 6 miljun Ukren spostat kienu ġew irreġistrati madwar l-Ewropa, b’4,2 miljun jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fl-UE 3 . L-invażjoni aggravat ukoll kriżi li kienet teżisti minn qabel tal-enerġija hekk kif l-importazzjonijiet tal-gass naturali mir-Russja twaqqfu. Dan kellu impatt partikolarment negattiv fuq l-UE, li kienet tiddependi ħafna fuq sorsi esterni tal-enerġija. Filwaqt li l-kriżi tal-enerġija nħasset madwar l-Ewropa kollha, l-impatt tagħha varja b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u r-reġjuni. Dawn il-kriżijiet suċċessivi sa ċertu punt ġew mitigati mill-miżuri pprogrammati bħala riżultat ta’ REACT-EU. Dan ir-rapport jivvaluta REACT-EU fir-rigward tal-objettivi inizjali tagħha.
3.Indirizzar tal-ħtiġijiet relatati mal-kriżijiet
Il-pandemija ħolqot ħtieġa konsiderevoli għal investimenti pubbliċi fis-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri u f’diversi setturi ekonomiċi, u poġġiet pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. Il-kriżijiet ħolqu wkoll sfidi ta’ implimentazzjoni għall-awtoritajiet tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, u għall-benefiċjarji. Il-miżuri tas-saħħa pubblika introdotti biex jitrażżan it-tixrid tal-virus għamluha partikolarment diffiċli biex jintlaħqu xi gruppi fil-mira, bħall-gruppi vulnerabbli u l-benefiċjarji f’żoni rurali remoti. Barra minn hekk, is-sospensjoni tax-xogħol fuq il-post wasslet għal dewmien u għall-waqfien temporanju ta’ diversi proġetti infrastrutturali. It-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista u l-għeluq tal-fruntieri kkumplikaw aktar l-inizjattivi transfruntieri. L-ambjent makroekonomiku inċert x’aktarx naqqas ukoll l-entużjażmu għall-involviment fi proġetti aktar fit-tul, inklużi dawk iffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni, u dan kompla ħalla impatt fuq l-isforzi ta’ implimentazzjoni.
Il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni ġie adattat biex jappoġġa lill-Istati Membri fir-rispons għall-kriżijiet, biex jindirizza l-konġestjonijiet u biex itaffi l-pressjoni fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-baġits nazzjonali. REACT-EU pprovdiet riżorsi addizzjonali għall-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, li ssupplimentaw il-programmi 2014-2020 li diġà jinsabu għaddejjin 4 . Dan l-istrument tfassal biex itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija, filwaqt li jappoġġa l-objettivi ta’ tranżizzjoni doppja. Il-finanzjament kien ikkonċentrat, bi tliet pajjiżi (l-Italja, Spanja u Franza) jirċievu kważi żewġ terzi tal-allokazzjonijiet totali.
Illustrazzjoni 1 Loġika ta’ intervent rikostruwita ta’ REACT-EU
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea
Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kkonsulati kienu jħossu li REACT-EU kienet allinjata mal-ħtiġijiet emerġenti tal-pajjiżi u r-reġjuni tagħhom. Il-feedback kien partikolarment pożittiv fir-rigward tar-rilevanza tal-istrument fl-indirizzar tar-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-pandemija. It-twaqqif tat-telf tal-impjiegi kkawżat mit-tnaqqis fid-domanda ekonomika kien kritiku. Il-biċċa l-kbira tal-appoġġ mill-FSE kien immirat lejn l-impriżi u l-impjegati biex jgħinhom iżommu l-impjiegi permezz ta’ arranġamenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. L-appoġġ relatat mas-saħħa kien relattivament ġdid fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni u kien iffinanzjat l-aktar permezz ta’ inizjattivi tal-Istati Membri. Minkejja dan, żewġ terzi tar-rispondenti għal stħarriġ 5 kienu jħossu li REACT-EU kienet allinjata mal-ħtiġijiet relatati mas-saħħa.
4.Rispons effettiv u rapidu għall-kriżijiet
REACT-EU kienet effettiva fl-indirizzar tal-impatti fuq is-saħħa u ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari permezz ta’ investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs, Small and Medium-sized Undertakings) 6 kif ukoll biex il-korpi ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jrawmu l-ħolqien tal-impjiegi u jiżguraw impjiegi ta’ kwalità għolja 7 . L-Istati Membri użaw ir-riżorsi addizzjonali fi kważi nofs il-programmi 8 u ffinanzjaw azzjonijiet essenzjali biex jappoġġaw is-setturi l-aktar fil-bżonn, filwaqt li ppreservaw ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet tal-programm ippjanati oriġinarjament 9 .
Qasam importanti ta’ appoġġ għall-intrapriżi kien jinkludi għotjiet ta’ kapital operatorju għall-SMEs biex isostnu l-operazzjonijiet matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija. Fl-Italja, pereżempju, REACT-EU ipprovdiet appoġġ lil 91 218-il intrapriża b’allokazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun, li ggarantixxa finanzjament globali ta’ aktar minn EUR 12-il biljun għall-intrapriżi. L-appoġġ ipprovda rispons immedjat għall-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-intrapriżi, kif ukoll appoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħhom. Aktar minn 50 % tar-riżorsi ġew allokati lil reġjuni inqas żviluppati. L-impriżi rċevew ukoll appoġġ effettiv biex jipproteġu l-impjiegi f’setturi ewlenin tal-ekonomija. Pereżempju, il-Programm għaż-Żamma tal-Impjiegi tal-Kroazja żamm lil 115 000 impjegat (6 % tal-forza tax-xogħol) b’impjieg 10 . Skemi simili għaż-żamma tal-impjiegi u miżuri oħra tas-suq tax-xogħol kienu jikkostitwixxu aktar minn kwart tal-inizjattiva (ara l-Illustrazzjoni 2 hawn taħt). REACT-EU mhux biss indirizzat il-ħtiġijiet urġenti li rriżultaw mill-kriżi iżda kkatalizzat ukoll investimenti strateġiċi. Xi wħud kienu mmirati lejn sfidi immedjati, bħall-espansjoni tal-kapaċità tal-isptarijiet, filwaqt li oħrajn iffukaw fuq it-tisħiħ tas-sistema tal-kura tas-saħħa fit-tul, inklużi investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u t-tagħmir avvanzat. Fi Franza, pereżempju, REACT-EU ffinanzjat tmien proġetti fl-isptar Besançon b’total ta’ EUR 12-il miljun, filwaqt li ċ-Ċentru tas-Saħħa Universitarju ta’ La Réunion akkwista skaner tat-Tomografija tal-Emissjoni tal-Pożizzjoni (PET, Position Emission Tomography), u kważi rdoppja l-kapaċità dijanjostika tiegħu. It-titjib iffinanzjat mhux biss żied il-kapaċità biex jiġu ġestiti l-impatti immedjati tal-pandemija tal-COVID-19, iżda kien ukoll ta’ benefiċċju fi kriżijiet sussegwenti. Pereżempju, it-tagħmir mixtri matul il-pandemija kien strumentali fir-rispons għall-kriżi tar-refuġjati, kif muri miċ-Ċekja, li akkomodat 300 000 refuġjat mill-Ukrajna, li ħafna minnhom kellhom bżonn kura medika.
Il-Bulgarija – eżempju ta’ appoġġ għall-integrazzjoni fix-xogħol għall-Ukreni spostati
|
Fil-Bulgarija, il-proġett “Solidarjetà” tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Impjiegi kellu l-għan li jintegra aktar minn 9 000 persuna spostata mill-Ukrajna fis-suq tax-xogħol billi joffri appoġġ psikoloġiku, konsulenza dwar il-karriera, u gwida professjonali mfassla apposta. Il-miżuri kienu jinkludu impjiegi sussidjati, supplimenti ta’ integrazzjoni għall-akkomodazzjoni, inċentivi għall-impjegaturi għaż-żamma tal-impjiegi, u appoġġ ta’ mentor bil-għan li jirriżultaw f’4 785 persuna b’impjieg. Il-proġett kien jinvolvi wkoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ġestjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-applikazzjoni. |
Illustrazzjoni 2 Investimenti tematiċi ewlenin ta’ REACT-EU
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea. Nota: xi oqsma ta’ intervent ġew immarkati għal temi multipli.
L-istrument kellu rwol ewlieni fl-appoġġ ta’ inizjattivi ta’ tranżizzjoni doppja billi ffinanzja investimenti fl-effiċjenza enerġetika, id-diġitalizzazzjoni u proġetti sostenibbli oħra 11 . Dan l-appoġġ kien kruċjali biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-objettivi aktar wiesgħa tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-fokus fuq l-irkupru fit-tul u l-iżvilupp reġjonali 12 . Fid-Danimarka, ġie pprovdut finanzjament addizzjonali biex jissaħħu l-miżuri eżistenti tal-programm, b’mod partikolari fit-tranżizzjoni ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari. Peress li l-allokazzjonijiet inizjali għall-perjodu 2014-2020 kienu diġà ġew ikkuntrattati, ir-riżorsi addizzjonali ppermettew aktar investiment. L-Italja ppromwoviet it-tranżizzjoni ekoloġika tat-trasport pubbliku lokali billi xtrat karozzi tal-linja ġodda kompletament elettriċi, pereżempju f’Bologna (EUR 20 miljun) u f’Catania (EUR 8 miljun). F’xi każijiet, il-bidliet saħħew il-fokus fit-tul. L-SMEs appoġġati, minbarra li kienu protetti mill-effetti tal-kriżijiet, raw avvanzi fis-soluzzjonijiet diġitali u fl-iżvilupp tal-infrastruttura, adottaw teknoloġiji ġodda u naqqsu l-kostijiet. Pereżempju, l-intrapriżi fl-industrija tal-ospitalità użaw dawn il-fondi biex jagħmlu rinnovazzjonijiet u biex jintegraw software diġitali avvanzat biex jottimizzaw l-ipproċessar tal-ordnijiet u l-ġestjoni tal-klijenti.
L-Istati Membri użaw ir-riżorsi ta’ REACT-EU b’diversi modi u adattaw ir-rispons tagħhom għall-kriżijiet skont il-ħtiġijiet li kienu qegħdin jevolvu 13 . B’mod importanti, il-flessibbiltà offruta ppermettiet ukoll lill-Istati Membri jallokaw ammonti akbar ta’ riżorsi lit-territorji l-aktar fil-bżonn. Pereżempju, il-finanzjament allokat wassal għal bidliet sinifikanti fid-distribuzzjoni inizjali tar-riżorsi fil-Finlandja, b’fondi diretti lejn in-Nofsinhar u l-Punent tal-Finlandja, li kienu affettwati b’mod aktar sever mill-pandemija. Fl-Italja u fiċ-Ċekja, il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji diretti tal-finanzjament ta’ REACT-EU kienu entitajiet pubbliċi 14 .
Objettiv tematiku ddedikat ippermetta li jiġi ttraċċat il-progress irrappurtat. Hawn taħt qed tiġi ppreżentata għażla ta’ indikaturi. B’mod ġenerali, il-progress ivarja ħafna bejn l-indikaturi u l-Istati Membri.
Illustrazzjoni 3 Progress fuq l-indikaturi ta’ REACT-EU sal-2022 15
|
Indikatur |
Progress sal-2022 |
Progress lejn il-miri (f’%) fuq tmien indikaturi magħżula (FEŻR, 2022) |
|
|
Intrapriżi appoġġati |
|
350 000 |
|
|
Impjiegi miżmuma permezz ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar 16 |
|
900 000 |
|
|
Parteċipanti f’operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-intrapriżi |
|
2 000 000 |
|
|
Persuni vaċċinati |
|
50 000 000 |
|
|
Persuni li bbenefikaw minn servizzi tas-saħħa mtejba |
|
200 000 |
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Minbarra li pprovdiet finanzjament addizzjonali, REACT-EU introduċiet flessibbiltajiet importanti. Dawn kienu jinkludu eliġibbiltà retroattiva, li kienet tkopri n-nefqa mġarrba qabel ma ġew aġġustati l-programmi. L-awtoritajiet tal-programm qiesu li l-għażla ta’ kofinanzjament tal-UE b’rata ta’ 100 % għenet biex jittaffa l-piż fuq il-baġits nazzjonali u ppermettiet li fondi addizzjonali mill-baġit tal-Istat jintużaw għal attivitajiet oħra meħtieġa. Fl-istess ħin, l-għan tal-kofinanzjament huwa li jnissel sens ta’ sjieda fil-livell nazzjonali. Filwaqt li tali riskji ġew mitigati mis-sitwazzjoni ta’ kriżi, dan l-element jista’ jnaqqas il-kontrolli tal-Istati Membri, u b’hekk iżid ir-riskju ta’ nfiq ineffiċjenti, peress li l-proġetti ffinanzjati kompletament mill-UE jinvolvu riskju minimu għall-awtoritajiet nazzjonali 17 . Ġew introdotti wkoll miżuri ta’ prefinanzjament biex jgħinu lil pajjiżi bħall-Polonja u r-Rumanija jlaħħqu mal-kriżi tar-refuġjati, billi jippermettulhom jużaw fondi ta’ REACT-EU biex jipprovdu assistenza immedjata lill-persuni li jaslu mill-Ukrajna.
Filwaqt li l-finanzjament u l-flessibbiltà addizzjonali kienu kruċjali biex jiġi żgurat rispons rapidu, xi reġjuni ffaċċjaw sfidi amministrattivi fil-programmazzjoni mill-ġdid tal-fondi. L-aġġustament tal-prijoritajiet u d-distribuzzjoni tal-fondi addizzjonali kienu jeħtieġu kapaċità amministrattiva sinifikanti, li f’xi każijiet wasslet għal dewmien. Dan il-piż kompla jiġi aggravat mill-ħtieġa ta’ tħejjija wkoll għall-programmi l-ġodda u t-tqassim gradwali tal-operazzjonijiet mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
Barra minn hekk, il-perjodu ta’ implimentazzjoni kien qasir, u dan kien jippreżenta sfida għall-effettività. Il-benefiċjarji tal-proġetti kellhom iħejju u jibnu malajr diversi entitajiet tal-proġetti, jilħqu l-gruppi fil-mira, jintroduċu riċerka u innovazzjoni ġodda jew infrastruttura oħra meħtieġa, u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa 18 . Dan huwa sostnut minn data fil-livell operazzjonali, li tissuġġerixxi li l-proġetti ta’ REACT-EU kellhom it-tendenza li jkunu iqsar meta mqabbla ma’ oħrajn matul il-perjodu 2014-2020. Dan, naturalment, huwa parzjalment marbut ukoll man-natura ta’ ċerti interventi, pereżempju t-tagħmir tal-kura tas-saħħa jew il-kapital operatorju għall-SMEs. Is-sejbiet tal-istħarriġ żvelaw li l-iskadenza qasira għall-implimentazzjoni kkontribwiet għal dewmien f’ħafna proġetti, b’xi wħud finalment jiġu kkanċellati minħabba kriżijiet suċċessivi. Ir-rispondenti semmew ukoll id-diffikultajiet biex jagħżlu malajr proġetti li kienu allinjati mal-kundizzjonijiet u l-kategoriji ta’ investiment meħtieġa skont REACT-EU, u dan żied id-dewmien.
Fil-kuntest ta’ kriżi tas-saħħa li kienet qiegħda tevolvi b’rata mgħaġġla u bidliet fil-politika, ir-rispons rapidu u effettiv għall-pandemija tal-COVID-19 kien kritiku. Minkejja n-natura intrinsikament fit-tul tal-politika ta’ koeżjoni, REACT-EU rnexxielha tuża r-riżorsi malajr. Għalkemm ipprovdiet riżorsi ġodda, it-tul tan-negozjati koleġiżlattivi kien inqas miż-żmien medju għal emendi komparabbli 19 . Saħansitra aktar importanti minn hekk, l-emendi għall-programmi ta’ REACT-EU ġew ipproċessati f’terz taż-żmien meħtieġ għal dan il-għan meta mqabbel ma’ qabel Frar 2020 (jiġifieri qabel il-kriżi). REACT-EU kienet rapida fil-mobilizzazzjoni ta’ fondi sinifikanti biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tal-pandemija 20 .
5.Rispons koordinat għall-kriżijiet
L-introduzzjoni ta’ REACT-EU kienet tifforma parti minn sekwenza ta’ inizjattivi kkoordinati kontra l-kriżijiet. L-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII/CRII+, Coronavirus Response Investment Initiative) intużat fl-istadji bikrija tal-pandemija bħala parti minn riorjentazzjoni tar-riżorsi minn investimenti strutturali fit-tul biex jintlaħqu l-ħtiġijiet urġenti ta’ kriżi 21 . REACT-EU kienet kontinwazzjoni u espansjoni tal-miżuri kontra l-kriżi introdotti mis-CRII u s-CRII+, iżda b’kamp ta’ applikazzjoni u ambizzjoni ferm usa’. Hija pprovdiet finanzjament addizzjonali biex tappoġġa l-isforzi ta’ rkupru aktar fit-tul, inkluż appoġġ għall-SMEs, is-saħħa u l-impjiegi. Xi investimenti strutturali fit-tul ġew posposti minħabba l-pandemija. Madankollu, il-finanzjament addizzjonali minn REACT-EU ippermetta li jittieħdu aktar azzjonijiet mingħajr ma tinbidel il-loġika oriġinali tal-programmi, filwaqt li jsir użu mill-programmi u l-istrutturi fis-seħħ.
REACT-EU aġixxiet ukoll bħala pont bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni u kellha rwol kruċjali fir-rivitalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ investiment, b’mod partikolari billi allinjat mal-objettivi tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika. Pereżempju, fil-Programm Operazzjonali tal-Awstrija dwar l-Investimenti fit-Tkabbir u l-Impjiegi għall-użu tal-fondi tal-FEŻR 2014-2020, REACT-EU serviet bħala mekkaniżmu tranżizzjonali, li ppermetta l-finanzjament ta’ inizjattivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.
Illustrazzjoni 4 Sekwenza tal-miżuri fiskali tal-UE kontra l-kriżijiet
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Il-fondi kkontribwew għaż-żamma tar-rati tal-impjiegi matul il-pandemija, flimkien mal-istrument għal Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency), permezz ta’ miżuri mmirati biex jinżammu l-impjiegi u jiġi appoġġat l-adattament 22 . F’xi pajjiżi, SURE u REACT-EU ġew ikkombinati b’mod effettiv biex jiffinanzjaw l-iskemi għaż-żamma tal-impjiegi. Fi Spanja, pereżempju, EUR 2,7 biljun ta’ riżorsi ta’ REACT-EU kienu diretti għal xogħol b’ħinijiet iqsar 23 .
It-tfassil u l-implimentazzjoni rapidi ta’ REACT-EU ġabu magħhom ukoll sfidi biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ strumenti oħrajn tal-UE. Kemm REACT-EU kif ukoll l-RRF kienu mmirati lejn setturi simili, bħall-ambjent tan-negozju u r-riċerka, u b’hekk inħoloq riskju ta’ duplikazzjoni. Filwaqt li d-distinzjoni bejn iż-żewġ strumenti kienet ġeneralment ċara, dawn mhux dejjem kienu kkoordinati b’mod formali, u dan żied piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-programmi. L-urġenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet affettwat ukoll il-konsistenza interna, peress li l-ħeffa tal-implimentazzjoni xi drabi wasslet għal allinjament ħażin bejn l-objettivi programmati mill-ġdid u l-operazzjonijiet proprji. Pereżempju, xi reġjuni inizjalment allokaw fondi għal proġetti relatati mas-saħħa iżda aktar tard identifikaw ħtiġijiet aktar urġenti f’setturi bħall-edukazzjoni u l-impjiegi, li kienu jirrikjedu aktar programmazzjoni mill-ġdid u kkawżaw dewmien.
L-evalwazzjoni sabet li r-rispons nazzjonali u l-attivitajiet ta’ REACT-EU kienu koerenti, bl-istrument ikollu rwol komplementari importanti. Matul il-pandemija, il-miżuri appoġġati ffukaw fuq l-investiment u l-infrastruttura b’perspettiva aktar fit-tul, filwaqt li f’diversi pajjiżi l-fondi nazzjonali u reġjonali marru għal ħtiġijiet urġenti u inqas kumplessi (eż. il-vaċċini fiċ-Ċekja). Fil-livell reġjonali, l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni kienu kruċjali biex jipprovdu likwidità u flessibbiltà, b’mod partikolari għall-appoġġ lill-SMEs u l-miżuri ta’ emerġenza, u b’hekk saħħew l-isforzi nazzjonali. L-evalwazzjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ spostament ta’ riżorsi nazzjonali jew ta’ finanzjament doppju.
6.Valur miżjud ta’ azzjoni mill-UE
L-evidenza miġbura tissottolinja li l-appoġġ permezz ta’ REACT-EU ikkontribwixxa b’mod effettiv għall-irkupru ta’ wara l-pandemija. Fl-istess ħin, ir-riżorsi mobilizzati għall-miżuri tal-politika ta’ koeżjoni kontra l-kriżijiet, inkluż il-finanzjament ta’ REACT-UE, kienu jikkostitwixxu sehem relattivament żgħir mir-rispons ġenerali għall-kriżijiet stabbilit mill-Istati Membri 24 . Madankollu, il-finanzjament addizzjonali kien kruċjali għal ħafna reġjuni u setturi.
Valur miżjud importanti ta’ REACT-EU kien li hija indirizzat l-appoġġ lir-reġjuni b’riżorsi finanzjarji limitati u fejn ir-riżorsi nazzjonali waħedhom ma setgħux jipprovdu miżuri kontra l-kriżijiet bl-istess ambitu. Billi żammet il-fokus territorjali tal-politika ta’ koeżjoni, REACT-EU tat prijorità lill-appoġġ għar-reġjuni inqas żviluppati. Il-feedback tal-partijiet ikkonċernati u l-evalwazzjonijiet nazzjonali jikkonfermaw li mingħajr il-finanzjament ta’ REACT-UE, l-iskala ġenerali tal-appoġġ, kif ukoll in-nefqa fuq investimenti fit-tul fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kienu jkunu iżgħar 25 . Permezz ta’ REACT-EU, il-programmi kellhom il-possibbiltà li jkomplu jappoġġaw investimenti orjentati lejn il-futur pjuttost milli jikkonċentraw kompletament ir-riżorsi fuq miżuri ta’ emerġenza.
Barra minn hekk, il-fondi ta’ REACT-EU kellhom effetti pożittivi mifruxa fuq id-durabilità tal-proġetti, il-baġits nazzjonali, gruppi fil-mira ġodda (eż. il-persunal tal-kura tas-saħħa), u l-ħeffa tal-implimentazzjoni, speċjalment f’oqsma relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, l-iżvilupp tal-kompetenzi, id-diġitalizzazzjoni, u l-assistenza medika. Barra minn hekk, fi żmien meta l-miżuri kontra l-kriżijiet kienu ċentralizzati ħafna, REACT-EU għenet biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali baqgħu involuti fil-ġestjoni tal-kriżi.
7.Konklużjonijiet
REACT-EU kienet rapida u – meta wieħed iqis id-daqs ġenerali tagħha – effettiva fl-indirizzar tal-impatti fuq is-saħħa u ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll biex tressaq lejn xulxin iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni. Hija ressqet ’il quddiem l-implimentazzjoni tal-qafas li jmiss, b’mod partikolari permezz tal-miżuri ta’ rkupru li poġġew il-pedament għall-programmi 2021-2027 biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Barra minn hekk, REACT-EU għenet biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fir-rispons, filwaqt li ħafna mekkaniżmi oħra ta’ rispons għall-kriżijiet (kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali) kienu aktar ċentralizzati.
Il-bidliet u l-miżuri introdotti mill-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet u REACT-EU kienu rilevanti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-isfidi emerġenti, b’mod partikolari permezz ta’ investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u l-appoġġ għall-SMEs. REACT-EU mmobilizzat EUR 9,6 biljun biex tappoġġa miżuri tas-saħħa, inkluża l-infrastruttura tar-refriġerazzjoni tal-vaċċini li kienet kruċjali għad-distribuzzjoni tal-vaċċini. Barra minn hekk, REACT-EU pprovdiet għotjiet ta’ kapital operatorju lill-SMEs u sussidji tal-pagi lill-impjegati biex tgħinhom jibqgħu fin-negozju u jibqgħu impjegati, rispettivament, matul it-tnaqqis fir-ritmu kkawżat mill-pandemija, u biex tiffaċilita l-irkupru permezz tar-ritorn tad-domanda ekonomika. Bħala parti mill-miżuri ġenerali ta’ rispons għall-kriżijiet, hija kellha rwol importanti biex jittaffa l-impatt ekonomiku negattiv fuq l-SMEs, b’madwar 1,5 % tal-SMEs tal-UE jibbenefikaw direttament mill-appoġġ ta’ REACT-EU. Bħala paragun, hija kienet tikkostitwixxi madwar 2 % tar-rispons fiskali globali għall-pandemija.
Il-kofinanzjament 100 % tal-UE neħħa l-ħtieġa tal-kofinanzjament nazzjonali, li kien partikolarment importanti f’reġjuni b’baġits aktar stretti, u dan ippermettielhom li jiċċaqilqu malajr.
REACT-EU aċċellerat l-implimentazzjoni peress li l-finanzjament addizzjonali żgura li l-Istati Membri setgħu jimmobilizzaw ir-riżorsi malajr mingħajr ma jkollhom għalfejn jiddevjaw il-fondi minn prijoritajiet oħra. Fl-istess ħin, il-perjodu qasir ta’ implimentazzjoni għall-użu tal-finanzjament ippreżenta xi sfidi għall-effettività ta’ REACT-EU. Il-benefiċjarji tal-proġetti kellhom iħejju u jibnu malajr diversi entitajiet tal-proġetti, jilħqu l-gruppi fil-mira u jwettqu riċerka u innovazzjoni ġodda. Filwaqt li l-finanzjament u l-flessibbiltà addizzjonali kienu kruċjali biex jiġi żgurat rispons rapidu, xi reġjuni ffaċċjaw sfidi amministrattivi fil-programmazzjoni tar-riżorsi. L-aġġustament tal-prijoritajiet u d-distribuzzjoni tal-fondi addizzjonali kienu jeħtieġu kapaċità sinifikanti, li f’xi każijiet wasslet għal dewmien. Li jkun hemm objettiv tematiku ddedikat ippermetta li l-infiq u l-prestazzjoni jiġu ttraċċati, u b’hekk żdiedet it-trasparenza minkejja l-kuntest tal-kriżi.
Minkejja li kienet strument ta’ kriżi, REACT-EU baqgħet konsistenti mal-objettivi aktar wiesgħa tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-fokus fuq l-irkupru fit-tul u l-iżvilupp reġjonali. Hija offriet opportunità biex jiġu appoġġati l-infrastruttura tas-saħħa, is-servizzi soċjali u l-intraprenditorija, u żgurat li r-reġjuni jkunu ppreparati aħjar għall-isfidi futuri. Il-miżuri ta’ REACT-EU kellhom ukoll rwol fl-appoġġ ta’ inizjattivi ta’ tranżizzjoni doppja billi ffinanzjaw investimenti fl-effiċjenza enerġetika, id-diġitalizzazzjoni u proġetti sostenibbli oħrajn.
REACT-EU nstabet li kienet fil-biċċa l-kbira koerenti mal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, b’allinjament ċar tal-għanijiet, speċjalment fir-rigward tal-kura tas-saħħa u l-appoġġ għall-SMEs fil-fażijiet inizjali. Madankollu, kien hemm każijiet ta’ duplikazzjoni u kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni fit-tħejjija tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Kemm l-evalwazzjonijiet ex post tal-perjodu 2014-2020 kif ukoll l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-perjodu 2021-2027 jikkonkludu li l-politika ta’ koeżjoni għad trid tindirizza xi kwistjonijiet ta’ kapaċità amministrattiva u proċeduri kumplessi. Madankollu, l-eżempju ta’ REACT-EU juri li anke fi żminijiet ta’ kriżi, is-sistema ta’ konsenja tista’ tkun mezz effettiv għall-iżborż tal-fondi u għall-ġestjoni tal-proġetti.
Lista ta’ referenzi
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2025), Rapport Speċjali 05/2025: Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa – Flessibbiltà akbar, iżda data insuffiċjenti tfixkel il-valutazzjoni futura tal-effettività
Spatial Foresight, ÖIR, t33 u wiiw (2025 - dalwaqt) WP12: Crisis response - Ex post evaluation of the 2014-2020 programming period – referenza għalih bħala l-istudju ta’ appoġġ għar-rispons għall-kriżijiet
Ir-Rapport Speċjali 05/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa
Ir-Rapport Speċjali 02/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-adattament tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19
Ecorys, Ismeri Europa, u 3s (2025 - dalwaqt): Study supporting the ex-post evaluation of the 2014-2020 European Social Fund and Youth Employment Initiative. – referenza għalih bħala L-istudju ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni ex post tal-FSE.
Kiss-Gálfalvi, T., Alcidi, C., Ounnas, A., Rubio, E., Crichton-Miller, H., Gojsic, D. (2024) Lessons learned from the implementation of crisis response tools at EU level. Part 1: Assessing implementation and implications
Dozhdeva, V u Jabri, E. (2023) ‘Reconciling crisis response and long-term objectives: Dealing with multiple pressures in Cohesion Policy programmes’, Report to the 53rd IQ-Net Conference.
Dozhdeva, V., & Fonseca, L. (2021) ‘Chain REACTion: Shifting Cohesion Policy Priorities in a New Reality.’
Böhme, K., Mäder Furtado, M., Toptsidou, M., Zillmer, S., Hans, S., Hrelja, D., Valenza, A., Mori, A., (2022a) The impact of the COVID-19 pandemic and the war in Ukraine on EU cohesion. Part II: Overview and outlook, Riċerka għall-Kumitat REGI. Il-Parlament Ewropew, id-Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, Brussell.
Böhme, K., Zillmer, S., Hans, S., Hrelja, D., Valenza, A., Mori, A., (2022b) The impacts of the COVID-19 pandemic on EU cohesion and EU cohesion policy. Part I: Overview and first analysis. Id-Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, Brussell.
Nyman, J., Heikkinen, B., Pitkänen, S., Ranta, T., (2024) REACT-EU-LISÄRAHOITUKSEN ARVIOINTI. MDI, Helsinki.
Spule, S., Toptsidou, M., 2024. Évaluation des projets REACT-EU au Luxembourg. Spatial Foresight, Heisdorf.
ICF (2024) Evaluation of the European instrument for temporary Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency.
EY (2023) Vyhodnocení využití dodatecné alokace REACT-EU
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2025
COM(2025) 634 final
ANNESSI
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-evalwazzjoni ta' REACT-EU
Anness I: Sejbiet tal-evalwazzjoni nazzjonali ta’ REACT-EU fil-kampjun
Sommarju tal-evalwazzjonijiet nazzjonali ta’ REACT-EU (jew ta’ kriżi)
|
Pajjiż / evalwazzjoni |
Effettività |
Effiċjenza |
Rilevanza |
Koerenza |
Valur miżjud tal-UE / Oħrajn |
|
Il-Belġju (Wallonia) Evalwazzjoni tal-kontribut tal-assi prijoritarju 8 ta’ REACT-EU tal-programm operazzjonali tal-FEŻR 2014-2020 “Wallonia-2020.EU” (CCI 2014BE16RFOP003) |
L-adattament tal-infrastruttura tal-isptarijiet u l-investiment f’tagħmir u materjal mediku ffinanzjat permezz ta’ REACT-EU tejbu r-rispons tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għall-ħtiġijiet u żiedu r-reżiljenza tagħhom. L-akkwist ta’ tagħmir mill-aktar avvanzat u l-finanzjament tar-riċerkaturi tas-saħħa kienu l-istrumenti t-tajba biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet. Il-ġestjoni ċentralizzata tal-miżuri relatati mas-saħħa ppermettiet immappjar komprensiv tar-riżorsi disponibbli, li jipprovdi ħarsa panoramika għall-ġestjoni ta’ kriżijiet futuri. Il-maturità diġitali tal-SMEs żdiedet, speċjalment għall-mikrointrapriżi, biex b’hekk iffaċilitat l-adozzjoni tagħhom ta’ soluzzjonijiet diġitali avvanzati u għaldaqstant saħħet il-kompetittività u r-reżiljenza tagħhom. L-appoġġ għall-SMEs waqt it-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija kkontribwixxa għal tnaqqis stmat fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet tas-CO2 u għal żieda stmata fil-produzzjoni tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli. |
Il-ġestjoni ċentralizzata tal-miżuri relatati mas-saħħa għamlitha possibbli li jiġu antiċipati aħjar il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u li tiġi ottimizzata d-distribuzzjoni tat-tagħmir. Bl-istess mod, il-miżura mmirata għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika ġiet implimentata permezz ta’ entità ġuridika li tiffunzjona bħala benefiċjarju dirett uniku, li għamlet l-appoġġ finanzjarju disponibbli għall-SMEs, jiġifieri aktar minn 500 selfa għall-implimentazzjoni ta’ miżuri effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-iskadenzi relattivament qosra għall-implimentazzjoni wasslu għal sfidi, bħal dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti (f’xi każijiet dan wassal ukoll għal użu anqas tal-baġit disponibbli), kwistjonijiet ta’ akkwist pubbliku u piż amministrattiv. Instabet asimetrija bejn il-miżuri fil-punt sa fejn ir-riżultati ġġenerati kienu proporzjonati għall-baġit u għall-mezzi ta’ investiment. |
Il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji involuti fl-istħarriġ ta’ evalwazzjoni kkonfermaw li l-appoġġ ta’ REACT-EU indirizza bis-sħiħ (49 %) jew b’mod suffiċjenti (37 %) il-ħtiġijiet tagħhom. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura tas-saħħa ġew issodisfati, xi wħud ġew issodisfati sa grad anqas minħabba l-inkapaċità li jitlesta xi titjib fl-infrastruttura. REACT-EU kellha rwol fit-tranżizzjoni tal-enerġija billi kkatalizzat skoperti fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi, u billi ħeġġet lill-kumpaniji u lill-istituzzjonijiet jadottaw prattiki sostenibbli u jintegraw soluzzjonijiet tal-enerġija aktar ekoloġiċi. |
REACT-EU kkomplementat u allinjat mal-assi prijoritarji l-oħrajn tal-programm billi pprovdiet riżorsi addizzjonali biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet eżistenti filwaqt li introduċiet miżuri ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi urġenti maħluqa mill-kriżi tas-saħħa. Orizzontalment, REACT-EU kellha l-għan li tikkontribwixxi għal prijoritajiet ewlenin tal-UE, inkluża t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u lejn l-iżvilupp sostenibbli. |
REACT-EU kellha rwol kruċjali fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-programmi ta’ koeżjoni tal-Istati Membri. Dan l-assi prijoritarju kellu l-għan li jipprovdi appoġġ addizzjonali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomiji reġjonali u biex jgħinhom jirkupraw mill-kriżi. |
|
Iċ-Ċekja Evalwazzjoni tematika riżultanti tal-Ftehim ta’ Sħubija 2014-2020 - EO 6: Evalwazzjoni tal-użu ta’ allokazzjoni addizzjonali ta’ REACT-EU (CCI 2014CZ16RFOP002) |
REACT-EU kkontribwiet għat-titjib tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-materjal u t-tagħmir fl-isptarijiet u l-faċilitajiet/laboratorji tas-saħħa kif ukoll għall-immodernizzar tas-sistema integrata ta’ salvataġġ, li wassal għal kwalità mtejba tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. L-appoġġ ta’ REACT-EU intuża biex jitnaqqsu l-kostijiet operatorji tas-servizzi soċjali permezz ta’ investiment fl-iffrankar tal-enerġija fil-bini u żieda fl-użu tal-vetturi elettriċi, li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ambjentali tas-servizzi. Dan l-appoġġ ikkontribwixxa parzjalment għal xi wħud mill-investimenti fit-tul ippjanati. |
Fiż-żmien tal-evalwazzjoni, il-bidliet fl-attivitajiet kienu jikkonċernaw l-aktar l-investimenti relatati mas-saħħa minħabba l-implimentazzjoni li kienet għaddejja (eż. it-tnaqqis tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni favur ix-xiri ta’ tagħmir). Għall-proġetti li ma tlestewx jew li ma għaddewx minn proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, kien hemm riskju ta’ żieda sinifikanti fil-baġit meta mqabbel mal-applikazzjoni inizjali. Dan kien dovut għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet u fir-rati tal-imgħax bejn l-applikazzjoni għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet. |
Is-sejħiet ta’ REACT-EU kellhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza taċ-Ċekja u tar-reġjuni tagħha għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Barra minn hekk, il-proġetti appoġġaw is-sostenibbiltà ambjentali tas-servizzi pprovduti u r-reżiljenza għar-riskji fiżiċi u diġitali. |
L-appoġġ ta’ REACT-EU sar disponibbli għal benefiċjarji minn 223 muniċipalità fir-reġjuni Ċeki kollha, u b’hekk ġiet żgurata trasformazzjoni territorjali aktar ġusta. |
L-appoġġ ta’ REACT-EU ippermetta lill-benefiċjarji jiżviluppaw u jżommu servizzi ta’ kwalità, li ma setgħux jiġu implimentati bis-sħiħ mingħajr l-appoġġ ta’ REACT-EU minħabba nuqqas ta’ finanzjament. Aktar minn nofs il-benefiċjarji sostnew li żgur ma kinux iwettqu l-investimenti fl-infrastruttura soċjali mingħajr l-għajnuna. |
|
Id-Danimarka L-evalwazzjoni tkopri l-programm tan-Negozju ffinanzjat mill-inizjattiva Daniża ta’ REACT-EU. Il-programm tan-negozju ta’ REACT-EU jinkludi erba’ inizjattivi (linji) indipendenti. (2014DK16RFOP001; 2014DK05SFOP001) |
Il-kumpaniji appoġġati saru aktar robusti u adattabbli u saħħew il-kapaċità tagħhom li jilqgħu għall-isfidi futuri, hekk kif saru ppreparati aħjar għat-talbiet futuri – f’termini tal-klijenti, il-kompetizzjoni, is-soċjetà u l-ktajjen tal-valur tagħhom. Il-programm ippermettielhom li jiżviluppaw aktar u aktar malajr milli kieku kienu jagħmlu. Dan kien partikolarment minnu fil-perjodu ta’ wara l-COVID-19, meta diversi inizjattivi ta’ żvilupp waqfu fil-kumpaniji u l-aptit tagħhom għar-riskju kien baxx. Madankollu, f’xi linji tal-programmi appoġġati, diversi parteċipanti fittxew għotjiet li kienu kbar wisq jew fittxew wisq għotjiet u ma setgħux jimplimentaw il-proġetti jew jużaw il-fondi, li rriżulta f’backlogs sinifikanti. Il-konsulenti kienu effettivi fir-reklutaġġ ta’ kumpaniji, iżda inqas biex jiggwidawhom, u l-linji gwida mhux dejjem kienu ċari biżżejjed. |
REACT-EU kienet faċli biex tiġi implimentata, b’domanda qawwija għall-fondi tagħha matul il-perjodu tal-programm. Il-programm tan-negozju rnexxielu joħloq punt ta’ dħul uniku għal ħafna servizzi. Madankollu, kien hemm potenzjal li tinħoloq koerenza akbar bejn il-fergħat tal-programm tan-negozju, speċjalment f’termini tal-proċess ta’ applikazzjoni, ir-rekwiżiti u l-kriterji biex jiġi ffaċilitat l-użu. Diversi kumpaniji sabu li d-dokumentazzjoni tieħu ħafna ħin u hija kumplessa, u dan jifforma ostaklu għall-implimentazzjoni tal-proġett. |
Il-linja “Diġitali” tal-SMEs kienet rilevanti għall-kumpaniji biex jibdew jew biex jikkomplementaw wieħed mill-perkorsi l-oħrajn. L-attività tal-fieri kummerċjali appoġġata mill-miżura tal-“Esportazzjoni” tal-SMEs kienet partikolarment rilevanti għal diversi kumpaniji żgħar. Il-miżura “Ekoloġika” tal-SMEs tidher li kienet kontribuzzjoni finanzjarja sinifikanti għall-kumpaniji, filwaqt li l-iskema “Proġett Pilota tat-Tkabbir” tal-SMEs ipprovdiet lill-kumpaniji b’finanzjament rilevanti hekk kif inqalgħet il-ħtieġa. |
L-interazzjoni bejn il-miżuri tal-FEŻR u tal-FSE setgħet ġiet sfruttata aħjar, minkejja l-komplementarjetà tagħhom għan-negozji. |
- |
|
Il-Finlandja Evalwazzjoni tal-miżuri ta’ REACT-UE ffinanzjati taħt il-programm operazzjonali “Tkabbir sostenibbli u impjiegi 2014-2020” (CCI 2014FI16M2OP001) |
Il-finanzjament ta’ REACT-EU ntuża biex jgħin fit-tiswija tad-dannu kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Dan appoġġa lill-imprendituri u lill-kumpaniji, filwaqt li saħħaħ il-kompetenza tal-kumpaniji, evita l-qgħad u tejjeb il-pożizzjoni tal-impjegati fis-suq tax-xogħol. Il-proġetti għenu wkoll biex itejbu l-ħiliet diġitali tal-parteċipanti u l-prospetti ta’ impjieg tagħhom. Barra minn hekk, huma rnexxielhom ukoll isaħħu l-kapaċità tal-kumpaniji li jbiddlu u jaġġustaw b’mod flessibbli b’mod proattiv. It-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġiet promossa permezz ta’ proġetti li jirriformaw it-teknoloġija u l-proċessi ta’ produzzjoni tal-kumpaniji, jiżviluppaw il-kompetenza u l-kapaċitajiet, jimplimentaw investimenti, jipproduċu informazzjoni ġdida dwar is-suq u jiżviluppaw prodotti u servizzi ġodda. |
Il-mekkaniżmu eżekuttiv għall-finanzjament ta’ REACT-EU kien effiċjenti minħabba l-mudell ta’ ġestjoni eżistenti u l-istrutturi tal-programm. Il-finanzjament addizzjonali ġie integrat b’suċċess fil-programm eżistenti tal-FEŻR, għalkemm l-istrutturi riġidi tal-programm kultant kienu ta’ tfixkil. Il-perjodu qasir ta’ implimentazzjoni bla dubju ppreżenta sfida għall-effettività. Madankollu, l-użu ta’ sistemi stabbiliti u approċċ flessibbli ppermettew li tittieħed azzjoni malajr. Partikolarment utli kien l-użu tas-sistemi tal-IT eżistenti u l-metodi operattivi tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-amministrazzjoni tal-finanzjament. |
Ir-riżultati miksuba permezz tal-finanzjament ta’ REACT-EU kienu rilevanti u f’waqthom, u indirizzaw il-ħtiġijiet ġodda maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, l-użu fuq skala kbira tal-politika ta’ koeżjoni għal kriżijiet f’daqqa enfasizza l-ħtieġa għal flessibbiltà interna akbar. Il-finanzjament addizzjonali kien kruċjali għar-reġjuni u l-industriji fin-Nofsinhar u fil-Punent tal-Finlandja, li kienu l-aktar affettwati mill-pandemija. |
Il-finanzjament ta’ REACT-EU baqa’ allinjat mal-għanijiet u l-loġika operazzjonali oriġinali tal-programm. REACT-EU għenet biex jitnaqqas id-distakk bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni l-qodma u l-ġodda f’termini ta’ finanzjament u t-tnedija ta’ attivitajiet ta’ proġetti ġodda. |
L-istrument ipprovda valur miżjud sostanzjali li ma setax jinkiseb permezz ta’ strumenti nazzjonali biss. Il-perspettiva taż-żmien kienet kruċjali, bil-finanzjament ta’ REACT-EU immirat lejn l-iżvilupp fit-tul filwaqt li s-sussidji nazzjonali indirizzaw kriżijiet immedjati tal-fluss tal-flus. Mingħajr il-finanzjament ta’ REACT-UE, l-iskala tal-appoġġ għan-Nofsinhar u għall-Punent tal-Finlandja kienet tkun ferm iżgħar. |
|
Il-Ġermanja Evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn REACT-EU taħt il-programm operazzjonali “Rheinland-Pfalz FEŻR 2014-2020” (CCI 2014DE16RFOP010) |
Riċerka, żvilupp u innovazzjoni: Intlaħqu objettivi ewlenin bħall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u t-trawwim tal-kapaċità ta’ innovazzjoni. REACT-EU kkontribwiet għall-appoġġ għall-impjiegi, għat-trasformazzjoni diġitali, u għall-istabbiltà tal-ekonomija. Ħiliet orjentati lejn it-teknoloġija: Il-proġetti ta’ riċerka ffukaw fuq is-saħħa, il-bijoteknoloġija u t-trasformazzjoni ekoloġika. Dawn l-investimenti taħt REACT-EU kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-proġetti kollha appoġġati taħt l-assi prijoritarju 1 u kkontribwew għat-tnaqqis tad-distakk fil-prestazzjoni tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) bejn ir-Rheinland-Pfalz u l-medja federali. It-turiżmu: L-investimenti ta’ REACT-UE tejbu l-kompetittività tal-SMEs tat-turiżmu u stabbilizzaw il-prestazzjoni ekonomika tas-settur turistiku. Objettivi klimatiċi: REACT-EU pprovdiet appoġġ għal proġetti ta’ dimostrazzjoni għall-iffrankar tas-CO2 u tar-riżorsi fil-kumpaniji u fil-muniċipalitajiet. |
L-għadd ta’ operazzjonijiet approvati għal kważi l-miżuri kollha jista’ jiġi vvalutat bħala adegwat. Il-perjodu qasir ta’ żmien għall-implimentazzjoni kien sfida u xi proġetti ma setgħux jiġu implimentati fil-perjodu ta’ żmien preskritt. Il-partijiet ikkonċernati qiesu li l-użu tal-istrateġiji eżistenti, l-applikazzjonijiet għall-proġetti u l-programmi ta’ finanzjament kienu jippromwovu l-effiċjenza. Il-partijiet ikkonċernati kollha kkooperaw tajjeb u wrew reattività rapida. Fl-istess ħin, ġie identifikat titjib potenzjali f’termini ta’ komunikazzjoni aktar ċara u ppjanar aħjar tal-baġit. Is-sitwazzjoni mhux ċara tal-iżborż tal-finanzjament ta’ REACT-EU, b’mod partikolari l-iżborż f’żewġ segmenti, ġiet irrapportata li kienet ta’ sfida. Fil-qasam tar-RŻI, kien hemm ferm aktar applikazzjonijiet taħt REACT-EU meta mqabbel mal-programm regolari tal-FEŻR (probabbilment minħabba rati ogħla ta’ kofinanzjament). Madankollu, madwar nofs l-applikazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda peress li, realistikament, ma kienx probabbli li jkunu fattibbli. |
REACT-EU kkontribwiet għar-rispons għall-kriżi u għall-irkupru tal-ekonomija u ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn tas-soċjetà. |
Il-proġetti integraw sew fl-objettivi strateġiċi reġjonali u b’riżultat ta’ dan ikkontribwew għall-objettivi strateġiċi nazzjonali. Fir-rigward tal-objettivi trażversali, l-innovazzjonijiet teknoloġiċi spiss jitqiesu li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà, filwaqt li l-proġetti relatati mas-settur tat-turiżmu jikkontribwixxu bil-kbir għall-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużività. L-evalwazzjoni assumiet ukoll kontribut għoli ħafna għall-iżvilupp sostenibbli f’termini ta’ protezzjoni tal-klima u tal-ambjent. |
- |
|
L-Ungerija Evalwazzjoni tal-miżuri ta’ REACT-EU taħt il-programmi operazzjonali “Żvilupp tar-Riżorsi Umani”, “Żvilupp Ekonomiku u Innovazzjoni” u “Effiċjenza Ambjentali u Enerġetika” (EFOP, GINOP, KEHOP), 2014-2020 (CCI 2014HU05M2OP001; CCI 2014HU16M0OP001; CCI 2014HU16M1OP001) |
L-effettività tal-iskemi biex jgħinu fil-ġestjoni tar-riżultati tas-saħħa matul il-pandemija tal-COVID-19 setgħet tiġi vvalutata biss parzjalment, peress li l-biċċa l-kbira tal-proġetti ffukaw fuq ir-rimborż ex post tan-nefqa li qabel kienet iffinanzjata mill-baġit nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, l-impatt tagħhom kien diffiċli biex jiġi kkwantifikat, għalkemm il-kostijiet sussegwentement imposti fuq il-fondi tal-UE kienu ta’ benefiċċju kbir għall-finanzi pubbliċi. Il-proġetti kellhom l-għan li jimmitigaw l-effetti negattivi tal-pandemija fuq l-ekonomija u s-suq tax-xogħol. L-intrapriżi rċevew appoġġ biex jiżviluppaw u jżommu l-impjegati tagħhom. Fil-każ tas-sussidji tal-pagi għaż-żamma tal-impjiegi, inżammu total ta’ 361 051 impjieg taħt proġetti ffinanzjati permezz ta’ REACT-EU. L-akbar effett pożittiv kien il-progress u l-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni. |
Minkejja l-introduzzjoni ta’ xi proċeduri rapidi, id-diġitalizzazzjoni mhux kompluta tal-amministrazzjoni pubblika u l-interkonnessjoni ta’ sistemi tal-IT differenti kienu jikkostitwixxu ostaklu għall-effiċjenza. |
Il-miżuri tal-pandemija ffinanzjati permezz ta’ REACT-EU kellhom fokus settorjali qawwi u mhux neċessarjament kienu mmirati lejn jew indirizzaw id-differenzi territorjali. L-opportunitajiet għall-aċċess għal soluzzjonijiet diġitali u għat-telexogħol ma kinux ugwali fil-gruppi soċjali kollha, u dan seta’ jamplifika d-disparitajiet soċjali, reġjonali u istituzzjonali eżistenti, kif ukoll ir-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola. |
8 % tan-negozji li rċevew appoġġ u li ġew inklużi fl-istħarriġ ta’ evalwazzjoni sostnew li mingħajr l-appoġġ ta’ REACT-EU kienu jfallu wara l-pandemija u li l-appoġġ ipprovdut “salvahom”. |
|
|
L-Irlanda Evalwazzjoni ta’ REACT-EU (CCI 2014IE16RFOP001; CCI 2014IE16RFOP002) |
Fl-Irlanda, l-inizjattiva REACT-EU kellha rwol kritiku fis-settur tal-edukazzjoni, u ppermettiet il-ftuħ mill-ġdid sikur tal-iskejjel, matul is-sena akkademika 2021/2022. Dan l-appoġġ finanzjarju kellu rwol fl-għajnuna lill-iskejjel biex jindirizzaw l-isfidi soċjali u emozzjonali tal-għeluq, bħar-riintegrazzjoni soċjali, l-isfidi psikoloġiċi u l-ħtiġijiet speċjali addizzjonali tal-istudenti. Il-fond tejjeb b’mod sinifikanti r-reżiljenza tas-sistema edukattiva tal-Irlanda: ·Titjib fl-infrastruttura / miżuri ta’ saħħa u sikurezza ·Tħejjija proċedurali u tal-persunal / irkupru soċjali ·Ekwità fir-reżiljenza / appoġġ għal gruppi vulnerabbli. L-appoġġ ipprovdut kien meqjus b’mod wiesa’ bħala kosteffettiv: 73 % tar-rispondenti li jaqblu bejn it-tipi kollha ta’ skejjel u 77 % tal-iskejjel speċjali jindikaw li l-ftuħ mill-ġdid ma kienx ikun possibbli mingħajr il-finanzjament. |
L-allokazzjonijiet tal-finanzjament varjaw bejn is-snin akkademiċi u t-tipi ta’ skejjel, bl-iskejjel primarji jirċievu l-akbar sehem tal-finanzjament, filwaqt li l-infiq għal kull student kien ogħla għall-iskejjel postprimarji, li jirrifletti l-ħtiġijiet operazzjonali. L-isfidi kienu jinkludu ineffiċjenzi fl-akkwist, b’rapporti ta’ prezzijiet eċċessivi u proċessi ta’ piż. L-iskejjel issuġġerew li l-akkwist ċentralizzat seta’ tejjeb l-effiċjenza u naqqas l-istress fuq l-amministraturi tal-iskejjel. Id-data tal-istħarriġ indikat sodisfazzjon ta’ 81 % bil-puntwalità tal-finanzjament. Xi rispondenti nnotaw dewmien fl-implimentazzjoni inizjali, li żied mal-istress li ffaċċjaw il-mexxejja tal-iskejjel matul il-proċess ta’ ftuħ mill-ġdid. |
Id-data tal-istħarriġ ta’ evalwazzjoni indikat li l-biċċa l-kbira tal-iskejjel qiesu l-finanzjament bħala kritiku, u qablu li r-riżorsi ssodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Id-data tal-istħarriġ indikat ukoll perċezzjoni pożittiva tal-allokazzjoni tar-riżorsi f’tipi differenti ta’ skejjel. Ir-rispondenti enfasizzaw l-importanza ta’ appoġġ sostnut biex jiġu mitigati l-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija għall-iskejjel żvantaġġati. |
Filwaqt li ma kienx il-fokus primarju, il-fond appoġġa aspetti tal-għan ekoloġiku u diġitali tal-UE. Għalkemm it-titjib fil-ventilazzjoni li jinkorpora teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija kien allinjat mal-għanijiet ta’ sostenibbiltà, dawn l-isforzi ma kinux parti minn strateġija komprensiva. L-analiżi tal-evalwazzjoni enfasizzat l-impatt tal-fond fuq it-trawwim tal-ekwità u l-aċċess fl-edukazzjoni. Il-programm Delivering Equality of Opportunity in Schools (DEIS) kellu rwol kruċjali fl-indirizzar tal-inugwaljanzi edukattivi matul il-pandemija. |
- |
|
L-Italja Evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn REACT-EU taħt l-assi prijoritarju 6 tal-programm operazzjonali 2014-2020 “Intrapriżi u Kompetittività” (CCI 2014IT16RFOP003) |
Fir-rigward tal-istat tal-progress tal-investimenti individwali, ġew identifikati l-isfidi li ġejjin: ·rata sinifikanti ta’ rtirar u rinunzji ta’ proposti ta’ proġetti taħt is-sejħa “Makkinarju Innovattiv”, ·għadd kbir ta’ proġetti taħt is-sejħa “Investiment Sostenibbli 4.0” bi ftit progress fiżiku u finanzjarju. L-analiżi taż-żewġ sejħiet għall-proposti wriet li l-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji kienu żgħar, attivi fl-industriji tal-ikel u tal-produzzjoni u kkonċentrati ġeografikament fil-Campania u fil-Lombardia. Fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika, sa ċertu punt limitat, l-investimenti kellhom l-objettiv li jittrasformaw il-proċessi fi proċess ċirkolari. Għalkemm il-proġetti ħafna drabi ġabu benefiċċji f’termini ta’ effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tnaqqis fl-iskart, anqas minn nofs il-benefiċjarji taħt is-sejħa “Investiment Sostenibbli 4.0” ipprevedew tali investimenti, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu jkopru installazzjonijiet fotovoltajċi. |
Il-ħtiġijiet identifikati fil-fażi ta’ wara l-pandemija ntlaħqu b’mod effettiv ħafna u fil-pront. Dan kien rifless fil-livell għoli ta’ parteċipazzjoni tal-kumpaniji fiż-żewġ sejħiet għall-proposti. Sa Ottubru 2023, kienu saru pagamenti li jammontaw għal madwar EUR 1,7 biljun, li jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-pakkett baġitarju allokat. L-użu tal-kanali ta’ appoġġ eżistenti, ibbażat fuq il-livell ta’ għarfien tal-benefiċjarji dwar il-proċeduri eżistenti, iffaċilita l-użu rapidu tar-riżorsi. |
L-interventi ffinanzjati kienu mfassla b’mod espliċitu biex jgħinu lill-kumpaniji jegħlbu l-impatti negattivi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovu rkupru sostenibbli mil-lat ambjentali u diġitali. L-evalwazzjoni sejħet għal immirar aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpaniji u għall-adattament tas-sejħiet futuri għall-proposti. L-għażliet magħmula mill-amministrazzjoni f’termini ta’ allokazzjoni tar-riżorsi kienu jirriflettu wkoll l-objettiv li jiġi żgurat ir-riekwilibriju territorjali u soċjoekonomiku. Dan huwa rifless fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi għall-interventi fir-reġjuni tan-Nofsinhar, kif ukoll fil-mekkaniżmi ta’ premju, fil-forma ta’ intensitajiet ogħla ta’ għajnuna fuq bażi territorjali. |
It-tfassil ġenerali wera livell għoli ta’ koerenza mal-objettivi ta’ politika tal-inizjattiva REACT-EU, filwaqt li pprova jibbilanċja t-tliet objettivi ewlenin b’mod ġust. Il-ħtieġa li l-miżuri ta’ emerġenza jiġu kkombinati ma’ objettivi aktar strutturali, u skadenzi stretti għall-implimentazzjoni, żvelat xi kontradizzjonijiet fl-arranġamenti ta’ implimentazzjoni. It-taħlita ta’ miżuri kienet ġeneralment konsistenti ma’ inizjattivi oħrajn iffinanzjati mir-reġjun, għalkemm kien hemm xi aspetti li jikkoinċidu, speċjalment ma’ xi inizjattivi ffinanzjati minn programmi reġjonali jew ma’ riżorsi nazzjonali oħrajn u, f’xi oqsma, mal-Pjan nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Meta mqabbla ma’ inizjattivi oħrajn ffinanzjati fil-livell nazzjonali, ġeneralment ma kien hemm l-ebda duplikazzjoni. |
Il-fehmiet miġbura permezz ta’ intervisti u stħarriġ dirett urew li l-appoġġ tal-UE bla dubju aċċellera l-implimentazzjoni ta’ investimenti li l-kumpaniji kienu diġà identifikaw bħala strateġiċi u neċessarji, u ħafna drabi ppermetta l-finanzjament ta’ proġetti aktar ambizzjużi milli probabbilment kien ikun possibbli fin-nuqqas ta’ appoġġ. |
|
Il-Latvja Evalwazzjoni tal-finanzjament ta’ REACT-EU taħt il-programm operazzjonali 2014-2020 “Tkabbir u Impjiegi” fil-Latvja (2014LV16MAOP001) |
REACT-EU appoġġat: Is-saħħa: Infrastruttura mtejba tal-istituzzjonijiet mediċi u proġetti ta’ riċerka li pprovdew soluzzjonijiet kontra l-COVID-19. L-edukazzjoni: Id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi edukattivi, li kopriet 40 % tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Latvjani. L-impjiegi: Programmi ta’ taħriġ immirati li appoġġaw 26 235 persuna. Proġetti kulturali: Appoġġ għall-kostijiet regolari tal-manutenzjoni tal-organizzazzjonijiet kulturali, kif ukoll għal proġetti ġodda. L-intraprenditorija: Self, għotjiet u appoġġ mhux finanzjarju għall-iżvilupp tan-negozju kif ukoll taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-impjegati u attivitajiet għall-promozzjoni tal-esportazzjoni. Objettivi ekoloġiċi: L-effiċjenza enerġetika għall-infrastruttura muniċipali u għar-rikostruzzjoni ta’ bini b’ħafna appartamenti biex jinħoloq ambjent aħjar għall-għajxien. Ħafna mill-proġetti implimentati huma mistennija li jkollhom impatt fit-tul. |
L-implimentaturi tal-proġetti kienu jixtiequ li r-regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri jiġu approvati aktar malajr kif ukoll li jkollhom aktar żmien għall-implimentazzjoni. Ħafna mill-proġetti implimentati kienu jinvolvu attivitajiet ta’ kostruzzjoni. Il-COVID-19, il-penali, l-inflazzjoni u t-tfixkil fil-katina tal-provvista wasslu għal żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni, li kien ifisser li l-implimentaturi tal-proġetti kellhom jirrevedu l-proġetti, inklużi l-kostijiet u l-iskadenzi tagħhom. Għal dawk li implimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE għall-ewwel darba, bħar-rappreżentanti tas-settur kulturali, l-isfidi kienu jinvolvu l-forniment tar-rapporti kollha meħtieġa, il-ħtieġa li jitwettqu kontrolli tal-konformità u l-ħidma bis-sistema KPVIS. |
- |
Il-prijorità orizzontali “opportunitajiet indaqs” ġiet rispettata. Ittieħdu wkoll azzjonijiet addizzjonali fi proġetti individwali biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. It-taħriġ f’ambjent diġitali ppromwova wkoll ir-rispett ta’ dawn il-prinċipji u pprovda opportunitajiet għal parteċipazzjonijiet minn reġjuni aktar remoti. Il-prinċipju orizzontali “żvilupp sostenibbli” ġie segwit bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ akkwist “ekoloġiku”. Ħafna mill-proġetti implimentati, bħall-korsijiet ta’ taħriġ, id-diġitalizzazzjoni tat-taħriġ, ir-riċerka, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini u proġetti oħrajn, kienu mmirati lejn l-iżvilupp sostenibbli. |
- |
|
Il-Polonja Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrument REACT-EU fil-Polonja, fl-2014-2020 (2014PL05M9OP001; 2014PL16M1OP001; 2014PL16RFOP001; 2014PL16RFOP002; 2014PL16M2OP001 sa 2014PL16M2OP016) |
Ir-riżultati tal-istħarriġ urew li l-attivitajiet kienu effettivi ħafna. L-infrastruttura tal-enerġija: It-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-intrapriżi u fil-bini pubbliku, l-iżvilupp tal-enerġija tal-prosumatur, u l-bini ta’ installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Ġie allokat appoġġ addizzjonali għal proġett ta’ kostruzzjoni ta’ pipeline tal-gass. Il-kura tas-saħħa: Investiment infrastrutturali fl-isptarijiet u fil-kliniċi kif ukoll assistenza psikoloġika u l-iżvilupp ta’ kompetenzi professjonali. It-trasport b’emissjonijiet baxxi: Ix-xiri ta’ vetturi ferrovjarji ġodda b’emissjonijiet baxxi; il-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport urban; l-iżvilupp ta’ Pjanijiet ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli. B’mod ġenerali vvalutati bħala effettivi. Appoġġ lill-intrapriżi: REACT-EU kkontribwiet biex jiġi mmitigat l-impatt negattiv tal-pandemija fuq il-funzjonament tan-negozji. It-trasformazzjoni diġitali: L-iżvilupp tas-servizzi elettroniċi u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni, li mmitigaw l-impatt tal-pandemija fuq in-negozji, prinċipalment billi ppermettew ix-xogħol mill-bogħod u d-diġitalizzazzjoni tal-kanali tal-bejgħ. L-isfidi tal-migrazzjoni: Minħabba n-natura diversifikata ħafna tal-proġetti u n-nuqqas ta’ approċċ koerenti, ma huwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt kollettiv tal-proġetti fuq is-sitwazzjoni tar-refuġjati mill-Ukrajna. |
L-infrastruttura tal-enerġija: L-evalwazzjoni stabbiliet relazzjoni sodisfaċenti bejn il-kostijiet imġarrba u r-riżultati miksuba. L-isfidi ewlenin kienu jikkonċernaw il-baġits u l-iskedi tal-proġetti (dewmien). Barra minn hekk, iż-żmien bejn is-sottomissjoni tal-proposta tal-proġett u l-implimentazzjoni tal-proġett kien relattivament twil u kien affettwat minn perjodu ta’ inflazzjoni għolja. Il-kura tas-saħħa: L-implimentazzjoni tal-istrument ġeneralment imxiet bla xkiel. Nuqqas kien jikkonċerna l-monitoraġġ tar-riżultati tal-qasam tal-intervent tas-saħħa. It-trasport b’emissjonijiet baxxi: Kundizzjoni ewlenija għall-għoti ta’ appoġġ kienet li l-proġetti kellhom ikunu diġà fi stadju avvanzat ta’ implimentazzjoni. It-trasformazzjoni diġitali: L-isfidi ewlenin kienu l-pressjoni tal-ħin li rriżultat mill-iffirmar tard tal-ftehimiet ta’ finanzjament u l-livell differenti ta’ kompetenza diġitali tal-benefiċjarji fis-settur pubbliku. Minkejja dan, il-biċċa l-kbira tal-proġetti ġew implimentati b’suċċess. L-isfidi tal-migrazzjoni: In-nuqqas ta’ possibbiltajiet biex jiġu allokati fondi minħabba l-istat avvanzat tal-azzjonijiet f’oqsma oħrajn tal-intervent ta’ REACT-EU ġie identifikat bħala limitazzjoni ewlenija. Ġie identifikat punt ta’ konġestjoni bejn id-deċiżjoni li tintuża REACT-EU u li l-appoġġ jilħaq lir-riċevituri finali. Kien hemm potenzjal f’termini ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri sabiex l-istrumenti ta’ emerġenza jkunu jistgħu jitnedew aktar malajr fil-futur. |
L-infrastruttura tal-enerġija: Il-pandemija kellha impatt negattiv fuq l-attivitajiet ta’ madwar tnejn minn kull ħames benefiċjarji, li użaw l-appoġġ ta’ REACT-EU prinċipalment biex inaqqsu l-kostijiet operatorji tagħhom. Il-kura tas-saħħa: Il-benefiċjarji ddikjaraw li l-appoġġ kellu impatt sinifikanti fuq it-titjib tal-kwalità u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji sabu li dan żied ir-reżiljenza għal kriżijiet futuri. It-trasport b’emissjonijiet baxxi: L-appoġġ irrisponda għall-isfidi identifikati, bħall-bini mill-ġdid tar-rwol tat-trasport pubbliku wara l-pandemija, l-iżgurar ta’ soluzzjonijiet ta’ trasport xierqa għar-residenti u l-limitazzjoni tal-impatt negattiv tat-trasport fuq l-ambjent. Appoġġ lill-intrapriżi: L-iskala tal-appoġġ kienet relattivament żgħira meta mqabbla mal-interventi nazzjonali. It-trasformazzjoni diġitali: Għal kważi nofs il-benefiċjarji taħt dan l-objettiv, l-appoġġ ta’ REACT-EU kien meħtieġ biex ikun jista’ jiġi implimentat il-proġett. L-isfidi tal-migrazzjoni: Minħabba l-perjodu ta’ implimentazzjoni tard (meta mqabbel mal-quċċata tal-kriżi tal-migrazzjoni), minbarra l-appoġġ għar-refuġjati, saret enfasi fuq il-bini tar-reżiljenza għal kriżijiet futuri. |
It-trasport b’emissjonijiet baxxi: L-attivitajiet ikkomplementaw attivitajiet preċedenti f’dan il-qasam u kienu parti minn strateġiji usa’ għall-iżvilupp ta’ trasport urban sostenibbli. It-trasformazzjoni diġitali: Kull tieni benefiċjarju ta’ għotja u kull tielet mutwatarju sostnew li l-istat attwali tad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża tagħhom kien influwenzat mill-proġett implimentat bl-appoġġ ta’ REACT-EU. Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ġie implimentat b’żewġ ambiti: passiv (ma kien hemm ebda soluzzjoni diskriminatorja) u attiv (proġetti maħluqa biex gruppi ta’ persuni li potenzjalment jistgħu jiġu diskriminati jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod ugwali). |
L-allokazzjoni totali għall-istrument kienet tammonta għal PLN 8,2 biljun. Kien sinifikanti li l-istrumenti ta’ REACT-EU dehru fi żmien meta t-tarki tal-fondi tal-gvern u tal-UE kienu diġà ġew allokati u l-fondi mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 kienu għadhom ma humiex disponibbli. |
|
L-Iżvezja Evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn REACT-EU taħt il-programm operazzjonali 2014-2020 “Investiment fit-tkabbir u l-impjiegi” (2014SE05M9OP001) |
Fi ħdan il-proġetti reġjonali tal-impjiegi, huwa stmat li l-parteċipazzjoni kellha effett li jikkorrispondi għal probabbiltà ta’ 1 % ogħla li wieħed ikun qed jaħdem wara l-parteċipazzjoni. Il-probabbiltà li wieħed ikun irreġistrat bħala persuna qiegħda kienet 3 % ogħla meta mqabbla ma’ grupp ta’ kontroll. Ma nstab l-ebda effett fuq il-parteċipazzjoni fl-istudji jew fuq il-livelli tas-salarji. Fi ħdan il-proġetti ta’ żvilupp tal-kompetenzi u l-proġett Kickstart, ma nstab l-evbda effett sinifikanti statistikament. |
Il-proġetti reġjonali kellhom kost ogħla ta’ parteċipazzjoni fis-siegħa meta mqabbla ma’ proġetti preċedenti tal-FSE. L-evalwazzjoni indikat li dan seta’ jiġi spjegat primarjament minn kundizzjonijiet esterni bħaż-żmien qasir ta’ preparazzjoni u d-diffikultajiet fir-reklutaġġ tal-parteċipanti. Il-kost tal-proġetti reġjonali kien għoli wkoll meta mqabbel maż-żieda mistennija fid-dħul mit-taxxa li tirriżulta mill-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet tal-FSE. It-tfassil ta’ REACT-EU kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ kumplessità u inċertezza, li ġeneralment kien ġestit tajjeb. Madankollu, it-tfassil tal-programm illimita l-possibbiltà li tittieħed azzjoni effettiva f’sitwazzjoni ta’ kriżi. L-allokazzjoni tal-fondi kienet effettiva b’mod ġenerali. Madankollu, l-allokazzjoni għal proġetti reġjonali xekklet l-effiċjenza, minħabba d-definizzjoni tal-gruppi fil-mira u l-iżvilupp tal-qgħad. L-implimentazzjoni ta’ REACT-EU mill-Kunsill tal-FSE kienet ikkaratterizzata minn sfidi inizjali. Madankollu, b’mod ġenerali, huwa mmaniġġja tajjeb il-marġni ta’ manuvra tiegħu u mmaniġġja l-inizjattiva b’mod effettiv fid-dawl tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu. |
L-objettiv tematiku kien rilevanti ħafna meta tnediet l-inizjattiva. Madankollu, ir-rilevanza tal-għan li jingħata kontribut għat-tiswija tal-kriżijiet naqset maż-żmien hekk kif il-ħtiġijiet saru aktar baxxi milli kien mistenni fil-bidu. L-objettiv li jingħata kontribut għal tranżizzjoni ekoloġika u diġitali kellu xi impatt fuq il-governanza ta’ REACT-EU. L-impatt kien konformi mal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE: 25 % tal-finanzjament totali ta’ REACT-EU kellu jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi. L-objettiv li jingħata kontribut għal irkupru reżiljenti kellu impatt dgħajjef fuq il-governanza ta’ REACT-EU. L-objettivi operazzjonali kienu neqsin, u l-objettiv ma kienx iffukat fuq it-tħejjija jew is-segwitu. |
Il-gvern Żvediż għażel li jadotta perspettiva relattivament miftuħa u wiesgħa fit-tfassil ta’ REACT-EU. Dan kellu impatt, fost affarijiet oħrajn, fuq is-sejħiet għal fondi għall-proġetti reġjonali. Minbarra l-oqfsa diġà stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea f’termini ta’, fost affarijiet oħrajn, id-demarkazzjoni tal-gruppi fil-mira, is-sejħiet għall-proposti kienu relattivament wiesgħin. Is-sejħiet ukoll ma kinux jirrikjedu li l-proġetti jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew ekoloġika, peress li l-gvern Żvediż għażel li jopera dan l-objettiv biss fis-sejħa għall-proposti lis-Servizz Pubbliku Żvediż tal-Impjiegi. Minflok, is-sejħiet semmew it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bħala eżempju ta’ azzjonijiet li l-proġetti setgħu (iżda ma kellhomx bżonn) jimmiraw. |
Il-finanzjament tal-UE kellu valur miżjud fil-livell organizzattiv għas-Servizz Pubbliku Żvediż tal-Impjiegi. Minbarra li tipprovdi sigurtà finanzjarja għas-Servizz Pubbliku Żvediż tal-Impjiegi matul żmien inċert, l-aġenzija ngħatat lok biex tiżviluppa metodu għad-definizzjoni tal-kompetenzi ekoloġiċi u diġitali li kien utli għall-ħidma tal-aġenzija biex tissodisfa l-ħtiġijiet għall-provvista tal-ħiliet fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. |
Anness II: Metodoloġija u Data addizzjonali
Metodoloġija
L-evalwazzjoni bbażat fuq tliet sorsi ewlenin ta’ riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni:
·id-data dwar l-implimentazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni permezz tal-SFC2014;
·l-istudji għall-evalwazzjoni ex post tal-FSE u tal-FEŻR;
·l-evalwazzjonijiet nazzjonali.
B’mod partikolari, l-evalwazzjoni użat id-data fl-SFC2014 biex tipprovdi l-istatistika dwar l-għadd ta’ jiem meħtieġa biex jiġu emendati l-programmi u dwar il-finanzi. Il-biċċa l-kbira tad-dikjarazzjonijiet dwar ir-rilevanza u l-effetti, kif ukoll il-valur miżjud ta’ REACT-EU, kienu bbażati fuq is-sejbiet tal-istudji mwettqa għall-evalwazzjoni ex post tal-FEŻR u tal-FSE. Għal tal-ewwel, pakkett ta’ ħidma speċifiku ffoka fuq REACT-EU; għal tal-aħħar, l-istudju kien jinkludi studju ta’ każijiet iddedikat li ma kienx ikopri biss REACT-EU. L-istudju għall-evalwazzjoni ex post tal-FSE kien fih ukoll studju ta’ każ dwar l-inizjattiva tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE, Cohesion’s Action for Refugees in Europe): il-biċċa l-kbira tas-sejbiet li kienu jikkonċernaw l-appoġġ tal-FSE lill-persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni militari fl-Ukrajna kienu bbażati fuq dik il-ħidma. Għall-FEŻR, l-istudju tal-każ iddedikat dwar il-kriżi tar-refuġjati kopra kemm CARE kif ukoll REACT-EU. (Fir-rigward ta’ CARE, ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-inizjattiva kien sors addizzjonali.) Fl-aħħar nett, intużaw eżempji minn evalwazzjonijiet nazzjonali b’mod illustrattiv. Is-sommarji tal-evalwazzjonijiet kollha jistgħu jinstabu fil- Librerija ta’ Evalwazzjoni ta’ DG REGIO.
Il-bidliet regolatorji reċenti pposponew l-għeluq tal-programm għal Frar 2026. B’riżultat ta’ dan, fl-analiżi setgħet titqies biss id-data dwar il-kisba tal-indikaturi tal-aħħar tal-2022. Din kienet tkopri biss 2 mit-3 snin ta’ implimentazzjoni rilevanti u llimitat il-valutazzjoni tal-effettività. Id-data fil-livell tal-operat u tal-benefiċjarji ma kinitx standardizzata b’mod suffiċjenti; din id-disponibbiltà mhux uniformi ta’ mikrodata kienet tfisser li ma setgħetx titwettaq analiżi kawżali kwantitattiva robusta tal-effettività.
Data addizzjonali
Valuri medjani tal-operazzjonijiet għal kull Stat Membru
|
Pajjiż |
Tul ta’ żmien medjan (jiem) |
Data tal-bidu medjana |
Kost medjan (EUR) |
|
L-Awstrija |
596 |
12/05/2021 |
894 955 |
|
Il-Bulgarija |
303 |
16/09/2022 |
116 790 |
|
Il-Kroazja |
669 |
30/09/2021 |
824 574 |
|
Ċipru |
1429 |
01/02/2020 |
70 000 000 |
|
Iċ-Ċekja |
526 |
20/09/2021 |
102002 |
|
L-Estonja |
526 |
10/01/2022 |
100 000 |
|
Franza |
729 |
01/01/2021 |
297 975 |
|
Il-Ġermanja |
288,5 |
18/12/2022 |
50 050 |
|
Il-Ġreċja |
639 |
01/04/2020 |
204 233 |
|
L-Italja |
366 |
27/01/2022 |
65 663 |
|
Il-Lussemburgu |
1429 |
01/02/2020 |
34 718 690 |
|
Il-Polonja |
364 |
01/07/2022 |
77 318 |
|
Il-Portugall |
180 |
28/01/2021 |
5 411 |
|
Is-Slovakkja |
244 |
01/02/2023 |
165 579 |
|
Is-Slovenja |
821 |
01/12/2020 |
166 667 |
|
Spanja |
326 |
09/02/2021 |
2 500 |
Nota: Id-data fil-livell tal-operazzjonijiet hija disponibbli biss għall-pajjiżi msemmija hawn fuq, li kollettivament jirrappreżentaw 93 % tal-allokazzjonijiet ta’ REACT-UE. Il-valuri juru l-medjan tal-operazzjonijiet irrapportati kollha fil-pajjiż rispettiv.
Baġit totali ta’ REACT-UE skont il-pajjiż
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
It-tabella ta’ hawn taħt turi għażla ta’ indikaturi rilevanti għall-objettivi ta’ REACT-EU, kif ukoll indikaturi speċifiċi għall-COVID. Il-valuri ppreżentati juru s-sitwazzjoni attwali fl-aħħar tal-2022 1 , l-aħħar data disponibbli fil-ħin tal-kitba. Għalhekk, dawn il-valuri huma mistennija li jkunu ogħla fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni fl-2023, u eqreb lejn il-miri stabbiliti għal dik id-data 2 .
Assoċjazzjoni bejn l-objettivi ta’ REACT-EU u għażla ta’ indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-COVID 3
|
Indikaturi tal-FEŻR |
|||
|
Objettiv |
Indikatur |
Valur miksub sa tmiem l-2022 |
Rata deċiża / ta’ implimentazzjoni sa tmiem l-2022 4 |
|
Appoġġ għall-intrapriżi (kapital operatorju għall-SMEs u xogħol b’ħinijiet iqsar) |
Numru ta’ intrapriżi li jirċievu appoġġ (CO01) |
354 000 intrapriża |
90 % deċiżi 77 % implimentati |
|
Numru ta’ intrapriżi li jirċievu għotjiet (CO02) |
66 000 intrapriża |
69 % deċiżi 53 % implimentati |
|
|
Numru ta’ intrapriżi li jirċievu appoġġ finanzjarju minbarra għotjiet (CO03) |
50 000 intrapriża |
70 % deċiżi 61 % implimentati |
|
|
Investiment privat li jaqbel mal-appoġġ pubbliku lill-intrapriżi – għotjiet (CO06) |
EUR 114 000 000 |
130 % deċiżi 11 % implimentati |
|
|
Kura tas-saħħa |
Popolazzjoni koperta minn servizzi mtejba tas-saħħa (CO35) |
195 000 persuna |
96 % deċiżi 39 % implimentati |
|
Investiment fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fis-servizzi soċjali |
Kapaċità tal-indukrar tat-tfal jew tal-infrastruttura tal-edukazzjoni appoġġati (CO36) |
8 000 000 persuna |
212 % deċiżi 29 % implimentati |
|
Investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali |
Tnaqqis fil-konsum annwali ta’ enerġija primarja ta’ bini pubbliku (CO32) |
33 000 000 kWh/sena |
29 % deċiżi 14 % implimentati |
|
Tnaqqis stmat annwali ta’ GHG (CO34) |
38 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 |
53 % deċiżi 4 % implimentati |
|
|
Indikaturi speċifiċi għall-COVID-19 |
|||
|
Appoġġ għall-intrapriżi (kapital operatorju għall-SMEs u xogħol b’ħinijiet iqsar) |
Numru ta’ SMEs appoġġati b’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għall-kapital operatorju (għotjiet) fir-rispons għall-COVID-19 (CV22) |
113 000 intrapriża |
91 % deċiżi 68 % implimentati |
|
Numru ta’ SMEs appoġġati b’kapital operatorju minbarra għotjiet (strumenti finanzjarji) fir-rispons għall-COVID-19 (CV23) |
46 000 intrapriża |
92 % deċiżi 56 % implimentati |
|
|
Kura tas-saħħa |
Valur tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali mixtri (CV1) |
EUR 52 000 000 |
124 % deċiżi 13 % implimentati |
|
Persuni vaċċinati kontra l-COVID-19 (CV64) |
49 000 000 persuna |
113 % deċiżi 102 % implimentati |
|
|
Investiment fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fis-servizzi soċjali |
Valur tal-IT relatat mal-COVID-19 għall-edukazzjoni (CV4c) |
EUR 179 000 000 |
91 % deċiżi 37 % implimentati |
|
Indikaturi tal-FSE |
|||
|
Objettiv |
Indikatur 5 |
Valur miksub |
Rata ta’ Parteċipazzjoni/Suċċess 6 |
|
Appoġġ għall-intrapriżi (kapital operatorju għall-SMEs u xogħol b’ħinijiet iqsar) |
Persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul (CO01) |
453 000 persuna |
20,6 % tal-parteċipanti totali |
|
Persuni qiegħda fit-tul (CO02) |
184 000 persuna |
8,4 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Inattivi (CO03) |
672 000 persuna |
30,5 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni impjegati, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom (CO05) |
1 000 000 persuna |
49,0 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni żvantaġġati oħrajn (CO17) |
119 000 persuna |
5,4 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti inattivi involuti fit-tfittxija ta’ impjieg meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR01) |
70 000 persuna |
10,5 % tal-parteċipanti inattivi |
|
|
Parteċipanti f’impjieg, inkluż impjieg indipendenti, meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR04) |
257 000 persuna |
11,7 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Investiment fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fis-servizzi soċjali |
Persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul (CO01) |
453 000 persuna |
20,6 % tal-parteċipanti totali |
|
Persuni qiegħda fit-tul (CO02) |
184 000 persuna |
8,4 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Inattivi (CO03) |
672 000 persuna |
30,5 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni inattivi, mhux fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (CO04) |
142 000 persuna |
6,4 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni impjegati, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom (CO05) |
1 000 000 persuna |
49 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni taħt il-25 sena (CO06) |
678 000 persuna |
30,8 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni ta’ aktar minn 54 sena (CO07) |
294 000 persuna |
13,3 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Persuni ’l fuq mill-età ta’ 54 sena li jkunu qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul, jew inattivi u li jkunu barra mill-edukazzjoni jew taħriġ (CO08) |
112 000 persuna |
5,1 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoranzi (inklużi komunitajiet emarġinati bħar-Rom) (CO15) |
370 000 persuna |
16,8 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti b’diżabilità (CO16) |
158 000 persuna |
7,2 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti żvantaġġati oħrajn (CO17) |
119 000 persuna |
5,4 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti inattivi involuti fit-tfittxija ta’ impjieg meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR01) |
70 000 persuna |
10,5 % tal-parteċipanti inattivi |
|
|
Parteċipanti f’edukazzjoni/taħriġ meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR02) |
63 000 persuna |
2,9 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti li jiksbu kwalifika meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR03) |
244 000 persuna |
11,1 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Parteċipanti f’impjieg, inkluż impjieg indipendenti, meta jitilqu mill-operazzjoni appoġġata (CR04) |
257 000 persuna |
11,7 % tal-parteċipanti totali |
|
|
Indikaturi speċifiċi għall-COVID-19 |
|||
|
Appoġġ għall-intrapriżi (kapital operatorju għall-SMEs u xogħol b’ħinijiet iqsar) |
Valur tal-azzjonijiet tal-FSE biex jiġu miġġielda jew ikkuntrastati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 (CV30) |
EUR 5 920 000 000 |
Mhux applikabbli |
|
Parteċipanti appoġġati biex jiġu miġġielda jew ikkuntrastati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 (CV31) |
5 730 000 persuna |
Mhux applikabbli |
|
|
Kura tas-saħħa |
Persunal tal-kura tas-saħħa li bbenefika mill-appoġġ tal-FSE (CVHC) |
68 000 persuna |
Mhux applikabbli |
|
Investiment fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fis-servizzi soċjali |
Parteċipanti li bbenefikaw minn appoġġ f’arranġamenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (CVST) |
1 314 000 persuna |
Mhux applikabbli |
|
Parteċipanti li żammew l-impjieg tagħhom 6 xhur wara t-tmiem tal-appoġġ (CVR1) |
888 000 persuna |
Mhux applikabbli |
|
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.