This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025AP0330
P10_TA(2025)0330 – Phasing out Russian natural gas imports and improving monitoring of potential energy dependencies – European Parliament legislative resolution of 17 December 2025 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on phasing out Russian natural gas imports, improving monitoring of potential energy dependencies and amending Regulation (EU) 2017/1938 (COM(2025)0828 – C10-0123/2025 – 2025/0180(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P10_TA(2025)0330 — L-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu u t-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 (COM(2025)0828 – C10-0123/2025 – 2025/0180(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P10_TA(2025)0330 — L-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu u t-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 (COM(2025)0828 – C10-0123/2025 – 2025/0180(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2026/2174, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2174/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2174 |
6.5.2026 |
P10_TA(2025)0330
L-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu u t-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 (COM(2025)0828 – C10-0123/2025 – 2025/0180(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2026/2174)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0828), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 194(2) u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0123/2025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ungeriż u mill-Parlament Slovak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2025 (1), |
|
— |
wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0195/2025), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L ta’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P10_TC1-COD(2025)0180
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-17 ta' Diċembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, u t-tħejjija għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet taż-żejt Russu, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2026/261.)
ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar azzjoni futura rigward iż-żejt Russu
Sabiex jiġu evitati riskji essenzjali għas-sigurtà u dipendenzi enerġetiċi li jirriżultaw mit-tkomplija tal-kummerċ tal-enerġija mal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni Ewropea tibqa’ impenjata li tiżgura l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet kollha taż-żejt li fadal mill-Federazzjoni Russa sa tmiem l-2027, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles.
Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta leġiżlattiva fil-bidu tal-2026 biex tipprojbixxi l-importazzjonijiet taż-żejt mill-Federazzjoni Russa malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux aktar tard minn tmiem l-2027.
Il-Kummissjoni se tivvaluta bir-reqqa l-impatt potenzjali ta’ terminazzjoni aċċellerata tal-importazzjonijiet taż-żejt fuq is-sigurtà tal-provvista, l-ekonomija u l-kompetittività tal-Istati Membri l-aktar affettwati.
Il-Kummissjoni se taħdem b’mod attiv, fi spirtu ta’ solidarjetà, mal-Istati Membri affettwati direttament u ma’ Stati Membri rilevanti oħra, sabiex tidentifika miżuri xierqa biex jiġu minimizzati r-riskji possibbli identifikati fil-valutazzjoni, filwaqt li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal provvisti alternattivi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2174/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)