Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0281

P10_TA(2025)0281 — Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża (EDIP) — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża (EDIP) (COM(2024)0150 – C10-0005/2024 – 2024/0061(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2026/1725, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1725/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1725/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1725

24.4.2026

P10_TA(2025)0281

Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża (“EDIP”)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża (“EDIP”) (COM(2024)0150 – C10-0005/2024 – 2024/0061(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2026/1725)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0150),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0005/2024),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja maħruġa mill-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-31 ta’ Jannar 2025  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ Mejju 2024  (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta’ Frar 2025  (3),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Ottubru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 170, u 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0084/2025),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill u d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li ser jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2025/805, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/805/oj.

(2)   ĠU C, C/2024/4662, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4662/oj.

(3)   ĠU C, C/2025/1705, 26.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1705/oj.


P10_TC1-COD(2024)0061

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Novembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“EDIP”)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/2643.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-finanzjament tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna skont ir-Regolament EDIP +  (+)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-ħtieġa imperattiva li tiġi appoġġata l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ukrena biex tiżdied il-kompetittività tagħhom billi jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż billi jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni u tiżdied il-kooperazzjoni fl-akkwist ta' prodotti tad-difiża, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali futuri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tesplora bħala kwistjoni ta' prijorità, filwaqt li tqis l-impenji politiċi preċedenti tal-awtorità baġitarja, inkluż biex jiġi kopert il-kost tal-imgħax tal-EURI, l-għażliet biex jissaħħaħ il-baġit għall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna f'konformità mal-punt 18 tal-FII dwar id-dixxiplina baġitarja mingħajr ma jitnaqqsu programmi u fondi simili tal-UE.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-Istrument SAFE bħala riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna (USI) skont ir-Regolament EDIP +  (+)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu l-ħtieġa imperattiva li tiġi appoġġata l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ukrena biex tiżdied il-kompetittività tagħhom billi jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż billi jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni u tiżdied il-kooperazzjoni fl-akkwist ta' prodotti tad-difiża, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

F'konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament SAFE, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu pprovduti minn pajjiżi terzi għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-istrument SAFE għandhom jintużaw għal programmi li jappoġġaw l-industrija tad-difiża tal-Unjoni, l-industrija tad-difiża Ukrena u l-Ukrajna f'konformità mar-regoli ta' dawk il-programmi. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li tali kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biex isaħħu l-EDIP, inkluż l-USI.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni relatata ma' riżorsi finanzjarji addizzjonali għar-Regolament EDIP +  (+)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqsmu l-fehma li r-Regolament EDIP għandu jkun mgħammar b'riżorsi finanzjarji addizzjonali.

Għal dan l-għan, ir-Regolament EDIP jipprevedi speċifikament il-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra u jirreferi espressament għall-Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-Ktajjen tal-Provvista tad-Difiża (FAST) f'dan ir-rigward.

Fid-dawl ta' dan u filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-FAST fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' manifattura fid-difiża tal-SMEs u tal-mid-caps żgħar li b'mod partikolari jeħtieġu investimenti, tali kontribuzzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu allokati bħala prijorità lill-FAST u jikkomplementaw l-ammonti allokati mill-pakkett ta' €1.200 miljun imsemmi fl-Artikolu 5(1), bl-għan li l-ammont indikattiv ġenerali għal dak il-fond partikolari taħt il-Programm jilħaq mill-inqas €150 miljun, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja.


(+)   ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.

(+)   + ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.

(+)   ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1725/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top