Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0280

P10_TA(2025)0280 — It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin; it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 (COM(2023)0754 – C9-0431/2023 – 2023/0438(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2026/1724, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1724/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1724/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1724

24.4.2026

P10_TA(2025)0280

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin; it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 (COM(2023)0754 – C9-0431/2023 – 2023/0438(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2026/1724)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0754),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0431/2023),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja maħruġa mill-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2024  (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Ottubru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 60, 41 u 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0109/2025),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/6024, 23.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6024/oj.


P10_TC1-COD(2023)0438

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta' Novembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 fir-rigward tat-tisħiħ tal-appoġġ tal-Europol u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija, għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/2611.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1724/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top