Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0238

P10_TA(2025)0238 — Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data: regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament (UE) 2016/679 (COM(2023)0348 – C9-0231/2023 – 2023/0202(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2026/2109, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2109/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2109/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2109

29.4.2026

P10_TA(2025)0238

Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data: regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament (UE) 2016/679 (COM(2023)0348 – C9-0231/2023 – 2023/0202(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2026/2109)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0348),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0231/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023  (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta’ Ġunju 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0045/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/1578, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1578/oj.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta’ April 2024 (Testi adottati P9_TA(2024)0187).


P10_TC1-COD(2023)0202

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-21 ta' Ottubru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli proċedurali addizzjonali dwar l-infurzar tar-Regolament (UE) 2016/679

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/2518.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2109/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top