This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025AP0236
P10_TA(2025)0236 – Re-attribution of scientific and technical tasks to the European Chemicals Agency – European Parliament legislative resolution of 21 October 2025 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards the re-attribution of scientific and technical tasks to the European Chemicals Agency (COM(2023)0781 – C9-0448/2023 – 2023/0454(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P10_TA(2025)0236 — L-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (COM(2023)0781 – C9-0448/2023 – 2023/0454(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P10_TA(2025)0236 — L-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (COM(2023)0781 – C9-0448/2023 – 2023/0454(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2026/2107, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2107/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2107 |
29.4.2026 |
P10_TA(2025)0236
L-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (COM(2023)0781 – C9-0448/2023 – 2023/0454(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2026/2107)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0781), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0448/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2024 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta’ Ġunju 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (A10-0019/2025), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2024/3381, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3381/oj.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-1 ta’ April 2025 (Testi adottati, P10_TA(2025)0046).
P10_TC1-COD(2023)0454
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-21 ta' Ottubru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2025/2456.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2107/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)