This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025AP0233
P10_TA(2025)0233 – Union-wide effect of certain driving disqualifications – European Parliament legislative resolution of 21 October 2025 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive (EU) 2025/… as regards certain driving disqualifications (08351/1/2025 – C10-0231/2025 – 2023/0055(COD)) (Ordinary legislative procedure: second reading)
P10_TA(2025)0233 — L-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2025/... dwar ċerti skwalifiki tas-sewqan (08351/1/2025 – C10-0231/2025 – 2023/0055(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
P10_TA(2025)0233 — L-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2025/... dwar ċerti skwalifiki tas-sewqan (08351/1/2025 – C10-0231/2025 – 2023/0055(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
ĠU C, C/2026/2104, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2104/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2104 |
29.4.2026 |
P10_TA(2025)0233
L-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2025/... dwar ċerti skwalifiki tas-sewqan (08351/1/2025 – C10-0231/2025 – 2023/0055(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(C/2026/2104)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08351/1/2025 - C10-0231/2025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0128), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0193/2025), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 293, 18.8.2023, p. 133.
(2) ĠU C, C/2024/6348, 7.11.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/6348/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2104/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)