This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025AG0009(01)
Position (EU) No 9/2025 of the Council at first reading with a view to the adoption of a directive of the European Parliament and of the Council on Soil Monitoring and Resilience (Soil Monitoring Law) Adopted by the Council on 29 September 2025
Pożizzjoni (UE) Nru 9/2025 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) Adottata mill-Kunsill fid-29 ta' Settembru 2025
Pożizzjoni (UE) Nru 9/2025 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) Adottata mill-Kunsill fid-29 ta' Settembru 2025
ST/9474/2025/REV/1
ĠU C, C/2025/5745, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5745/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5745 |
28.10.2025 |
POŻIZZJONI (UE) NRU 9/2025 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)
Adottata mill-Kunsill fid-29 ta' Settembru 2025
(C/2025/5745)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-ħamrija hija riżorsa essenzjali u limitata u titqies insostitwibbli u mhux rinnovabbli fuq skala ta' żmien tal-bniedem. Il-ħamrija hija kruċjali għall-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà b'mod ġenerali. |
|
(2) |
Ħamrija f'saħħitha hija waħda li tkun f'kundizzjoni kimika, bijoloġika u fiżika tajba u li għalhekk tista' tipprovdi servizzi tal-ekosistema vitali għall-bnedmin u għall-ambjent, bħal ikel sikur, nutrittiv u suffiċjenti, bijomassa, ilma nadif, ċiklaġġ tan-nutrijenti, ħżin tal-karbonju u ħabitat għall-bijodiversità. Il-ħamrija hija essenzjali wkoll biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel. Madankollu, huwa stmat li bejn 60 u 70 % tal-ħamrija fl-Unjoni hija ddeterjorata u qed tkompli tiddeterjora. |
|
(3) |
Il-ħamrija tipprovdi wkoll servizzi oħra, pereżempju billi taġixxi bħala pjattaforma fiżika għall-infrastruttura u għall-attivitajiet tal-bniedem, bħala sors ta' materja prima, jew billi tikkostitwixxi arkivju ta' wirt ġeoloġiku, ġeomorfoloġiku u arkeoloġiku. Mhux dawk is-servizzi l-oħra kollha għandhom bżonn li tkun provduta ekosistema funzjonali. Dawn is-servizzi l-oħra spiss ikunu l-aktar użi prevalenti ta' ħamrija, u dan jikkawża telf sinifikanti ta' servizzi vitali tal-ekosistema. Għaldaqstant huwa importanti li jinstab bilanċ bejn dawk iż-żewġ tipi ta' servizzi pprovduti mill-ħamrija. |
|
(4) |
Id-degradazzjoni tal-ħamrija taffettwa s-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ħamrija, b'impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Id-degradazzjoni tal-ħamrija tista' tkopri aspetti marbuta mad-degradazzjoni fiżika, bħall-issiġillar tal-ħamrija u l-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija b'mod ġenerali, l-erożjoni tal-ħamrija, il-kompattazzjoni tal-ħamrija u t-tnaqqis taż-żamma u tal-infiltrazzjoni tal-ilma fil-ħamrija, u aspetti marbuta mad-degradazzjoni kimika jew bijoloġika, bħall-eċċess ta' nutrijenti u l-eżawriment tagħhom, l-aċidifikazzjoni, is-salinazzjoni u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija, u t-telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija, tal-bijodiversità tal-ħamrija u tal-attività bijoloġika tal-ħamrija. |
|
(5) |
Id-degradazzjoni tal-ħamrija tiswa lill-Unjoni għexieren ta' biljuni ta' euro kull sena. Is-saħħa tal-ħamrija għandha impatt fuq il-forniment ta' servizzi tal-ekosistema li għandhom redditu ekonomiku sinifikanti. It-titjib tas-saħħa tal-ħamrija jagħmel sens minn perspettiva ekonomika u jista' jżid b'mod sinifikanti l-prezz u l-valur tal-art fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni ta' ċentimetru wieħed biss ta' ħamrija tal-wiċċ taf tieħu mijiet ta' snin, filwaqt li l-proċess ta' degradazzjoni u t-telf totali tal-ħamrija jistgħu jseħħu malajr. |
|
(6) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titlu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” stabbiliet pjan direzzjonali ambizzjuż biex l-Unjoni tiġi ttrasformata f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, bl-għan li jiġi protett, ikkonservat u mtejjeb il-kapital naturali tal-Unjoni u li jiġu mħarsa s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna”, l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titlu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, il-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero stabbilit fil-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Mejju 2021 intitolata “Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd - Pjan ta' Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Frar 2021 intitolata “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Novembru 2021 intitolata “Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030: Ingawdu l-benefiċċji ta' ħamrija b'saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima”. |
|
(7) |
L-Unjoni hija impenjata lejn l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha. Ħamrija f'saħħitha tikkontribwixxi direttament għall-ilħuq ta' diversi SDGs, b'mod partikolari l-SDG 2 (ebda ġuħ), l-SDG 3 (saħħa u benesseri tajbin), l-SDG 6 (ilma nadif u sanità), l-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli), l-SDG 12 (konsum u produzzjoni responsabbli), l-SDG 13 (azzjoni klimatika) u l-SDG 15 (il-ħajja fuq l-art). L-SDG 15.3 għandu l-għan li jiġġieled id-deżertifikazzjoni, jirrestawra l-art u l-ħamrija degradati, inkluż l-art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u jistinka biex tinkiseb dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. |
|
(8) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (4), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE (5), qablu, fil-15-il Konferenza tal-Partijiet għal dik il-Konvenzjoni li jadottaw il-“Qafas Globali tal-Bijodiversità ta' Kunming-Montreal”, li jinkludi diversi miri globali orjentati lejn l-azzjoni għall-2030 ta' rilevanza għas-saħħa tal-ħamrija. Skont dak il-Qafas, jenħtieġ li l-kontributi tan-natura għan-nies, inkluż is-saħħa tal-ħamrija, jiġu restawrati, miżmuma u mtejba. |
|
(9) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni f'dawk il-pajjiżi milquta serjament min-nixfa u/jew id-deżertifikazzjoni, b'mod partikolari fl-Afrika (UNCCD) (6), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE (7), impenjaw ruħhom li jiġġieldu d-deżertifikazzjoni u jtaffu l-effetti tan-nixfa fil-pajjiżi milquta. Erbatax-il Stat Membru, jiġifieri l-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja, iddikjaraw lilhom infushom bħala pajjiżi milquta mid-deżertifikazzjoni fil-qafas tal-UNCCD. |
|
(10) |
Fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE (8), l-art u l-ħamrija jitqiesu simultanjament bħala sors u bir tal-karbonju. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-UNFCCC, impenjaw ruħhom li jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli, il-konservazzjoni u t-titjib tal-bjar u r-riżervi tal-karbonju. |
|
(11) |
L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tgħid li huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi protetta l-fertilità tal-ħamrija, titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija u tiżdied il-materja organika tal-ħamrija billi jiġu adottati prattiki ta' ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija. Tiddikjara wkoll li hemm bżonn li jsir progress sinifikanti fl-identifikazzjoni ta' siti tal-ħamrija kkontaminati, ir-restawr ta' ħamrija degradata, id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għal status ekoloġiku tajjeb tal-ħamrija, l-introduzzjoni ta' objettivi ta' restawr u t-titjib tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija. |
|
(12) |
L-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul li, sal-2050, l-ekosistemi kollha tal-ħamrija tal-Unjoni jkunu f'kundizzjoni tajba u għaldaqstant ikunu aktar reżiljenti. Bħala soluzzjoni ewlenija, il-ħamrija f'saħħitha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-għanijiet tal-Unjoni li tikseb newtralità klimatika u ssir reżiljenti rigward it-tibdil fil-klima, tiżviluppa ekonomija nadifa u ċirkolari, inkluż bijoekonomija nadifa u ċirkolari, treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, tissalvagwarda s-saħħa tal-bniedem, twaqqaf id-deżertifikazzjoni u treġġa' lura d-degradazzjoni tal-art. |
|
(13) |
Il-finanzjament huwa vitali biex tkun faċilitata tranżizzjoni għal ħamrija f'saħħitha. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (9), jippreżenta diversi opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli għall-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija. Il-“Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” huwa wieħed mill-ħames missjonijiet tal-UE ta' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u huwa ddedikat speċifikament għall-promozzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Il-Missjoni tal-UE “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” hija strument ċentrali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandha l-għan li tmexxi t-tranżizzjoni għal ħamrija f'saħħitha permezz tal-finanzjament ta' programm ambizzjuż ta' riċerka u innovazzjoni, l-istabbiliment ta' network ta' 100 laboratorju ħaj u fanal f'żoni rurali u urbani, l-avvanz tal-iżvilupp ta' qafas armonizzat ta' monitoraġġ tal-ħamrija u żieda fl-għarfien dwar l-importanza tal-ħamrija. Il-politika agrikola komuni (PAK), il-fondi tal-politika ta' koeżjoni, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), Orizzont Ewropa, l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), u l-Programm InvestEU, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) huma politiki u programmi oħra tal-Unjoni li jippreżentaw objettivi li jikkontribwixxu għal ħamrija f'saħħitha. Peress li l-għan li l-ħamrija kollha fl-Unjoni tkun f'kundizzjoni f'saħħitha huwa ta' interess komuni, hemm bżonn li tiżdied il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-kapital privat, u li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment, sabiex jiġu appoġġati s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija. |
|
(14) |
Fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, il-Kummissjoni ħabbret li ser tressaq proposta leġiżlattiva dwar is-saħħa tal-ħamrija biex sal-2050 ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ta' dik l-istrateġija u tinkiseb saħħa tajba tal-ħamrija madwar l-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza li l-ħamrija tiġi protetta u li tiġi promossa ħamrija f'saħħitha fl-Unjoni, filwaqt li fakkar li d-degradazzjoni tal-ħamrija għadha għaddejja, minkejja l-azzjoni limitata u irregolari li qed tittieħed f'xi Stati Membri. Il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex tfassal qafas legali komuni għall-Unjoni kollha, b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, fejn jiġi indirizzat it-theddid ewlieni kollu għall-ħamrija. B'mod sinifikanti, il-Parlament Ewropew issottolinja r-riskji li jirriżultaw min-nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwi għall-funzjonament tas-suq intern u l-potenzjal qawwi ta' qafas legali komuni dwar il-ħamrija biex tiġi stimulata kompetizzjoni ġusta fis-settur privat, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi u għarfien prattiku, u tissaħħaħ l-esportazzjoni ta' teknoloġiji barra mill-Unjoni. |
|
(15) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill appoġġa lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi biex jiġu protetti aħjar il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ħamrija, bħala riżorsa mhux rinnovabbli ta' importanza essenzjali. |
|
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta' newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u ta' emissjonijiet negattivi minn hemm “il quddiem, li għandhom jinkisbu billi jiġi prijoritizzat tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, jittejbu l-assorbimenti minn bjar naturali. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija tirriżulta f'żieda fis-sekwestru tal-karbonju u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet f'benefiċċji kollaterali għall-ekosistemi u għall-bijodiversità. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2021 bit-titlu "Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli” ssottolinjat il-bżonn għal identifikazzjoni ċara u trasparenti tal-attivitajiet li jassorbu b'mod mhux ambigwu l-karbonju mill-atmosfera, bħall-iżvilupp ta' qafas tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju mill-ekosistemi naturali, inkluż il-ħamrija. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) mhux biss iqiegħed il-karbonju fil-ħamrija fiċ-ċentru biex jintlaħqu l-miri fil-perkors lejn Ewropa newtrali għall-klima, iżda jappella wkoll lill-Istati Membri jħejju sistema għall-monitoraġġ tal-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, fost l-oħrajn, bl-użu tas-settijiet ta' data tal-istħarriġ qafas statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta’ koperta (LUCAS). |
|
(17) |
L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima ssottolinjat li l-użu ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fuq l-art, inkluż ir-restawr tal-funzjoni tal-ħamrija bħala sponża, ser jagħti spinta lill-provvista ta' ilma nadif u frisk, inaqqas l-impatti tal-għargħar u jtaffi l-impatti tan-nixfiet. Huwa importanti li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm u tippurifika l-ilma u li tnaqqas it-tniġġis. |
|
(18) |
Il-Pjan ta' Azzjoni Lejn Tniġġis Żero jistabbilixxi l-viżjoni għall-2050 li t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta' ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali u li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista' tlaħħaq magħhom, biex b'hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. |
|
(19) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2022 bit-titlu “Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel” enfasizzat li s-sostenibbiltà tal-ikel hija fundamentali għas-sigurtà tal-ikel. Ħamrija f'saħħitha tagħmel is-sistema tal-ikel tal-Unjoni aktar reżiljenti billi tipprovdi l-bażi għal ikel nutrittiv u suffiċjenti. |
|
(20) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti, fl-Unjoni kollha, miżuri għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ u l-appoġġ armonizzati għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u għall-indirizzar ta’ siti kkontaminati, biex sal-2050 ikollna ħamrija f'saħħitha, il-ħamrija tinżamm f'kundizzjoni f'saħħitha u jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, jiġu evitati nixfiet u diżastri naturali u jingħata rispons għalihom, tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel. |
|
(21) |
Il-ħamrija tospita aktar minn 25 % tal-bijodiversità kollha u hija t-tieni l-akbar raggruppament ta' karbonju tal-pjaneta. Minħabba l-kapaċità tagħha li taqbad u taħżen il-karbonju, ħamrija f'saħħitha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. Il-bijodiversità tal-ħamrija tinkorpora mikroorganiżmi, inkluż batterji, fungi, protisti u nematodi, kif ukoll organiżmi akbar, bħal ħniex u insetti, u għeruq tal-pjanti, li kollettivament jikkontribwixxu għad-diversità ekoloġika u funzjonali tal-ekosistemi tal-ħamrija. Ħamrija f'saħħitha tipprovdi wkoll ħabitat favorevoli għall-organiżmi biex jirnexxu u hija kruċjali għat-titjib tal-bijodiversità u l-istabbiltà tal-ekosistemi relatati. Il-bijodiversità taħt u fuq l-art huma marbuta mill-qrib u jinteraġixxu permezz ta' relazzjonijiet reċiproċi bejn l-ispeċi, bħall-fungi mikorriżjali li jgħaqqdu l-għeruq tal-pjanti. Għaldaqstant, l-importanza tal-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-preżenza ta' batterji u fungi tal-ħamrija jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta u sservi bħala pedament għall-espansjoni futura potenzjali tal-monitoraġġ tal-bijodiversità. |
|
(22) |
Il-materja organika tal-ħamrija hija kruċjali għall-forniment ta' servizzi u funzjonijiet tal-ekosistema tal-ħamrija, peress li tnaqqas id-degradazzjoni tal-ħamrija bħall-erożjoni u l-kompattazzjoni, filwaqt li żżid il-buffering, iż-żamma u l-infiltrazzjoni tal-ilma kif ukoll il-kapaċità ta' skambju ta' katjoni tal-ħamrija. Il-materja organika tal-ħamrija tista' ttejjeb mhux biss l-istabbiltà strutturali tal-ħamrija, iżda anki l-iżvilupp tal-bijomassa, inkluż żieda fir-rendimenti tal-għelejjel. Barra minn hekk, il-materja organika tal-ħamrija taffettwa b'mod pożittiv il-bijodiversità tal-ħamrija u tista' żżid l-ammont ta' karbonju sekwestrat fil-ħamrija u għalhekk l-istokkijiet tal-karbonju organiku fil-ħamrija, u b'hekk tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. |
|
(23) |
L-għargħar, in-nirien mhux ikkontrollati u l-avvenimenti ta' temp estrem huma riskji ta' diżastri naturali tal-ogħla tħassib madwar l-Ewropa. It-tħassib fir-rigward tan-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma qed jiżdied b'mod rapidu madwar l-Unjoni. Fl-2020, 24 Stat Membru qiesu n-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma bħala riskji ta' diżastri ewlenin emerġenti jew relatati mal-klima, meta mqabbla ma' 11-il Stat Membru biss fl-2015. Ħamrija f'saħħitha hija strumentali biex tiġi żgurata r-reżiljenza b'rabta man-nixfiet u d-diżastri naturali. Prattiki li jtejbu ż-żamma tal-ilma u d-disponibbiltà tan-nutrijenti fil-ħamrija, l-istruttura tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija u s-sekwestru tal-karbonju jżidu r-reżiljenza tal-ekosistemi, tal-pjanti u tal-għelejjel biex ikunu jifilħu għan-nixfa, għal diżastri naturali, għal mewġiet tas-sħana u għal avvenimenti ta' temp estrem, u biex jirkupraw minnhom, li fil-futur ser isiru aktar frekwenti minħabba t-tibdil fil-klima. Bil-kontra ta' dan, mingħajr ġestjoni xierqa tal-ħamrija, in-nixfa u d-diżastri naturali jikkawżaw degradazzjoni tal-ħamrija u l-ħamrija ma tibqax f'saħħitha. It-titjib tas-saħħa tal-ħamrija jgħin biex jittaffew il-fatalitajiet u t-telf ekonomiku assoċjati ma' avvenimenti estremi relatati mal-klima, li bejn l-1980 u l-2021 fl-Unjoni ammontaw għal aktar minn 182 000 vittma u għal madwar EUR 560 biljun. |
|
(24) |
Is-saħħa tal-ħamrija tikkontribwixxi direttament għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Ħamrija f'saħħitha tipprovdi ikel sikur u nutrittiv, u għandha l-kapaċità li tiffiltra l-kontaminanti, u b'hekk tippreserva l-kwalità tal-ilma tax-xorb. Il-kontaminazzjoni tal-ħamrija tista' tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem permezz ta' inġestjoni, inalazzjoni jew kuntatt mal-ġilda. L-esponiment tal-bniedem għall-komunità mikrobika tal-ħamrija f'saħħitha huwa ta' benefiċċju għall-iżvilupp tas-sistema immunitarja u r-reżistenza kontra ċertu mard u allerġiji. Ħamrija f'saħħitha tappoġġa t-tkabbir tas-siġar, tal-fjuri u tal-ħaxix, u toħloq infrastruttura ħadra li toffri valur estetiku, benesseri u kwalità tal-ħajja aħjar. |
|
(25) |
Id-degradazzjoni tal-ħamrija tħalli impatt fuq il-fertilità tal-ħamrija, ir-rendimenti, ir-reżistenza għall-pesti u l-kwalità tal-ikel nutrittiv. Peress li 95 % tal-ikel tagħna huwa prodott direttament jew indirettament fil-ħamrija u l-popolazzjoni globali qed tkompli tiżdied, huwa kruċjali li din ir-riżorsa naturali finita tibqa' f'saħħitha biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul u jiġu żgurati l-produttività u l-profittabbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni. Huwa importanti li tinżamm jew tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija u jingħata kontribut għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-ikel. |
|
(26) |
L-objettiv aspirazzjonali fit-tul ta' din id-Direttiva huwa li tinkiseb ħamrija f'saħħitha sal-2050. Fid-dawl tal-għarfien limitat dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija u dwar l-effettività u l-kostijiet tal-miżuri għar-riġenerazzjoni ta' saħħitha, din id-Direttiva tiffoka fuq l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ħamrija fl-Unjoni kollha. Din id-Direttiva tinkludi wkoll appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija kif ukoll għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji ta' siti kkontaminati. Madankollu, ma timponix obbligu fuq l-Istati Membri li jiksbu ħamrija f'saħħitha sal-2050 jew li jistabbilixxu miri intermedji. Hekk kif ikunu disponibbli r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u l-analiżi tax-xejriet relatati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva u tivvaluta l-bżonn li possibbilment tiġi emendata. |
|
(27) |
L-indirizzar tal-pressjonijiet fuq il-ħamrija u l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija jirrikjedu li ċerti karatteristiċi jiġu kkunsidrati, jiġifieri l-varjetà tat-tipi ta' ħamrija, il-kundizzjonijiet lokali u klimatiċi speċifiċi u l-użu tal-art jew il-kopertura tal-art. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jistabbilixxu distretti tal-ħamrija u unitajiet tal-ħamrija. Id-distretti tal-ħamrija jenħtieġ li jirriflettu t-territorji amministrattivi taħt ir-responsabbilta’ ta’ strutturi ta’ governanza adatti u jkopru unita’ sħiħa tal-ħamrija waħda jew aktar. Min-naħa tagħhom, l-unitajiet tal-ħamrija jenħtieġ li jirriflettu ċertu grad ta' omoġeneità ta' dawk il-karatteristiċi, għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija fit-territorju kollu tal-Istati Membri. L-unitajiet tal-ħamrija jenħtieġ li jkunu taħt ir-responsabbiltà ta' dawk l-istrutturi ta' governanza, li jgħinu lill-Istati Membri jiżguraw li l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija jitwettqu sew, u li l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija jikkonforma mar-rekwiżiti skont din id-Direttiva. |
|
(28) |
Biex ifasslu l-istħarriġ kampjunarju għall-monitoraġġ tal-ħamrija, l-Istati Membri ser ikollhom bżonn jikkunsidraw id-distretti tal-ħamrija u l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom. Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta' kriterji minimi għad-definizzjoni tal-unitajiet tal-ħamrija fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu mill-inqas it-tip tal-ħamrija u l-użu tal-art. Għal dak l-għan, tista' tintuża l-mappa tar-Reġjuni tal-Ħamrija tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Kontigwi 1:5 000 000, ippubblikata mill-Istitut Federali tal-Ġeoxjenzi u r-Riżorsi Naturali (BGR), fi sħubija maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC). Dik il-mappa tibni fuq it-tipi ta' ħamrija kif definiti fil-Bażi ta' Referenza Dinjija għar-Riżorsi tal-Ħamrija, ikkoordinata mill-Unjoni Internazzjonali tax-Xjenzi tal-Ħamrija, kif ukoll fuq data bażika kompletament komparabbli u armonizzata fil-livell kontinentali, bħall-klima, it-topografija, ir-riżalt, il-ġeoloġija u l-veġetazzjoni. Fir-rigward tal-użu tal-art, il-kategoriji definiti fir-Regolament (UE) 2018/841 u l-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPPC) iservu bħala bażi armonizzata għar-rapportar dwar l-użu tal-art. Għalhekk, biex jiddelinjaw l-unitajiet tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu mill-inqas id-distretti tal-ħamrija, kif ukoll ir-reġjuni tal-ħamrija u l-kategoriji tal-użu tal-art. Minħabba l-varjabbiltà ġeografika fil-proprjetajiet tal-ħamrija u fl-użu tal-art, unità tal-ħamrija tista' tikkonsisti f'żoni li ma jmissux ma' xulxin. Barra minn hekk, meta jkunu qed jiġu delinjati l-unitajiet tal-ħamrija jistgħu jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet klimatiċi u ambjentali. Meta tkun disponibbli, tista' tintuża informazzjoni aktar dettaljata jew aġġornata fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew sottonazzjonali. Huma u jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn data addizzjonali disponibbli dwar il-klima, iż-żoni ambjentali jew il-baċini tax-xmajjar. F'dan il-kuntest, ir-Rapport Alterra 2281 dwar “Deskrizzjonijiet taż-Żoni u l-Istrata Ambjentali Ewropej” ta' Jannar 2012 huwa partikolarment rilevanti peress li jipprevedi settijiet ta' data dwar il-klassifikazzjoni ġenerika tal-istratifikazzjoni ambjentali tal-Ewropa, aggregati f'żoni ambjentali, li jistgħu jintużaw għall-istabbiliment tal-unitajiet tal-ħamrija mill-Istati Membri. |
|
(29) |
Sabiex jiżguraw governanza adatta fir-rigward tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f'livell xieraq għat-twettiq tal-obbligi previsti f’din id-Direttiva, inkluż awtorita’ kompetenti waħda jew aktar għal kull distrett tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaħtru kwalunkwe awtorità kompetenti addizzjonali fil-livell xieraq, inkluż fil-livell nazzjonali jew sottonazzjonali. Huwa essenzjali li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata dwar l-awtoritajiet kompetenti maħtura. |
|
(30) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaħtru l-awtorità kompetenti xierqa għat-twettiq tal- tal-obbligi previsti f’ din id-Direttiva f'siti militari. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni li jappartjenu għas-siti militari ma jiġux żvelati, minħabba li d-divulgazzjoni tagħhom tista' taffettwa b'mod ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati biex ma jagħmlux aċċessibbli għall-pubbliku data u informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tista’ taffettwa b’mod ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali, anki permezz ta' portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jew reġistru nazzjonali ta' siti potenzjalment ikkontaminati u siti kkontaminati li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u jenħtieġ li jkunu awtorizzati biex ma jirrappurtawx tali data u informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-EEA. |
|
(31) |
Sabiex ikun hemm fehim komuni ta' kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha, hemm bżonn li jiġi stabbilit sett komuni minimu ta' kriterji li jistgħu jitkejlu li, jekk ma jiġux rispettati, iwasslu għal telf kritiku fil-kapaċità tal-ħamrija li tiffunzjona bħala sistema ta' għajxien vitali u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. Jenħtieġ li tali kriterji jirriflettu u jkunu bbażati fuq il-livell eżistenti tax-xjenza tal-ħamrija. |
|
(32) |
Sabiex tiġi deskritta d-degradazzjoni tal-ħamrija, jeħtieġ li jiġu stabbiliti deskritturi komuni tal-ħamrija li jistgħu jitkejlu jew stmati. Anki jekk ikun hemm varjabbiltà sinifikanti bejn it-tipi ta' ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użi tal-art, l-għarfien xjentifiku attwali jippermetti l-istabbiliment ta' kriterji fil-livell tal-Unjoni għal xi wħud minn dawk id-deskritturi tal-ħamrija. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw il-kriterji għal xi wħud minn dawk id-deskritturi tal-ħamrija abbażi ta' kundizzjonijiet lokali jew nazzjonali speċifiċi u jiddefinixxu l-kriterji għal deskritturi oħrajn tal-ħamrija li għalihom ma jistgħux jiġu stabbiliti kriterji komuni fil-livell tal-Unjoni f'dan l-istadju. Għal dawk id-deskritturi tal-ħamrija li għalihom ma jistgħux jiġu stabbiliti f'dan l-istadju kriterji ċari li jiddistingwu bejn kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha u mhux f'saħħitha, fil-futur il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tagħhom ser jiffaċilitaw l-iżvilupp possibbli ta' tali kriterji. |
|
(33) |
Il-kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha tad-deskritturi tal-ħamrija jenħtieġ li jinqasmu f'valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u valuri ta' skattar operazzjonali. Jenħtieġ li l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti jirriflettu l-objettiv aspirazzjonali fit-tul ta' din id-Direttiva u ma joħolqux obbligu ta' azzjoni. Jenħtieġ li dawk il-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti jirriflettu, abbażi tal-għarfien xjentifiku attwali, is-sitwazzjoni ideali fejn il-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema ma tkunx ser tonqos u ma tkun ser issir l-ebda ħsara sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Madankollu, fil-kuntest tal-bżonn ta' effiċjenza u tar-riżorsi limitati disponibbli, u biex jiġu riflessi l-kundizzjonijiet lokali, hemm bżonn ta' valuri ta' skattar operazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri. Dawk il-valuri ta' skattar operazzjonali jenħtieġ li jagħtu bidu għal appoġġ biex jinkisbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija. Għal kull aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija, jenħtieġ li jiġi stabbilit valur ta' skattar operazzjonali proporzjonali u fattibbli wieħed jew aktar. L-istabbiliment tal-valuri ta' skattar fil-livell nazzjonali ser jiżgura li l-kundizzjonijiet u l-prattiki lokali, l-użu tal-ħamrija u l-politiki attwali jkunu jistgħu jiġu meqjusa kompletament. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu l-valur ta' skattar operazzjonali għal aspett wieħed jew aktar ta' degradazzjoni tal-ħamrija fl-istess livell bħall-valur fil-mira sostenibbli mhux vinkolanti għal dawk l-aspetti tad-degradazzjoni tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta' skattar operazzjonali. |
|
(34) |
Xi ħamrija għandha karatteristiċi speċjali, jew minħabba li hija ta' natura atipika u tikkostitwixxi ħabitats rari għall-bijodiversità jew pajsaġġi uniċi jew inkella minħabba li ġiet modifikata ħafna mill-bnedmin u jista' jkun fiha traċċi tanġibbli tal-istorja tal-bniedem . Jenħtieġ li dawk il-karatteristiċi jitqiesu fil-kuntest tad-definizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha u r-rekwiżiti biex tinkiseb kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha. |
|
(35) |
B'mod simili għall-objettiv aspirazzjonali fit-tul tagħha li tinkiseb ħamrija f'saħħitha sal-2050, u bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 u b'mod partikolari għall-objettiv “Ebda teħid tal-art nett”, din id-Direttiva timmira wkoll li tadotta approċċ gradwali dwar il-kwistjoni tat-teħid tal-art. Biex jingħata kontribut għal dak l-objettiv fit-tul, huwa importanti li jiġu vvalutati d-diversi proċessi tat-teħid tal-art, u timmira li jitnaqqas u jittaffa l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-ħamrija u s-servizzi tal-ekosistema. Din id-Direttiva għalhekk timmira li tistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija għall-aspetti aktar viżibbli tat-teħid tal-art, jiġifieri l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, bl-użu ta' għodod li diġà huma disponibbli fil-livell tal-Unjoni permezz ta' servizzi fornuti fil-qafas tal-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (“servizzi ta' Copernicus”), ikkomplementati b'mod fakultattiv b'data ta' telerilevament nazzjonali u inventarji nazzjonali. L-għan huwa li jintlaħaq fehim komuni fir-rigward tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija u li jinbdew riflessjonijiet preliminari fil-livell nazzjonali, abbażi ta' data affidabbli. |
|
(36) |
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri għat-tassazzjoni u għall-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija skont il-Kapitolu II ta' din id-Direttiva ma jinftehmux bħala li joħolqu xi piż finanzjarju fuq is-sidien tal-art u l-maniġers tal-art għajr l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti. |
|
(37) |
Il-ħamrija hija riżorsa limitata soġġetta għal kompetizzjoni dejjem tikber għal użi differenti. It-teħid tal-art huwa proċess li jikkawża modifika tal-użu tal-art u tal-karatteristiċi tal-ħamrija. Dan jista' jitqies bħala kunċett ġenerali li jista' jinqasam f'diversi aspetti. L-ewwel aspett tat-teħid tal-art huwa bidla minn użi naturali u seminaturali tal-art għal żoni ta' insedjament. It-tieni aspett tat-teħid tal-art hija l-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija kkawżata mill-alterazzjoni dejjiema tal-komponenti tal-ħamrija u tal-karatteristiċi tal-ħamrija, li tirriżulta f'telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. L-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija tista' tkompli tinqasam fi tliet proċessi prinċipali, jiġifieri l-issiġillar tal-ħamrija, it-tneħħija tal-ħamrija u tipi oħra ta' artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija. L-issiġillar tal-ħamrija huwa meta l-ħamrija tiġi koperta b'materjali artifiċjali, li huma kompletament jew parzjalment impermeabbli. Il-bini huwa eżempju ta' ssiġillar impermeabbli tal-ħamrija. Il-binarji tal-ferrovija mibnija b'materjali permeabbli huma tip ta' ssiġillar tal-ħamrija parzjalment impermeabbli. It-toroq, iż-żoni tar-rimi tal-iskart u l-miżbliet jistgħu jitqiesu bħala eżempji oħra ta’ ssiġillar tal-ħamrija. It-tneħħija tal-ħamrija hija tneħħija temporanja jew fit-tul tas-saff tal-wiċċ tal-ħamrija u xi drabi tas-sottoħamrija fiż-żona. Din isseħħ, pereżempju, waqt xogħlijiet ta' kostruzzjoni, l-estrazzjoni mill-minjieri f'sema miftuħ jew l-estrazzjoni mill-barrieri. Hemm tipi oħra, inqas viżibbli, ta' artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija bħal l-istabbilizzazzjoni u l-kompattazzjoni intenzjonali tal-ħamrija, il-modifika tas-saffi tal-ħamrija jew tas-sottoħamrija bl-inklużjoni ta' materjali artifiċjali jew il-kisi parzjali tal-ħamrija b'materjali kompożiti. L-aktar subtipi viżibbli tal-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija u li jħallu l-akbar impatt, jiġifieri l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, huma l-aktar faċli biex jiġu mmonitorjati, speċjalment permezz tat-telerilevament u t-tagħlim awtomatiku. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija jiġu mmonitorjati flimkien mal-effetti tagħhom fuq il-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. |
|
(38) |
Fost l-aspetti tat-teħid tal-art, it-tkabbir taż-żoni ta' insedjament huwa proċess ta' spiss imbuttat minn ħtiġijiet ta' żvilupp ekonomiku, li jinvolvi bidla fl-użu tal-art minn żoni naturali u seminaturali, inkluż foresti protetti, art bil-ħaxix naturali, torbieri, art agrikola u forestali, ġonna u parks, għal żoni ta' insedjament, pereżempju bħala parti minn żvilupp urban. Iż-żoni ta' insedjament, kif deskritti fir-Regolament (UE) 2018/841, jinkludu l-art żviluppata kollha, jiġifieri infrastruttura residenzjali, tat-trasport, kummerċjali u tal-produzzjoni ta' kwalunkwe daqs, sakemm ma jkunux diġà inklużi f'kategoriji tal-użu tal-art oħra. Iż-żoni ta' insedjament jinkludu wkoll ħamrija, veġetazzjoni perenni erbaċea bħat-turf u l-pjanti tal-ġonna u siġar f'insedjamenti rurali, ġonna privati u żoni urbani. B'mod partikolari, it-teħid tal-art ta’ art agrikola għall-insedjamenti spiss iħalli impatt fuq il-funzjoni tal-ħamrija fir-rigward tal-provvista tal-ikel. Tali bidliet fl-użu tal-art spiss ikunu prekursur għal xi aspetti oħra ta' teħid tal-art, b'mod partikolari għall-issiġillar tal-ħamrija, u huwa importanti li tali bidliet jiġu mmonitorjati biex tiġi antiċipata tal-anqas parti mill-proċess tal-issiġillar tal-ħamrija. Huwa importanti wkoll li jiġi nnutat li l-insedjamenti mhux dejjem ikunu kompletament issiġillati. Għall-kuntrarju ta' dan, għadd sinifikanti ta' żoni urbani għad għandhom ammonti kbar ta' ħamrija li mhijiex issiġillata, u għal xi żoni urbani dak l-ammont huwa aktar minn 50 % tal-wiċċ tagħhom. Għaldaqstant, dak l-indikatur relatat ma’ dak l-aspett tat-teħid tal-art waħdu mhuwiex biżżejjed biex tiġi mmonitorjata kompletament il-kwistjoni tat-teħid tal-art sħiħa, peress li ma jagħmilx distinzjoni bejn ħamrija ssiġillata u ħamrija mhux issiġillata, u jagħmel iż-żoni ħodor f'żoni ta' insedjament inviżibbli, u b'hekk jagħmel il-monitoraġġ u l-ġestjoni sostenibbli tagħhom aktar diffiċli. |
|
(39) |
Il-ħamrija f'żoni ta' insedjament li mhix issiġillata, u b'mod partikolari f'żoni urbani b'densità għolja ta' popolazzjoni, hija importanti daqs kwalunkwe ħamrija oħra li tiġi mmonitorjata u ġestita b'mod sostenibbli, peress li tkun għadha tipprovdi servizzi tal-ekosistema vitali għaż-żamma ta' kwalità tajba tal-ħajja f'żoni urbani. Firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ambjentali huma preżenti u kkonċentrati f’żoni tas-superfiċje relattivament żgħar, f'żoni urbani b'densità għolja ta' popolazzjoni. Dawk il-kwistjonijiet jistgħu jinkludu, fost oħrajn, rata ogħla ta' siti kkontaminati minħabba attivitajiet industrijali fil-passat, riskju ogħla ta' għargħar minħabba l-issiġillar tal-ħamrija, prevalenza ogħla ta' gżejjer ta' sħana u aċċess aktar limitat għal żoni ħodor essenzjali għall-benesseri mentali u fiżiku. Is-servizzi tal-ekosistema tal-ħamrija pprovduti minn ħamrija f'saħħitha f'żoni urbani jista' jkollhom impatt pożittiv qawwi ħafna fuq għadd kbir ta' nies billi jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet speċifiċi, u jenħtieġ li l-importanza tagħhom ma tiġix sottovalutata. L-ispazji ħodor urbani, kemm pubbliċi kif ukoll privati, jikkontribwixxu wkoll għan-network blu-ekoloġiku u għall-bijodiversità, u huma element ewlieni ta' politiki ambjentali oħra. Dan huwa wkoll konformi mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) dwar ir-restawr tal-ekosistemi urbani, li jirrifletti l-bżonn li l-Istati Membri jżommu u jżidu l-erja tas-superfiċje tal-ispazji ħodor urbani. |
|
(40) |
L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, bħala parti mill-aspett tal-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija tat-teħid tal-art, huma differenti mit-tkabbir tal-insedjamenti, peress li ma jikkostitwuwx neċessarjament bidla fl-użu tal-art, iżda minflok bidla konkreta u li tista' titkejjel fil-kopertura tal-ħamrija u l-karatteristiċi tal-ħamrija. L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija jistgħu jikkawżaw it-telf, spiss irriversibbli, tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema vitali, bħall-provvista ta' ikel u bijomassa, iċ-ċiklaġġ tal-ilma u tan-nutrijenti, bażi għall-bijodiversità jew il-ħżin tal-karbonju. Il-ħamrija ssiġillata tesponi wkoll l-insedjamenti umani għal livelli ogħla ta' għargħar u għal effetti ta' gżejjer ta' sħana aktar intensi. |
|
(41) |
Fir-rigward tas-siti tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jikkwalifikaw il-ħamrija bħala ssiġillata, bħala ħamrija f'żona li għaddiet minn tneħħija tal-ħamrija jew bħala ħamrija li ma kinitx issiġillata jew bħala ħamrija f'żona li ma għadditx minn tneħħija tal-ħamrija, skont it-tip ta' kostruzzjoni. Pereżempju, il-parks solari jistgħu jew jitqiesu bħala ssiġillar tal-ħamrija jew le, skont x'isir bil-ħamrija fil-bażi tal-pannelli solari. Jekk il-ħamrija tkun għadha kapaċi ssostni ekosistema b'mod suffiċjenti, allura parks solari ma jitqisux bħala ssiġillar tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ssir abbażi tal-impatt fuq il-ħamrija, irrispettivament mill-iskop jew id-dehra tal-kostruzzjoni rilevanti. Inventarji ta' żoni b'dawn it-tipi ta' kostruzzjonijiet, fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar x'isir bil-ħamrija fil-bażi ta’ tali tipi ta’ kostruzzjoni, jistgħu jiġu inkroċjati ma’ mapep tat-telerilevament tal-issiġillar tal-ħamrija biex dawn iż-żoni jikkwalifikaw bħala ħamrija li mhix issiġillata. |
|
(42) |
Il-mitigazzjoni hija essenzjali fir-rigward tal-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija b'mod ġenerali. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji biex jittaffa l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija, billi jiġi adottat approċċ ibbażat fuq l-isforz b'kunsiderazzjoni ta' sett kbir ta' prattiki tajba bl-għan li jiġi minimizzat u kkumpensat it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. Jenħtieġ li dawk il-prinċipji jkunu bbażati fuq il-ġerarkija tat-teħid tal-art tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ġeografiċi u amministrattivi differenti fl-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar it-teħid tal-art ma jimponux proċeduri ġodda għall-ħruġ ta' permessi u jenħtieġ li ma jipprevjenux il-ħruġ ta' permessi għal attivitajiet, inkluż għal proġetti ta' interess pubbliku prevalenti, u jenħtieġ li ma jaffettwawx id-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar ġeografiku li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali. Dawk il-prinċipji jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta' prattiki bħall-minimizzar tal-issiġillar tal-ħamrija, it-tneħħija tal-issiġillar u r-rikostruzzjoni ta' ħamrija li qabel kienet issiġillata, id-densifikazzjoni razzjonali ta' żoni urbanizzati filwaqt li jiġu salvagwardati l-ispazji ħodor, inkluż spazji ħodor urbani, u t-terreni naturali, ir-rivitalizzazzjoni ta' art abbandunata, l-ipprivileġġar ta' teħid tal-art limitat fiż-żmien u t-twettiq ta' riabilitazzjoni tal-art ma' tmiem it-teħid l-art. Sabiex jittaffa l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija b'mod kemm jista' jkun sostenibbli, jista' jkun hemm bżonn li l-miżuri ta' kumpens, skont is-servizz tal-ekosistema li jkun irid jiġi kkumpensat, ikunu ġeografikament kemm jista' jkun qrib tas-sors tat-telf tas-servizz tal-ekosistema. Infatti, konsegwenza tal-applikazzjoni ħażina ta' dawk il-prinċipji tista' tkun l-ispostament ta' żoni u servizzi tal-ekosistema ħodor u ta' valur għoli 'l bogħod ħafna miż-żoni b’ħamrija ssiġillata, b'konċentrazzjoni sħiħa tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija fiż-żoni affettwati. |
|
(43) |
Jenħtieġ li l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija bbażata fuq in-network ta' monitoraġġ tkun preċiża, filwaqt li fl-istess ħin il-kostijiet ta' tali monitoraġġ jinżammu f'livell raġonevoli. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji għall-punti ta' kampjunar li jkunu rappreżentattivi tal-unitajiet tal-ħamrija li jirriflettu ċertu grad ta' omoġeneità tal-kundizzjoni tal-ħamrija skont tipi differenti ta' ħamrija, kundizzjonijiet klimatiċi differenti u użu differenti tal-art. Huwa xieraq ukoll li titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiġġustifika l-previżjoni ta' miżuri speċifiċi biex jappoġġaw lil dawk ir-reġjuni. Jenħtieġ, għalhekk, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw, meta jkun meħtieġ, l-obbligi relatati ma' monitoraġġ u valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija għall-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom. Jenħtieġ li l-grilja tal-punti ta' kampjunar tiġi ddeterminata bl-użu ta' metodi ġeostatistiċi, tkun ibbażata fuq l-unitajiet tal-ħamrija u tkun densa biżżejjed biex tipprovdi stima tal-erja ta' ħamrija degradata fit-territorju kollu tal-Istati Membri, b'marġni ta' errur ta' mhux aktar minn 5 % fil-livell tal-unità tal-ħamrija. Dak il-valur komunement jitqies li jipprovdi stima statistikament tajba u assigurazzjoni raġonevoli li l-objettiv ikkonċernat ikun intlaħaq. Jenħtieġ li t-tfassil tal-istħarriġ kampjunarju għall-monitoraġġ tal-ħamrija jkun ibbażat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetajiet tal-ħamrija, bħall-informazzjoni li tirriżulta minn stħarriġ nazzjonali jew sottonazzjonali preċedenti, kejl rilevanti mwettaq mill-maniġers tal-ħamrija u kejl imwettaq skont il-liġi tal-Unjoni u internazzjonali jew programmi speċifiċi, bħall-kampanji dwar il-ħamrija LUCAS jew il-Programm Kooperattiv Internazzjonali għall-Valutazzjoni u l-Monitoraġġ tal-Effetti tat-Tniġġis tal-Arja fuq il-Foresti (ICP Forests). Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati skont din id-Direttiva għall-ġestjoni ta' siti kkontaminati, id-data miksuba mill-punti ta' kampjunar meħuda waqt l-investigazzjonijiet tal-ħamrija f'siti kontaminati tista' tintuża għall-valutazzjoni tal-kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha. |
|
(44) |
L-arkivji tal-ħamrija jaħżnu subsett rappreżentattiv ta' kampjuni tal-ħamrija, li jagħmilha possibbli li jintuża kampjun wieħed għal diversi skopijiet, inkluż ir-riċerka, u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet fit-tul tal-monitoraġġ in situ. Barra minn hekk, l-arkivji tal-ħamrija jagħmluha possibbli li jiġu evalwati mill-ġdid il-kampjuni tal-ħamrija meħuda fil-passat fil-kuntest tal-preżent għall-finijiet ta' fehim imtejjeb tat-tibdil fit-tul tal-ħamrija, jew għal skopijiet oħra ta' riċerka, inkluż ir-riċerka medika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, inkluż servizzi bħall-JRC, u l-Istati Membri jiżguraw li subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija jiġi ppreservat tajjeb f'arkivji fiżiċi u jibqa’ disponibbli għal aktar riċerka u innovazzjoni. Meta l-Istati Membri jwettqu t-tali arkivjar, jenħtieġ li subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija jinħażnu f'arkivji ddedikati għall-ħamrija mill-inqas għal żewġ ċikli ta' monitoraġġ. Jenħtieġ li jkun possibbli għall--Istati Membri li jiddeċiedu li jittrasferixxu subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija tagħhom fl-arkivju tal-ħamrija ddedikat tal-Kummissjoni. |
|
(45) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti u tappoġġa lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex jimmonitorjaw is-saħħa tal-ħamrija tagħhom billi jkomplu jwettqu u jtejbu l-kampjunar regolari in situ tal-ħamrija u l-kejl relatat tal-ħamrija (LUCAS soil) bħala parti mil-LUCAS imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Għal dak l-għan, u soġġett għall-qbil tal-Istati Membri, LUCAS għandu jittejjeb u jiġi mmodernizzat sabiex jiġi allinjat bis-sħiħ mar-rekwiżiti speċifiċi ta' kwalità li għandhom jiġu ssodisfati għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Sabiex jittaffa l-piż amministrattiv u finanzjarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija miġbura taħt LUCAS. Jenħtieġ li dik id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija tkun għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-ħin. Jenħtieġ li l-Istati Membri appoġġati b'dan il-mod jagħmlu l-arranġamenti legali meħtieġa biex jiżguraw li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq tali kampjunar tal-ħamrija in situ, inkluż fuq art li hija proprjetà privata, u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni qed tiżviluppa servizzi ta' telerilevament fil-kuntest ta' Copernicus bħala programm xprunat mill-utenti stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696, u b'hekk qed tappoġġa wkoll lill-Istati Membri. Sabiex jiżdiedu t-tempestività u l-effettività tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri, fejn rilevanti, jużaw data ta' telerilevament, inkluż outputs mis-servizzi ta' Copernicus għall-monitoraġġ tad-deskritturi tal-ħamrija u għall-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija rilevanti, u jekk rilevanti, għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-EEA jappoġġaw l-esplorazzjoni ta' possibbiltajiet fir-rigward ta', u l-iżvilupp, ta' prodotti ta' telerilevament tal-ħamrija biex jassistu Stati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi tal-ħamrija u tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija rilevanti. |
|
(47) |
Filwaqt li tibni ulterjorment u timmodernizza l-Osservatorju tal-Ħamrija tal-UE eżistenti, jenħtieġ li l-kummissjoni tistabbilixxi portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija li jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-Istrateġija tal-UE għad-Data, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Frar 2020 bl-isem “Strateġija Ewropea għad-Data”, u mal-ispazji tad-data tal-UE. Il-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija jenħtieġ li jkun ċentru li jipprovdi aċċess għad-data dwar il-ħamrija li ġejja minn diversi sorsi, f'forma aggregata fil-livell tal-unità tal-ħamrija jew f'livell aktar dettaljat jekk rilevanti, dment li ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-valuri individwali jew il-post tal-kampjuni ġeoreferenzjati sottostanti. Jenħtieġ li dak il-portal primarjament jinkludi d-data kollha miġbura mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni kif meħtieġ minn din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-ipproċessar u l-aċċess għal dik id-data, inkluż għal finijiet xjentifiċi, jaderixxu mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, bħad-Direttivi 2003/4/KE (20), 2007/2/KE (21), (UE) 2019/1024 (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u r-Regolament (KE) Nru 223/2009. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrieżaminaw id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u jitolbu korrezzjoni ta' kwalunkwe żball, qabel tali data ma ssir pubblika permezz tal-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi integrata fil-portal, fuq bażi volontarja, data rilevanti oħra dwar il-ħamrija miġbura mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe parti oħra u b'mod partikolari data li tirriżulta minn proġetti taħt Orizzont Ewropa u l-Missjoni tal-UE “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”, dment li dik id-data tissodisfa ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-format u l-ispeċifikazzjonijiet. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. |
|
(48) |
Huwa meħtieġ ukoll li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-ħamrija użati fl-Istati Membri u li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn is-sistemi ta' monitoraġġ tal-Unjoni u dawk nazzjonali sabiex ikun hemm data aktar komparabbli madwar l-Unjoni. Huwa importanti ħafna li jiġu żgurati l-kwalità u l-komparabbiltà tal-kejl tal-ħamrija permezz tal-applikazzjoni ta' prattiki ta' sistema ta' ġestjoni tal-kwalità mil-laboratorji involuti. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għal-laboratorji, Stat Membru jista' jqis li huwa biżżejjed li laboratorji jkollhom akkreditazzjoni waħda għal kwalunkwe metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija. Il-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija jenħtieġ li japplikaw prattiki tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità f'konformità mal-EN ISO/IEC-17025. Jistgħu jintużaw standards ta' ġestjoni tal-kwalità ekwivalenti fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u fejn rilevanti, jistgħu jiġu mfittxija sinerġiji mas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tal-ICP Forests. |
|
(49) |
Huwa importanti li jintużaw metodoloġiji għall-ittestjar tal-ħamrija li huma ċċertifikati minn korpi rikonoxxuti internazzjonalment, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), kif ukoll rikonoxxuti mill-komunità globali tar-riċerka, dment li t-tali metodoloġiji jkunu disponibbli. Huwa possibbli wkoll li jintużaw metodoloġiji ekwivalenti oħra għall-ittestjar tal-ħamrija, jiġifieri proċeduri analitiċi li jiddeterminaw l-istess parametru jew deskrittur u li huma ppruvati li jipproduċu riżultati identiċi fil-marġni tal-koeffiċjent tar-ripetibbiltà tagħhom (0,95). Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni ta' kwalunkwe metodoloġija ekwivalenti wkoll tinkiseb minn korpi rikonoxxuti internazzjonalment, bħall-ISO u s-CEN, u tali metodoloġiji ekwivalenti jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti mill-komunità globali tar-riċerka. |
|
(50) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ħamrija tkun protetta minn kontaminazzjoni minn sustanzi li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u li jikkontaminaw l-arja tal-madwar, l-ilmijiet tal-wiċċ, l-ilma ta' taħt l-art, u sussegwentement l-oċeani, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi politiċi biex jidentifikaw u jivvalutaw tali sustanzi ta' tħassib. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li jiġi żviluppat approċċ rigward il-kontaminazzjoni tal-ħamrija li jippermetti monitoraġġ u analiżi tat-tali sustanzi jew gruppi ta' sustanzi permezz ta' lista indikattiva simili għall-approċċ użat għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta' taħt l-art. Is-sustanzi jew il-gruppi ta' sustanzi li għandhom jitqiegħdu f'tali lista indikattiva jenħtieġ li jinkludu sustanzi li jippreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jkunu ta' riskju sinifikanti għall-ħamrija jew permezz tagħha, u li għalihom id-data ta' monitoraġġ disponibbli ma tkunx biżżejjed. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda limitu massimu fuq l-għadd ta' sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija għall-finijiet ta' monitoraġġ u analiżi. |
|
(51) |
Hu meħtieġ li tinġabar data dwar il-preżenza ta' kontaminanti tal-ħamrija li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, inkluż il-pestiċidi, il-metaboliti tagħhom, is-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) u kontaminanti emerġenti oħra tal-ħamrija. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi qafas biex tali kontaminanti jiġu inklużi f'lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija li għalihom hija meħtieġa aktar data ta' monitoraġġ tal-ħamrija biex jiġi indirizzat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Sabiex jiġu limitati l-kostijiet tal-monitoraġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iwettqu kejl fuq għadd limitat ta' punti ta' kampjunar għal dawk il-kontaminanti. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri billi tkejjel għażla ta' kontaminanti tal-ħamrija mil-lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija f'LUCAS. |
|
(52) |
Il-mikroplastiċi u n-nanoplastiċi huma sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-ħamrija kif ukoll għal attivitajiet essenzjali bħall-produzzjoni agrikola. Il-preżenza tagħhom fil-ħamrija jista' jkollha implikazzjonijiet għall-fertilità tal-ħamrija, u b'hekk tikkomprometti s-saħħa u l-iżvilupp b'saħħtu tal-għelejjel. Għalhekk huwa essenzjali li din id-Direttiva tippermetti l-inklużjoni tal-mikroplastiċi u n-nanoplastiċi fil-monitoraġġ tal-kontaminanti tal-ħamrija. |
|
(53) |
Sabiex isir l-aktar użu wiesa' possibbli tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiffaċilitaw l-aċċess għal tali data għall-pubbliku, f'forma aggregata fil-livell tal-unità tal-ħamrija jew f'livell aktar dettaljat jekk rilevanti, dment li ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-valuri individwali jew il-post tal-kampjuni ġeoreferenzjati sottostanti. Jenħtieġ li d-data kunfidenzjali miġbura mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea tiġi protetta f'konformità mar-regoli u l-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex tinkiseb u tinżamm il-fiduċja tal-partijiet responsabbli għall-għoti ta' dik l-informazzjoni. Meta l-Kummissjoni jew l-Istati Membri jipproduċu statistika dwar is-saħħa tal-ħamrija, jenħtieġ li jiżguraw li d-data kunfidenzjali tirrispetta l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Barra minn hekk, sabiex tiġi protetta s-sjieda tad-data, huwa importanti li l-Kummissjoni, l-EEA jew l-Istati Membri jiddivulgaw biss data bil-kunsens tas-sid tad-data. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija lill-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-bdiewa, il-forestiera, is-sidien tal-art u l-awtoritajiet lokali. Huwa importanti li x-xerrejja u l-kerrejja prospettivi tal-art jirċievu, f'konformità mal-liġi nazzjonali u fuq talba tagħhom, id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija. Barra minn hekk, id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija magħmula disponibbli skont din id-Direttiva tista' tintuża għal monitoraġġ ta' aspetti relatati mwettaq skont liġi oħra tal-Unjoni, fejn rilevanti. |
|
(54) |
Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa skont din id-Direttiva ser jinfurmaw il-proċess tal-identifikazzjoni tal-prattiki speċifiċi meħtieġa għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u b'hekk l-appoġġ li l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu biex iżidu s-saħħa u r-reżiljenza tal-ħamrija. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn liġi oħra tal-Unjoni u nazzjonali, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija ma jimponux obbligi addizzjonali fuq is-sidien tal-art u l-maniġers tal-art. Fl-istess ħin, il-maniġers tal-ħamrija, is-sidien tal-art, il-maniġers tal-art u l-awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jirċievu appoġġ biex itejbu s-saħħa u r-reżiljenza tal-ħamrija. Fost l-oħrajn, jenħtieġ li dak l-appoġġ jieħu l-forma ta': informazzjoni u pariri dwar prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali tal-ħamrija; it-tisħiħ tal-kapaċitajiet; il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija; il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni; il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u finanzjarji; u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament disponibbli u l-użu tiegħu. |
|
(55) |
L-istrumenti ekonomiċi, inkluż dawk taħt il-PAK li jipprovdu appoġġ lill-bdiewa, għandhom rwol kruċjali fiż-żamma u t-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u, sa ċertu punt, tal-ħamrija tal-foresti. Il-PAK għandha l-għan li tappoġġa s-saħħa tal-ħamrija permezz tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-iskemi ekoloġiċi u tal-miżuri ta' żvilupp rurali. L-appoġġ finanzjarju għall-bdiewa u l-forestiera li japplikaw prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija jista' jiġi ġġenerat ukoll mis-settur privat. Pereżempju, it-tikketti volontarji tas-sostenibbiltà fl-industriji tal-ikel, tal-injam, b'bażi bijoloġika u tal-enerġija, stabbiliti minn partijiet ikkonċernati privati, jistgħu jqisu l-kontributi tal-bdiewa u l-forestieri għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f'konformità ma' din id-Direttiva. It-tali tikketti jistgħu jippermettu lill-produtturi tal-ikel, tal-injam u ta' bijomassa oħra li jsegwu dawk il-prattiċi fil-produzzjoni tagħhom biex jirriflettuhom fil-valur tal-prodotti tagħhom. Ser jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali għal network ta' siti reali għall-ittestjar, għad-dimostrazzjoni u għat-titjib tas-soluzzjonijiet, inkluż dwar il-kultivazzjoni karbonika, permezz tal-laboratorji ħajjin u l-fanali tal-Missjoni tal-UE “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu appoġġ u pariri biex jgħinu lis-sidien tal-artijiet, lill-maniġers tal-art u lill-utenti tal-artijiet affettwati mill-azzjonijiet meħuda skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet limitati ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
(56) |
Skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom kif l-arkitettura ambjentali u klimatika ta' dawk il-pjanijiet hija maħsuba li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri nazzjonali fit-tul stabbiliti fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta' dak ir-Regolament, jew li joħorġu minnhom, u għall-konsistenza magħhom. |
|
(57) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jimmonitorjaw mill-qrib l-impatt tal-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, filwaqt li jqisu għarfien ġdid mir-riċerka u l-innovazzjoni. F'dan ir-rigward, huma mistennija kontributi siewja mill-Missjoni tal-UE “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” u, b'mod partikolari, mil-laboratorji ħajjin tagħha u mill-attivitajiet biex jiġu appoġġati l-monitoraġġ tal-ħamrija, l-edukazzjoni dwar il-ħamrija u l-involviment taċ-ċittadini. |
|
(58) |
Ir-riġenerazzjoni tal-ħamrija ġġib il-ħamrija degradata lura għal kundizzjoni f'saħħitha. Fil-kuntest tar-riġenerazzjoni tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija jistgħu jitqiesu u huwa xieraq li l-miżuri ta' riġenerazzjoni jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tas-sitwazzjoni, it-tip, l-użu u l-kundizzjoni tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet lokali, klimatiċi u ambjentali. Fil-każ ta' żoni bl-issiġillar tal-ħamrija jew it-tneħħija tal-ħamrija, l-irkupru tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema jeħtieġ l-ewwel ir-rikostruzzjoni tal-ħamrija, bl-għan li jinkiseb livell ta' funzjonament tal-ħamrija u tal-provvista tas-servizzi tal-ekosistema li jkun kemm jista' jkun qrib il-funzjonament naturali tagħha u l-livell ottimali tal-provvista tas-servizzi tal-ekosistema tagħha. |
|
(59) |
Biex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-miżuri differenti adottati taħt liġi oħra tal-Unjoni li jista' jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-attivitajiet li jappoġġaw is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija jkunu konsistenti: mal-pjanijiet nazzjonali ta' restawr imħejjija f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1991; mal-istrateġiji nazzjonali tal-bijodiversità u l-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika; mal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115; mal-kodiċi ta' prattiki agrikoli tajba u l-programmi ta' azzjoni għal żoni nnominati vulnerabbli adottati f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (25); mal-miżuri ta' konservazzjoni u ma' qafas ta' azzjoni prijoritizzat stabbiliti għas-siti ta' Natura 2000 f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (26); mal-miżuri għall-kisba ta' status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar imħejjija f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27); mal-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju ta' għargħar stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28); mal-pjanijiet ta' ġestjoni tan-nixfiet promossi fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima; mal-programmi ta' azzjoni nazzjonali stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-UNCCD; mal-miri stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29); mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30); mal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja imħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31); mal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32); mal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali mwettqa f'konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Attivitajiet li jappoġġaw is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija jenħtieġ li jkunu, kemm jista' jkun, integrati f'dawk il-programmi, il-kodiċijiet, l-oqfsa ta' azzjoni, il-miri, il-pjanijiet u l-miżuri sa fejn jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom. Konsegwentement, l-indikaturi u d-data rilevanti, bħall-indikaturi tar-riżultati relatati mal-ħamrija skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u d-data statistika dwar l-input u l-output agrikoli rrapportati skont ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti sabiex issir kontroreferenza għal dik id-data u dawk l-indikaturi u b'hekk ikun possibbli li tinkiseb l-aktar valutazzjoni preċiża possibbli tal-effettività tal-miżuri magħżula. |
|
(60) |
Is-siti kkontaminati spiss huma l-legat ta' għexieren ta' snin ta' attivitajiet fl-Unjoni, bħal attivitajiet industrijali jew militari, u jistgħu jwasslu għal riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent issa u fil-futur. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-ewwel jiġu identifikati u investigati s-siti potenzjalment ikkontaminati u mbagħad, f'każ ta' kontaminazzjoni kkonfermata, jiġu vvalutati r-riskji tas-sit ikkontaminat u jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati r-riskji inaċċettabbli. F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt ta' siti kkontaminati fuq mezzi jew matriċijiet ambjentali għajr il-ħamrija, bħall-ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ. Xi wħud minn dawk l-attivitajiet, bħall-użu ta' faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art għal sustanzi perikolużi, jaf ikunu seħħew fis-sodda tal-blat jew fil-materjal oriġinali. Meta tali faċilità tal-ħżin taħt l-art tkun nixxet, il-kontaminanti jistgħu jkunu ċċaqalqu fis-sodda tal-blat jew fil-materjal oriġinali, u x'aktarx ma jinstabux fil-ħamrija. Madankollu, il-kontaminanti jistgħu jinfirxu u b'hekk ikollhom impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Għalhekk, jekk tali attivitajiet isiru f'siti potenzjalment ikkontaminati, is-sodda tal-blat jew il-materjal oriġinali fil-viċinanza tal-attività jkollhom jiġu investigati wkoll biex jiġi vverifikat jekk l-attività kkawżatx kontaminazzjoni li għandha impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. |
|
(61) |
L-investigazzjoni tal-ħamrija trid tiddetermina jekk sit potenzjalment ikkontaminat huwiex fil-fatt ikkontaminat, u jekk il-kontaminazzjoni toħloqx riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Din id-Direttiva ma teħtieġx l-analiżi tad-deskritturi tal-ħamrija għajr il-kontaminazzjoni tal-ħamrija bħala parti mill-investigazzjoni tal-ħamrija. Peress li l-użu tal-art jista' jinbidel maż-żmien, huwa importanti li l-informazzjoni dwar il-kontaminazzjoni tinżamm aċċessibbli għall-pubbliku. Pereżempju, meta trid tittieħed deċiżjoni dwar bidla fl-użu tal-art, huwa importanti li jiġi evalwat jekk kontaminazzjoni li nstabet f'investigazzjoni tal-ħamrija fil-passat tistax toħloq riskju għall-użu l-ġdid tal-art previst. Għalhekk, biex jiġi vvalutat jekk sit potenzjalment ikkontaminat huwiex fil-fatt ikkontaminat, għandhom jitqiesu wkoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent marbuta mal-użu sensittiv tas-sit. L-użi sensittivi tas-siti jinkludu l-użu ta’ grawnds tal-logħob, l-iskejjel jew is-siti użati għall-indukrar tat-tfal, jew żoni qrib tagħhom, l-użu ta’ żoni residenzjali jew l-użu ta’ żoni oħra użati minn popolazzjonijiet vulnerabbli. Meta investigazzjoni tal-ħamrija turi li sit potenzjalment ikkontaminat fil-fatt ma jkunx ikkontaminat, jenħtieġ li s-sit ma jibqax jitqies mill-Istat Membru bħala potenzjalment ikkontaminat, sakemm ma tkunx issuspettata kontaminazzjoni abbażi ta' evidenza ġdida. |
|
(62) |
Peress li l-għadd ta' siti potenzjalment ikkontaminati u siti kkontaminati jista' jkun għoli ħafna u l-livell ta' riskju li sit ikkontaminat joħloq jista' jvarja minn baxx ħafna għal għoli ħafna, huwa xieraq li jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati u għall-ġestjoni ta' siti kkontaminati. Approċċ bħal dan jista' jippermetti lill-Istati Membri jagħtu prijorità lil ċerti siti. Billi jipprijoritizzaw ċerti siti, l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riskju potenzjali li joħloq każ suspettat jew ikkonfermat ta' kontaminazzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, kif ukoll il-kuntest soċjali jew ekonomiku. L-evalwazzjoni tar-riskju potenzjali involut f'tali prijoritizzazzjoni hija ħafna aktar ġenerika mill-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit li titwettaq fuq sit ikkontaminat. |
|
(63) |
Sabiex jiġu identifikati siti potenzjalment ikkontaminati, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru evidenza, inkluż permezz ta' riċerka storika li tesplora informazzjoni dwar attivitajiet, inċidenti u aċċidenti industrijali, bl-użu ta' mapep qodma, arkivji, artikli tal-istampa, permessi ambjentali u notifiki mill-pubbliku jew mill-awtoritajiet u data dwar il-bijomonitoraġġ uman jew il-monitoraġġ ambjentali minn proġetti ta' riċerka. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu lista ta' attivitajiet potenzjalment kontaminanti u jkunu jistgħu jipprijoritizzaw ċerti siti potenzjalment ikkontaminati li huma l-aktar probabbli li joħolqu riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, abbażi tat-tip ta' attività, l-estent tal-kontaminazzjoni potenzjali, indikazzjoni li hemm riskju immedjat jew informazzjoni rilevanti oħra. Peress li l-għadd ta' siti potenzjalment ikkontaminati jista' jevolvi maż-żmien, jenħtieġ li l-ewwel identifikazzjoni ta' tali siti titlesta f'perjodu ta' żmien stabbilit, abbażi tal-evidenza eżistenti, filwaqt li l-identifikazzjoni ulterjuri ta' tali siti jenħtieġ li titwettaq permezz ta' approċċ sistematiku. |
|
(64) |
Sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet tal-ħamrija fuq siti potenzjalment ikkontaminati jitwettqu fil-ħin u b'mod effettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li, minbarra l-obbligu li jistabbilixxu l-perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jitwettqu l-investigazzjonijiet tal-ħamrija, ikunu meħtieġa jidentifikaw avvenimenti speċifiċi li jiskattaw tali investigazzjonijiet. Tali avvenimenti skattaturi jistgħu jinkludu t-talba jew ir-rieżami ta' permess ambjentali jew tal-bini jew awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, attivitajiet ta' tħaffir tal-ħamrija, bidliet fl-użu tal-art jew tranżazzjonijiet tal-art jew tal-proprjetà immobbli. L-investigazzjonijiet tal-ħamrija jistgħu jsegwu stadji differenti, bħal studju preliminari mhux fuq il-post, studju storiku speċifiku għas-sit biex tinġabar informazzjoni dwar attivitajiet industrijali tal-passat, inċidenti jew aċċidenti, żjara fuq il-post, investigazzjoni preliminari jew esploratorja, investigazzjoni aktar dettaljata jew deskrittiva, u ttestjar fuq il-post jew fil-laboratorju, u jistgħu jinkludu valutazzjoni speċifika għas-sit tar-riskji li l-kontaminazzjoni toħloq għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Jekk tinstab kontaminazzjoni, jenħtieġ li l-investigazzjoni tal-ħamrija tifforma l-bażi tal-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni u l-kuntest ambjentali tagħha u tipprovdi informazzjoni bażika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u t-tfassil ta' kwalunkwe miżura ta' tnaqqis tar-riskju li tista' tkun meħtieġa. Ir-rapporti ta' bażi u l-miżuri ta' monitoraġġ implimentati f'konformità mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala investigazzjoni tal-ħamrija, fejn xieraq. |
|
(65) |
Hija meħtieġa flessibbiltà fir-rigward tal-ġestjoni ta' siti kkontaminati biex jitqiesu l-kostijiet, il-benefiċċji u l-ispeċifiċitajiet lokali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri tal-anqas jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati u għall-ġestjoni ta' siti kkontaminati, filwaqt li jqisu d-differenza bejn dawk iż-żewġ kategoriji u b'hekk jippermettu li r-riżorsi jiġu allokati filwaqt li jitqies il-kuntest ambjentali, soċjali u ekonomiku speċifiku. Id-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni ta’ siti kkontaminati, inkluż dwar l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali, jenħtieġ li jittieħdu abbażi tan-natura u l-firxa tar-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, inkluż l-esponiment għal kontaminanti ta' popolazzjonijiet vulnerabbli bħan-nisa tqal, il-persuni b'diżabbiltà, l-anzjani u t-tfal, u għall-ambjent li jirriżultaw mill-esponiment għal kontaminanti tal-ħamrija jew għal kontaminanti li mxew għall-ilma ta' taħt l-art u, jekk possibbli, l-effetti kumulattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ekosistemi tal-ħamrija u s-servizzi tal-ekosistema assoċjati. |
|
(66) |
Jenħtieġ li l-livelli naturali u antropoġenika tal-isfond jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju peress li dawn jistgħu jgħinu wkoll biex jiġu stabbiliti objettivi ta' riabilitazzjoni jew ta' ġestjoni tal-ħamrija. |
|
(67) |
Jenħtieġ li r-riżultati tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tat-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit jew ir-riabilitazzjoni tal-ħamrija tkun pożittiva. Pereżempju, għal siti kkontaminati fuq skala żgħira, valutazzjoni tar-riskju dettaljata speċifika għas-sit tista' tkun aktar għalja mir-riabilitazzjoni immedjata tal-ħamrija, jew is-sit jista' jkun ikkontaminat b'mod ċar u serju b'tali mod li valutazzjoni tar-riskju dettaljata speċifika għas-sit ma tkunx meħtieġa għall-finijiet tat-teħid ta' deċiżjoni dwar ir-riabilitazzjoni tal-ħamrija. F'każijiet bħal dawn, l-għadd ta' passi fl-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati u għall-ġestjoni ta' siti kkontaminati jista' jitnaqqas peress li valutazzjoni tar-riskju dettaljata speċifika għas-sit ftit li xejn iġġib valur miżjud. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit ta' siti kkontaminati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw ukoll x'jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli minn sit ikkontaminat abbażi tal-għarfien xjentifiku, il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali u l-użu attwali u ppjanat tal-art. |
|
(68) |
Sabiex jitnaqqsu għal livell aċċettabbli r-riskji ta' siti kkontaminati għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jittieħdu miżuri adegwati tat-tnaqqis tar-riskji, inkluż ir-riabilitazzjoni tal-ħamrija. L-aħjar miżuri tat-tnaqqis tar-riskji jenħtieġ li jkunu sostenibbli u magħżula permezz ta' proċess bilanċjat ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jqis l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku. L-għażla tat-teknika jew tal-miżura tiddependi fuq kombinazzjoni ta' kriterji bħan-natura tal-kontaminanti, il-karatteristiċi tal-ħamrija, il-volum tal-kontaminazzjoni, iż-żmien u l-ispazju disponibbli, ir-restrizzjonijiet baġitarji, l-objettivi ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija, l-użu attwali u ppjanat tal-art, u l-potenzjal li tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija. Il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju jenħtieġ li ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju taż-żoni tal-ġbir tal-ilma għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Peress li r-riabilitazzjoni tal-ħamrija tiffoka fuq it-tneħħija tar-riskju li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija toħloq għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jista' jkun il-każ li r-riabilitazzjoni tal-ħamrija ma ttejjibx deskritturi oħra tal-ħamrija. Ċerti tekniki ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija jista' jkollhom ukoll impatt negattiv fuq is-saħħa tal-ħamrija. Għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha tat-tekniki ta' rimedju. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-miżuri meħuda skont liġi oħra tal-Unjoni jiġu kkwalifikati bħala miżuri tat-tnaqqis tar-riskju skont din id-Direttiva jekk dawk il-miżuri effettivament inaqqsu r-riskji maħluqa minn siti kkontaminati. |
|
(69) |
Jenħtieġ li l-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati u l-ġestjoni ta' siti kkontaminati tirrispetta l-prinċipji ta' min iniġġes iħallas, ta' prekawzjoni u ta' proporzjonalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għan li jidentifikaw min iniġġes u jenħtieġ li jistabbilixxu ġerarkija ta' responsabbiltà jew katina ta' responsabbiltà tad-deċiżjonijiet, biex tiġi ddeterminata l-persuna fiżika jew ġuridika li għandha terfa' r-responsabbiltà għall-kostijiet tal-investigazzjoni tal-ħamrija, il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu distinzjoni ulterjuri bejn siti kkontaminati storikament u dawk li jkunu għadhom kif ġew ikkontaminati u li japplikaw approċċ aktar strett għall-kontaminazzjoni kkawżata wara ċerta data ta' referenza. Fil-każ ta' siti kkontaminati li għalihom mhux possibbli li tiġi identifikata l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-kontaminazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw strumenti finanzjarji u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni sabiex iwettqu l-obbligi rigward l-investigazzjoni tal-ħamrija u r-riabilitazzjoni tal-ħamrija. |
|
(70) |
Il-kontaminazzjoni tal-ħamrija diġà hija rregolata skont il-liġi tal-Unjoni bħad-Direttivi 2010/75/UE jew 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38). Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni. |
|
(71) |
Jenħtieġ li l-investigazzjonijiet tal-ħamrija, il-valutazzjonijiet tar-riskju jew il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju li jkunu twettqu fuq siti potenzjalment ikkontaminati jew fuq siti kkontaminati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, jitqiesu xierqa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva għal tali siti. |
|
(72) |
Jenħtieġ li l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva jqisu wkoll objettivi ta' politika oħrajn tal-Unjoni, bħall-objettivi segwiti mir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), jiġifieri l-iżgurar ta' provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika għall-industriji tal-Unjoni. |
|
(73) |
It-trasparenza hija komponent essenzjali tal-politika dwar il-ħamrija u tiżgura r-responsabbiltà u l-għarfien tal-pubbliku, kundizzjonijiet ġusti tas-suq u li jkun jista' jsir monitoraġġ tal-progress. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu reġistru nazzjonali ta' siti potenzjalment ikkontaminati u siti kkontaminati. Jenħtieġ li dawk ir-reġistri jkun fihom informazzjoni speċifika għas-sit u jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fil-forma ta' bażi ta' data spazjali ġeoreferenzjata online. Jekk ir-reġistri jiġu stabbiliti fil-livell sottonazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu punt ta' dħul nazzjonali kkoordinat għar-reġistri sottonazzjonali differenti, pereżempju b'websajt nazzjonali ċentralizzat li jkun fih links elettroniċi. Jenħtieġ li r-reġistri jkun fihom l-informazzjoni li hija meħtieġa sabiex il-pubbliku jkun infurmat bl-eżistenza ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u l-ġestjoni ta' siti kkontaminati. Minħabba li l-preżenza ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija f'siti potenzjalment ikkontaminati tista', skont id-definizzjoni, tiġi suspettata biss, id-differenza bejn siti potenzjalment ikkontaminati u siti kkontaminati jenħtieġ li tiġi kkomunikata u spjegata b'mod ċar lill-pubbliku sabiex jiġi evitat li jkun hemm tħassib bla bżonn. Reġistri li jkunu jeżistu fi … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jitqiesu xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva. |
|
(74) |
L-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni. Barra minn hekk, f'konformità mal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (40) (il-“Konvenzjoni ta' Aarhus”), approvata mill-Komunità Ewropea fis-17 ta' Frar 2005 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (41), il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandu jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt li wieħed jgħix f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benesseri personali. |
|
(75) |
Kif iċċarat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (42), l-Istati Membri m'għandhomx permess jirrestrinġu l-pożizzjoni legali għall-kontestazzjoni ta' deċiżjoni ta' awtorità pubblika għal dawk il-membri tal-pubbliku kkonċernati li pparteċipaw fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet li wasslet għall-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li kwalunkwe proċedura ta' rieżami tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u mhux għalja b'mod projbittiv, u tipprevedi rimedji adegwati, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni kif xieraq. Barra minn hekk, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (43), l-aċċess għall-ġustizzja għandu, bħala minimu, jingħata lill-pubbliku kkonċernat. |
|
(76) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tordna r-rilaxx ta' informazzjoni tas-settur pubbliku f'formati liberi u miftuħa. L-objettiv ġenerali tad-Direttiva (UE) 2019/1024 huwa li jitkompla t-tisħiħ tal-ekonomija tad-data tal-Unjoni billi jiżdied l-ammont ta' data interoperabbli tas-settur pubbliku disponibbli għall-użu mill-ġdid, jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u aċċess faċli għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, u tissaħħaħ l-innovazzjoni transfruntiera bbażata fuq id-data. Il-prinċipju ewlieni ta' dik id-Direttiva huwa li d-data tal-gvern jenħtieġ li tkun miftuħa b'mod awtomatiku u mid-disinn. Id-Direttiva 2003/4/KE għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Il-Konvenzjoni ta' Aarhus u d-Direttiva 2003/4/KE jinkludu obbligi ġenerali relatati kemm mat-tqegħid ta' informazzjoni ambjentali disponibbli fuq talba, kif ukoll mat-tixrid attiv ta' tali informazzjoni. Id-Direttiva 2003/4/KE tipprevedi lista ristretta ta' eżenzjonijiet mit-tixrid jew id-divulgazzjoni ta' informazzjoni ambjentali, filwaqt li tqis l-interess pubbliku moqdi mit-tixrid, f'każ li dak it-tixrid jew id-divulgazzjoni tal-informazzjoni taffettwa ħażin ċerti interessi. Tali interessi jinkludu: is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali; il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali fejn tali kunfidenzjalità hi stipulata mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali biex jitħares interess ekonomiku leġittimu, inkluż l-interess pubbliku biex tinżamm kunfidenzjalità tal-istatistika u s-segretezza tat-taxxa; u l-kunfidenzjalità ta' data personali u fajls relatati ma' persuna fiżika fejn dik il-persuna ma tatx il-kunsens tagħha għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku, fejn tali kunfidenzjalità hi prevista mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Id-Direttiva 2007/2/KE għandha wkoll kamp ta' applikazzjoni wiesa', li jkopri l-kondiviżjoni ta' informazzjoni ġeografika, inkluż settijiet ta' data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tad-data jikkomplementaw id-Direttivi (UE) 2019/1024, 2003/4/KE u 2007/2/KE u ma joħolqux reġim legali separat. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward l-informazzjoni lill-pubbliku u l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għal dawk id-Direttivi. |
|
(77) |
Huwa importanti wkoll li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-arranġamenti għall-kondiviżjoni tad-data jippermettu lill-Istati Membri jużaw mill-ġdid l-infrastrutturi tad-data eżistenti stabbiliti skont id-Direttivi (UE) 2019/1024 u 2007/2/KE biex jiġi żgurat li jkun hemm skambju effettiv u f'waqtu tal-informazzjoni. Għal dak l-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jagħmlu użu minn għodod bħal RAPORTNET li hija ġestita mill-EEA. Dak l-approċċ isegwi l-prinċipju ta' “darba biss” u jevita l-impożizzjoni ta' piż addizzjonali fuq l-Istati Membri biex jistabbilixxu infrastruttura tad-data ddedikata skont din id-Direttiva. |
|
(78) |
Sabiex jiġi żgurat l-adattament meħtieġ tar-regoli dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u l-ġestjoni ta' siti kkontaminati, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar ta' din id-Direttiva sabiex il-metodoloġiji għall-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, il-lista indikattiva ta' miżuri tat-tnaqqis tar-riskji u l-fażijiet u l-prinċipji għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (44). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(79) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi formati jew metodi għall-kondiviżjoni jew għall-ġbir ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija u għall-integrazzjoni ta' dik id-data fil-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija u biex tistabbilixxi l-format, l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni b'mod elettroniku lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45). |
|
(80) |
Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra, fejn rilevanti, tfassal dokumenti u tiżviluppa għodod xjentifiċi, inkluż metodoloġiji u proċeduri possibbli li jkunu jistgħu jiġu applikati. Dawk id-dokumenti u l-għodod xjentifiċi jipprovdu fi żmien debitu informazzjoni essenzjali għall-Istati Membri, filwaqt li jiżguraw il-flessibbiltà biex jibnu fuq metodoloġiji u proċeduri diġà fis-seħħ. Jenħtieġ li dawk id-dokumenti u l-għodod xjentifiċi jiġu kkomplementati bl-assistenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet meħtieġa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri s-servizzi meħtieġa ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet u assistenza u tappoġġa l-armonizzazzjoni multilaterali tal-metodi, u b'hekk telimina l-lakuni eżistenti fid-data u l-konġestjonijiet fil-flussi tax-xogħol billi tikkondividi għarfien espert. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq il-mekkaniżmi eżistenti fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż l-inizjattiva Soil BON, is-Sħubija Globali għall-Ħamrija, SOILveR, NICOLE, EUROSOLAN, il-Gruppi ta’ Mirja tal-Missjoni tal-UE “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” u EIONET. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri biex tiżgura li jittieħed approċċ armonizzat għall-monitoraġġ tal-ħamrija u li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn id-distretti ġirien tal-ħamrija. |
|
(81) |
Minbarra t-tfassil ta' dokumenti u l-iżvilupp ta' għodod xjentifiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni torganizza skambji regolari ta' informazzjoni, esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bejn l-Istati Membri u, fejn rilevanti, partijiet ikkonċernati. Tali skambji ta' informazzjoni jistgħu, barra minn hekk, jipprovdu l-opportunità għad-diskussjoni dwar: il-komunikazzjoni lill-pubbliku tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija; prattiki li jtejbu r-reżiljenza tal-ħamrija; il-kontaminazzjoni għajr il-kontaminazzjoni antropoġenika minn sors lokalizzat; l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' responsabbiltà li tiddetermina l-parti jew il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni ta' siti kkontaminati; il-ġestjoni ta' siti orfni; it-tekniki ta' rimedju tal-ħamrija għal siti kkontaminati; l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-livelli naturali u antropoġeniku tal-isfond; approċċi għall-identifikazzjoni ta' żoni fejn ma jiġux issodisfati kriterji individwali għall-kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha; il-prattiki tas-sistema ta' ġestjoni ta' kwalità għal-laboratorji; u l-prinċipji tal-mitigazzjoni tat-tneħħija tal-ħamrija. |
|
(82) |
Sa … [90 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni bbażata fuq l-evidenza u, fejn rilevanti, reviżjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tivvaluta wkoll il-ħtieġa li d-definizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku billi jiżdiedu dispożizzjonijiet dwar ċerti deskritturi tal-ħamrija jew kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida relatata mal-protezzjoni tal-ħamrija jew minħabba problema speċifika għal Stat Membru li tinħoloq minn ċirkostanzi ambjentali jew klimatiċi ġodda. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji ta' effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta' għażliet għal azzjoni ulterjuri. |
|
(83) |
Huma meħtieġa miżuri kkoordinati mill-Istati Membri kollha sabiex tinkiseb il-viżjoni li l-ħamrija kollha tkun f'saħħitha sal-2050 u biex jiġi żgurat il-forniment fit-tul ta' servizzi tal-ekosistema mill-ħamrija madwar l-Unjoni kollha. L-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri wrew li mhumiex biżżejjed minħabba li qed tkompli d-degradazzjoni tal-ħamrija u saħansitra qed tiżdied. Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(84) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) u ta opinjoni fil-11 ta' Diċembru 2023. |
|
(85) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (47), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dokumenti ta' dak it-tip hija ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Objettivi u suġġett
1. L-objettivi ta' din id-Direttiva huma li jiġi stabbilit qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija sod u koerenti għall-ħamrija kollha madwar l-Unjoni, li tnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għal livelli li ma jibqgħux ikkunsidrati ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, li tittejjeb kontinwament is-saħħa tal-ħamrija fl-Unjoni, li l-ħamrija tinżamm f'kundizzjoni f'saħħitha u li jiġu evitati u indirizzati l-aspetti kollha tad-degradazzjoni tal-ħamrija, bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f'saħħitha sal-2050 sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi multipli tal-ekosistema fuq skala suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ambjentali, tas-soċjetà u ekonomiċi, jiġu evitati u jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, u tiżdied reżiljenza għal diżastri naturali u f’termini ta’ sigurtà tal-ikel.
2. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas u miżuri dwar:
|
(a) |
il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija; |
|
(b) |
ir-reżiljenza tal-ħamrija; u |
|
(c) |
il-ġestjoni ta' siti kkontaminati. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għall-ħamrija kollha fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ħamrija” tfisser is-saff ta' fuq tal-qoxra tad-Dinja, li jinsab bejn is-sodda ta' blat jew il-materjal oriġinali u wiċċ l-art, u li huwa magħmul minn partikoli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin; |
|
(2) |
“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta' komunitajiet ta' pjanti, annimali u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali; |
|
(3) |
“servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontributi diretti jew indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi, soċjali, kulturali u benefiċċji oħrajn li n-nies jieħdu minn dawk l-ekosistemi; |
|
(4) |
“bijodiversità tal-ħamrija” tfisser il-varjazzjoni fil-ħajja tal-ħamrija, mill-ġeni għall-komunitajiet ta' organiżmi, u l-kumplessi ekoloġiċi li huma parti minnhom, jiġifieri kumplessi li jvarjaw minn mikroħabitats tal-ħamrija għal pajsaġġi; |
|
(5) |
“saħħa tal-ħamrija” tfisser il-kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija li tiddetermina l-kapaċità tagħha li tiffunzjona bħala sistema vitali ħajja u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema; |
|
(6) |
“reżiljenza tal-ħamrija” tfisser il-kapaċità tal-ħamrija li tippreserva l-funzjonijiet tagħha u żżomm il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ekosistema, u li tirreżisti disturbi u tirkupra minnhom; |
|
(7) |
“prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija” tfisser prattiki li jħallu impatt fuq il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi tal-ħamrija; |
|
(8) |
“distrett tal-ħamrija” tfisser parti tat-territorju ta' Stat Membru, li ġiet delinjata minn dak l-Istat Membru f'konformità ma' din id-Direttiva; |
|
(9) |
“unità tal-ħamrija” tfisser żona ġeografikament distinta f'distrett tal-ħamrija li tirriżulta mill-intersezzjoni ta' settijiet ta' data ġeografika użati bħala fatturi għall-omoġeneità statistika f'dak id-distrett tal-ħamrija; |
|
(10) |
“deskrittur tal-ħamrija” tfisser parametru li jiddeskrivi karatteristika fiżika, kimika jew bijoloġika tas-saħħa tal-ħamrija; |
|
(11) |
“valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija” tfisser l-evalwazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija abbażi tal-kejl jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija; |
|
(12) |
“kontaminazzjoni tal-ħamrija” tfisser il-preżenza ta' sustanza fil-ħamrija f'livell li jista' jkun ta' ħsara, direttament jew indirettament, għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent; |
|
(13) |
“kontaminant” tfisser sustanza li tista' tikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija jew kontaminazzjoni tas-sodda ta' blat jew tal-materjal oriġinali; |
|
(14) |
“sit potenzjalment ikkontaminat” tfisser żona delinjata fejn hija suspettata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew il-kontaminazzjoni tas-sodda ta' blat jew tal-materjal oriġinali, ikkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat, abbażi ta' evidenza rilevanti; |
|
(15) |
“sit ikkontaminat” tfisser żona delinjata b'kontaminazzjoni kkonfermata tal-ħamrija jew kontaminazzjoni tas-sodda ta' blat jew tal-materjal oriġinali kkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat; |
|
(16) |
“art” tfisser is-superfiċje tad-Dinja li ma hijiex regolarment mgħottija b'korpi tal-ilma; |
|
(17) |
“kopertura tal-art” tfisser il-kopertura fiżika u bijoloġika tas-superfiċje tad-Dinja; |
|
(18) |
“issiġillar tal-ħamrija” tfisser il-kopertura tal-ħamrija b'materjal kompletament jew parzjalment impermeabbli; |
|
(19) |
“ħamrija ssiġillata” tfisser żona ta' ħamrija li għaddiet mill-issiġillar tal-ħamrija; |
|
(20) |
“tneħħija tal-ħamrija” tfisser it-tneħħija totali jew parzjali, temporanja jew fit-tul tal-ħamrija f'żona; |
|
(21) |
“tneħħija tal-issiġillar” tfisser il-konverżjoni ta' ħamrija ssiġillata f'ħamrija li mhix ħamrija ssiġillata; |
|
(22) |
“funzjoni ta' trasferiment” tfisser regola matematika li tippermetti li l-valur ta' kejl li jsir bl-użu ta' metodoloġija differenti minn metodoloġija ta' referenza jiġi kkonvertit fil-valur li jinkiseb billi l-kejl tal-ħamrija jsir bl-użu tal-metodoloġija ta' referenza; |
|
(23) |
“membri tal-pubbliku kkonċernati” tfisser il-membri tal-pubbliku affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati mid-degradazzjoni tal-ħamrija, jew li għandhom interess fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, inkluż is-sidien tal-artijiet, il-maniġers tal-artijiet u l-utenti tal-artijiet, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali; |
|
(24) |
“riġenerazzjoni tal-ħamrija” tfisser attività intenzjonata mmirata biex tbiddel il-kundizzjoni tal-ħamrija minn degradata għal f'saħħitha; |
|
(25) |
“riskju” tfisser il-probabbiltà ta' effetti ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżultaw minn esponiment għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew għall-kontaminazzjoni tas-sodda ta' blat jew tal-materjal oriġinali; |
|
(26) |
“investigazzjoni tal-ħamrija” tfisser proċess li jista' jitwettaq f'fażijiet multipli u iterattivi biex jiġu vvalutati l-preżenza u l-livelli ta' kontaminanti fil-ħamrija, fis-sodda ta' blat jew fil-materjal oriġinali u, jekk rilevanti, biex tiġi kkaratterizzata u ddeterminata l-firxa ta' sit ikkontaminat; |
|
(27) |
“riabilitazzjoni tal-ħamrija” tfisser sett ta' azzjonijiet li jnaqqsu, jiżolaw jew jimmobilizzaw il-kontaminanti fil-ħamrija, fis-sodda ta' blat jew fil-materjal oriġinali; |
|
(28) |
“miżuri tat-tnaqqis tar-riskji” tfisser miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskji li s-siti kkontaminati jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, jew permezz tar-riabilitazzjoni tal-ħamrija jew permezz tal-modifika tar-rabta bejn is-sors-il-passaġġ-ir-riċevitur mingħajr ma jbiddlu l-karatteristiċi tal-kontaminazzjoni nnifisha . |
Artikolu 4
Distretti tal-ħamrija u unitajiet tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għal finijiet amministrattivi, distrett wieħed jew aktar tal-ħamrija li għandhom ikopru t-territorju kollu tagħhom u li għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità kompetenti waħda jew aktar kif maħtura skont l-Artikolu 5.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu unitajiet tal-ħamrija li flimkien ikopru t-territorju kollu tagħhom, għall-finijiet tat-tfassil tal-monitoraġġ u tar-rapportar fir-rigward tas-saħħa tal-ħamrija f'ċertu marġni ta' errur fl-unità tal-ħamrija kkonċernata, filwaqt li jitqiesu:
|
(a) |
il-firxa ġeografika tad-distretti tal-ħamrija kif stabbiliti skont il-paragrafu 1; |
|
(b) |
it-tip ta' ħamrija kif definit fil-mappa tar-reġjuni tal-ħamrija tal-Unjoni Ewropea u tal-Pajjiżi Kontigwi 1: 5 000 000, ippubblikata mill-Istitut Federali tal-Ġeoxjenzi u r-Riżorsi Naturali (BGR), fi sħubija maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC); |
|
(c) |
il-kategoriji tal-użu tal-art, minbarra l-korpi tal-ilma, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2018/841. |
3. Għall-finijiet li jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jkunu disponibbli fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali jew sottonazzjonali, l-aġġornamenti tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jew data aktar dettaljata ekwivalenti għal dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jqisu data ġeografika addizzjonali biex jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, bħal data li tikkonċerna l-klima, iż-żoni ambjentali kif deskritt fl-istudji xjentifiċi jew ir-rapporti rilevanti, jew il-baċiri tax-xmajjar.
Artikolu 5
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f'livell xieraq biex iwettqu l-obbligi previsti f'din id-Direttiva.
Kapitolu II
Monitoraġġ u valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
Artikolu 6
Qafas ta' monitoraġġ għas-saħħa tal-ħamrija u għall-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta' monitoraġġ (“qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija”) f'livell li jkun xieraq għad-deskritturi tal-ħamrija u l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija biex jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ regolari, koerenti u preċiż tas-saħħa tal-ħamrija u tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Annessi I u II.
Il-qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija għandu jibni fuq oqfsa ta' monitoraġġ eżistenti fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, data mill-istħarriġ qafas statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta’ koperta (LUCAS).
Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jadattaw il-qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija tagħhom għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom sabiex iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni.
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-saħħa tal-ħamrija f'kull unità tal-ħamrija u l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija f'kull distrett tal-ħamrija.
3. Il-qafas ta' monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha msemmija fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
il-punti ta' kampjunar li għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 9(1); |
|
(c) |
il-kejl tal-ħamrija li għandu jitwettaq mill-Istati Membri u, jekk ikun applikabbli, mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9(3) u (4); |
|
(d) |
id-data u l-prodotti ta' telerilevament xjentifikament validi, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jekk ikun hemm; |
|
(e) |
l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu. |
4. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandhom jingranaw id-data u l-prodotti eżistenti bbażati fl-ispazju mwassla taħt il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696, biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jesploraw possibbiltajiet fir-rigward ta', u jiżviluppaw prodotti ta' telerilevament tal-ħamrija, biex jipprovdu lill-Istati Membri bid-data meħtieġa dwar l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.
5. Sa … [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni u l-EEA għandhom, abbażi tad-data eżistenti, jistabbilixxu portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija (il-“portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija”) biex jipprovdu aċċess f'format spazjali ġeoreferenzjat għal mill-inqas id-data disponibbli dwar is-saħħa tal-ħamrija, aggregata fil-livell tal-unità tal-ħamrija jew f'livell aktar dettaljat, li tirriżulta minn:
|
(a) |
il-kejl tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 9(3) u (4); |
|
(b) |
id-data u l-prodotti rilevanti ta' telerilevament tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
L-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-aċċess għaliha għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.
6. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jingħataw, b'mod effettiv u f'waqtu, l-opportunità li jirrevedu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u li jitolbu l-korrezzjoni ta' kwalunkwe żball, qabel ma din id-data ssir pubblika permezz tal-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li tali opportunità tingħata wkoll fir-rigward ta' kwalunkwe rapport ieħor li għandu jiġi ppubblikat fil-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija u abbażi tal-qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija.
7. Il-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija jista' jipprovdi wkoll aċċess għal data oħra relatata mas-saħħa tal-ħamrija minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 5 jekk dik id-data relatata mas-saħħa tal-ħamrija tkun ġiet kondiviża jew miġbura f'konformità mal-formati jew il-metodi stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
8. Il-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija ma għandux jipprovdi aċċess għad-data u l-informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħhom taffettwa ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formati jew metodi għall-kondiviżjoni jew il-ġbir tad-data msemmija f'dan l-Artikolu jew għall-integrazzjoni ta' dik id-data fil-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 7
Deskritturi tal-ħamrija, kriterji għall-kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha, u indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija
1. Meta jimmonitorjaw u jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A, B u C.
Meta jimmonitorjaw l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D.
2. Meta jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha magħmula minn:
|
(a) |
valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B; u |
|
(b) |
valuri ta' skattar operazzjonali stabbilit skont il-paragrafu 6. |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' kontaminanti organiċi għad-deskrittur tal-ħamrija relatat mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fl-Anness I, il-Parti B. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 8.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' kontaminanti għad-deskritturi tal-ħamrija relatati mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fl-Anness I, il-Parti C, inkluż il-pestiċidi, il-metaboliti tagħhom u s-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS), li jirrappreżentaw l-ogħla riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, filwaqt li jqisu l-lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 8 kif ukoll informazzjoni rilevanti dwar dan li ġej, jekk disponibbli:
|
(a) |
it-tossiċità tal-kontaminant tal-ħamrija; |
|
(b) |
il-persistenza u l-mobbiltà tal-kontaminant tal-ħamrija; |
|
(c) |
is-sorsi possibbli u l-okkorrenza tal-kontaminant tal-ħamrija; |
|
(d) |
id-data kwantitattiva dwar il-produzzjoni, l-użu, il-konsum jew il-volumi ta’ bejgħ tas-sustanzi involuti fl-Istati Membri kkonċernati; |
|
(e) |
id-data mill-bijomonitoraġġ uman minn proġetti ta' riċerka, u l-preżenza ta' kontaminanti fil-mezzi ambjentali. |
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti B, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B, it-tielet kolonna.
6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur ta' skattar operazzjonali wieħed jew aktar għal kull deskrittur tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A u B, li jirriflettu l-livelli ta' degradazzjoni tal-ħamrija li abbażi tagħhom ikun meħtieġ appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f'konformità mal-Artikolu 11.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-valur ta' skattar operazzjonali għal deskrittur tal-ħamrija wieħed jew aktar fl-istess livell bħall-valur fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti għal dawk id-deskritturi tal-ħamrija.
7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu deskritturi tal-ħamrija u indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija apparti dawk li huma elenkati fl-Anness I.
8. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni meta jistabbilixxu jew jadattaw id-deskritturi tal-ħamrija, l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija jew kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha f'konformità mal-paragrafi 2 sa 8.
Artikolu 8
Lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija
1. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi lista indikattiva li jkun fiha kemm il-kontaminanti tal-ħamrija b'riskji sinifikanti potenzjali għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u l-kontaminanti tal-ħamrija li għalihom tkun meħtieġa data biex jiġi indirizzat l-impatt ta' tali riskji sinifikanti potenzjali.
2. Il-kontaminanti tal-ħamrija, inkluż il-pestiċidi, il-metaboliti tagħhom u l-PFAS, li għandhom jiġu inklużi fil-lista indikattiva msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jintgħażlu abbażi tal-potenzjal tagħhom li jikkawżaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, tat-tossiċità tagħhom u tal-esponiment għalihom madwar l-Unjoni.
3. Sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-lista indikattiva ta' kontaminanti tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 1 u għandha taġġornaha, fejn meħtieġ, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa skont dan il-Kapitolu u fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku.
Artikolu 9
Kejl u metodoloġiji
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd tal-punti ta' kampjunar u l-post tagħhom billi japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-Anness II, il-Parti A.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b'mapep rilevanti tad-deskritturi tal-ħamrija, il-punti ta' kampjunar inizjali u d-data rilevanti marbuta mal-punti ta' kampjunar miġbura skont l-istħarriġ preċedenti LUCAS dwar il-ħamrija.
2. Wara li jiġi determinat l-għadd tal-punti ta' kampjunar u l-post tagħhom u qabel ma jsir l-istħarriġ kampjunarju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ħtieġa potenzjali għal appoġġ f'termini tal-kampjunar fuq il-post u analiżi tal-ħamrija kif ukoll kwalunkwe ħtieġa oħra relatata mal-istħarriġ kampjunarju.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet għal, u tistabbilixxi l-livell xieraq ta', appoġġ f'koordinazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.
F'każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ skont dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jadatta l-istħarriġ kampjunarju kif xieraq. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu fi ftehim bil-miktub l-arranġamenti prattiċi għal tali appoġġ.
Fil-każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għal kampjunar fuq il-post, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq kampjunar in situ tal-ħamrija.
3. L-Istati Membri u, f'każ li l-Kummissjoni tagħti appoġġ f'konformità mal-paragrafu 2 skont il-ftehim bil-miktub imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha twettaq kejl tal-ħamrija billi tieħu kampjuni tal-ħamrija fil-punti ta' kampjunar imsemmija fil-paragrafu 1 u tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data kif rilevanti sabiex jiġu determinati dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I; |
|
(b) |
fejn rilevanti, il-valuri tad-deskritturi addizzjonali tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(7). |
L-Istati Membri għandhom ikunu eżentati milli jieħdu kampjuni tal-ħamrija minn ħamrija ssiġillata u minn żoni li jkunu għaddew minn tneħħija tal-ħamrija.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu ż-żoni li mhumiex f'riskju ta' salinazzjoni mill-kejl tal-konduttività elettrika msemmija fl-Anness I, il-Parti A, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan, u jipprovdu spjegazzjoni.
Il-kampjunar in situ tal-ħamrija għandu jitwettaq skont il-kriterji minimi għall-metodoloġija għall-istħarriġ kampjunarju fuq il-post definiti fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 2.
Għad-deskritturi tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-punti ta' kampjunar għal subsett rilevanti tal-għadd totali ta' punti ta' kampjunar iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
Għad-deskrittur dwar it-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri għandhom iwettqu kejl fuq mill-inqas 5 % tal-għadd totali tal-punti ta' kampjunar iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
4. Dment li d-data tkun inġabret fl-istess ċiklu ta’ monitoraġġ li matulu jkun twettaq l-istħarriġ kampjunarju u skont il-metodoloġiji msemmija fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 2, u l-Parti B, il-kejl tal-ħamrija li għandu jitwettaq mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jista' jikkonsisti minn, fejn rilevanti, il-kejl magħmul:
|
(a) |
mill-Istati Membri, skont in-networks ta' monitoraġġ tal-ħamrija u l-istħarriġ tal-ħamrija nazzjonali jew sottonazzjonali eżistenti; |
|
(b) |
mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni u dak internazzjonali; |
|
(c) |
minn atturi privati, organizzazzjonijiet ta' riċerka u partijiet oħra, fejn disponibbli. |
Għat-twettiq tal-ewwel kejl tal-ħamrija kif imsemmi fil-paragrafu 8, iċ-ċiklu għall-ġbir tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu, safejn dik id-data tkun disponibbli, jibda fi … [12-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
5. L-Istati Membri għandhom jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw id-data sabiex jiddeterminaw il-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D.
6. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-metodoloġiji biex jiġu determinati jew stimati l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stabbiliti fl-Anness II, il-Parti B; |
|
(b) |
il-kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija stipulati fl-Anness II, il-Parti C; |
|
(c) |
kwalunkwe rekwiżit stipulat mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu. |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodoloġiji oħrajn minbarra dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta' dan il-paragrafu, dment li jkunu disponibbli funzjonijiet ta' trasferiment ivvalidati, kif meħtieġ fl-Anness II, il-parti B, ir-raba' kolonna.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 japplikaw prattiki tas-sistema ta' mmaniġġar tal-kwalità f'konformità mal-EN ISO/IEC-17025 jew ma' standards ekwivalenti oħra aċċettati fil-livell tal-Unjoni jew dak internazzjonali, u jkollhom aċċess għal persunal ikkwalifikat kif xieraq b'taħriġ adegwat u għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex jitwettaq kejl tal-ħamrija.
Meta jivvalutaw il-konformità mal-prattiki tas-sistema ta' mmaniġġar tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jqisu li huwa biżżejjed li jkollhom akkreditazzjoni waħda għal kwalunkwe metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stipulati fl-Anness II, il-Parti B.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 juru l-kompetenzi tagħhom b'rabta mal-analiżi tal-mikjel rilevanti permezz ta':
|
(a) |
parteċipazzjoni fi programmi ta' ttestjar tal-profiċjenza li jkopru l-metodi ta' analiżi f'livelli ta' konċentrazzjoni li huma rappreżentattivi tal-programmi ta' monitoraġġ tal-ħamrija, jekk disponibbli; |
|
(b) |
analiżi ta' materjali ta' referenza li huma rappreżentattivi tal-kampjuni ta' ħamrija miġbura li fihom livelli xierqa ta' konċentrazzjoni, jekk disponibbli. |
Meta l-Kummissjoni twettaq kejl tal-ħamrija skont il-paragrafi 3 u 4, dan il-paragrafu għandu japplika għall-Kummissjoni.
8. L-Istati Membri u, fil-każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ewwel kejl tal-ħamrija jitwettaq sa … [60 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kejl ġdid tal-ħamrija kull sitt snin f'kampanja ta' kampjunar waħda jew bħala parti minn skema ta' kampjunar kontinwu matul il-perjodu rilevanti ta’ sitt snin.
10. B'deroga mill-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, qabel it-tieni kampanja ta' kampjunar u kampanji sussegwenti, li ma jwettqux kejl ġdid tal-ħamrija għal deskrittur tal-ħamrija f'parti mit-territorju tagħhom jew fit-territorju kollu tagħhom jekk ikun raġonevoli u ġustifikat li jkun mistenni, abbażi ta' data miġbura preċedentement skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6, 7 u 8, u abbażi tal-użu ta' evidenza xjentifika, inkluż mudelli predittivi tal-ħamrija, bl-appoġġ ta' ammont statistikament sinifikanti ta' data fuq il-post, f'termini ta' kopertura ġeografika u temporali, li l-valur ta' tali deskrittur tal-ħamrija ma jkunx inbidel b'mod sinifikanti mill-aħħar ċiklu ta' monitoraġġ f'dak li jirrigwarda l-inċertezza tal-kejl. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-twettiq ta' kejl tal-ħamrija għall-istess deskrittur fuq żewġ kampanji konsekuttivi ta' kampjunar.
11. Għal kull ċiklu ta' monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jaħżnu għal mill-inqas żewġ ċikli ta' monitoraġġ subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija, f'arkivji tal-ħamrija ddedikati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jaħżnux kampjuni tal-ħamrija mir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom.
Meta l-Istati Membri jaħżnu l-kampjuni tal-ħamrija fl-arkivji tal-ħamrija ddedikati tagħhom, huma għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal tali kampjuni tal-ħamrija u għall-użu tagħhom.
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jittrasferixxu subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija tagħhom għall-arkivju tal-ħamrija ddedikat tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tipprevedi għal dak it-trasferiment. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi rigward il-ġarr ta' dawk il-kampjuni tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Istati Membri kwalunkwe riżultat li joħroġ minn kontrolli ulterjuri tal-parametri rilevanti jew analiżi futura ta' parametri emerġenti ġodda. Il-Kummissjoni għandha taħżen il-kampjuni tal-ħamrija skont il-protokoll tal-arkivjar tagħha.
12. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija jiġu aġġornati mill-inqas kull tliet snin, abbażi tal-informazzjoni disponibbli.
13. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 biex temenda l-Anness II, il-Parti B, sabiex tadatta l-metodoloġiji ta' referenza msemmija fih skont il-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikolari meta l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija jkunu jistgħu jiġu ddeterminati permezz tal-prodotti ta' telerilevament tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 6(4).
Artikolu 10
Valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija fid-distretti kollha tal-ħamrija tagħhom u fl-unitajiet tal-ħamrija assoċjati abbażi tad-data miġbura fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-ħamrija msemmi fl-Artikoli 6 sa 9 għal kull wieħed mid-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija jitwettqu kull sitt snin u li l-ewwel valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija titwettaq sa … [72 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
2. Is-saħħa tal-ħamrija għandha tkun ivvalutata fir-rigward ta' kull aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija bl-użu tal-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta' skattar operazzjonali għall-kriterju relatat għall-kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 7(2), (5) u (6).
3. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, bil-ħsieb li jidentifikaw jekk hemmx telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jqisu d-data rilevanti u l-għarfien xjentifiku disponibbli. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D, bil-ħsieb li jivvalutaw l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema u fuq l-objettivi u l-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.
4. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw titjib għal kull deskrittur tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A, B u C.
5. Kundizzjoni tajba għal deskrittur elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A u B, għandha titqies li nkisbet meta jintlaħaq il-valur fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu intervall ta' valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B, li jikkostitwixxu kundizzjoni moderata u kundizzjoni ħażina fir-rigward tal-valuri ta' skattar operazzjonali. L-intervall ta' kundizzjoni moderata biss jista' jkun null.
6. Abbażi tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f'kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni fejn ma jiġux issodisfati l-kriterji individwali għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha u li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f'konformità mal-Artikolu 11, u jinformaw lill-pubbliku, fuq livell aggregat, f'konformità mal-Artikolu 20. Id-data dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw l-iżvilupp tal-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness III.
7. Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f'kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni b'potenzjal għoli għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija permezz tat-tneħħija tal-issiġillar u r-rikostruzzjoni tal-ħamrija. Il-potenzjal taż-żoni ta' ħamrija ssiġillata u ż-żoni li għaddew minn tneħħija tal-ħamrija għandu jiġi vvalutat abbażi tal-fattibbiltà teknika, il-kosteffiċjenza u l-livell ta' titjib li jista' jinkiseb fis-saħħa tal-ħamrija.
8. Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 20 f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli 6 sa 9 u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu lis-sidien tal-art u lill-maniġers tal-art rilevanti fuq talba tagħhom, b'mod partikolari biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-parir ibbażat fuq ix-xjenza msemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (a).
Kapitolu III
Reżiljenza tal-ħamrija
Artikolu 11
Appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu u jappoġġaw lis-sidien tal-art u lill-maniġers tal-art fir-rigward tat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u jiffaċilitaw tali titjib mis-sidien tal-art u mill-maniġers tal-art billi, fost l-oħrajn:
|
(a) |
jiżguraw aċċess faċli u ugwali għal pariri imparzjali u indipendenti bbażati fuq ix-xjenza u għal informazzjoni, attivitajiet ta' taħriġ u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-maniġers tal-ħamrija, għas-sidien tal-art, għall-maniġers tal-art u għall-awtoritajiet rilevanti fir-rigward ta' prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija; |
|
(b) |
jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji multipli fuq terminu medju u twil ta' prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u li jiġbdu l-attenzjoni għall-kostijiet li jġibu magħhom prattiki li huma ta' detriment għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija; |
|
(c) |
jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward ta' kunċetti ta' ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u prattiki ta' riġenerazzjoni tal-ħamrija adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija lokali, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użu tal-art; |
|
(d) |
jipprovdu, fil-livell lokali, informazzjoni dwar miżuri u prattiki xierqa biex jiżdiedu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, abbażi tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqaskont l-Artikolu 10, fejn xieraq, filwaqt li jqisu d-dokumenti u l-għodod xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 24(1), il-punt (k); |
|
(e) |
iqiegħdu għad-dispożizzjoni ħarsa ġenerali aġġornata regolarment tal-finanzjament, l-istrumenti u miżuri oħra disponibbli li jappoġġaw is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija. |
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dan li ġej, fuq bażi regolari:
|
(a) |
jivvalutaw liema ħtiġijiet tekniċi u finanzjarji jeżistu fir-rigward tat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u tar-reżiljenza tal-ħamrija; |
|
(b) |
jinvolvu ruħhom mal-pubbliku kkonċernat, b'mod partikolari s-sidien tal-art u l-maniġers tal-artijiet, u jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat jingħata opportunità bikrija u effettiva biex jiddetermina l-livell ta' appoġġ meħtieġ; u |
|
(c) |
jivvalutaw l-effetti mistennija fuq is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija tal-miżuri meħuda fil-kuntest tal-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness III. |
Artikolu 12
Prinċipji ta' mitigazzjoni tat-teħid tal-art
Mingħajr ma jaffettwaw l-awtonomija tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar spazjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jitqiesu fil-każ ta' ssiġillar tal-ħamrija jew tneħħija tal-ħamrija ġodda bħala parti mit-teħid tal-art, fil-livell spazjali adattat fit-territorju tagħhom:
|
(a) |
jevitaw jew inaqqsu kemm jista' jkun it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema, inkluż il-produzzjoni tal-ikel, billi:
|
|
(b) |
jimmiraw li jikkumpensaw sa punt raġonevoli t-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema, inkluż permezz tar-ritorn ta' servizzi tal-ekosistema billi titħeġġeġ it-tneħħija tal-issiġillar ta' ħamrija ssiġillata u r-rikostruzzjoni ta' żoni li għaddew minn tneħħija tal-ħamrija. |
Kapitolu IV
Ġestjoni ta' siti kkontaminati
Artikolu 13
Approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ta' siti potenzjalment ikkontaminati u ta' siti kkontaminati jiġu identifikati, ġestiti, u jinżammu f'livelli aċċettabbli, filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju meħuda skont l-Artikolu 16(4). Dawk ir-riskji jistgħu jiġu evalwati b'kont meħud tal-użu attwali u ppjanat tal-art matul kull wieħed mill-passi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġerarkija ta' responsabbiltà biex jiddeterminaw il-parti jew il-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni speċifika għas-sit tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), ta' dan l-Artikolu.
2. Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti aktar stretti li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, l-Istati Membri għandhom, sa … [48 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jistabbilixxu approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati f'konformità mal-Artikolu 14; |
|
(b) |
l-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati f'konformità mal-Artikolu 15; |
|
(c) |
il-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u l-ġestjoni ta' siti kkontaminati f'konformità mal-Artikolu 16. |
3. Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi:
|
(a) |
biex jipprovdu kummenti dwar l-istabbiliment u l-applikazzjoni konkreta tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali msemmi fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
biex jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), bħal bijomonitoraġġ uman jew data ta' monitoraġġ ambjentali minn proġetti ta' riċerka; |
|
(c) |
biex jipprovdu informazzjoni bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru msemmija fl-Artikolu 17. |
Il-kummenti pprovduti taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu kkunsidrati meta l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta lill-pubbliku fil-ħin, u b'mod adegwat u effettiv, inkluż permezz ta' avviżi pubbliċi u media elettronika.
Artikolu 14
Identifikazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw b'mod sistematiku s-siti potenzjalment ikkontaminati fit-territorju tagħhom.
2. Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' attivitajiet potenzjalment kontaminanti. Dawk l-attivitajiet jistgħu jiġu kklassifikati jew prijoritizzati aktar skont il-potenzjal tagħhom li jikkawżaw kontaminazzjoni tal-ħamrija abbażi ta' evidenza xjentifika. Meta jidentifikaw siti potenzjalment ikkontaminati fit-territorji tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin, fejn rilevanti:
|
(a) |
operazzjoni fil-passat jew attwali ta' attività potenzjalment kontaminanti; |
|
(b) |
l-operat ta' attività msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE; |
|
(c) |
l-operat ta' stabbiliment imsemmi fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48); |
|
(d) |
l-operat ta' attività msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2004/35/KE; |
|
(e) |
l-okkorrenza ta' avveniment, aċċident, kalamità, diżastru, inċident jew tixrid li jista' jikkawża l-kontaminazzjoni tal-ħamrija; |
|
(f) |
informazzjoni rilevanti li tirriżulta mill-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mwettaq f'konformità mal-Artikoli 6 sa 9. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li siti potenzjalment ikkontaminati li jeżistu qabel jew fi … [d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jiġu identifikati u rreġistrati kif xieraq fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 sa … [120 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Artikolu 15
Investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet tal-ħamrija dwar siti potenzjalment ikkontaminati identifikati skont l-Artikolu 14 jitwettqu f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali msemmi fl-Artikolu 13.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-perjodu ta' żmien, il-kontenut, il-forma u l-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija.
L-Istati Membri għandhom iqisu s-siti potenzjalment ikkontaminati li jinsabu f'żoni użati għall-estrazzjoni tal-ilma għall-konsum mill-bniedem fil-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija.
L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ir-rapporti ta' referenza u l-miżuri ta' monitoraġġ implimentati f'konformità mad-Direttiva 2010/75/UE kif ukoll investigazzjonijiet oħra bħal investigazzjonijiet tal-ħamrija, jekk tali rapporti, miżuri u investigazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' avvenimenti speċifiċi li jwasslu għal investigazzjoni tal-ħamrija. L-investigazzjonijiet tal-ħamrija għandhom jitwettqu fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 16
Valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u ġestjoni ta' siti kkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit ta' siti kkontaminati. Meta jistabbilixxu tali metodoloġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-fażijiet u l-prinċipji msemmija fl-Anness V.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x'jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati, billi jqisu l-għarfien xjentifiku eżistenti, l-opinjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali, u l-użu attwali u ppjanat tal-art.
3. Għal kull sit ikkontaminat li jkun instab li huwa kkontaminat wara investigazzjoni skont l-Artikolu 15 jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit għall-użu attwali u ppjanat tal-art biex jiddeterminaw jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Jekk l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 15 tkun biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija ma tikkostitwixxix riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jew biex jiġi konkluż li hija meħtieġa riabilitazzjoni tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma titwettaqx valutazzjoni tar-riskji speċifika għas-siti.
4. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit imsemmija fil-paragrafu 3, jew tal-konklużjoni li hija meħtieġa riabilitazzjoni tal-ħamrija, li tintlaħaq f’konformita’ ma’ dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu u jiġu implimentati l-miżuri xierqa tat-tnaqqis tar-riskju, mingħajr dewmien żejjed, biex inaqqsu għal livell aċċettabbli r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
5. Meta jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jimmiraw għad-dekontaminazzjoni tal-ħamrija, inkluż il-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni ulterjuri, iqisu l-kostijiet fit-tul, il-benefiċċji, l-effettività, id-durabbiltà u l-fattibbiltà teknika tal-miżuri disponibbli għat-tnaqqis tar-riskju. Il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju jistgħu jikkonsistu mill-miżuri msemmija fl-Anness IV.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 biex tadatta l-Annessi IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku.
Artikolu 17
Reġistru
1. Sa … [48 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-paragrafu 2, ifasslu u jżommu reġistru ta' siti potenzjalment ikkontaminati u siti kkontaminati kif stabbilit skont dan il-Kapitolu.
2. Ir-reġistru għandu jkun fih id-data u l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI, ħlief id-data u l-informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tista' taffettwa ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw jew jissorveljaw ir-reġistru u jiżguraw li dan jiġi rivedut u aġġornat regolarment.
4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, mingħajr ħlas, ir-reġistru u d-data u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Id-divulgazzjoni ta' kwalunkwe data u informazzjoni tista' tiġi rrifjutata jew ristretta mill-awtorità kompetenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli fil-forma ta' bażi ta' data spazjali ġeoreferenzjata online.
Kapitolu V
Finanzjament, rappurtar mill-Istati Membri u informazzjoni lill-pubbliku
Artikolu 18
Finanzjament mill-Unjoni
Minħabba l-prijorità marbuta b'mod inerenti mal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-ħamrija, mar-reżiljenza tal-ħamrija, u mal-ġestjoni ta' siti kkontaminati, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi appoġġata mill-programmi finanzjarji tal-Unjoni f'konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe diskrepanza bejn il-finanzjament disponibbli tal-Unjoni u l-ħtiġijiet ta' finanzjament għall-appoġġ tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tagħti attenzjoni speċifika lill-ħtiġijiet ta' monitoraġġ ambjentali.
Meta jimplimentaw din id-Direttiva, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jagħmlu użu minn riżorsi finanzjarji minn sorsi xierqa, inkluż fondi tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jiffinanzjaw azzjonijiet b'enfasi fuq il-protezzjoni tal-ħamrija, ir-reżiljenza tal-ħamrija, u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija.
Artikolu 19
Rappurtar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b'mod elettroniku d-data u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni u lill-EEA kull sitt snin:
|
(a) |
id-data relatata mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f'konformità mal-Artikoli minn 6 sa 10 u r-riżultati tagħhom; |
|
(b) |
analiżi tax-xejriet tas-saħħa tal-ħamrija għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A, B u C, u tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D, f'konformità mal-Artikolu 10; |
|
(c) |
sommarju tal-progress dwar:
|
L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-ewwel rapport minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu sa … [78 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EEA, għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju reċiproku tad-data u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li tali skambju jkun effettiv u jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-istatistika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-Kummissjoni u l-EEA jkollhom aċċess f'waqtu u effettiv għad-data u l-informazzjoni li jinsabu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17.
3. B'deroga mill-paragrafu 1 u 2, jekk id-divulgazzjoni ta' ċerta data u informazzjoni taffettwa ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirrapportawx, ma jiskambjawx u lanqas ma jagħtu l-aċċess għal tali data u informazzjoni.
4. Sa … [39 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'aċċess online għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
lista aġġornata tad-distretti tal-ħamrija u tal-unitajiet tal-ħamrija tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4 u l-informazzjoni dwar il-firxa ġeografika tagħhom; |
|
(b) |
lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. |
5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżitu tal-istabbiliment tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali msemmi fl-Artikolu 13, bil-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 16(1), u b’dak li huma jiddeterminaw li jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli skont l-Artikolu 16(2).
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format u l-arranġamenti għas-sottomissjoni tad-data u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 20
Informazzjoni lill-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riżultati ġġenerati mill-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mwettaq skont l-Artikolu 9 u l-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa skont l-Artikolu 10 fil-forma ta' data aggregata, u jippubblikaw ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għall-portal diġitali ta' data dwar is-saħħa tal-ħamrija.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet kompetenti kif ikkomunikata mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 19(4), il-punt (b).
3. Id-divulgazzjoni ta' kwalunkwe data u informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva tista' tiġi rrifjutata jew ristretta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.
4. Meta l-Kummissjoni jew l-Istati Membri jużaw data kunfidenzjali biex jipproduċu l-istatistika Ewropea, huma għandhom jipproteġu tali data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Il-Kummissjoni jew l-EEA għandha tkun meħtieġa tikseb l-awtorizzazzjoni espliċita tal-awtorità li tkun ġabret id-data kunfidenzjali qabel id-divulgazzjoni tagħha.
Kapitolu VI
Proċedura ta' Delega u ta' Kumitat
Artikolu 21
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(13) u fl-Artikolu 16(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(13) u fl-Artikolu (16)6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(13) jew l-Artikolu 16(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 22
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 23
Aċċess għall-ġustizzja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikollhom interess suffiċjenti; |
|
(b) |
iżommu l-indeboliment ta' dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta' Stat Membru tirrikjedi tali indeboliment bħala prekundizzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x'jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta' dritt, u għandhom jagħmlu dan b'mod konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja. Għal dan l-għan, l-interess ta' kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li kapaċi jiġu indeboliti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b).
2. Il-proċedura ta' rieżami ma għandhiex tkun tiddependi fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
3. Il-proċedura ta' rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u mhux għalja b'mod projbittiv, u għandha tipprovdi mekkaniżmi ta' rimedju adegwati u effettivi, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni kif xieraq.
Artikolu 24
Appoġġ mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-appoġġ, l-assistenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tgħinhom iwettqu l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tfassal dokumenti u tiżviluppa għodod xjentifiċi li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jiffaċilitawhom:
|
(a) |
jistabbilixxu qafas ta' monitoraġġ tal-ħamrija u jiddeterminaw in-numru u l-post tal-punti ta' kampjunar tagħhom skont l-Artikolu 9(1) u (2) u l-Anness II, il-Parti A, il-punt 1; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta' skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija skont l-Artikolu 7(2) u l-Anness I, il-Partijiet A u B; |
|
(c) |
jistabbilixxu l-lista tagħhom ta' kontaminanti organiċi li għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 7(3) u l-Anness I, il-Parti B; |
|
(d) |
jivvalutaw iż-żoni mhux f'riskju ta' salinazzjoni li jistgħu jiġu esklużi mill-kejl tal-konduttività elettrika skont l-Artikolu 9(3), it-tielet subparagrafu, u l-Anness I, il-Parti A; |
|
(e) |
iwettqu kampjunar in situ tad-deskritturi tal-ħamrija f'konformità mal-Artikolu 9(3), ir-raba' subparagrafu u l-Anness II, il-Parti A, il-punt 2; |
|
(f) |
jiddeterminaw il-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija skont l-Artikolu 9(5) u f'konformità mal-Anness II, il-Parti C; |
|
(g) |
jiddeterminaw jew jagħmlu stima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija skont l-Artikolu 9(6) u l-Anness II, il-Parti B; |
|
(h) |
jidentifikaw u jivvalutaw kwalunkwe telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema u l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema skont l-Artikolu 10(3); |
|
(i) |
jidentifikaw is-siti potenzjalment ikkontaminati u jistabbilixxu lista ta' attivitajiet potenzjalment kontaminanti skont l-Artikolu 14; |
|
(j) |
jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit ta' siti kkontaminati, filwaqt li jqisu l-prattiki komuni, il-metodoloġiji u d-data tossikoloġika skont l-Artikolu 16; u |
|
(k) |
jipprovdu, fil-livell lokali, informazzjoni dwar miżuri u prattiki biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ħamrija skont l-Artikolu 11(1), il-punt (d), billi jipprovdu u jaġġornaw regolarment repożitorju ta' għarfien dwar ir-reżiljenza tal-ħamrija li jkun fih informazzjoni prattika dwar il-prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija. |
2. Id-dokumenti u l-għodod xjentifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati fil-limiti ta' żmien li ġejjin:
|
(a) |
fir-rigward tal-punt (a), sa … [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]; |
|
(b) |
fir-rigward tal-punti (b), (c), (e) u (j), sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]; |
|
(c) |
fir-rigward tal-punt (i), sa … [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]; |
|
(d) |
fir-rigward tal-punti (d), (f) u (g), sa … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]; |
|
(e) |
fir-rigward tal-punt (h), sa … [48 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. |
3. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji regolari ta' informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u, fejn rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-ewwel skambju għandu jsir fl-ewwel … [tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambji ta' informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki msemmija fl-ewwel subparagrafu, u fejn ikun rilevanti, tagħti rakkomandazzjonijiet jew linji gwida lill-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tiżgura, fejn xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għad-distretti tal-ħamrija ġirien li fihom ikun hemm effetti transkonfinali fuq il-ħamrija, it-tipi ta' ħamrija komparabbli jew l-użi tal-art tul il-fruntiera tad-distrett tal-ħamrija, jiskambjaw l-aħjar prattiki, u jistinkaw biex jiksbu approċċ koerenti fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 25
Evalwazzjoni u rieżami
1. Sa … [90 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva biex tivvaluta l-progress li sar biex jinkisbu l-objettivi tagħha u l-ħtieġa li tiġi emendata sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; |
|
(b) |
id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19; |
|
(c) |
id-data xjentifika u analitika rilevanti, inkluż ir-riżultati minn proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
(d) |
analiżi tal-progress li fadal isir biex tinkiseb ħamrija f'saħħitha sal-2050; |
|
(e) |
analiżi tal-effettività tal-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri biex jittejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija; |
|
(f) |
analiżi tal-ħtieġa possibbli li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikolari fir-rigward tal-punti li ġejjin:
|
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 26
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward..
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri..
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-komunikazzjoni tal-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u tal-valuri ta' skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 28
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C, C/2024/887, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/887/oj.
(2) ĠU C, C/2024/5371, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5371/oj.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (ĠU C, C/2025/1312, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1312/oj) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-29 ta’ Settembru 2025 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 309, 13.12.1993, p. 3.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KE tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/626/oj).
(6) ĠU L 83, 19.3.1998, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1998/216/oj.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE tad-9 ta' Marzu 1998 fuq il-konklużjoni, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda biex tkun kumbattuta d-deżertifikazzjoni f'pajjiżi affettwati serjament minn nixfa u/jew deżertifikazzjoni, b'mod partikolari fl-Afrika (ĠU L 83, 19.3.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/216/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/69(1)/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/783/oj).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/240/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).
(14) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).
(15) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(16) Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/841/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj).
(18) Ir-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 (ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).
(20) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/4/oj).
(21) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/2/oj).
(22) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj).
(23) Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj).
(24) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj).
(26) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
(27) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).
(28) Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/60/oj).
(29) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/842/oj).
(30) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).
(31) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2284/oj).
(32) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj).
(33) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/128/oj).
(34) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).
(35) Ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2379/oj).
(36) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u l-emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj).
(37) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/2184/oj).
(38) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/35/oj).
(39) Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).
(40) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2005/370/oj.
(41) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/370/oj).
(42) Is-sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tal-14 ta' Jannar 2021 , LB u Oħrajn vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Echt-Susteren, C-826/18, ECLI:EU:C:2021:7, il-paragrafi 58 u 59.
(43) Is-sentenza tal-Qorti (it-Tieni Awla) tal-25 ta' Lulju 2008, Dieter Janecek vs Freistaat Bayern, C-237/07, ECLI:EU:C:2012:447, il-paragrafu 42; Is-sentenza tal-Qorti (it-Tieni Awla) tad-19 ta' Novembru 2014, Client Earth vs The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, C-404/13, ECLI:EU:C:2014:2382, il-paragrafu 56; Is-sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tas-26 ta' Ġunju 2019, Craeynest u Oħrajn, C-723/17, ECLI:EU:C:2019:533, il-paragrafu 56; Is-sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tad-19 ta' Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe eV vs Freistaat Bayern, C-752/18, ECLI:EU:C:2019:1114, il-paragrafu 56.
(44) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(45) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(46) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(47) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(48) Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/18/oj).
ANNESS I
DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦALL-KUNDIZZJONI TA' ĦAMRIJA F'SAĦĦITHA, U INDIKATURI TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA U TAT-TNEĦĦIJA TAL-ĦAMRIJA
Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“art naturali” tfisser żona ta' art li fuqha l-proċessi naturali huma dominanti u l-intervent tal-bniedem huwa minimu jew ineżistenti, u li fuqha l-funzjonijiet ekoloġiċi primarji u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet ma ġewx modifikati sostanzjalment; |
|
(2) |
“issiġillar nett” tfisser ir-riżultat tal-issiġillar tal-ħamrija nieqes it-tneħħija tal-issiġillar; |
|
(3) |
“żona ta' insedjament” tfisser żona ta' insedjament skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006; |
|
(4) |
“ħamrija organika” tfisser ħamrija organika fit-tifsira tal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006; |
|
(5) |
“ħamrija minerali” tfisser ħamrija minerali fit-tifsira tal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006; |
|
(6) |
“ħamrija ġestita” tfisser ħamrija fejn jitwettqu prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija. |
|
Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija (1) |
Kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha – valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti (2) |
Żoni tal-art eżentati mill-ilħuq tal-kriterju relatat |
|||||||||||||||||||
|
Parti A: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Unjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Salinazzjoni (3) |
Konduttività elettrika (deċi-Siemens għal kull metru) |
< 4 dS m–1 meta jintuża metodu ta' kejl tal-estratt tal-pejst saturat tal-ħamrija (eEC), jew kriterju ekwivalenti jekk jintuża metodu ieħor ta' kejl |
Żoni ta' art mielħa b'mod naturali, żoni mgħarrqa regolarment mill-baħar u żoni soġġetti għar-raxx tal-baħar |
|||||||||||||||||||
|
Telf ta' Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC) |
Konċentrazzjoni ta’ SOC (g għal kull kg) |
|
Ebda eżenzjoni |
|||||||||||||||||||
L-Istati Membri mistennija japplikaw fatturi korrettivi għall-proporzjon fejn tipi speċifiċi ta' ħamrija jew il-kundizzjonijiet klimatiċi jiġġustifikawh, b'kont meħud tar-rabta mal-istabbiltà strutturali |
Ħamrija mhux ġestita f'żoni tal-art naturali |
|||||||||||||||||||||
|
Kompattazzjoni tas-sottoħamrija |
Densità volumetrika tal-massa apparenti fis-sottoħamrija (g għal kull cm3) |
Konsistenza tal-ħamrija (4) |
Medda |
Ħamrija mhux ġestita f'żoni ta' art naturali u żoni b'ħamrija kompatta b'mod naturali |
||||||||||||||||||
|
Ramel, trab ramli ġulġlieni, trab ġulġlieni ramli, trab ġulġlieni |
<1,80 |
|||||||||||||||||||||
|
Trab ġulġlieni ramli u tafli, trab ġulġlieni, trab ġulġlieni tafli, ramal, trab ġulġlieni xaħxi |
<1,75 |
|||||||||||||||||||||
|
Trab ġulġlieni xaħxi, trab ġulġlieni xaħxi u tafli |
<1,65 |
|||||||||||||||||||||
|
Trab tafli ramli, trab tafli xaħxi, trab ġulġlieni tafli b'35-45 % tafal |
<1,58 |
|||||||||||||||||||||
|
Tafal |
<1,47 |
|||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw klassijiet jew valuri ta' konsistenza differenti li jikkorrispondu għal-livelli meqjusa bħala problematiċi għall-iżvilupp ta' sistema ta' għeruq tal-pjanti |
||||||||||||||||||||||
|
Fakultattiv:
|
≥ 10 cm/jum (5) L-Istati Membri jistgħu jadattaw dan il-valur skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija lokali tagħhom ≥ 5 % (6) L-Istati Membri jistgħu jadattaw dan il-valur skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija lokali tagħhom |
|||||||||||||||||||||
|
Parti B: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta' ħamrija f'saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri |
||||||||||||||||||||||
|
Kontenut eċċessiv ta' nutrijenti fil-ħamrija |
Fosforu estrattabbli (mg għal kull kg) |
< “valur massimu” L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur massimu tagħhom stess, f’livell li ma jinvolvix ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. |
Ħamrija mhux ġestita f'żoni tal-art naturali |
|||||||||||||||||||
|
Erożjoni tal-ħamrija |
Rata ta' erożjoni tal-ħamrija (tunnellati għal kull ettaru fis-sena) |
< “valur massimu” L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur massimu tagħhom stess, f’livell li ma jinvolvix ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. |
Artijiet b'erożjoni sinifikanti u żoni ta' art naturali, ħlief jekk jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta' diżastri |
|||||||||||||||||||
|
Kontaminazzjoni tal-ħamrija |
|
Assigurazzjoni raġonevoli, miksuba mill-kampjunar istantanju, mill-identifikazzjoni u mill-investigazzjoni tal-ħamrija ta' siti potenzjalment kontaminati u minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, li ma jeżisti l-ebda riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija Il-livelli naturali u antropoġenika tal-isfond għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju Jekk l-isfond naturali huwa l-unika raġuni li twassal għal riskji inaċċettabbli, il-ħamrija rilevanti għandha titqies li tilħaq il-kriterji ta' ħamrija f'saħħitha dment li tiġi ġestita b'tali mod li ma jkunx jeżisti riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem Il-ħabitats b'konċentrazzjoni naturali għolja ta' metalli tqal li huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom jibqgħu protetti |
Ebda eżenzjoni |
|||||||||||||||||||
|
Tnaqqis taż-żamma tal-ilma u l-infiltrazzjoni tal-ħamrija |
Żamma tal-ilma:
Infiltrazzjoni tal-ilma:
|
L-istima tal-valur tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma, il-konduttività idrawlika saturata u l-kapaċità tal-arja ta' unità tal-ħamrija hija ogħla mil-limitu minimu u tista' tiġi vvalutata wkoll minn baċir jew sottobaċir ta' xmara, b'kont meħud tal-proċessi tal-ilma li jseħħu f'dik l-iskala Il-livell limitu minimu għandu jiġi stabbilit (f'tunnellati) mill-Istat Membru fuq l-iskala rilevanti għal tali valur li jiġu mmitigati l-impatti tal-għargħar wara avvenimenti ta' xita qawwija jew ta' perjodi ta' livell baxx ta' tira minħabba avvenimenti ta' nixfa |
Ebda eżenzjoni |
|||||||||||||||||||
|
Telf tal-SOC |
Ħażniet fis-SOC (tC ha -1 ) Fakultattiv:
|
Isir kontribut għall-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/841 > “valur minimu” L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur minimu skont il-konsistenza tal-ħamrija |
Ebda eżenzjoni |
|||||||||||||||||||
|
Parti C: deskritturi tal-ħamrija mingħajr kriterji |
||||||||||||||||||||||
|
Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
|||||||||||||||||||||
|
Kontenut eċċessiv ta' nutrijenti fil-ħamrija |
Kontenut total tan-nitroġenu fil-ħamrija (mg g-1) Il-proporzjon ttan-nitroġenu tas-SOC |
|||||||||||||||||||||
|
Aċidifikazzjoni |
Aċidità tal-ħamrija (pH) L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll id-deskrittur fakultattiv:
|
|||||||||||||||||||||
|
Kompattazzjoni tal-ħamrija tal-wiċċ |
Densità volumetrika tal-massa apparenti fil-ħamrija tal-wiċċ (orizzont A (7)) (g cm-3) Fakultattiv:
|
|||||||||||||||||||||
|
Telf tal-bijodiversità tal-ħamrija |
Metabarcoding tad-DNA għall-fungi u l-batterji L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll mill-inqas deskrittur fakultattiv wieħed tal-ħamrija għall-bijodiversità bħal:
|
|||||||||||||||||||||
|
Kontaminazzjoni tal-ħamrija (8) |
Konċentrazzjonijiet ta' PFAS-21 (9) jew konċentrazzjonijiet ta' PFAS-43 (10) jew PFAS magħżula stipulati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7(4) Il-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi attivi magħżula fil-pestiċidi u l-metaboliti tagħhom stipulati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7(4) Fakultattiv:
|
|||||||||||||||||||||
|
Parti D: indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija |
||||||||||||||||||||||
|
Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija |
Indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija |
|||||||||||||||||||||
|
L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija |
Total tal-ħamrija ssiġillata u tal-ħamrija mneħħija (km2 u % tas-superfiċe tal-Istat Membru) L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, it-tneħħija tal-issiġillar, l-issiġillar nett (medja kull sena – f'km2 u % tas-superfiċe tal-Istat Membru) Żona ta' insedjament totali (km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri) Tibdil fl-użu tal-art għal żona ta' insedjament jew minnha (medja fis-sena – f'km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri) L-Istati Membri jistgħu jkejlu wkoll indikaturi fakultattivi relatati oħra bħal:
|
|||||||||||||||||||||
(1) Il-kriterji minimi għall-metodoloġija għall-ġbir ta' kampjuni in situ tad-deskritturi tal-ħamrija huma pprovduti fl-Anness II, il-Parti A, u aktar dettallji ser jingħataw skont l-Artikolu 24.
(2) Aktar dettalji dwar il-metodoloġija dwar l-istabbiliment ta' valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u valuri ta' skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti A, B u, fejn possibbli, il-Parti C, jingħataw f'konformità mal-Artikolu 24.
(3) Il-kejl tal-konduttività elettrika jista' jiġi eskluż f'żoni li mhumiex f'riskju ta' salinazzjoni. Aktar dettalji dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta' żoni li mhumiex f'riskju ta' salinazzjoni tingħata f'konformità mal-Artikolu 24.
(4) Kif definit fl-IUSS Working Group WRB. 2022. World Reference Base for Soil Resources. International soil classification system for naming soils and creating legends for soil maps. 4th edition. International Union of Soil Sciences (IUSS), Vienna, Austria.
(5) Lebert, M., Böken, H., Glante, F. 2007. Soil compaction—indicators for the assessment of harmful changes to the soil in the context of the German Federal Soil Protection Act. Journal of Environmental Management 82(3): 388-397.
(6) Lebert, M., Böken, H., Glante, F. 2007. Soil compaction—indicators for the assessment of harmful changes to the soil in the context of the German Federal Soil Protection Act. Journal of Environmental Management 82(3): 388-397.
(7) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf).
(8) Tista' titkejjel fuq għadd limitat ta' punti ta' kampjunar.
(9) 6:2 FTS, PFBA, PFBS, PFDA, PFDoDA, PFDoDS, PFDS, PFHpA, PFHpS, PFHxA, PFHxS, PFNA, PFNS, PFOA, PFOS, PFPeA, PFPeS, PFTrDA, PFTrDS, PFUnDA, PFUnDS jew 21 PFAS oħra, skont kif disponibbli fil-laboratorji.
(10) PFOS, PFOA, PFHxS, PFNA, PFBS, PFPeS, PFHpS, PFNS, PFDS, PFUnDS, PFDoDS, PFTrDS, PFBA, PFPeA, PFHxA, PFHpA, PFDA, PFUnDA, PFDoDA, PFTrDA, PFTeDA, PFOSA, N-EtFOSA, N-MeFOSA, FOSAA, N-EtFOSAA, N-MeFOSAA, FHxSA, N-EtFHxSA, N-MeFHxSA, FHxSAA, N-EtFHxSAA, N-MeFHxSAA, FBSA, N-EtFBSA, N-MeFBSA, FBSAA, N-EtFBSAA, N-MeFBSAA, 6:2 FTS, 8:2 FTS, 5:3 FTCA, 7:3 FTCA jew 43 PFAS oħra, skont kif disponibbli fil-laboratorji.
ANNESS II
METODOLOĠIJI
Parti A: Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-għadd u tal-post tal-punti ta' kampjunar u għall-istħarriġ kampjunarju
|
Attività |
Kriterji minimi għall-metodoloġija |
||
|
L-istħarriġ kampjunarju għandu jitfassal minn qafas tal-kampjunar komplut li jkun fih l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetajiet tal-ħamrija, bħal informazzjoni li tirriżulta minn kejl rilevanti skont l-Artikolu 9(3) u (4) L-iskema ta' kampjunar għandha tkun kampjunar aleatorju stratifikat ottimizzat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar il-varjabbiltà tad-deskritturi tal-ħamrija, u l-istratifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-unitajiet tal-ħamrija stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(2). Il-punti ta' kampjunar relatati mal-kejl imsemmi fl-Artikolu 9(4) jistgħu jitqiesu parzjalment jew kompletament fl-iskema ta' kampjunar, irrispettivament mid-disinn tagħhom L-għadd u l-post tal-punti ta' kampjunar għandhom jirrappreżentaw il-varjabbiltà tad-deskritturi tal-ħamrija magħżula fl-unitajiet tal-ħamrija, b'perċentwali massimu ta' errur (jew koeffiċjent tal-varjazzjoni) ta' 5 % L-allokazzjoni u d-daqs tal-kampjun għandhom jiġu ddeterminati billi jiġu applikati proċeduri xierqa (eż. l-algoritmu ta' Bethel - Bethel, 1989 (1)) li huma kapaċi jieħdu kont tal-errur ta' stima massimu meħtieġ L-istħarriġ kampjunarju mfassal mill-Istati Membri għal kull ċiklu ta' monitoraġġ jista' jinbidel jew jibqa' l-istess Aktar dettalji dwar id-determinazzjoni tal-għadd u l-post tal-punti ta' kampjunar għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a) |
||
|
Għandhom jittieħdu kampjuni minn postijiet eżatti tal-kampjunar sakemm ċirkostanzi debitament ġustifikati, bħal ħamrija mifqugħa bl-ilma jew livell għoli ta' kontenut ta' blat, ma jipprevjenux il-kampjunar tal-postijiet Meta jittieħdu kampjuni aggregati tal-ħamrija, dawn għandhom ikunu taħlita ta' mill-inqas 5 subkampjuni Meta jittieħdu kampjuni tal-ħamrija f'żoni mhux forestali, ir-residwi u l-fdalijiet organiċi għandhom jitneħħew mill-wiċċ Meta jittieħdu kampjuni tal-ħamrija f'żoni forestali, l-art forestali, jekk rilevanti suddiviża f'saffi tal-mifrex u dawk organiċi, għandha tiġi kkampjunata separatament u l-ħxuna u l-piż għandhom jiġu rreġistrati Kampjuni jew subkampjuni għall-kampjun aggregat, għandhom, fejn ikun possibbli, jittieħdu sa fond ta' mill-inqas 30 cm ta' ħamrija. Għandha tiġi rreġistrata informazzjoni bħat-tip ta' ħamrija u jekk possibbli l-orizzonti ġenetiċi tal-ħamrija. Is-subkampjuni għandhom jitħalltu flimkien sabiex jinkiseb kampjun aggregat omoġenju. Il-kampjunar jista' jsir permezz ta' fond fiss jew skont l-orizzont, iżda d-data għandha tiġi rrapportata skont il-fond fiss Il-kampjuni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti għandhom ikunu kampjuni mhux disturbati meħuda f'fond rilevanti, inkluż taħt it-30 cm għas-sottoħamrija. Kampjuni relatati mal-kompattazzjoni tal-ħamrija (konduttività idrawlika saturata u kapaċità tal-arja) jistgħu jkunu l-istess kampjuni mhux disturbati bħal dawk meħuda għad-densità volumetrika tal-massa apparenti. Fejn kontenut għoli ta' frammenti ħoxnin fil-ħamrija jipprevjeni t-teħid ta' kampjuni, il-kampjunar jista' jiġi eskluż f'dak il-post għall-kejl tad-densità volumetrika tal-massa apparenti Aktar dettalji dwar l-istħarriġ kampjunarju fuq il-post għandhom jingħataw skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a), inkluż dwar kif għandhom jiġu ttrattati sitwazzjonijiet speċifiċi bħal ħamrija baxxa u fond ta' kampjunar differenti |
Parti B: Metodoloġija għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija
Fejn metodoloġija ta' referenza hija stabbilita fit-tabella ta' hawn taħt, il-metodoloġiji li ġejjin għandhom jintużaw skont l-Artikolu 9:
|
— |
il-metodoloġija ta' referenza; |
|
— |
metodoloġija ekwivalenti għall-metodoloġija ta' referenza; jew |
|
— |
metodoloġija oħra, dment li din tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku u jkun hemm disponibbli funzjoni ta' trasferiment ivvalidata. |
Jekk tkun disponibbli metodoloġija tas-CEN, din għandha tkun ippreferuta fuq il-metodoloġija ta' referenza. F'dak il-każ, il-metodoloġija ta' referenza inizjali għandha titqies li hija metodoloġija ekwivalenti.
|
Deskrittur tal-ħamrija |
Metodoloġija ta' referenza |
Kriterji metodoloġiċi minimi |
Funzjoni ta' trasferiment ivvalidata meħtieġa (jekk tintuża metodoloġija differenti mill-metodoloġija ta' referenza)? |
||||||||||||
|
Konsistenza tal-ħamrija (kontenut ta' tafal, ta' xaħx u ta' ramel – meħtieġa għad-determinazzjoni ta' deskritturi oħra u ta' meded relatati) |
ISO 11277 Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-materjal minerali tal-ħamrija – Metodu permezz ta' tgħarbil u sedimentazzjoni |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Konduttività elettrika |
Għażla 1: ISO 11265 Determinazzjoni tal-konduttività elettrika speċifika Għażla 2: metodu ta' kejl tal-estratt tal-pejst saturat tal-ħamrija (eEC) (SOP tal-FAO: GLOSOLAN-SOP-08 (2)) |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Rata ta' erożjoni tal-ħamrija |
|
L-istima tar-rata ta' erożjoni tal-ħamrija għandha tqis l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġi mmitigat jew ikkumpensat ir-riskju ta' erożjoni, inkluż miżuri ta' mitigazzjoni ta' wara nar L-istima tar-rata ta' erożjoni tal-ħamrija għandha tinkludi l-proċessi rilevanti kollha ta' erożjoni bħall-erożjoni mill-ilma, mir-riħ, mill-ħsad u mill-ħdim tar-raba' L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
Mhux applikabbli |
||||||||||||
|
|
|
L-erożjoni tal-ħamrija permezz tar-riħ għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
L-erożjoni tal-ħamrija minn prattiki ta' ġestjoni bħall-ħdim tar-raba' jew l-esportazzjoni tal-bijomassa għandha tiġi vvalutata b'mod kwantitattiv abbażi ta' metodoloġija disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
|
||||||||||||
|
Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC) |
ISO 10694 Determinazzjoni tal-karbonju organiku u totali wara l-kombustjoni xotta, filwaqt li jiġi żgurat li l-karbonju kollu jiġi inċinerat Is-SOC għandu jiġi kkalkulat billi jiġi ddeterminat il-kontenut totali tal-karbonju u jitnaqqas il-karbonju preżenti bħala karbonat, li għandu jiġi ddeterminat skont l-ISO 10693 |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Stokkijiet tas-SOC |
Il-metodoloġija kif stipulata fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 f'konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006 |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Densità volumetrika tal-massa apparenti fis-sottoħamrija |
ISO 11272 għad-determinazzjoni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti xotta Fejn jintgħażel parametru ekwivalenti, il-metodoloġija għandha tkun standard Ewropew jew internazzjonali fejn disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
Il-metodoloġija tista' tiġi rfinata skont il-proporzjon ta' frammenti ħoxnin |
IVA |
||||||||||||
|
Fosforu estrattabbli |
Preferut: ISO 11263 għad-determinazzjoni spettrometrika tal-fosforu li jinħall f'soluzzjoni ta' idroġenukarbonat tas-sodju (P-Olsen) Jistgħu jintużaw metodi oħra bħala alternattiva |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Għall-metalli tqal: ISO 54321: Aqua Regia Fakultattiv: frazzjonijiet bijodisponibbli ta' kontaminanti, bħall-ISO 17586 bl-użu ta' aċidu nitriku dilwit |
Għall-kontaminanti għajr għall-metalli tqal: għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali fejn disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
Għall-metalli tqal: IVA Għall-kontaminanti għajr għall-metalli tqal: mhux applikabbli jekk standards Ewropej jew internazzjonali ma jkunux disponibbli |
||||||||||||
|
Il-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata |
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-valur għal punt wieħed tal-kampjun:
Għażla 1: LABORATORJU: ISO 11274 għad-determinazzjoni tal-karatteristika taż-żamma tal-ilma. Għażla 2: STIMA: għandhom jiġu applikati funzjonijiet ta' pedotrasferiment li jeħtieġu varjabbli ta’ input bħad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, densità volumetrika tal-massa apparenti, konċentrazzjoni ta' karbonju organiku fil-ħamrija |
Kriterji minimi għall-istima tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata ta' unità tal-ħamrija jew fuq skala ta' baċir jew ta' sottobaċir ta' xmara:
|
IVA (għall-valur tal-punt) |
||||||||||||
|
|
Għażla 1: LABORATORJU: ISO 17313: Determinazzjoni tal-konduttività idrawlika ta' materjali porużi saturati Għażla 2: STIMA: għandhom jiġu applikati funzjonijiet ta' pedotrasferiment li jeħtieġu varjabbli ta' input bħad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, id-densità volumetrikatal-massa apparenti, il-konċentrazzjoni ta' karbonju organiku fil-ħamrija |
|
|
||||||||||||
|
Nitroġenu fil-ħamrija |
Għażla 1: ISO 11261 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali fil-ħamrija bl-użu ta' metodu modifikat ta' Kjeldahl Għażla 2: ISO 13878 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali b'kombustjoni xotta |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Aċidità tal-ħamrija |
ISO 10390 għad-determinazzjoni tal-pH f'estratt ta' H2O, KCl u CaCl2 |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Saturazzjoni tal-bażi u konċentrazzjonijiet skambjabbli ta' sodju, potassju, kalċju u manjeżju |
ISO 11260 għad-determinazzjoni tal-kapaċità effettiva ta' skambju ta' katjoni u l-livell ta' saturazzjoni tal-bażi bl-użu ta' BaCl2 |
Mhux applikabbli |
IVA |
||||||||||||
|
Densità volumetrika tal-massa apparenti fil-“ħamrija tal-wiċċ” (orizzont A (3)) |
ISO 11272 għad-determinazzjoni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti xotta |
Il-metodoloġija tista' tiġi rfinata skont il-proporzjon ta' frammenti ħoxnin |
IVA |
||||||||||||
|
Deskritturi marbuta mal-bijodiversità tal-ħamrija u l-attività bijoloġika |
|
Meta jkunu disponibbli għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
Mhux applikabbli |
Parti C: Kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija
Għall-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija, il-metodoloġiji użati għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 u fl-Anness I. Tali metodoloġiji għandhom jużaw mill-inqas is-servizzi ta' Copernicus jew, preferibbilment, l-aħjar data disponibbli inkluż immaġnijiet ta' telerilevament, li għandhom jiġu ssupplimentati b'inventarji nazzjonali rilevanti.
Għall-indikatur taż-żona ta' insedjament, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data miġbura skont ir-Regolament (UE) 2018/841, dment li tali data tiġi rrapportata fil-livell distrettwali tal-ħamrija.
Il-metodoloġiji magħżula għandhom ikunu disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.
(1) Bethel, J. 1989. “Sample Allocation in Multivariate Surveys.” Survey Methodology 15: 47–57.
(2) https://www.fao.org/3/cb3355en/cb3355en.pdf.
(3) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf).
ANNESS III
PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10
(1)
Il-pjanijiet nazzjonali ta' restawr imħejjija f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1991.
(2)
Il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni, f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115.
(3)
Il-Kodiċi ta' Prattika Agrikola Tajba u l-programmi ta' azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula adottati f'konformità mad-Direttiva 91/676/KEE.
(4)
Il-miżuri ta' konservazzjoni u qafas ta' azzjoni prijoritizzat stabbiliti għas-siti ta' Natura 2000 f'konformità mad-Direttiva 92/43/KEE.
(5)
Il-miżuri biex jinkiseb status ekoloġiku tajjeb u status kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u status kimiku u kwantitattiv tajjeb ta' korpi tal-ilma ta' taħt l-art inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara mħejjija f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.
(6)
Il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju ta' għargħar inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju ta' għargħar imħejjija f'konformità mad-Direttiva 2007/60/KE.
(7)
Il-pjanijiet ta' ġestjoni tan-nixfa msemmija fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
(8)
Il-programmi ta' azzjoni nazzjonali stabbiliti f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.
(9)
L-istrateġiji nazzjonali tal-bijodiversità u l-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika.
(10)
Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.
(11)
Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/842.
(12)
Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u d-data ta' monitoraġġ dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi rrapportati skont dik id-Direttiva.
(13)
Il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima stabbilit f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
(14)
Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri stabbiliti f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(15)
Il-pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/128/KE.
(16)
Il-miżuri ta' mitigazzjoni u tat-tnaqqis tar-riskju msemmija fil-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali mwettqa skont id-Direttiva 2011/92/UE għall-pjanijiet u l-proġetti li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-ħamrija.
ANNESS IV
LISTA INDIKATTIVA TA' MIŻURI TAT-TNAQQIS TAR-RISKJU
(1)
Tekniki ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija għal riabilitazzjoni in situ jew ex situ tal-ħamrija:|
(a) |
Tekniki ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija fiżiċi:
|
|
(b) |
Tekniki ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija bijoloġiċi:
|
|
(c) |
Tekniki ta' riabilitazzjoni kimiċi:
|
(2)
Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, għajr ir-riabilitazzjoni tal-ħamrija, biex jitnaqqas l-esponiment:|
(a) |
Restrizzjonijiet fuq il-kultivazzjoni u l-konsum tal-għelejjel u l-ħxejjex; |
|
(b) |
Restrizzjonijiet fuq il-konsum tal-bajd; |
|
(c) |
Restrizzjonijiet fuq l-aċċess tal-bhejjem jew annimali domestiċi oħra tad-dar; |
|
(d) |
Restrizzjonijiet fuq l-estrazzjoni jew fuq l-użu tal-ilma ta' taħt l-art għal finijiet ta' xorb, iġjene personali jew industrijali; |
|
(e) |
Restrizzjonijiet fuq demolizzjoni, tneħħija tal-issiġillar, jew kostruzzjoni fuq is-sit (eż. miżuri kostruttivi għall-ventilazzjoni, għal kontra t-tnixxija tal-ilma, eċċ.); |
|
(f) |
Restrizzjonijiet fuq aċċess għas-sit (eż. permezz ta’ ċnut) jew għaż-żoni madwar is-sit; |
|
(g) |
Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-art jew bidliet fl-użu tal-art; |
|
(h) |
Restrizzjonijiet fuq it-tħaffir jew l-iskavar; |
|
(i) |
Restrizzjonijiet biex jiġi evitat kuntatt mal-ħamrija, mat-trab jew mal-arja ta' ġewwa, u jiġu applikati prekawzjonijiet biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem (eż. respiraturi, ingwanti, tindif mingħajr solventi organiċi, eċċ.). |
(3)
L-aħjar tekniki disponibbli msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE.
(4)
Miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi industrijali wara aċċident kbir, f'konformità mad-Direttiva 2012/18/UE.
ANNESS V
FAŻIJIET U PRINĊIPJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT
1.
Il-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni tirrikjedi l-identifikazzjoni tan-natura tal-kontaminanti (eż. metalli tqal, kontaminanti organiċi, eċċ.) preżenti fis-sit u d-determinazzjoni tas-sors, tal-konċentrazzjoni, tal-forma kimika tagħhom, u tad-distribuzzjoni fil-ħamrija, fil-materjal oriġinali u fl-ilma ta' taħt l-art. Il-preżenza u l-konċentrazzjoni ta' kontaminanti fil-mezzi differenti jiġu ddeterminati permezz ta' kampjuni u investigazzjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, fil-każ ta' suspett ta' trasferiment ta' kontaminanti. Il-kontaminanti assoċjati ma’ attivitajiet potenzjalment kontaminanti għandhom jinġabru f'kampjuni fil-mezzi rilevanti abbażi tal-kuntest ambjentali u l-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-kontaminanti li jinfluwenzaw l-imġiba tagħhom fl-ambjent. Għandhom jitqiesu l-livelli naturali u antropoġeniċi tal-isfond.
2.
Il-valutazzjoni tal-esponiment titlob l-identifikazzjoni tal-mogħdija li biha l-kontaminanti tal-ħamrija jistgħu jilħqu r-riċetturi. Il-mogħdijiet ta' esponiment jistgħu jinkludu l-inalazzjoni, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda, l-assorbiment mill-pjanti, il-migrazzjoni għall-ilma ta' taħt l-art jew oħrajn. Il-konċentrazzjonijiet tal-kontaminanti fil-mezzi ta' esponiment huma kkombinati ma' parametri ta' esponiment (eż. il-frekwenza u d-durata tal-esponiment, ir-rata ta' inġestjoni tal-ħamrija, eċċ.) u karatteristiċi tar-riċetturi bħall-età, il-ġeneru, u l-istatus tas-saħħa għal stima tad-doża ta' esponiment ta' kuljum. Ir-rabtiet bejn is-sors-il-passaġġ-ir-riċevitur huma miġbura fil-qosor f'rappreżentazzjoni grafika, skematika u simplifikata (il-“mudell tas-sit kunċettwali”). L-esponiment jista' jiġi vvalutat permezz ta' analiżi diretta fil-punt tal-esponiment jew billi jiġi mmudellat it-trasferiment ta' kontaminant għall-mezz tal-esponiment.
3.
Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tinvolvi l-evalwazzjoni tal-effetti negattivi potenzjali tal-kontaminanti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, abbażi tad-doża u tad-durata tal-esponiment. Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tqis it-tossiċità inerenti tal-kontaminanti u s-suxxettibbiltà tar-riċetturi differenti esposti (bnedmin u ekosistemi), bħall-annimali, il-mikroorganiżmi, il-pjanti, it-tfal, in-nisa tqal, l-anzjani, eċċ. L-informazzjoni tossikoloġika tintuża fl-istima tad-dożi jew il-konċentrazzjonijiet ta' referenza, użati għall-karatterizzazzjoni tar-riskju.
4.
Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tirrikjedi l-integrazzjoni tal-informazzjoni mill-passi preċedenti għall-istima tad-daqs u l-probabbiltà tal-effetti negattivi tas-sit ikkontaminat għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż mill-migrazzjoni tal-kontaminazzjoni għal mezzi ambjentali oħra. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tgħin biex tiġi vvalutata u prijoritizzata l-ħtieġa ta' miżuri tat-tnaqqis tar-riskju u ta' riabilitazzjoni, u biex jiġi żgurat li l-kundizzjoni tal-ħamrija tkun kompatibbli mal-użu attwali u ppjanat tal-art. Tista' tgħin ukoll biex jiġu stabbiliti objettivi ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija jew ta' ġestjoni għal sit, eż. biex jintlaħqu limiti massimi aċċettabbli jew valuri ta' skrinjar ibbażati fuq ir-riskju speċifiku għas-sit. Il-valutazzjoni tar-riskju tinvolvi għadd kbir ta' ipoteżijiet u inċertezzi. Għalhekk huwa essenzjali li dawk l-ipoteżijiet u inċertezzi jiġu evalwati biex tinftiehem bis-sħiħ is-sinifikanza tar-riżultati miksuba u biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati tajjeb.
ANNESS VI
KONTENUT TAR-REĠISTRU TA' SITI POTENZJALMENT IKKONTAMINATI U TA' SITI KKONTAMINATI
It-tfassil u l-preżentazzjoni tad-data fir-reġistru għandhom jippermettu li l-pubbliku jsegwi l-progress fl-identifikazzjoni u fl-investigazzjoni ta' siti potenzjalment ikkontaminati u fil-ġestjoni ta' siti kkontaminati. Ir-reġistru għandu jkun fih u jippreżenta l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment ikkontaminati magħrufa, għas-siti kkontaminati, għas-siti kkontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kkontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni:
|
(a) |
il-koordinati, l-indirizz jew ir-roqgħa/l-irqajja' katastali tas-sit f'konformità mad-Direttivi (UE) 2019/1024 u 2007/2/KE; |
|
(b) |
is-sena tal-inklużjoni fir-reġistru; |
|
(c) |
l-attivitajiet kontaminanti jew potenzjalment kontaminanti li jkunu seħħew jew li jkunu qegħdin iseħħu fis-sit; |
|
(d) |
l-istatus ta' ġestjoni tas-sit; |
|
(e) |
konklużjonijiet dwar il-preżenza jew in-nuqqas, it-tip u r-riskju tal-kontaminazzjoni (jew il-kontaminazzjoni residwa wara r-riabilitazzjoni tal-ħamrija) fejn l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tkun diġà disponibbli mill-investigazzjonijiet tal-ħamrija u mill-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit imsemmija fl-Artikoli 15 u 16; |
|
(f) |
l-azzjonijiet u l-passi ta' ġestjoni sussegwenti meħtieġa msemmija fl-Artikoli 15 u 16. |
Ir-reġistru jista' jkun fih ukoll l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment ikkontaminati magħrufa, għas-siti kkontaminati, għas-siti kkontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kkontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni, meta disponibbli:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-permessi ambjentali maħruġa għas-sit, inkluż is-sena tal-bidu u tat-tmiem tal-attività; |
|
(b) |
l-użu attwali u ppjanat tal-art; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-ħamrija u r-rapporti ta' riabilitazzjoni tal-ħamrija, bħall-konċentrazzjonijiet u l-perimetru tal-kontaminazzjoni, il-mudell tas-sit kunċettwali, il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, it-tekniki użati jew ippjanati, l-istimi tal-effettività u tal-kost tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju; |
|
(d) |
l-iskeda ta' żmien tal-azzjonijiet u l-passi ta' ġestjoni sussegwenti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5745/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)