This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024DP0136
P9_TA(2024)0136 – Extending Rule 168 of Parliament's Rules of Procedure until the end of the 10th parliamentary term – European Parliament decision of 12 March 2024 extending Rule 168 of Parliament’s Rules of Procedure until the end of the tenth parliamentary term (2024/2565(RSO))
P9_TA(2024)0136 — Estensjoni tal-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sa tmiem l-għaxar leġiżlatura — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 li testendi l-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tal-għaxar leġiżlatura (2024/2565(RSO))
P9_TA(2024)0136 — Estensjoni tal-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sa tmiem l-għaxar leġiżlatura — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 li testendi l-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tal-għaxar leġiżlatura (2024/2565(RSO))
ĠU C, C/2024/6569, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6569/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6569 |
12.11.2024 |
P9_TA(2024)0136
Estensjoni tal-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sa tmiem l-għaxar leġiżlatura
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 li testendi l-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tal-għaxar leġiżlatura (2024/2565(RSO))
(C/2024/6569)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fl-1 ta’ Lulju 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 (2) li testendi l-applikabbiltà tal-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa’ leġiżlatura u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Bureau li jestendu d-deroga mill-Artikolu 167 sa l-aħħar ta’ din il-leġiżlatura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Bureau tal-5 ta’ Frar 2024, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 167 u 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, skont l-Artikolu 167, id-dokumenti kollha tal-Parlament iridu jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b’interpretazzjoni pprovduta fil-lingwi uffiċjali l-oħra; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 168, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 167 sal-aħħar tad-disa’ leġiżlatura jekk, u wara li, minkejja t-teħid ta’ prekawzjonijiet xierqa, l-interpreti jew it-tradutturi meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli f’għadd suffiċjenti; billi, fir-rigward ta’ kull lingwa uffiċjali li għaliha deroga hija kkunsidrata meħtieġa, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u b’kunsiderazzjoni xierqa għal kwalunkwe arranġament speċjali temporanju adottat mill-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattati rigward l-abbozzar ta’ atti legali, jeħtieġlu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati u jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur; |
|
C. |
billi d-deroga fir-rigward tal-Irlandiż f’dak li għandu x’jaqsam mal-atti legali ta’ applikazzjoni ġenerali stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 (3) skadiet mill-1 ta’ Jannar 2022; |
|
D. |
billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhijiex mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta’ interpretazzjoni f’dawk il-lingwi mill-bidu tal-għaxar leġiżlatura; |
|
E. |
billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontinwi u progress konsiderevoli, in-numru ta’ tradutturi kwalifikati għall-Irlandiż huwa mistenni li jkun għadu tant limitat li, għall-futur prevedibbli, ma tistax tiġi żgurata kopertura sħiħa ta’ dik il-lingwa skont l-Artikolu 167 għal dokumenti oħra għajr atti legali ta’ applikazzjoni ġenerali; |
|
F. |
billi l-Artikolu 168(4) jipprevedi li, abbażi ta’ rakkomandazzjoni motivata mill-Bureau, il-Parlament jista’ jiddeċiedi, fl-aħħar tal-leġiżlatura, li jestendi dak l-Artikolu; |
|
G. |
billi, fid-dawl tal-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-Bureau rrakkomanda li l-Artikolu 168 jiġi estiż sal-aħħar tal-għaxar leġiżlatura; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jestendi l-Artikolu 168 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tal-għaxar leġiżlatura; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni. |
(2) ĠU C 23, 21.1.2021, p. 171.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6569/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)