This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024DP0067
P10_TA(2024)0067 – Appointment of the Chair of the Anti-Money Laundering Authority (AMLA) – European Parliament decision of 18 December 2024 on the proposal for the appointment of the Chair of the Authority for Anti-Money Laundering and Countering the Financing of Terrorism (N10-0050/2024 – C10-0210/2024 – 2024/0802(NLE)) (Approval)
P10_TA(2024)0067 — Ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0050/2024 – C10-0210/2024 – 2024/0802(NLE)) (Approvazzjoni)
P10_TA(2024)0067 — Ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0050/2024 – C10-0210/2024 – 2024/0802(NLE)) (Approvazzjoni)
ĠU C, C/2025/1983, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1983/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1983 |
11.4.2025 |
P10_TA(2024)0067
Ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0050/2024 – C10-0210/2024 – 2024/0802(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2025/1983)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2024 (C10-0210/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0032/2024), |
|
A. |
billi l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620 jipprevedi li l-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu għandu jintgħażel abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien, l-integrità, il-pożizzjoni rikonoxxuta u l-esperjenza fil-qasam tal-AML/CFT u kwalifiki rilevanti oħra; |
|
B. |
billi l-Parlament huwa impenjat biex jiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri f’karigi eżekuttivi fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
|
C. |
billi skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620, fid-9 ta’ Ottubru 2024 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta’ kandidati għall-kariga tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizzaw seduti ta’ smigħ ma’ dawk il-kandidati fil-lista mqassra fil-25 ta’ Novembru 2024; |
|
D. |
billi, f’konformità mal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament fid-9 ta’ Ottubru 2024; |
|
E. |
billi fl-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni adottat proposta biex Bruna Szego tinħatar President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament; |
|
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern imbagħad evalwaw il-kwalifiki tal-kandidata proposta għall-kariga ta’ President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2024/1620; |
|
G. |
billi fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizzaw seduta ta’ smigħ ma’ Bruna Szego, fejn għamlet stqarrija preliminari u wieġbet mistoqsijiet li ressqu l-membri tal-Kumitati; |
|
1. |
Japprova l-proposta għall-ħatra ta’ Bruna Szego bħala l-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1983/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)