This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024BP0375
P9_TA(2024)0375 – Draft amending budget No 3/2024: Reinforcing the European Public Prosecutor's Office following the accession of Poland and the expected participation of Sweden – European Parliament resolution of 25 April 2024 on the Council position on Draft amending budget No 3 to the general budget 2024 reinforcing the European Public Prosecutor's Office following the accession of Poland and the expected participation of Sweden (08805/2024 – C9-0147/2024 – 2024/0090(BUD))
P9_TA(2024)0375 — Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024: Tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja — Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tas-sena 2024 li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja (08805/2024 – C9-0147/2024 – 2024/0090(BUD))
P9_TA(2024)0375 — Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024: Tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja — Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tas-sena 2024 li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja (08805/2024 – C9-0147/2024 – 2024/0090(BUD))
ĠU C, C/2025/3796, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3796/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3796 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0375
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024: Tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tas-sena 2024 li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja (08805/2024 – C9-0147/2024 – 2024/0090(BUD))
(C/2025/3796)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (3) (“Regolament dwar il-QFP”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ April 2024 (COM(2024)0090), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024 adottata mill-Kunsill fit-22 ta’ April 2024 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew dakinhar stess, (08805/2024 – C9-0147/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0179/2024), |
|
A. |
billi, wara n-notifika tal-Polonja tal-5 ta’ Jannar 2024 dwar l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ implimentazzjoni korrispondenti fid-29 ta’ Frar 2024 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Polonja; |
|
B. |
billi, fis-26 ta’ Jannar 2024, il-gvern Żvediż ressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li jwitti t-triq għall-parteċipazzjoni tal-Iżvezja fl-UPPE, li huwa mistenni li jiġi kkonfermat aktar tard fl-2024; |
|
C. |
billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024 għalhekk isaħħaħ il-baġit tal-UPPE għall-2024 b’ammont addizzjonali ta’ EUR 3,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament u b’20 kariga addizzjonali fit-tabella tal-persuna; |
|
D. |
billi, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe marġni fl-Intestatura 2b (Reżiljenza u Valuri), il-Kummissjoni tipproponi li tkopri l-ispejjeż addizzjonali billi timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà; |
|
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adeżjoni tal-Polonja mal-UPPE u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja, li tieħu n-numru ta’ Stati Membri parteċipanti għal 24; jinnota li, b’dan it-tkabbir, l-UPPE se jkun ukoll f’pożizzjoni li jinvestiga u jwettaq prosekuzzjoni ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mwettqa f’dawk l-Istati Membri, u b’hekk jipproteġi aħjar l-interessi tal-Unjoni u l-baġit tagħha u jgħin biex jiġi rrispettat l-istat tad-dritt; |
|
2. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-UPPE jingħata riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali, inkluż biex ikopri r-reklutaġġ tal-Prosekuturi Ewropej, il-funzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa u n-nefqa operazzjonali u tas-salarji relatata; jilqa’ l-fatt, għalhekk, li l-Kummissjoni tat widen għat-talba tal-Parlament meta pproponiet abbozz ta’ baġit emendatorju korrispondenti bl-urġenza dovuta; |
|
3. |
Jifhem li l-Kummissjoni mhux se tibqa’ tipprovdi lill-UPPE b’servizzi tal-post tax-xogħol diġitali mill-2025; jinnota li l-UPPE talab ripetutament ir-riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali meħtieġa biex jagħmel it-tranżizzjoni lejn indipendenza sħiħa tal-IT u jiżgura s-sigurtà tas-sistema tal-IT tiegħu; |
|
4. |
Jiddispjaċih għall-fatt li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024 ma jipprovdix ir-riżorsi meħtieġa biex jiżgura li l-UPPE jkun mgħammar bis-sħiħ biex iwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod effettiv, ikun kapaċi jimmaniġġja l-ammont dejjem jikber ta’ xogħol operazzjonali tiegħu u jkollu biżżejjed riżorsi biex iħejji għal awtonomija sħiħa u sigura tas-sistemi tal-IT mill-2025; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi r-riżorsi addizzjonali meħtieġa, kif stabbilit fid-Deċiżjoni 016/2024 tal-Kulleġġ ta’ Prosekuturi Ewropej tal-21 ta’ Frar 2024, f’abbozz ta’ baġit emendatorju futur u tipprovdi s-servizzi tal-IT sa tali żmien li l-UPPE jkollu r-riżorsi meħtieġa biex ikun indipendenti għall-IT; |
|
5. |
Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-UPPE jgawdi indipendenza sħiħa, li tiddependi fuq l-awtonomija baġitarja u b’hekk riżorsi adegwati; jinnota li l-possibbiltà li l-UPPE jagħmel użu mill-appoġġ amministrattiv mill-Eurojust skont l-Artikolu 100 tar-regolament ta’ twaqqif tiegħu ma mmaterjalizzatx; ifakkar li, fl-Ittra Emendatorja 1/2022, il-Kummissjoni impenjat ruħha għal valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-persunal tal-UPPE sa tmiem l-2023; jistieden lill-Kummissjoni tittrażmetti r-riżultati ta’ dak ir-rieżami tal-persunal lill-awtorità baġitarja mingħajr dewmien sabiex tkun tista’ tqishom fil-ħidma tagħha għall-baġit tal-2025; |
|
6. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2024; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L, 2024/207, 22.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj?locale=mt .
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3796/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)