This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0378
P9_TA(2024)0378 – Framework of measures for strengthening Europe’s net-zero technology products manufacturing ecosystem – European Parliament legislative resolution of 25 April 2024 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on establishing a framework of measures for strengthening Europe’s net-zero technology products manufacturing ecosystem (Net Zero Industry Act) (COM(2023)0161 – C9-0062/2023 – 2023/0081(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0378 — Qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161 – C9-0062/2023 – 2023/0081(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0378 — Qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161 – C9-0062/2023 – 2023/0081(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/3799, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3799/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
                   
                | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali   | 
               
                   MT Is-serje C  | 
            
| 
                   C/2025/3799  | 
               
                   17.9.2025  | 
            
P9_TA(2024)0378
Qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161 – C9-0062/2023 – 2023/0081(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3799)
Il-Parlament Ewropew,
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0161),  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0062/2023),  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023 (1),  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Lulju 2023 (2),  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,  | 
                  
| 
                         —  | 
                     
                         wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0343/2023),  | 
                  
| 
                         1.  | 
                     
                         Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;  | 
                  
| 
                         2.  | 
                     
                         Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;  | 
                  
| 
                         3.  | 
                     
                         Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.  | 
                  
(1) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 179.
(2) ĠU C, C/2023/254, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/254/oj.
P9_TC1-COD(2023)0081
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta' teknoloġija b'emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1735.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3799/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)