This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0361
P9_TA(2024)0361 – Statistics on population and housing – European Parliament legislative resolution of 24 April 2024 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on European statistics on population and housing, amending Regulation (EC) No 862/2007 and repealing Regulations (EC) No 763/2008 and (EU) No 1260/2013 (COM(2023)0031 – C9-0010/2023 – 2023/0008(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0361 — L-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (COM(2023)0031 – C9-0010/2023 – 2023/0008(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0361 — L-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (COM(2023)0031 – C9-0010/2023 – 2023/0008(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/3787, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3787/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3787 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0361
L-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (COM(2023)0031 – C9-0010/2023 – 2023/0008(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3787)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0010/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ April 2023 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0284/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2023)0008
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (*1)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni tiżvolġi rwol ċentrali fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u, bħala tali, hi meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw it-tibdil demografiku, it-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-qafas għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament . |
|
(2) |
L-istatistika dwar il-popolazzjoni hi denominatur importanti għal firxa wiesgħa ta’ indikaturi ta’ politika u tintuża bħala referenza fl-istatistika Ewropea kollha, b’mod partikolari biex jingħataw oqfsa tal-kampjunar għal stħarriġiet rappreżentattivi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi, skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji sikwit jagħti mandat lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika biex jevalwa s-sostenibbiltà fit-tul u l-kwalità tal-finanzi pubbliċi skont il-projezzjonijiet tal-popolazzjoni magħmulin mill-Eurostat. Il-projezzjonijiet tal-popolazzjoni jintużaw ukoll għall-analiżi tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-istatistika kollha li teħtieġ biex tipproduċi u tippubblika projezzjonijiet tal-popolazzjoni skont il-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 175(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Id-data reġjonali u lokali inkluż għal tipi territorjali differenti bħar-reġjuni tal-fruntieri, il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali tagħhom, ir-reġjuni metropolitani, ir-reġjuni rurali, ir-reġjuni muntanjużi u tal-gżejjer hija meħtieġa għat-tħejjija ta’ dawk ir-rapporti u għall-monitoraġġ regolari tal-iżviluppi demografiċi u tal-isfidi demografiċi futuri possibbli fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill għandha tkun definita inter alia fuq il-bażi tal-popolazzjoni tal-Istati Membri. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Istati Membri bħalissa huma obbligati jipprovdu data lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-popolazzjoni totali fil-livell nazzjonali. |
|
(6) |
Fl-2017, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva l-Memorandum ta’ Budapest li ddikjara l-ħtieġa ta’ statistika annwali dwar id-daqs u dwar ċerti karatteristiċi soċjali, ekonomiċi u demografiċi tal-popolazzjoni u għal statistika aħjar dwar il-migrazzjoni. Għall-osservanza tal-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni taċ-ċittadini tagħha fl-attivitajiet kollha u d-drittijiet taċ-ċittadini kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea23 u fl-Artikoli 10 u 19 tat-TFUE, u għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-progress favur l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Unjoni teħtieġ statistika affidabbli u komparabbli. Ir-Regolament (UE) 2019/1700 jipprovdi qafas għall-ġbir tad-data minn kampjuni li jippermettu l-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni sa fejn dan ikun fattibbli mill-kampjuni u biex jiġu analizzati xi aspetti tal-ugwaljanza u tad-diskriminazzjoni billi jinħolqu indikaturi soċjoekonomiċi u informazzjoni dwar l-esperjenza tad-diskriminazzjoni. Minbarra dan, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) iwettqu studji speċifiċi u stħarriġiet apposta li jistgħu jkomplu jestendu d-disponibbiltà tal-istatistika dwar l-ugwaljanza fil-livell tal-Unjoni . Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) tipprovdi data u informazzjoni miġbura permezz ta’ stħarriġiet dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol . Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni (Eurostat)) u dawk l-aġenziji jenħtieġ li jissaħħu aktar biex jissodisfaw id-domandi dejjem akbar tal-utenti għal data affidabbli u komprensiva dwar l-ugwaljanza u d-diversità fl-Unjoni. |
|
(6a) |
Il-Memorandum ta’ Budapest jappella wkoll għal statistika mtejba dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ definizzjonijiet komuni relatati mal-popolazzjoni u l-migrazzjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kunċetti u definizzjonijiet li huma statistikament sodi, rilevanti u applikabbli fid-dawl tat-tipi emerġenti ta’ migrazzjoni. L-avvenimenti tal-passat u li għadhom għaddejjin, bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u, il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u kriżijiet umanitarji oħra jissottolinjaw l-importanza ta’ statistika f’waqtha u dettaljata dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, li huma essenzjali biex tiġi stabbilita ħarsa ġenerali lejn il-flussi migratorji lejn l-Unjoni, fiha u minnha. |
|
(7) |
Biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ politiki effettivi jeħtieġu statistika aħjar dwar l-użu u l-effiċjenza tal-enerġija fl-akkomodazzjonijiet, data ġeografika dettaljata dwar id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni, u studji aktar profondi tar-relazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni. Il-pandemija tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher il-ħtieġa ta’ statistika affidabbli, frekwenti ħafna u fil-ħin dwar l-imwiet fl-Unjoni. Filwaqt li l-ħtiġijiet tad-data ntlaħqu bil-ġbir volontarju tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat), l-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu xieraq għal ġbir obbligatorju ta’ dik id-data permezz tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) soġġetti għall-frekwenza , it-tempestività u d-dettall meħtieġa. |
|
(7a) |
Sabiex timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tal-miri ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat u tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fil-livell nazzjonali u sabiex tivvaluta l-effett distributtiv tat-tibdil fil-klima u tal-politiki b’mod ġenerali, l-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu adegwat għall-ġbir obbligatorju ta’ tali data fi ħdan l-ESS, soġġetti għall-frekwenza, it-tempestività u d-dettall meħtieġa. |
|
(8) |
Kull għaxar snin, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU, wara proposta mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU, jadotta riżoluzzjonijiet dwar iċ-Ċensiment Dinji tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni u jistieden lill-pajjiżi membri tan-NU biex iwettqu ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni skont rakkomandazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u billi jħaddmu l-integrità, l-affidabbiltà, l-eżattezza u l-valur tar-riżultati taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni. L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet. |
|
(9) |
Is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv huma objettiv ċentrali tal-Kummissjoni. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” għandu l-għan li jirrazzjonalizza u jissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar b’25 % għall-impriżi u l-amministrazzjonijiet, filwaqt li ma jimminax l-objettivi ta’ politika relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxa qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea, abbażi ta’ prinċipji statistiċi komuni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji ta’ kwalità u jirreferi għall-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż tar-rispons minn fuq ir-rispondenti tal-istħarriġ u li jingħata kontribut għall-objettiv aktar ġenerali ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv. Qafas legali ġdid għall-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li jkun jimplimenta u jibni fuq il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dak ir-Regolament u jnaqqas il-piż amministrattiv billi jaċċetta l-użu mill-ġdid effettiv u effiċjenti tas-sorsi tad-data disponibbli, inkluż id-data amministrattiva. |
|
(10) |
L-evalwazzjoni tal-istatistika eżistenti (6) dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni, l-istatistika dwar il-flussi migratorji internazzjonali, l-istokkijiet migratorji, u l-istatistika dwar il-kisbiet taċ-ċittadinanza u dwar id-demografija wriet li l-qafas legali attwali li jinkludi r-Regolamenti (KE) Nru 862/2007 (7), (KE) Nru 763/2008 (8) u (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill wassal għal titjib ġenerali sinifikanti fl-istatistika meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-2005 meta l-qafas legali attwali ma kienx fis-seħħ. Madankollu, dak il-qafas għandu l-potenzjal ta’ nuqqas ta’ konsistenza u komparabbiltà, li jenħtieġ li jiġi indirizzat. |
|
(11) |
It-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali, is-sitwazzjoni demografika li qed tevolvi u x-xejriet riċenti tal-migrazzjoni ħolqu talbiet għal statistika Ewropea aktar fil-ħin, aktar frekwenti u aktar dettaljata dwar il-popolazzjoni , l-iżviluppi soċjoekonomiċi, avvenimenti vitali u l-akkomodazzjoni, inkluż dettalji ta’ suġġetti jew gruppi li saru rilevanti politikament u soċjalment fl-aħħar deċennju. Minbarra dan, il-qafas legali eżistenti mhux flessibbli biżżejjed biex jadatta għall-ħtiġijiet evolventi tal-politika u biex jippermetti l-użu ta’ sorsi ġodda fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-qafas legali eżistenti fil-forma ta’ tliet regolamenti separati, adottati fi żminijiet differenti, ikkawżat inkonsistenzi intrinsiċi fl-istatistika. Fl-aħħar nett, billi r-Regolament (UE) Nru 1260/2013 se jieqaf japplika fil-31 ta’ Awwissu 2028, hemm bżonn bażi ġuridika ġdida għall-istatistika demografika miġbura skont dak ir-Regolament. Għalhekk, il-qafas legali attwali jeħtieġ jinbidel b’wieħed ġdid, aktar konsistenti u flessibbli li jenħtieġ li jemenda l-partijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013. |
|
(12) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 ikopri l-istatistika dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza u l-post tat-twelid tal-popolazzjoni residenti (stokkijiet migratorji), dwar il-bidliet tar-residenza bejn il-pajjiżi (flussi migratorji internazzjonali) u dwar il-kisbiet taċ-ċittadinanza tal-popolazzjoni residenti, filwaqt li l-istatistika l-oħra skont dak ir-Regolament tikkonċerna l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji relatati mal-leġiżlazzjoni tal-immigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. Għalhekk, l-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament hija marbuta mill-qrib u jenħtieġ li tkun konsistenti mal-istatistika dwar il-popolazzjoni residenti u l-bidliet demografiċi tagħha prevista skont ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013. Għaldaqstant, biex tkun żgurata l-konsistenza intrinsika, dik l-istatistika jenħtieġ li tiġi integrata f’bażi legali waħda u jitħassar l-Artikolu 3 mir-Regolament (KE) Nru 862/2007. |
|
(13) |
In-natura li qed tinbidel malajr ta’ xi karatteristiċi tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari fejn jidħlu ċerti fenomeni demografiċi , soċjoekonomiċi u migratorji, u l-ħtieġa korrispondenti li l-politiki jiġu mmirati u adattati fil-pront tfisser li l-istatistika jeħtieġ tkun disponibbli fil-ħin, minnufih wara l-perjodu ta’ referenza. Għalhekk jenħtieġ li jsir avvanz tanġibbli fil-perjodiċità u fit-tempestività tal-istatistika , fejn ikun possibbli permezz tal-użu ta’ data amministrattiva u rekords amministrattivi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu riżorsi adegwati għall-istituti nazzjonali tal-istatistika tagħhom . |
|
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistabbilixxi metodoloġija abbażi tal-grilja għad-definizzjoni ta’ tipoloġiji territorjali bbażati fuq id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni f’ċelloli tal-grilja ta’ kilometru kwadru. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1799 (10) bħala azzjoni statistika diretta temporanja li takkumpanja ċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni tal-2021 jipprevedi eżiti ewlenin taċ-ċensiment dwar grilja pan-Ewropea ta’ kilometru kwadru. Jenħtieġ li l-qafas legali jiżgura d-disseminazzjoni kontinwa ta’ statistika dwar il-popolazzjoni ġeoreferenzjata abbażi tal-grilji, u li jkun jista’ jiġi estiż għall-istatistika dwar l-akkomodazzjoni. |
|
(15) |
L-unitajiet territorjali u l-grilji tal-istatistika jenħtieġ li jiġu definiti skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003. |
|
(16) |
Għall-ġeokodifikazzjoni tal-pożizzjoni, jenħtieġ li tintuża t-tema tal-Unitajiet Statistiċi f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(17) |
Il-qafas legali attwali għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jeħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun żgurat li l-proċessi statistiċi attwalment separati jiġu integrati kif xieraq f’qafas komuni li jippermetti lill-ESS tirrispondi b’mod effettiv għall-ħtiġijiet ġodda tal-informazzjoni tal-Unjoni, u li jħeġġeġ l-innovazzjonijiet statistiċi. Iridu jittejbu l-eżiti statistiċi ħalli jibqgħu rilevanti fid-dawl tal-bidliet u l-isfidi demografiċi, migratorji, soċjali u ekonomiċi , u appoġġ għat-tfassil tal-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet . |
|
(18) |
L-istatistika regolari (annwali u infrannwali) mtejba dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni msejsa fuq sorsi amministrattivi, jenħtieġ li tiġi kkumplimentata b’informazzjoni minn ċensimenti kkoordinati tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni li jsiru kull għaxar snin skont il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU. Daqstant importanti, iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni huma opportunità unika biex l-istatistika uffiċjali tkun viżibbli, kemm mil-lat ta’ operazzjonijiet u anki mil-lat ta’ riżultati. |
|
(19) |
Iċ-ċensimenti tal-Unjoni jenħtieġ li jsiru aktar kosteffettivi billi jintuża bis-sħiħ is-sett rikk ta’ data amministrattiva disponibbli fl-Istati Membri jew taħlita ta’ sorsi differenti, fosthom sorsi relatati mal-internet tal-oġġetti u l-forniment tas-servizzi diġitali abbażi tal-konklużjoni ta’ protokolli bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-fornituri ta’ data minn bażijiet ta’ data privati . Jenħtieġ li jirrispettaw il-privatezza tad-data personali billi jistabbilixxu s-salvagwardji meħtieġa għall-ġbir tad-data personali biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin potenzjali u jiġu ggarantiti d-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li jintużaw ukoll biex terġa’ tiġi stabbilita l-linja bażi demografika, u biex l-istħarriġiet dwar il-kopertura tas-sorsi tad-data amministrattiva jiġu inklużi. |
|
(20) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollhom aċċess sostenibbli għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ sorsi tad-data biex jipproduċu statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni ta’ kwalità għolja u b’mod kosteffettiv. F’dan ir-rigward, hu kruċjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jiksbu aċċess fil-ħin u jkunu jistgħu jużaw fil-pront id-data amministrattiva li tkun proprjetà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Pereżempju, l-istatistika dwar l-effiċjenza enerġetika tal-bini tista’ tissejjes fuq data amministrattiva relatata mal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-enerġija tal-bini skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw bis-sħiħ, b’mod regolari u f’waqtu, data amministrattiva mill-bażijiet tad-data interoperabbli għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li huma disponibbli fil-livell nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jeħtieġ ikunu involuti wkoll fid-deċiżjonijiet dwar it-tfassil u l-iżvilupp mill-ġdid tas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti ħalli jkun żgurat li dawn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw għall-kompilazzjoni tal-istatistika uffiċjali. |
|
(21) |
Fl-aħħar snin, inħolqu bażijiet tad-data komprensivi fil-livell tal-Unjoni u sistemi tal-interoperabbiltà relatati mar-residenza, l-avvenimenti vitali, iċ-ċittadinanza u l-movimenti migratorji u transfruntieri tal-popolazzjoni bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014 (14), (UE) 2018/1724 (15), (UE) 2019/817 (16) u (UE) 2019/818 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawn jipprovdu informazzjoni utli li tista’ terġa’ tintuża għall-kompilazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni. |
|
(22) |
F’dak ir-rigward, hu essenzjali li l-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista’ tuża mill-ġdid dik id-data għal finijiet statistiċi biss soġġetta għall-applikazzjoni b’mod strett tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Dan jenħtieġ li jkun japplika b’mod partikolari għad-data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) f’konformità mal-għan tas-CRRS stabbilit fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2019/818, u f’konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. B’mod partikolari, meta jitqies li s-CRRS għandu jipprovdi data statistika u rapportar analitiku transsettorjali għall-finijiet ta’ politika, operazzjonali u ta’ kwalità tad-data, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fil-Qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (eu-LISA), sa fejn ikun possibbli, biex tingħata l-istatistika Ewropea meħtieġa. |
|
(23) |
Data miżmuma privatament tirreferi għall-ammont vast ta’ data miżmuma minn entitajiet privati miksuba bħala riżultat tal-attività tagħhom, li tkun tista’ tintuża mill-awtoritajiet tal-istatistika u mill-Kummissjoni (Eurostat) biex jipproduċu statistika uffiċjali. Din id-data tista’ ttejjeb il-kopertura, it-tempestività u l-kapaċitajiet tar-rispons għall-kriżijiet tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, jew tippermetti l-innovazzjoni statistika. Din id-data għandha l-potenzjal li tikkumplimenta l-istatistika eżistenti dwar id-demografija u l-migrazzjoni, tikseb l-innovazzjoni statistika, u tgħin fil-produzzjoni ta’ stimi bikrija filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tad-detenturi tad-data . L-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollhom aċċess għal dik id-data u jużawha u jikkooperaw mad-detenturi privati tad-data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 . |
|
(24) |
Biex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hu essenzjali li jintużaw id-definizzjonijiet komuni tal-popolazzjoni u jiġu implimentati b’mod armonizzat. Biex il-bażi armonizzata unika tal-popolazzjoni tiġi implimentata b’mod konsistenti, sod u kosteffettiv filwaqt li jkunu żgurati riżultati fil-ħin, jeħtieġ li jiġu applikati ċerti metodi statistiċi u tekniki tal-immudellar ibbażati fuq ix-xjenza bħas-“sinjali tal-ħajja” , meta dan ikun xieraq . |
|
(25) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jibagħtu d-data u l-metadata tagħhom b’mod elettroniku u bil-format tekniku xieraq li se tipprovdi l-Kummissjoni (Eurostat). Jenħtieġ li jintużaw l-istandards internazzjonali, bħall-inizjattiva tal-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika, u l-istandards tekniċi jew tal-istatistika elaborati fl-Unjoni, bħall-istandards tal-metadata u tal-validazzjoni jew il-prinċipji tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà, sa fejn ikun rilevanti għall-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni. L-ESSC approva l-istandards tal-ESS għall-metadata u r-rapporti tal-kwalità, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawk l-istandards iridu jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tar-rapportar skont dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti. |
|
(26) |
L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tkun tissodisfa l-kriterji tal-kwalità b’rabta mar-rilevanza, l-eżattezza, it-tempestività u l-puntwalità, l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, il-komparabbiltà u l-koerenza speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-kwalità tagħhom jenħtieġ li tiżdied sa fejn jevolvu l-ħtiġijiet tal-Unjoni , u jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jindirizzaw sitwazzjonijiet possibbli fejn il-kwalità tad-data ma tkunx iggarantita . Ir-riżultati xierqa tal-valutazzjoni tal-kwalità mwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkunu disponibbli pubblikament għall-utenti tal-istatistika billi jiġi żgurat aċċess bla ħlas u faċli għal din l-istatistika mill-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni (Eurostat) fuq is-sit web tagħha u fil-pubblikazzjonijiet tagħha. |
|
(26a) |
L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tindirizza n-nuqqas persistenti ta’ data dwar il-gruppi vulnerabbli, jiġifieri gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu, bħall-persuni residenti f’istituzzjonijiet (pereżempju istituzzjonijiet militari, istituzzjonijiet korrettivi u penali, dormitorji ta’ skejjel u universitajiet, istituzzjonijiet reliġjużi, sptarijiet, ċentri tal-kura residenzjali, istituzzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u orfanatrofji), il-persuni li għandhom 75+ sena, il-persuni b’diżabilità, il-persuni mingħajr dar, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni u l-persuni mingħajr Stat. Sabiex inaqqsu din id-diskrepanza fid-data u jipprevjenu l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw minnha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw strateġiji u soluzzjonijiet immirati għall-ġbir ta’ data dwar gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu, b’mod partikolari fir-rigward tas-sejba, l-ikkuntattjar, il-persważjoni u l-intervistar ta’ popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu u l-kuntatt magħhom. |
|
(26b) |
Politiki adegwati, f’waqthom u effettivi jippreżupponu data affidabbli u komparabbli, diżaggregata skont il-ġeneru, l-età u, meta rilevanti, in-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku, iż-żona ġeografika, u karatteristiċi oħra f’konformità mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 338(1) tat-TFUE u fil-Kodiċi ta’ prattika tal-Istatistika Ewropea u l-Qafas ta’ assigurazzjoni tal-Kwalità tal-ESS. Dik id-data hija rilevanti biex wieħed jifhem aħjar ix-xejriet tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni, tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni intersezzjonali u jiġu implimentati u vvalutati l-politiki, l-objettivi politiċi u l-azzjonijiet tal-Unjoni, bħall-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Garanzija Ewropea għat-Tfal, l-Istrateġija Ewropea għall-Kura, l-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Kondizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar, li kollha jiddependu ħafna minn data dwar l-unitajiet domestiċi u l-familji. Id-diżaggregazzjoni tal-istatistika skont id-diżabbiltà jenħtieġ li tiġi mħeġġa bl-użu ta’ sorsi ta’ data amministrattivi eżistenti u ġodda, li jenħtieġ li jiġu ingranati biex tiġi esplorata l-inklużjoni tad-diżabbiltà. Il-ġbir u l-użu ta’ tali data jrid jitwettaq b’rispett sħiħ tal-istandards tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-privatezza u d-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari meta jinvolvi data dwar il-minorenni. Id-diżaggregazzjoni skont il-ġeneru jenħtieġ li tirrifletti d-data disponibbli fl-Istati Membri. F’xi Stati Membri, bħalissa huwa possibbli li persuni jirreġistraw legalment li għandhom it-tielet ġeneru, li spiss ikun ġeneru newtrali. Dan ir-Regolament ma jaffettwax ir-regoli nazzjonali rilevanti li jagħtu effett lil tali reġistrazzjoni. |
|
(27) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinkludi regoli dwar il-forniment tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) u dwar l-użu ta’ din id-data, inkluż dwar it-trażmissjoni u l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali. Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw li d-data kunfidenzjali tingħata u tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika f’konformità mal-Artikoli 21 u 22 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni (Eurostat) trid tirrispetta l-kunfidenzjalità statistika tad-data mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Rigward l-istatistika dwar il-popolazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinħoloq approċċ armonizzat li jiżgura kwalità għolja tal-aggregati Ewropej, jevita l-iżvelar tad-data kunfidenzjali fl-eżiti statistiċi, u jevita kemm jista’ jkun is-soppressjoni tad-data. |
|
(29) |
Is-sorsi tad-data disponibbli fil-livell nazzjonali mhux dejjem ikunu jistgħu jaqbdu eżattament il-fenomeni relatati mal-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-aċċess tal-persuni għas-servizzi transfruntiera dwar avvenimenti vitali demografiċi u l-eżerċitar tad-drittijiet tal-persuni li jixtru u li jkunu sidien tal-akkomodazzjoni tagħhom stess użata bħala akkomodazzjoni primarja, villeġġjatura u sekondarja fl-Unjoni. Hemm ukoll diskrepanzi fil-flussi migratorji bilaterali u diffikultajiet biex jitkejlu l-gruppi tal-popolazzjoni, pereżempju fost il-popolazzjoni migranti, mingħajr saqaf jew mingħajr Stat. Għalhekk jenħtieġ li tissaħħaħ il-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-migrazzjoni, tkun żgurata l-kwalità tagħha, u titqies bħala sors ieħor tad-data. Din il-kondiviżjoni msaħħa tad-data tista’ tkopri firxa wiesgħa tad-data rilevanti, minn data li b’mod ċar ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-unitajiet statistiċi, direttament jew indirettament, għal data potenzjalment soġġetta għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità statistika. L-Istati Membri, fl-interess tagħhom stess u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jenħtieġ li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-kondiviżjoni tad-data, inkluż fi proġetti pilota li jivvalutaw soluzzjonijiet siguri innovattivi. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll infrastruttura sigura biex tiffaċilita din il-kondiviżjoni tad-data u tiżgura s-salvagwardji meħtieġa kollha għall-protezzjoni tad-data . ▌ |
|
(31) |
Il-kondiviżjoni tad-data kunfidenzjali jenħtieġ li ssir biss wara talba li tiġġustifika l-ħtieġa ta’ kondiviżjoni ta’ dik id-data f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
|
(32) |
Fit-tul, l-isforzi kollaborattivi fl-ESS li jimmitigaw il-kwistjonijiet transfruntiera dwar il-kwalità tal-istatistika, bħad-duplikar tar-residenti tal-Unjoni li jgawdu l-libertà tal-moviment, jenħtieġ li , pereżempju, jibbenefikaw minn identifikaturi diġitali uniċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
(33) |
Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (19) u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, dawn ir-Regolamenti tal-aħħar iridu japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament , filwaqt li jitqies ukoll li d-data personali pproċessata għal finijiet statistiċi fl-interess pubbliku hija data kunfidenzjali statistika, soġġetta għall-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika. Għalhekk, tali data jenħtieġ li tintuża biss għal finijiet statistiċi u jenħtieġ li qatt ma tintuża għal miżuri jew deċiżjonijiet dwar kwalunkwe persuna fiżika partikolari. Jenħtieġ li data anonimizzata jew psewdonimizzata preferibbilment tintuża għall-ipproċessar, il-kondiviżjoni u l-arkivjar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika skont dan ir-Regolament sabiex jiġu ggarantiti s-salvagwardji kif adottati skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Meta d-data personali tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew ir-Regolament (UE) 2018/1725, jenħtieġ li jiġu applikati bis-sħiħ il-prinċipji tal-legalità, il-korrettezza, it-trasparenza u l-akkuratezza, tal-limitazzjoni tal-iskop, tal-minimizzazzjoni tad-data, tal-limitazzjoni tal-ħżin, u tal-integrità u l-kunfidenzjalità. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw ukoll il-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u elaborati aktar fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea . |
|
(34) |
L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tevolvi biex tkun tqis il-ħtiġijiet emerġenti tad-data li joħorġu mill-prijoritajiet ta’ politika li qed jinbidlu, u mill-bidliet fis-sitwazzjoni demografika, migratorja, soċjali jew ekonomika fl-Unjoni. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li twettaq studji pilota u ta’ fattibbiltà biex tivvaluta l-fattibbiltà tal-adattamenti kkonċernati, kif xieraq, u jenħtieġ li tqis ċerti aspetti bħall-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi fuq l-Istati Membri u d-disponibbiltà ta’ sorsi tad-data xierqa. Hija u tħejji dawk l-istudji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura r-rappreżentattività tal-istudji fil-livell tal-Unjoni, li jirriflettu d-diversitajiet nazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa r-riżultati tal-istudji f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
|
(35) |
Biex jitqiesu x-xejriet demografiċi, ekonomiċi u soċjali, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtieġa li jitfasslu politiki mmirati tajjeb b’mod f’waqtu , is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-lista, id-deskrizzjoni, il-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza tas-suġġetti dettaljati koperti mill-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni; biex taġġorna l-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u biex tispeċifika l-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri fuq bażi ad hoc. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (21). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(35a) |
L-importanza tal-istatistika Ewropea bħala parti essenzjali mit-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza hija riflessa fil-qafas tal-ipprogrammar u finanzjarju stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku). Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw għal appoġġ finanzjarju mill-Programm tas-Suq Uniku kif ukoll mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) f’konformità mal-objettivi u r-regoli ta’ dawk l-istrumenti, għall-adattament tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom, għat-titjib tal-metodoloġija u tal-kwalità tad-data tal-istatistika u tal-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ ġabriet ta’ data ad hoc skont dan ir-Regolament. |
|
(36) |
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (24), mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (26), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (27) u (UE) 2017/1939 (28), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandha tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u għandha tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(37) |
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tad-data u tal-metadata, il-formati tekniċi u l-proċeduri għall-forniment tad-data u tal-metadata, il-kontenut u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). |
|
(38) |
Meta l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, tkun teħtieġ adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru għal forniment tad-data b’perjodiċità inqas minn għaxar (10) snin, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f’każijiet debitament ġustifikati u għal żmien limitat, tkun tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri kkonċernati. |
|
(39) |
Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-konsistenza u l-komparabbiltà, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri , f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv . |
|
(40) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta’ Marzu 2023 . |
|
(41) |
L-ESSC ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikulari bejn persuna fiżika u l-Istat tiegħu jew tagħha, miksuba bit-twelid jew bin-naturalizzazzjoni, kemm jekk b’dikjarazzjoni, b’għażla, bi żwieġ, b’adozzjoni jew b’xi mezz ieħor f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
(2) |
“residenza abitwali” tfisser il-post fejn persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament mill-assenzi temporanji minħabba rikreazzjoni, vaganzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, trattament mediku jew pellegrinaġġi reliġjużi. Il-persuni li ġejjin biss għandhom jitqiesu bħala residenti abitwali ta’ żona ġeografika speċifika:
|
|
(3) |
“sinjali tal-ħajja” tfisser informazzjoni li tindika l-preżenza attwali u r-residenza abitwali ta’ persuna fit-territorju ta’ interess , inkluż informazzjoni miksuba mingħand kwalunkwe sors xieraq jew kombinament tagħhom, inkluż traċċi diġitali li jirrelataw mal-persuna; |
|
(4) |
▌ |
|
(5) |
“migrazzjoni internazzjonali” tfisser l-avveniment biex persuna tistabbilixxi r-residenza abitwali tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, u li qabel kienet abitwalment residenti fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; |
|
(6) |
“immigrant” tfisser persuna li għaddiet minn migrazzjoni internazzjonali tul il-perjodu ta’ referenza biex tistabbilixxi r-residenza abitwali l-ġdida tagħha fil-pajjiż tar-rapportar; |
|
(7) |
“migrant” tfisser persuna li għaddiet minn migrazzjoni internazzjonali tul il-perjodu ta’ referenza biex tistabbilixxi r-residenza abitwali l-ġdida tagħha barra mill-pajjiż tar-rapportar, u li qabel kienet abitwalment residenti fil-pajjiż tar-rapportar; |
|
(8) |
“migrazzjoni interna” tfisser l-avveniment biex persuna tbiddel il-post tar-residenza abitwali tagħha fit-territorju tal-pajjiż tar-rapportar; |
|
(8a) |
“gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu” tfisser gruppi ta’ individwi li għalihom jeżisti ostaklu reali jew perċepit għall-inklużjoni jew l-identifikazzjoni sħiħa u rappreżentattiva fil-ġbir ta’ data statistika, jew minħabba nuqqas ta’ kopertura tal-gruppi rispettivi, jew minħabba nuqqas ta’ karatteristiċi speċifiċi biex jidentifikawhom; |
|
(9) |
“ postijiet tal-għajxien” tfisser struttura temporanja jew permanenti, post ta’ kenn jew ta’ alloġġ fejn tkun qed tgħix persuna waħda jew aktar, irrispettivament minn jekk ikunx imfassal jew maħsub għall-abitazzjoni tal-bniedem; |
|
(10) |
▌ “ abitazzjonijiet konvenzjonali” huma bini strutturalment separat u indipendenti f’postijiet fissi li huma mfassla għal abitazzjoni permanenti tal-bniedem u li fid-data ta’ referenza huma:
|
|
(11) |
“bini maħsub għall-abitazzjoni” tfisser struttura permanenti magħmula minn abitazzjoni konvenzjonali waħda jew aktar, jew li hija maħsuba għal akkomodazzjoni istituzzjonali jew kollettiva. |
|
(12) |
“unità domestika” tfisser grupp ta’ żewġ persuni jew aktar li jaqsmu post tal-għajxien ▌ jew persuna individwali li ma tifformax parti minn unità domestika oħra; |
|
(12a) |
“istituzzjoni” tfisser post tal-għajxien kollettiv għall-fini ta’ abitazzjoni u ta’ forniment ta’ servizzi fit-tul meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum lil grupp ta’ persuni; |
|
(13) |
“familja” tfisser grupp ta’ żewġ persuni jew aktar li jgħixu l-biċċa l-kbira taż-żmien fl-istess unità domestika u li huma relatati bil-paternità jew bi sħubija matrimonjali, reġistrata jew unjoni konsenswali; |
|
(14) |
“rekords amministrattivi” tfisser data ġġenerata minn sors nonstatistiku, normalment reġistru miżmum minn korp pubbliku, li l-għan ewlieni tiegħu ma jkunx il-forniment tal-istatistika; |
|
(15) |
“dominju” tfisser sett wieħed jew aktar tad-data li jkopri suġġetti speċifiċi; |
|
(16) |
“suġġett” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi, u kull suġġett ikun ikopri għadd ta’ suġġetti dettaljati; |
|
(17) |
“suġġett dettaljat” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi relatati ma’ suġġett, u kull suġġett dettaljat ikun ikopri varjabbli wieħed jew aktar; |
|
(18) |
“sett tad-data” ▌tfisser varjabbli aggregat wieħed jew aktar organizzati f’forma strutturata; |
|
(19) |
“ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni” tfisser is-settijiet tad-data u metadata dettaljati ta’ għaxar snin li jridu jiġu pprovduti skont dan ir-Regolament; |
|
(20) |
“unità statistika” tfisser membru wieħed ta’ univers ta’ entitajiet, jiġifieri persuni, oġġetti jew avvenimenti li dwarhom tinġabar id-data u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ▌ kkompilata l-istatistika; |
|
(21) |
“varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità statistika li jista’ jkollha aktar minn sett wieħed ta’ valuri; |
|
(22) |
“diżaggregazzjoni” tfisser sett ta’ valuri predefiniti diskreti, eżawrjenti u reċiprokament esklużivi li jistgħu jiġu assenjati lil varjabbli li jikkaratterizzaw lil unitajiet statistiċi; |
|
(23) |
“livell nazzjonali” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru; |
|
(24) |
“livell reġjonali” tfisser il-livell NUTS3 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; |
|
(25) |
“livell lokali” tfisser il-livell tal-unità amministrattiva lokali ▌ kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; |
|
(26) |
“livell tal-grilja” tfisser grilja statistika kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; |
|
(27) |
“oqfsa” tfisser lista, materjal jew apparat li jiddelimita u jidentifika l-elementi tal-popolazzjoni fil-mira u, skont l-użu, jistgħu jippermettu aċċess għal karatteristiċi addizzjonali tal-elementi u/jew jipprovduhom ; |
|
(28) |
“data ta’ referenza” tfisser il-mument tal-ħin li għalih tirreferi l-istatistika; |
|
(29) |
“perjodu ta’ referenza” tfisser l-intervall taż-żmien li għalih tirreferi l-istatistika dwar l-avvenimenti; |
|
(30) |
“żmien ta’ referenza” tfisser data ta’ referenza jew perjodu ta’ referenza, skont jekk l-istatistika tkunx dwar avvenimenti jew dwar unitajiet statistiċi oħra; |
|
(31) |
“metadata” tfisser informazzjoni meħtieġa biex l-istatistika tkun tista’ tintuża u tiġi interpretata, u li tiddeskrivi s-settijiet tad-data b’mod strutturat; |
|
(32) |
“settijiet tad-data verifikati minn qabel” tfisser settijiet tad-data verifikati mill-Istati Membri, abbażi ta’ regoli komuni miftiehma ta’ validazzjoni; |
|
(33) |
“rapport tal-kwalità” tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott jew proċess statistiku. |
Artikolu 3
Bażi tal-popolazzjoni
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-bażi tal-popolazzjoni tikkonsisti fil-persuni kollha li fid-data ta’ referenza jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Unjoni f’unità territorjali speċifikata ta’ Stat Membru fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali jew tal-grilja.
2. Il-bażi tal-popolazzjoni għandha tinkludi lill-persuni abitwalment residenti kollha, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew minn jekk il-persuna hix jew kinitx qabel mingħajr Stat ▌.
3. Il-bażi tal-popolazzjoni għandha teskludi lill-persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom barra mit-territorju tal-Istat Membru irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza, u irrispettivament minn kull rabta familjari, soċjali, ekonomika jew ta’ proprjetà li l-persuna jista’ jkollha mal-Istat Membru.
4. Il-persuni mingħajr residenza abitwali għandhom jiġu attribwiti, bħala post tar-residenza abitwali, il-post fejn ikunu fid-data ta’ referenza.
5. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjoni ta’ residenza abitwali prevista f’dan ir-Regolament għas-settijiet tad-data kollha mogħtija lill-Kummissjoni (Eurostat) skont dan ir-Regolament u għal-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-grilja.
6. Meta japplikaw id-definizzjoni ta’ residenza abitwali, l-Istati Membri għandhom jużaw:
|
(a) |
sors tad-data wieħed jew kombinament ta’ sorsi tad-data msemmija fl-Artikolu 9(1); |
|
(b) |
metodi ta’ stima bħal “sinjali tal-ħajja” kif ukoll metodi ta’ stima statistika oħrajn ibbażati fuq ix-xjenza, iddokumentati tajjeb u disponibbli pubblikament biex jikkoreġu l-preżenza proprja fil-post preżunt tar-residenza abitwali għal ħafna miż-żmien tul it-12-il xahar sad-data ta’ referenza, u ▌ biex jiġi stmat l-għadd ta’ persuni li jkun beħsiebhom jew jistennew li jibqgħu għal ħafna miż-żmien tul it-12-il xahar wara l-wasla. |
6a. Għall-fini tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri fi tmiem kull sena ta’ referenza kif disponibbli fil-Kummissjoni (Eurostat) fil-31 ta’ Awwissu tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena ta’ referenza.
Artikolu 4
Unitajiet statistiċi
L-istatistika skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkumpilata għall-unitajiet statistiċi li ġejjin:
|
(a) |
persuni; |
|
(b) |
avvenimenti vitali; |
|
(c) |
familji; |
|
(d) |
unitajiet domestiċi; |
|
(e) |
binjiet maħsuba għall-abitazzjoni, postijiet tal-għajxien inkluż istituzzjonijiet, u abitazzjonijiet konvenzjonali. |
Artikolu 5
Rekwiżiti tal-istatistika
1. L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni għandha tkopri d-dominji li ġejjin:
|
(a) |
id-demografija |
|
(b) |
l-akkomodazzjoni; |
|
(c) |
il-familji u l-unitajiet domestiċi. |
2. L-istatistika fid-dominji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi organizzata f’settijiet tad-data skont is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati kif stabbilit fl-Anness. Meta l-unità statistika tkun persuna, is-settijiet tad-data għandhom jiġu diżaggregati skont il-ġeneru u l-età, u meta rilevanti skont karatteristiċi oħrajn.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda l-lista tas-suġġetti dettaljati fl-Anness. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu taż-żmien ta’ referenza rilevanti.
4. Meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ma jixħtux piż sinifikanti u sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti tal-istħarriġ. Kull suġġett dettaljat ġdid għandu jiġi vvalutat fuq il-fattibbiltà tiegħu bi studji pilota mwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tas-settijiet tad-data u tal-metadata li jridu jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:
|
(a) |
it-titoli tal-varjabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom; |
|
(b) |
speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi u tal-metadata; |
|
(c) |
il-klassifikazzjonijiet statistiċi li jridu jintużaw; |
|
(d) |
l-iskadenzi tal-forniment; |
|
(e) |
il-formati tekniċi tas-settijiet tad-data u l-forniment tal-metadata; |
|
(f) |
il-kontenut, l-istruttura, il-perjodiċità, il-modalitajiet u l-iskadenzi tal-forniment tar-rapporti tal-kwalità, u speċifikazzjonijiet oħra meta dawn ikunu meħtieġa u ġustifikati. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) mill-inqas 12-il xahar qabel ma jibda l-perjodu ta’ referenza rilevanti, għajr għaċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni li għalih l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-inqas 24 xahar qabel ma tibda s-sena meta taħbat id-data ta’ referenza.
Artikolu 6
Perjodiċità u żminijiet ta’ referenza
1. L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni trimestrali, biannwali, annwali u pluriennali, u f’ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni ta’ kull għaxar snin.
2. Is-snin li jintemmu b’“1” għandhom ikunu s-snin ta’ referenza għaċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni ta’ kull għaxar snin.
3. Is-snin li jintemmu bil-“1”, bil-“5” u bit-“8” għandhom ikunu s-snin ta’ referenza għall-istatistika pluriennali.
4. Il-perjodiċità u ż-żmien ta’ referenza ▌għal kull suġġett dettaljat għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.
5. L-ewwel data ta’ referenza li għaliha trid tingħata l-istatistika annwali dwar is-suġġett “stokkijiet tal-popolazzjoni” għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2025. L-ewwel żmien ta’ referenza li għalih trid tingħata kull statistika oħra skont dan ir-Regolament għandu jkun fl-2026.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda l-Anness billi taġġorna l-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza.
Artikolu 7
Rekwiżiti tal-istatistika ad hoc
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu settijiet tad-data ad hoc u metadata lill-Kummissjoni (Eurostat).
2. .Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 17 billi tispeċifika s-settijiet tad-data u l-metadata li jridu jagħtu l-Istati Membri fuq bażi ad hoc, meta l-ġbir ta’ statistika addizzjonali ikun jitqies meħtieġ biex jiġu indirizzati ħtiġijiet statistiċi addizzjonali skont dan ir-Regolament , filwaqt li tagħti prijorità lis-sorsi tad-data u r-rekords amministrattivi li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data mitluba .
3. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jispeċifikaw:
|
(a) |
is-suġġetti dettaljati li jridu jingħataw fis-settijiet tad-data ad hoc u r-raġunijiet għal dawn il-ħtiġijiet statistiċi addizzjonali; |
|
(b) |
iż-żminijiet ta’ referenza. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jibdew mis-sena ta’ referenza 2027 u bi intervall minimu ta’ sentejn bejn kull ġbir ad hoc.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-proprjetajiet tekniċi tas-settijiet tad-data ad hoc u l-metadata imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:
|
(a) |
it-titoli tal-varjabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom; |
|
(b) |
speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi u tal-metadata; |
|
(c) |
il-klassifikazzjonijiet statistiċi li jridu jintużaw; |
|
(d) |
l-iskadenzi tal-forniment. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) fi żmien 12-il xahar qabel jibda ż-żmien ta’ referenza.
Artikolu 8
Settijiet tad-data u l-metadata li trid tiġi trażmessa lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) settijiet tad-data u metadata verifikati minn qabel f’konformità mal-Anness bil-format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Is-settijiet tad-data u l-metadata għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz tas-servizzi tal-punt uniku ta’ dħul.
2. Meta l-Istati Membri jippubblikaw id-data meħtieġa minn dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali qabel l-iskadenzi tat-trażmissjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(5), dawn għandhom jipprovduhom lill-Kummissjoni (Eurostat) mingħajr dewmien bla bżonn, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju mill-pubblikazzjoni nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat):
|
(a) |
settijiet tad-data u metadata riveduti jekk tkun saret xi reviżjoni wara li jkunu ngħataw inizjalment is-settijiet tad-data meħtieġa skont dan ir-Regolament; |
|
(b) |
settijiet tad-data u metadata riveduti għall-perjodu taż-żmien rilevanti jekk tkun saret xi reviżjoni fis-settijiet tad-data mogħtija lill-Kummissjoni (Eurostat) qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Is-settijiet tad-data u l-metadata riveduti għandhom jiġu trażmessi sa 14-il jum kalendarju mir-reviżjoni u jiġu kkomplementati b’rapportar tal-kwalità skont l-Artikolu 12.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu riveduti settijiet ta’ data u metadata mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 9
Sorsi ta’ data u metodi
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jużaw sors wieħed tad-data jew kombinament tagħhom minn dawn li ġejjin, diment li dawn ikunu jippermettu l-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12:
|
(a) |
sorsi tad-data amministrattiva; |
|
(b) |
stħarriġiet statistiċi jew ġbir ieħor tad-data statistika; |
|
(c) |
sorsi oħra, inkluż data miżmuma privatament; |
|
(d) |
l-użu mill-ġdid ta’ data derivata mill-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat) fl-ESS. |
2. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw il-kwalità tas-sorsi tad-data tagħhom, inkluż tar-rekords amministrattivi u sorsi xierqa oħra użati.
3. L-Istati Membri għandu jkollhom il-mira jiżviluppaw kontinwament sorsi u metodi innovattivi u jużawhom biex itejbu l-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament, dment li dawn ikunu jippermettu l-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12. ▌
4. L-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq metodi statistikament sodi u dokumentati sew, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u l-aqwa prattiki bħas-“sinjali tal-ħajja” ▌u metodi oħra ta’ stima statistika bbażati fuq ix-xjenza użati għall-kompilazzjoni tal-popolazzjoni abitwalment residenti fl-Istati Membri.
5. Fuq talba debitament ġustifikata mill-Kummissjoni (Eurostat) , l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-sorsi tad-data, id-dokumentazzjoni tal-metodi u l-kjarifiki meħtieġa.
Artikolu 10
Aċċess fil-ħin u użu mill-ġdid tad-data amministrattiva
1. F’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ din id-data fil-ħin u bi frekwenza biżżejjed biex jipproduċu u jissottomettu statistika sal-iskadenzi u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mir-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa għall-aċċess f’waqtu u mingħajr ħlas għal dawk ir-rekords .
1a. Għall-fini tal-produzzjoni ta’ statistika dwar is-suġġett dettaljat tal-karatteristiċi relatati mal-enerġija tal-bini, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess f’waqtu u regolari għall-bażijiet tad-data nazzjonali dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont id-Direttiva (UE) 2024/1275 u għandhom jitħallew jużaw mill-ġdid id-data amministrattiva minn dawk il-bażijiet tad-data.
1b. Għall-fini tal-produzzjoni ta’ analiżi tal-popolazzjoni skont il-ġeneru, l-istituti nazzjonali tal-istatistika għandhom jużaw l-informazzjoni disponibbli fis-sorsi ta’ data amministrattiva nazzjonali.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha titħalla, meta titlob dan, taċċessa u terġa’ tuża fil-ħin id-data u l-metadata rilevanti mill-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014, (UE) 2018/1724 u data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) . B’mod partikolari, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taċċessa d-data mis-sistemi interoperabbli tal-IT fuq skala kbira (LSITs) fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mis-CRRS , f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibqa’ tikkoopera mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data statistika u l-metadata personalizzati meħtieġa, meta possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni, għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, il-modalitajiet operazzjonali għall-forniment tagħha u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa li jakkumpanjawha.
Artikolu 11
Listi tal-pajjiżi u t-territorji
1. Meta s-settijiet tad-data jkunu jinkludu informazzjoni skont il-pajjiż jew it-territorju, l-Istati Membri għandhom jużaw diżaggregazzjonijiet speċifiċi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw jew jaġġornaw il-listi tal-pajjiżi u tat-territorji li għandhom japplikaw għad-diżaggregazzjoni tal-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament. ▌
3. L-atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw aktar minn terz tal-kategoriji ta’ diżaggregazzjoni tal-pajjiżi jew tat-territorji għandhom japplikaw mhux qabel 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.
Artikolu 12
Rekwiżiti tal-kwalità u r-rappurtar tal-kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tas-settijiet tad-data u l-metadata trażmessi .
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u effettivi biex:
|
(a) |
jimplimentaw ir-regoli relatati mal-bażi tal-popolazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3, b’mod uniformi u indipendenti mis-sorsi tad-data użati; |
|
(b) |
jaqbdu jew jagħmlu stima tal-gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu; |
|
(c) |
jikkontrollaw l-eżawrjenza u l-eżattezza tal-popolazzjoni koperta f’konformità mal-Artikolu 3; |
|
(d) |
jistabbilixxu oqfsa li huma validi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/1700; |
|
(e) |
jevitaw riskji possibbli ta’ qbiż jew ta’ duplikar relatati mal-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-aċċess tal-persuni għas-servizzi transfruntieri relatati mal-avvenimenti vitali, u d-drittijiet tal-persuna li tixtri proprjetà transfruntiera, u li tippossjedi u tuża proprjetà għall-akkomodazzjoni fl-Unjoni , pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta’ identifikaturi diġitali uniċi ; |
|
(f) |
jevitaw riskji possibbli ta’ qbiż jew għadd doppju u jiżguraw komparabbiltà aħjar tal-flussi migratorji; |
|
(g) |
jipprovdu d-data meħtieġa kollha lill-Kummissjoni (Eurostat) biex tiżgura l-kompletezza tal-istatistika Ewropea ppubblikata. |
2a. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tal-metadata dwar l-ispeċifikazzjonijiet, tad-data bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li tippubblikaha b’mod faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat).
3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-ewwel darba sal-31 ta’ Marzu 2027 u mbagħad kull sena li tintemm biż-“0”, bi “3” jew b’“7”, li jiddeskrivi l-kwalità tal-istatistika pprovduta u l-proċessi statistiċi għas-settijiet tad-data pprovduti tul il-perjodu . Dawk ir-rapporti ta’ kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar is-sorsi tad-data u l-metodi użati, l-applikazzjoni tal-kunċetti u d-definizzjonijiet u l-effetti possibbli relatati fuq il-kwalità tas-sorsi tad-data magħżula, ir-reviżjonijiet tad-data u r-raġunijiet u l-impatti tagħhom u l-metodi tal-kontroll tal-iżvelar statistiku . Ir-rapporti tal-kwalità għandhom jagħtu dettalji wkoll dwar kif l-Istati Membri applikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u kif ġew issodisfati l-kriterji tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2 .
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ma għandhomx jimponu piż jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri .
Dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
4a. Kwalunkwe adattament kbir previst minn tali atti ta’ implimentazzjoni jista’ jkun is-suġġett ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku skont l-Artikolu 15 jew deroga skont l-Artikolu 19(1a).
5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kemm jista’ jkun malajr lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kull informazzjoni jew bidla rilevanti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-istatistika pprovduta u għandhom jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni mingħajr dewmien bla bżonn .
6. Fuq talba debitament ġustifikata mill-Kummissjoni (Eurostat) , l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kjarifiki addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika, bħar-riżultati tal-valutazzjoni tas-sorsi tad-data u d-dokumentazzjoni tal-metodi .
Artikolu 13
Kondiviżjoni tad-data
1. L-għan tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika) , u bejn dawk l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat), għandhom ikunu esklużivament għall-finijiet ta’ żvilupp u produzzjoni tal-istatistika Ewropea li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ▌biex titjieb il-kwalità tagħha.
2. Fl-interess tal-kondiviżjoni sigura tad-data fl-ESS, għandhom jittieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa inkluż infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data b’rabta mal-protezzjoni fiżika , teknika u loġika tad-data. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi infrastruttura sigura biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1. ▌ L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw din l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jużaw din l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti għall-ipproċessar ta’ data personali fl-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data. Fil-każ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jużaw infrastruttura oħra għall-kondiviżjoni tad-data, huma għandhom jiżguraw li tali infrastruttura tipprevedi tal-anqas sigurtà ekwivalenti għal dik stabbilita mill-Kummissjoni (Eurostat) .
3. Meta d-data kkonċernata tkun data kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jew data personali skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, il-kondiviżjoni ta’ dik id-data ▌ tista’ ssir b’mod volontarju diment li tkun:
|
(a) |
ibbażata fuq talba li tiġġustifika l-ħtieġa li d-data tiġi kondiviża f’kull każ individwali, b’mod partikolari b’rabta ma’ kwistjonijiet tal-kwalità li jridu jiġu indirizzati speċifikament; |
|
(b) |
ibbażata ▌ fuq teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u mfassla speċifikament biex jimplimentaw il-prinċipji tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, b’attenzjoni partikolari għal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-ħżin, l-integrità u l-kunfidenzjalità; |
|
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
3a. Għall-fini tal-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, id-data mhux kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra ta’ Stati Membri differenti u bejn dawn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat).
4. Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri għandhom iwettqu studji pilota biex jittestjaw u jivvalutaw l-infrastruttura għat-teknoloġiji rilevanti li jtejbu l-privatezza fil-kondiviżjoni tad-data , u l-adegwatezza tagħhom .
5. Meta l-istudji pilota mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jidentifikaw soluzzjonijiet effettivi u siguri għall-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-kondiviżjoni tad-data u miżuri għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Artikolu 14
Studji pilota u tal-fattibbiltà
1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, meta meħtieġ u xieraq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tniedi studji pilota u tal-fattibbiltà bil-għan li:
|
(a) |
tivvaluta d-disponibbiltà tas-sorsi tad-data u l-kwalità tagħhom, inkluż ta’ data miżmuma pubblikament u privatament fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni; |
|
(b) |
tiżviluppa u tivvaluta l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ ▌ suġġetti dettaljati, unitajiet statistiċi, varjabbli ġodda u d-diżaggregazzjoniet tagħhom; |
|
(ba) |
tivvaluta d-disponibbiltà tas-sorsi tad-data u ttejjeb il-metodi għall-għoti ta’ statistika dwar id-diżabbiltà ta’ persuni u tittestja l-istatistika ta’ diżaggregazzjoni, inkluża l-komparabbiltà tagħha, f’konformità mad-dritt nazzjonali u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data u l-kontroll tad-divulgazzjoni; |
|
(c) |
tiżviluppa metodoloġiji u tekniki statistiċi ġodda biex issaħħaħ il-kwalità u ttejjeb l-informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet diffiċli biex jintlaħqu ; |
|
(d) |
tnaqqas id-diskrepanzi fid-data tal-flussi migratorji u tiżgura l-komparabbiltà aħjar tagħhom ; |
|
(da) |
tnaqqas l-għadd baxx jew l-għadd doppju tan-nies possibbli; |
|
(e) |
tittestja u tivvaluta l-infrastruttura għat-teknoloġiji rilevanti li jsaħħu l-privatezza għal kondiviżjoni sigura tad-data fl-ESS f’konformità mal-Artikolu 13(4) , u l-adegwatezza tagħhom . |
2. L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-istudji iżda, flimkien mal-Kummissjoni (Eurostat), għandhom jiżguraw ir-rappreżentattività ta’ dawk l-istudji fil-livell tal-Unjoni.
3. Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapporti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar is-sejbiet ta’ dawk l-istudji.
Artikolu 15
Finanzjament
1. Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir disponibbli mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:
|
(a) |
adattamenti tal-infrastruttura u taħriġ fis-sistema nazzjonali tal-istatistika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sorsi tad-data, metodoloġiji, kondiviżjoni tad-data, unitajiet statistiċi, suġġetti, suġġetti dettaljati, varjabbli ġodda jew imtejba, u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom |
|
(aa) |
it-tħejjija u l- implimentazzjoni tal-ġbir tad-data ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fi studji pilota u tal-fattibbiltà rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 14. |
1a. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni magħmula disponibbli skont dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-Programm tas-Suq Uniku bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jistgħu japplikaw għal appoġġ minn programmi finanzjarji applikabbli oħrajn tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-regoli ta’ programmi bħal dawn. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għall-appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex itejbu l-kwalità tal-istatistika u jiżviluppaw metodoloġiji skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u l-objettiv tiegħu li jrawwem il-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u tal-istatistika.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.
Aritkolu 16
Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jipparteċipa fl-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament b’deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ xi strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzatorju responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-UPPE jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
Artikolu 17
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indefinit li jibda minn [OP: please insert the date of entry into force of this Regulation].
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar il-ħidma preparatorja tiegħu .
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssirx oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. B’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
Artikolu 18
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 19
Derogi
1. Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ▌ tkun teżiġi xi adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lil dak l-Istat Membru, għal żmien massimu ta’ seba’ snin.
1a. Meta l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament jirrikjedu li jsiru adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, derogi lil dak l-Istat Membru, għal perjodu massimu ta’ tliet snin.
2. Meta tagħti d-derogi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-komparabbiltà tal-istatistika tal-Istat Membri u l-kalkolu fil-ħin tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa. Meta tagħti dawk id-derogi, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti relatati mal-istatistika, mal-metadata u mal-kwalità koperti minn dan ir-Regolament u li qabel kienu koperti mir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 jew mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 jissoktaw bla interruzzjoni.
3. L-Istat Membru għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata għal deroga lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 , 1a u 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Artikolu 20
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 862/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Ewropea dwar il-proċeduri tal-ażil u dwar il-proċeduri amministrattivi u ġuridiċi relatati mal-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-punti (a) u (b) jitħassru; |
|
(3) |
fl-Artikolu 2(1), jitħassru l-punti (a), (b), (c), (f) u (g); |
|
(3) |
fl-Artikolu 2(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 3 jitħassar; |
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9c Aċċess fil-ħin għal u użu mill-ġdid tad-data amministrattiva 1. F’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dik id-data fil-ħin u soġġett għal frekwenza biżżejjed biex jipproduċu u jissottomettu statistika sal-iskadenzi u f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mir-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa għall-aċċess għal dawk ir-rekords fil-ħin, mingħajr ħlas. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha titħalla, meta titlob dan, taċċessa u terġa’ tuża fil-ħin id-data u l-metadata rilevanti mill-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014, (UE) 2018/1724 u data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) . B’mod partikolari, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taċċessa d-data mis-sistemi interoperabbli tal-IT fuq Skala Kbira (LSITs) fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mis-CRRS f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibqa’ tikkoopera mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data statistika u l-metadata personalizzati meħtieġa, meta possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni, għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, il-modalitajiet operazzjonali għall-forniment tagħha u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa li jakkumpanjawha.” |
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a Listi tal-pajjiżi u t-territorji Il-listi tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE).../... (*2) (+) għandhom jiġu applikati għall-kompilazzjoni tal-istatistika skont dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-komparabbiltà tad-dettalji speċifiċi għall-pajjiżi u għat-territorji fl-istatistika Ewropea kollha. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-listi għall-ewwel darba biex jikkompilaw l-istatistika dovuta skont dan ir-Regolament li tibda bit-trażmissjonijiet tad-data għas-sena ta’ referenza 2026. (*2) Ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (ĠU...).”." |
Artikolu 21
Revoka
Ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026 mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dawk l-atti legali b’rabta mal-perjodi ta’ referenza li jaħbtu, kompletament jew parzjalment, qabel dik id-data.
Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(*1) Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 56. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(1) ĠU C 228, 29.6.2023, p. 148.
(2) ĠU C,, p..
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(6) SWD(2023)13.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1799 tal-21 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment ta’ azzjoni statistika diretta temporanja għad-disseminazzjoni ta’ suġġetti magħżula taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar tal-2021 ġeokodifikat fuq grilja ta’ 1 km2 (ĠU L 296, 22.11.2018, p. 19).
(11) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(13) Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(17) Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(19) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(21) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(22) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, il-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).
(23) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(26) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(28) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(29) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)
(30) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(31) ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2023/0008(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(+) ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument (2023/0008(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
ANNESS
Dominji, suġġetti u suġġetti dettaljati bil-perjodiċità u biż-żmien ta’ referenza għal kull suġġett dettaljat
|
Dominju |
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Perjodiċità |
Żmien ta’ referenza (data jew perjodu) |
||
|
Demografija |
Stokkijiet tal-popolazzjoni |
Il-karatteristiċi bażiċi tal-persuna |
6M |
30.6.SS u 31.12.SS |
||
|
A |
31.12.SS |
|||||
|
MA |
31.12.SS |
|||||
|
D |
31.12.SS |
|||||
|
Il-karatteristiċi soċjoekonomiċi tal-persuna |
A |
31.12.SS |
||||
|
MA |
31.12.SS |
|||||
|
D |
31.12.SS |
|||||
|
Fertilità |
Twelidijiet |
Q |
Xahar |
|||
|
A |
Sena |
|||||
|
Aborti kkawżati legalment1 |
A |
Sena |
||||
|
Mortalità |
Imwiet |
Q |
Xahar, Ġimgħa |
|||
|
A |
Sena |
|||||
|
Imwiet tat-trabi |
A |
Sena |
||||
|
Imwiet tal-fetu tard |
A |
Sena |
||||
|
Unjonijiet |
Żwiġijiet u unjonijiet reġistrati |
A |
Sena |
|||
|
|
Karatteristiċi tal-persuni li jidħlu fiż-żwieġ jew f’unjoni reġistrata |
A |
Sena |
|||
|
|
Divorzji u unjonijiet reġistrati mitmuma |
A |
Sena |
|||
|
Migrazzjoni |
Immigranti |
Q |
Xahar |
|||
|
A |
Sena |
|||||
|
Emigranti |
Q |
Xahar |
||||
|
A |
Sena |
|||||
|
Migrazzjoni interna |
A |
Sena |
||||
|
Ksib u telf taċ-ċittadinanza tal-Istati Membri tal-UE u tal-Unjoni |
Persuni li kisbu ċ-ċittadinanza |
A |
Sena |
|||
|
Persuni li tilfu/irrinunzjaw iċ-ċittadinanza |
A |
Sena |
||||
|
Akkomodazzjoni |
Postijiet tal-għajxien |
Karatteristiċi tal-postijiet tal-għajxien |
D |
31.12.SS |
||
|
Abitazzjonijiet konvenzjonali |
Karatteristiċi bażiċi tal-bini |
MA |
31.12.SS |
|||
|
D |
31.12.SS |
|||||
|
Karatteristiċi tal-bini relatati mal-enerġija |
MA (A mill-2031 ’il quddiem) |
31.12.SS |
||||
|
D |
31.12.SS |
|||||
|
Abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati |
Karatteristiċi tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati |
D |
31.12.SS |
|||
|
Użu tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati |
D |
31.12.SS |
||||
|
Familji u unitajiet domestiċi |
Familji |
Karatteristiċi tal-familja |
D |
31.12.SS |
||
|
Unitajiet Domestiċi |
Karatteristiċi tal-unità domestika |
A |
31.12.SS |
|||
|
MA |
31.12.SS |
|||||
|
Is-sitwazzjoni tal-unità domestika tal-persuna |
A |
31.12.SS |
||||
|
D |
31.12.SS |
|||||
|
_______________________________________ |
||||||
|
|
||||||
|
||||||
Didaskalija
|
Perjodiċità |
|
|
Trimestrali |
Q |
|
Kull 6 xhur |
6M |
|
Annwali |
A |
|
Pluriennali (snin li jintemmu bil-“1”, bil-“5”, bit-“8”) |
MA |
|
Kull għaxar snin (snin li jispiċċaw bil-“1”) |
D |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3787/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)