Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024AP0337

P9_TA(2024)0337 — Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (07577/2024 – C9-0135/2024 – 2023/0353(NLE)) (Approvazzjoni)

ĠU C, C/2025/3763, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3763/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3763/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3763

17.9.2025

P9_TA(2024)0337

Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (07577/2024 – C9-0135/2024 – 2023/0353(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2025/3763)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07577/2024),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (12126/2023),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0135/2024),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0177/2024),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3763/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top