This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0204
P9_TA(2024)0204 – Soil Monitoring and Resilience (Soil Monitoring Directive) – European Parliament legislative resolution of 10 April 2024 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on Soil Monitoring and Resilience (Soil Monitoring Law) (COM(2023)0416 – C9-0234/2023 – 2023/0232(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0204 — Il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (COM(2023)0416 – C9-0234/2023 – 2023/0232(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0204 — Il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (COM(2023)0416 – C9-0234/2023 – 2023/0232(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/1312, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1312/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1312 |
13.3.2025 |
P9_TA(2024)0204
Il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (COM(2023)0416 – C9-0234/2023 – 2023/0232(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1312)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0416), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0234/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Ewwel Kamra Olandiża u mit-Tieni Kamra Olandiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0138/2024), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2024/887, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/887/oj.
P9_TC1-COD(2023)0232
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta'April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
Il-ħamrija hija riżorsa vitali, limitata, mhux rinnovabbli u mhux sostitwibbli li hija kruċjali għall-ekonomija, għall-ambjent u għas-soċjetà. |
|
(2) |
Il-ħamrija Ħamrija f’saħħitha hija tkun f’kundizzjoni kimika, bijoloġika u fiżika tajba sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti tkun tista’ tipprovdi servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi li huma vitali għall-bnedmin u għall-ambjent, bħal ikel sikur, nutrittiv u suffiċjenti, bijomassa, ilma nadif, ċiklaġġ tan-nutrijenti, ħżin tal-karbonju u ħabitat għall-bijodiversità. Il-ħamrija hija essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel. Madankollu, huwa stmat li bejn 60 u 70 % tal-ħamrija fl-Unjoni hija ddeterjorata u qed tkompli tiddeterjora. [Em. 1] |
|
(3) |
Id-degradazzjoni tal-ħamrija qed tiswa lill-Unjoni diversi għexieren ta’ biljuni ta’ euro kull sena. Is-saħħa tal-ħamrija qed ikollha impatt fuq il-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi li għandhom redditu ekonomiku importanti. Għalhekk, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija jagħmlu It-titjib tagħha jagħmel sens ekonomiku tajjeb u jistgħu jżidu jista’ jżid b’mod sinifikanti l-prezz u l-valur tal-art fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni ta’ ċentimetru wieħed biss ta’ ħamrija tal-wiċċ taf tieħu sa 1 000 sena, filwaqt li l-proċess ta’ degradazzjoni u t-telf totali tal-ħamrija jistgħu jseħħu malajr. [Em. 2] |
|
(4) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (3) stabbilixxa pjan direzzjonali ambizzjuż biex jittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, bl-għan li jipproteġi, jikkonserva u jtejjeb il-kapital naturali tal-Unjoni, u li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (4), l-Istrateġija “mill-Għalqa sal-Platt” (5), il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero (6), l-Istrateġija tal-UE għall-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (7) u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 (8). |
|
(5) |
L-Unjoni hija impenjata lejn l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha (9). Ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi direttament għall-ilħuq ta’ diversi SDGs, b’mod partikolari l-SDG 2 (ebda ġuħ), l-SDG 3 (saħħa u benesseri tajbin), l-SDG 6 (ilma nadif u sanità), l-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli), l-SDG 12 (konsum u produzzjoni responsabbli), l-SDG 13 (azzjoni klimatika) u l-SDG 15 (il-ħajja fuq l-art). L-SDG 15.3 għandu l-għan li jiġġieled id-deżertifikazzjoni, jirrestawra l-art u l-ħamrija degradati, inkluża l-art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u jistinka biex tinkiseb dinja newtrali għad-degradazzjoni tal-art sal-2030. |
|
(6) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE (10), qablu fil-15-il Konferenza tal-Partijiet dwar il-“Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal” (GBF) (11) li jinkludi diversi miri globali orjentati lejn l-azzjoni għall-2030 ta’ rilevanza għas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet tan-natura għan-nies, inkluża s-saħħa tal-ħamrija, jiġu rrestawrati, miżmuma u mtejba. |
|
(7) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE (12), impenjaw ruħhom li jiġġieldu d-deżertifikazzjoni u jtaffu l-effetti tan-nixfa fil-pajjiżi affettwati. Tlettax-il Stat Membru (13) ddikjaraw lilhom infushom bħala partijiet affettwati mid-deżertifikazzjoni skont il-UNCCD. |
|
(8) |
Fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-art u l-ħamrija jitqiesu simultanjament bħala sors u bir tal-karbonju. L-Unjoni u l-Istati Membri bħala partijiet impenjaw ruħhom li jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli, il-konservazzjoni u t-titjib tal-bjar u r-riżervi tal-karbonju. |
|
(9) |
L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tiddikjara li huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi protetta l-fertilità tal-ħamrija, titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija u tiżdied il-materja organika tal-ħamrija billi jiġu adottati prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-ħamrija. Tiddikjara wkoll li huwa meħtieġ progress sinifikanti fl-identifikazzjoni ta’ siti tal-ħamrija kkontaminati, fir-restawr ta’ ħamrija degradata, fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għal status ekoloġiku tajjeb tal-ħamrija, fl-introduzzjoni ta’ objettivi ta’ restawr, u fit-titjib tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija. |
|
(10) |
L-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul li, sal-2050, l-ekosistemi kollha tal-ħamrija tal-UE jkunu f’kundizzjoni f’saħħitha u, b’hekk, ikunu aktar reżiljenti. Bħala soluzzjoni ewlenija, il-ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-għanijiet tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika u ssir reżiljenti għat-tibdil fil-klima, tiżviluppa (bijo)ekonomija nadifa u ċirkolari, treġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, tissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem, twaqqaf id-deżertifikazzjoni u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-art. |
|
(11) |
Il-finanzjament huwa vitali biex tkun tista’ ssir sseħħ tranżizzjoni għal lejn ħamrija f’saħħitha. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali jippreżenta diversi opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli għall-protezzjoni, għall-ġestjoni sostenibbli u għar-riġenerazzjoni tal-ħamrija. “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” huwa waħda mill-ħames missjonijiet tal-UE tal-programm Orizzont Ewropa u huwa ddedikat speċifikament għall-promozzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Il-Missjoni dwar il-Ħamrija hija strument ewlieni għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din għandha l-għan li tmexxi t-tranżizzjoni għal lejn ħamrija f’saħħitha permezz ta’ finanzjament ta’ programm ambizzjuż ta’ riċerka u innovazzjoni, l-istabbiliment ta’ network ta’ 100 laboratorju ħaj u fanal lighthouses f’żoni rurali u urbani, l-avvanz tal-iżvilupp ta’ qafas armonizzat ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u ż-żieda fl-għarfien dwar l-importanza tal-ħamrija. Programmi oħrajn tal-Unjoni li jippreżentaw objettivi li jikkontribwixxu għal ħamrija f’saħħitha huma l-Politika Agrikola Komuni, il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika, il-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u InvestEU. Peress li l-għan li l-ħamrija kollha fl-Unjoni jkollha status ta’ ħamrija f’saħħitha huwa ta’ interess komuni, hemm bżonn li tiżdied il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi biex tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija, inkluż billi jiġi pprovdut appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment permezz ta’ mekkaniżmi ta’ tneħħija tar-riskji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ħtiġijiet u l-lakuni finanzjarji ġenerali u jekk ikun meħtieġ tistabbilixxi riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-perjodu ta’ wara l-2027 taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tadotta miżuri biex tiżgura l-koerenza tal-politiki b’rabta mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. [Em. 3] |
|
(12) |
L-Istrateġija dwar il-Ħamrija għall-2030 ħabbret li l-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva dwar is-saħħa tal-ħamrija biex tippermetti li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija dwar il-Ħamrija u tinkiseb saħħa tajba tal-ħamrija madwar l-UE sal-2050. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (14) tal-ħamrija42 , il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ħamrija u tal-promozzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha fl-Unjoni, filwaqt li żamm f’moħħu li d-degradazzjoni qed tkompli, minkejja l-azzjoni limitata u irregolari li qed tittieħed f’xi Stati Membri. Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tfassal qafas legali komuni għall-Unjoni kollha, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jindirizza t-theddidiet ewlenin kollha tal-ħamrija. B’mod importanti, il-Parlament Ewropew jissottolinja r-riskji li jirriżultaw min-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u r-reġimi differenti tagħhom ta’ protezzjoni tal-ħamrija għall-funzjonament tas-suq intern u l-potenzjal qawwi li tiġi stimulata kompetizzjoni ġusta fis-settur privat, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi u għarfien prattiku u tissaħħaħ l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji barra mill-Unjoni. [Em. 4] |
|
(13) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 (15), il-Kunsill appoġġa lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi biex tipproteġi aħjar il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ħamrija, bħala riżorsa mhux rinnovabbli ta’ importanza vitali. |
|
(14) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u ta’ emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem, u li tingħata prijorità lit-tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, jittejbu l-assorbimenti minn bjar naturali. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija tirriżulta f’żieda fis-sekwestru tal-karbonju u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet f’benefiċċji kollaterali għall-ekosistemi u għall-bijodiversità. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċikli Sostenibbli tal-Karbonju (17) ssottolinjat il-ħtieġa għal identifikazzjoni ċara u trasparenti tal-attivitajiet li jneħħu b’mod mhux ambigwu l-karbonju mill-atmosfera, bħall-iżvilupp ta’ qafas tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju minn ekosistemi naturali, inkluża l-ħamrija. Barra minn hekk, ir-Regolament rivedut dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija mhux biss iqiegħed il-karbonju fil-ħamrija ċentrali għall-ilħuq tal-miri fil-perkors lejn Ewropa newtrali għall-klima, iżda wkoll jitlob lill-Istati Membri jħejju sistema għall-monitoraġġ tal-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, bl-użu, fost l-oħrajn, tas-sett ta’ data tal-istħarriġ qafas statistiku tal-użu tal-art taż-żona koperta (LUCAS). |
|
(15) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (18) ssottolinjat li l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fuq l-art, inkluż ir-restawr tal-funzjoni tal-ħamrija bħal sponża, se jagħti spinta lill-provvista ta’ ilma nadif u frisk, inaqqas l-impatti tal-għargħar u jtaffi l-impatti tan-nixfiet. Huwa importanti li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm u tippurifika l-ilma u li tnaqqas it-tniġġis. |
|
(16) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero adottat mill-Kummissjoni jistabbilixxi l-viżjoni għall-2050 li t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għall-ekosistemi tas-saħħa u dawk naturali u li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq magħhom, biex b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. |
|
(17) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel (19) enfasizzat li s-sostenibbiltà tal-ikel hija fundamentali għas-sigurtà tal-ikel. Ħamrija f’saħħitha tagħmel is-sistema tal-ikel tal-Unjoni aktar reżiljenti billi tipprovdi l-bażi għal ikel nutrittiv u suffiċjenti. |
|
(18) |
Jeħtieġ Huwa vitali li jiġu stabbiliti miżuri xierqa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija armonizzati fl-Unjoni kollha , għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u għall-indirizzar ta’ siti kkontaminati biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050, biex din tinżamm f’kundizzjoni f’saħħitha u jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, biex ikun hemm prevenzjoni ta’ nixfiet u ta’ diżastri naturali u rispons għan-nixfiet u d-diżastri naturali għalihom , biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel. [Em. 5] |
|
(19) |
Il-ħamrija tospita aktar minn 25 % tal-bijodiversità kollha u hija t-tieni l-akbar raggruppament ta’ karbonju tal-karbonju tal-pjaneta. Minħabba l-kapaċità tagħha li taqbad u taħżen il-karbonju, ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. Il-bijodiversità tal-ħamrija tinkorpora mikroorganiżmi, inklużi batterji, fungi, protożoa u nematodi, kif ukoll organiżmi akbar bħal ħniex, insetti, u għeruq tal-pjanti, li kollettivament jikkontribwixxu għad-diversità ekoloġika u funzjonali tal-ekosistemi tal-ħamrija. Ħamrija f’saħħitha tipprovdi wkoll ħabitat favorevoli għall-organiżmi biex jgħixu jiżviluppaw tajjeb u hija kruċjali għat-titjib tal-bijodiversità u l-istabbiltà għall-istabbiltà tal-ekosistemi. Il-bijodiversità taħt l-art u dik ’il fuq mill-art huma marbuta mill-qrib ħafna u jinteraġixxu permezz ta’ relazzjonijiet reċiproċi (eż. fungi mikorriżjali li jgħaqqdu mikorriżiċi li jikkollegaw l-għeruq tal-pjanti). [Em. 6] |
|
(19a) |
Il-materja organika tal-ħamrija hija kruċjali biex tipprovdi servizzi u funzjonijiet tal-ekosistemi tal-ħamrija, billi tnaqqas id-degradazzjoni, l-erożjoni u l-kompattazzjoni tal-ħamrija, filwaqt li żżid il-kapaċità ta’ buffering, ta’ żamma tal-ilma u ta’ skambju ta’ katjoni tal-ħamrija u tal-karbonju organiku fil-ħamrija, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jżidu r-rendiment tal-għelejjel. Barra minn hekk, il-materja organika tal-ħamrija taffettwa l-bijodiversità tal-ħamrija b’mod pożittiv u tista’ żżid il-karbonju ssekwestrat fil-ħamrija, u b’hekk tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. [Em. 7] |
|
(20) |
L-għargħar, in-nirien mhux ikkontrollati u l-eventi ta’ temp estrem huma riskji ta’ diżastri naturali tal-ogħla tħassib madwar l-Ewropa. It-tħassib għan-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma qed jiżdied b’mod rapidu madwar l-Unjoni. Fl-2020, 24 Stat Membru qiesu n-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma bħala riskji ta’ diżastri ewlenin emerġenti jew relatati mal-klima, meta mqabbla ma’ 11-il Stat Membru biss fl-2015. Ħamrija f’saħħitha hija strumentali għar-reżiljenza għan-nixfiet u għad-diżastri naturali. Il-prattiki li jtejbu ż-żamma tal-ilma u d-disponibbiltà tan-nutrijenti fil-ħamrija, l-istruttura tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija u s-sekwestru tal-karbonju, iżidu r-reżiljenza tal-ekosistemi, tal-pjanti u tal-għelejjel biex jifilħu u jirkupraw minn nixfa, diżastri naturali, mewġiet tas-sħana u eventi ta’ temp estrem li se jsiru aktar frekwenti fil-futur minħabba t-tibdil fil-klima. Min-naħa l-oħra, mingħajr ġestjoni xierqa tal-ħamrija, in-nixfa u d-diżastri naturali jikkawżaw degradazzjoni tal-ħamrija u jagħmlu l-ħamrija mhux f’saħħitha. It-titjib tas-saħħa tal-ħamrija jgħin biex jittaffew it-telf ekonomiku u l-fatalitajiet assoċjati mal-estremi relatati mal-klima, li ammontaw għal madwar EUR 560 biljun u aktar minn 182 000 vittma fl-Unjoni bejn l-1980 u l-2021. |
|
(21) |
Is-saħħa tal-ħamrija tikkontribwixxi direttament għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Ħamrija f’saħħitha tipprovdi ikel sikur u nutrittiv, u għandha l-kapaċità li tiffiltra l-kontaminanti, u b’hekk tippreserva l-kwalità tal-ilma tax-xorb. Il-kontaminazzjoni tal-ħamrija tista’ tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem permezz ta’ inġestjoni, teħid bin-nifs jew kuntatt mal-ġilda. L-esponiment tal-bniedem għall-komunità mikrobika tal-ħamrija f’saħħitha huwa ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tas-sistema immunitarja u r-reżistenza kontra ċerti mard u allerġiji. Ħamrija f’saħħitha tappoġġa t-tkabbir tas-siġar, tal-fjuri u tal-ħaxix, u toħloq infrastruttura ekoloġika li toffri valur estetiku, benesseri u kwalità tal-ħajja. |
|
(21a) |
Ta’ spiss ġie osservat li s-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) jikkontaminaw l-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma tal-wiċċ kif ukoll il-ħamrija. Dawn jistgħu jibdlu l-proprjetajiet u l-istrutturi tal-ħamrija, fejn xi wħud mill-effetti rrapportati jinkludu tnaqqis fir-respirazzjoni tal-ħamrija u aggregati stabbli fl-ilma, u żieda fil-pH tal-ħamrija. [Em. 8] |
|
(22) |
Id-degradazzjoni tal-ħamrija tħalli impatt fuq il-fertilità, ir-rendimenti, ir-reżistenza għall-pesti u l-kwalità tal-ikel nutrittiv. Billi 95 % tal-ikel tagħna huwa prodott direttament jew indirettament fuq il-ħamrija u l-popolazzjoni globali qed tkompli tiżdied, huwa kruċjali li din ir-riżorsa naturali finita tibqa’ f’saħħitha biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul u jiġu żgurati l-produttività u l-profittabbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni. Il-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija , inklużi dawk stabbiliti mill-politika agrikola komuni, iżommu jżommu jew itejbu s-saħħa tal-ħamrija u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-ikel. It-tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti u tar-residwi tal-pestiċidi huwa essenzjali f’dan ir-rigward. [Em. 9] |
|
(23) |
L-objettiv fit-tul tad-Direttiva huwa li tinkiseb ħamrija f’saħħitha fl-Unjoni kollha sal-2050. Bħala pass intermedju, fid-dawl tal-għarfien limitat dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija u dwar l-effettività u l-kostijiet tal-miżuri għar-riġenerazzjoni tas-saħħa tagħha, id-direttiva tieħu approċċ fi stadji. Fl-ewwel stadju, l-enfasi se tkun fuq it-twaqqif l-istabbiliment tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ħamrija fl-UE kollha. Dan jinkludi wkoll rekwiżiti biex jiġu stabbiliti miżuri għall-ġestjoni L-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija b’mod sostenibbli u għar-riġenerazzjoni filwaqt li jqisu l-prinċipji mhux vinkolanti stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri huma mogħtija l-flessibbiltà li jiddeċiedu dwar il-prattiki konkreti li jridu jiġu implimentati, li meta xieraq, ikunu jirriflettu l-kundizzjonijiet lokali, u l-fattibbiltà tagħhom, sabiex jiffaċilitaw il-kisba ta’ ħamrija mhux f’saħħitha ladarba tiġi stabbilita l-kundizzjoni tagħha, iżda mingħajr ma jiġi impost obbligu li tinkiseb ħamrija f b “saħħitha sal-2050 u lanqas miri intermedji. Dan l-approċċ proporzjonat se jippermetti li l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u r-riġenerazzjoni ta” ħamrija mhux li mhijiex f’saħħitha jkunu mħejjija, inċentivati u mnedija sewwa. Fit-tieni stadju, hekk kif ikunu disponibbli r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-ħamrija u tal-analiżi tax-xejriet, il-Kummissjoni se tqis il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-objettiv lejn l-objettiv tal-2050 u l-esperjenza tiegħu, u se tipproponi rieżami tad-direttiva jekk ikun meħtieġ biex jitħaffef il-progress lejn l tintlaħaq il-mira tal -2050. [Em. 10] |
|
(24) |
L-indirizzar tal-pressjonijiet fuq il-ħamrija u l-identifikazzjoni tal-miżuri xierqa biex tinżamm jew tiġi riġenerata s-saħħa tal-ħamrija jirrikjedu li jitqiesu l-varjetà tat-tipi ta’ ħamrija, il-kundizzjonijiet lokali u klimatiċi speċifiċi u l-użu tal-art jew il-kopertura tal-art. Għalhekk, jixraq huwa xieraq li l-Istati Membri jistabbilixxu distretti tal-ħamrija li jkunu kapaċi jirriflettu b’mod adegwat il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi u l-varjetà tal-ħamrija fit-territorju kollu tagħhom . Jenħtieġ li d-distretti tal-ħamrija jikkostitwixxu l-unitajiet bażiċi ta’ governanza biex jiġġestixxu l-ħamrija u jieħdu miżuri biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-għadd, il-firxa ġeografika u l-konfini tad-distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru jiġu ddeterminati sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (+) . Jenħtieġ li jkun hemm għadd minimu ta’ distretti tal-ħamrija f’kull Stat Membru, filwaqt li jitqies id-daqs tal-Istat Membru. Dan l-għadd minimu ta’ distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru għandu jenħtieġ li jikkorrispondi għall-għadd ta’ unitajiet territorjali NUTS 1 stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu d-distretti tal-ħamrija tagħhom skont l-għadd tagħhom ta’ unitajiet territorjali NUTS 2 sabiex jirriflettu aħjar il-kundizzjonijiet lokali tagħhom u l-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. [Em. 11] |
|
(24a) |
Id-distretti tal-ħamrija huma l-livell l-aktar xieraq għall-adozzjoni ta’ programmi ta’ miżuri u, meta meħtieġ, miri intermedji, inkluż permezz ta’ pjanijiet ta’ distretti tal-ħamrija lokali, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati lokali, biex jiġi żgurat li l-ħamrija rispettiva ttejjeb il-klassifikazzjoni tagħha. Peress li huwa meħtieġ aktar żmien biex ħamrija degradata b’mod kritiku tiġi rrestawrata, jenħtieġ li tingħata skeda ta’ żmien suffiċjenti sa 10 snin biex jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni ekoloġika tagħha titjieb. Ħamrija rreġistrata bħala kkontaminata li tkun koperta minn pjanijiet ta’ ġestjoni u mitigazzjoni speċifiċi tista’ tkun soġġetta għal skeda ta’ żmien differenti. [Em. 12] |
|
(25) |
Sabiex tiġi żgurata governanza xierqa dwar il-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jaħtru awtorità kompetenti għal kull distrett tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaħtru kwalunkwe awtorità kompetenti addizzjonali fil-livell xieraq, inkluż fil-livell reġjonali jew nazzjonali jew reġjonali, inkluż fit-territorji tal-Istati Membri . Sabiex jiġu minimizzati l-kostijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jaħtru awtoritajiet li diġà jkunu stabbiliti. Awtorità waħda tista’ tkun responsabbli għal diversi oqsma, li jaf jgħin biex tittejjeb il-konsistenza fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. F’każ li l-Istati Membri jbiddlu l-allokazzjoni tal-kompetenzi fost l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jikkomunikaw dawk il-bidliet lill-Kummissjoni biex iżommu l-informazzjoni aġġornata. [Em. 13] |
|
(26) |
Sabiex ikun hemm definizzjoni komuni ta’ kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha, hemm bżonn li jiġi definit sett komuni minimu ta’ kriterji li jistgħu jitkejlu, li, jekk ma jiġux irrispettati, iwasslu għal telf kritiku fil-kapaċità tal-ħamrija li tiffunzjona bħala sistema ta’ għajxien vitali u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. Jenħtieġ li tali kriterji jirriflettu u jkunu bbażati fuq il-livell eżistenti tax-xjenza tal-ħamrija. |
|
(27) |
Sabiex tiġi deskritta d-degradazzjoni tal-ħamrija, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti deskritturi tipprevedi qafas komuni u tippermetti l-komparabbiltà tad-data, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati, tadotta metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tal-livelli limitu għad-deskritturi tal-ħamrija għal kull status ekoloġiku tal-ħamrija. Huwa importanti li din il-metodoloġija tqis l-aktar evidenza xjentifika reċenti u tipprovdi mezzi biex jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u t-tipi ta’ ħamrija differenti. Bl-użu ta’ din il-metodoloġija, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw abbozz tal-valuri tal-livelli limitu għad-deskritturi tal-ħamrija għal kull status ekoloġiku tal-ħamrija filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi, it-tip li jistgħu jitkejlu jew jiġu stmati. Anki jekk ikun hemm varjabbiltà sinifikanti bejn it-tipi ta’ ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użi tal-art, l-għarfien xjentifiku attwali jippermetti li jiġu stabbiliti kriterji fil-livell tal-Unjoni għal xi wħud minn dawk id-deskritturi tal-ħamrija. Madankollu, jenħtieġ it-tip ta’ żona tal-art u l-evidenza xjentifika u jippreżentawhom lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri u biex jiġi evitat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw il-kriterji għal xi wħud minn dawn id-deskritturi tal-ħamrija abbażi ta’ kundizzjonijiet lokali jew nazzjonali speċifiċi u jiddefinixxu l-kriterji għal deskritturi oħrajn jadottaw valuri tal-livelli limitu li jippermettu li ħamrija simili tiġi kkategorizzata b’mod differenti ħafna, u b’hekk jiġu affettwati l-isforzi meħtieġa biex jittejjeb l-istatus ekoloġiku tal-ħamrija tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-abbozz tal-valuri tal-livelli limitu u l-ġustifikazzjoni xjentifika tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob lill-Istati Membri informazzjoni addizzjonali jew reviżjoni tal-abbozz tal-valuri tal-livelli limitu tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-valuri tal-livelli limitu, diment li l-osservazzjonijiet tagħha jkunu tqiesu b’mod adegwat li għalihom ma jistgħux jiġu stabbiliti kriterji komuni fil-livell tal-UE f’dan l-istadju. Għal dawk id-deskritturi li għalihom issa ma jistgħux jiġu identifikati kriterji ċari li jiddistingwu bejn kundizzjoni f’saħħitha u mhux f’saħħitha, huma meħtieġa biss monitoraġġ u valutazzjoni. Dan se jiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali kriterji fil-futur. [Em. 14] |
|
(27a) |
Hija meħtieġa perspettiva integrata dwar il-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija li tmur lil hinn minn kunsiderazzjoni esklużiva tal-fatturi ta’ degradazzjoni u li tipprovdi perkors ċar għat-titjib tagħha. Il-valutazzjoni ġenerali tal-istatus ekoloġiku tal-ħamrija, għalhekk, jenħtieġ li tkun ikkategorizzata skont ħames klassijiet minn “status ekoloġiku għoli tal-ħamrija”, “status ekoloġiku tajjeb”, “moderat”, “ħamrija degradata” sa “ħamrija degradata b’mod kritiku”, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, il-preżenza ta’ fatturi ta’ degradazzjoni u funzjonijiet tal-ħamrija. [Em. 15] |
|
(27b) |
Biex tiġi rispettata l-awtonomija tal-Istati Membri li jkunu lesti jimplimentaw sistemi ta’ monitoraġġ aktar komprensivi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu minn fost tliet livelli ta’ monitoraġġ. Il-Livell 1 jipprovdi sett minimu ta’ deskritturi tal-ħamrija. Fil-Livell 2, 20 % tal-punti ta’ kampjunar jiġu ddeterminati skont il-programm LUCAS u jsir kampjunar doppju għall-monitoraġġ kontinwu u għall-istabbiliment ta’ funzjonijiet ta’ trasferiment, filwaqt li t-80 % li jifdal tal-punti ta’ kampjunar jiġu ddeterminati mill-Istat Membru, anki għall-monitoraġġ kontinwu u skont il-kriterji stabbiliti fl-annessi ta’ din id-Direttiva. Fil-Livelli 1 u 2, 20 % tal-punti ta’ kampjunar huma ddedikati għal monitoraġġ immirat, li jippermetti lill-Istati Membri jespandu l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju, iwettqu investigazzjonijiet, jew jimmiraw oqsma ta’ interess partikolari. L-istabbiliment ta’ approċċ f’livelli jżid l-għadd ta’ deskritturi tal-ħamrija vvalutati iżda wkoll il-livell ta’ awtonomija li l-Istati Membri jkollhom fid-determinazzjoni tal-livelli limitu assoċjati mal-istatus ekoloġiku tal-ħamrija. L-għan ewlieni ta’ tali approċċ f’diversi livelli huwa li jippermetti lill-Istati Membri kollha jimplimentaw is-sistemi ta’ monitoraġġ tagħhom u jieħdu vantaġġ minn kwalunkwe sistema nazzjonali attwali li diġà timmonitorja l-ħamrija. Il-Livell 2 se jippermetti li jimtlew il-lakuni fil-kamp ta’ applikazzjoni u fil-firxa tad-deskritturi tal-ħamrija kkunsidrati. Fil-Livell 3, l-għadd ta’ deskritturi tal-ħamrija huwa estiż aktar biex jiġu rfinati aspetti partikolari tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija. [Em. 16] |
|
(28) |
Sabiex jinħolqu inċentivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi biex jirrikonoxxu l-isforzi tas-sidien tal-artijiet u tal-maniġers tal-artijiet biex iżommu l-ħamrija f’kundizzjoni f’saħħitha, inkluż fil-forma ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija komplementari għall-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-enerġija rinnovabbli stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija billi, inter alia, tiskambja informazzjoni u tippromwovi l-aħjar prattiki, tqajjem kuxjenza u tivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp tar-rikonoxximent tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn skemi ta’ ċertifikazzjoni differenti jiġu sfruttati kemm jista’ jkun biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk li japplikaw għaċ-ċertifikazzjonijiet rilevanti. [Em. 17] |
|
(29) |
Xi ħamrija għandha karatteristiċi speċjali jew minħabba li hija ta’ natura atipika u tikkostitwixxi ħabitats rari għall-bijodiversità jew pajsaġġi uniċi jew inkella minħabba li ġiet immodifikata ħafna mill-bnedmin. Jenħtieġ li dawk il-karatteristiċi jitqiesu fil-kuntest tad-definizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha u r-rekwiżiti biex tinkiseb kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha. |
|
(30) |
Il-ħamrija hija riżorsa limitata soġġetta għal kompetizzjoni dejjem tikber għal użi differenti. It-teħid tal-art huwa proċess li spiss ikun xprunat mill-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku, li jittrasforma ż-żoni naturali u seminaturali (inklużi l-art agrikola u forestali, il-ġonna u l-parks) fi żvilupp ta’ art artifiċjali, bl-użu tal-ħamrija bħala pjattaforma għall-kostruzzjonijiet u l-infrastruttura, bħala sors dirett ta’ materja prima jew bħala arkivju għall-patrimonju storiku. Din it-trasformazzjoni tista’ tikkawża t-telf, spiss irriversibbli, tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi oħrajn tal-ekosistema tal-ekosistemi (il-provvista ta’ ikel u bijomassa, iċ-ċiklaġġ tal-ilma u tan-nutrijenti, il-bażi għall-bijodiversità u l-ħżin tal-karbonju). B’mod partikolari, it-teħid tal-art spiss jaffettwa l-aktar ħamrija agrikola fertili, u jpoġġi s-sigurtà tal-ikel fil-periklu. Il-ħamrija ssiġillata tesponi wkoll l-insedjamenti umani għal livelli ogħla ta’ għargħar u għal effetti ta’ gżejjer tas-sħana aktar intensi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati t-teħid tal-art u l-issiġillar tal-ħamrija u l-effetti tagħhom fuq il-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi . Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji biex jittaffew l-impatti tat-teħid tal-art bħala parti mill-ġestjoni filwaqt li tiġi kkomplementata l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija. [Em. 18] |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija bbażata fuq in-network ta’ monitoraġġ tkun akkurata, filwaqt li fl-istess ħin il-kostijiet ta’ tali monitoraġġ jinżammu f’livell raġonevoli. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji għall-punti ta’ kampjunar li huma jkunu rappreżentattivi tal-kundizzjoni tal-ħamrija taħt tipi differenti ta’ ħamrija, kundizzjonijiet klimatiċi u użu tal-art. Jenħtieġ li l-grilja tal-punti ta’ kampjunar tiġi ddeterminata bl-użu ta’ metodi ġeostatistiċi u tkun densa biżżejjed biex tipprovdi stima taż-żona ta’ ħamrija f’saħħitha, fil-livell nazzjonali, fi ħdan inċertezza ta’ mhux aktar minn 5 %. Dan il-valur jitqies b’mod komuni li jipprovdi stima statistikament tajba u assigurazzjoni aċċertament raġonevoli li l-objettiv ikun intlaħaq. Huwa importanti li l-metodoloġija u l-qafas tal-monitoraġġ tal-ħamrija jinkludu kriterji armonizzati ta’ kampjunar, inkluża l-profondità tal-kampjunar. [Em. 19] |
|
(31a) |
L-arkivji tal-ħamrija jippreservaw stampa tal-ħamrija minn ħin u post speċifiċi, li jippermettu lill-Istati Membri jużaw kampjun wieħed għal diversi finijiet u jissimplifikaw l-attivitajiet ta’ kampjunar fuq il-post, u b’hekk inaqqsu l-kostijiet fit-tul tal-monitoraġġ in situ. Barra minn hekk, l-arkivji tal-ħamrija jippermettu lir-riċerkaturi jevalwaw mill-ġdid il-ħamrija tal-passat fil-kuntest tal-preżent għal fehim aħjar ta’ kif il-ħamrija tinbidel fit-tul, jew għal finijiet oħra ta’ riċerka, inkluża riċerka medika. Għalhekk huwa imperattiv li l-Kummissjoni, inklużi s-servizzi bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), flimkien mal-Istati Membri u l-Osservatorju Ewropew tal-Ħamrija, jiżguraw li l-kampjuni, l-estratti tad-DNA u d-data mhux ipproċessata meħuda għall-konformità mal-liġi ambjentali tal-Unjoni u dik nazzjonali jiġu ppreservati tajjeb f’arkivji fiżiċi u li l-kampjuni u d-data mhux ipproċessata ta’ dawk l-arkivji jibqgħu disponibbli għal aktar riċerka u innovazzjoni. [Em. 20] |
|
(32) |
Biex tikkomplementa l-inventarji nazzjonali eżistenti, il-Kummissjoni għandha jenħtieġ li tassisti u tappoġġa l-monitoraġġ mill-Istati Membri tas-saħħa tal-ħamrija billi tkompli twettaq u ttejjeb il-kampjunar regolari tal-ħamrija in situ u l-kejl tal-ħamrija relatat (LUCAS dwar il-ħamrija) bħala parti mill-Programm ta’ Stħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona tal-Art/taż-Żona Koperta (LUCAS) . Għal dak il-fini, il-Programm LUCAS għandu jenħtieġ li jittejjeb u jiġi mmodernizzat sabiex jiġi allinjat bis-sħiħ mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ kwalità li għandhom tal-kwalità u mad-deskritturi kollha li jridu jiġu ssodisfati għall-fini ta’ din id-Direttiva. Sabiex jittaffa l-piż, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija mistħarrġa taħt l-istħarriġ LUCAS imtejjeb fl-ambitu tal-LUCAS dwar il-ħamrija mtejjeb. Fl-ambitu tal-LUCAS dwar il-ħamrija, se jittieħdu kampjuni mill-inqas minn 20 % tad-daqs tal-kampjuni nazzjonali u se jiġu analizzati, u b’hekk dan se jikkontribwixxi għall-monitoraġġ imwettaq mill-Istati Membri. L-analiżi tal-LUCAS hija essenzjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkalkulaw u jikkalibraw funzjonijiet ta’ trasferiment validi sabiex ikunu jistgħu jkomplu jużaw metodu alternattiv ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Livell 2. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, fuq talba ta’ Stat Membru, tipprovdi aktar assistenza, sa massimu ta’ 50 % tal-kampjunar matul l-ewwel ċiklu ta’ monitoraġġ nazzjonali . B’hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri appoġġati jagħmlu l-arranġamenti legali meħtieġa biex jiżguraw li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tali kampjunar tal-ħamrija in situ, inkluż fuq għelieqi li huma jkunu ta’ proprjetà privata , bil-ftehim tas-sidien , u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli. [Em. 21] |
|
(33) |
Il-Kummissjoni qed tiżviluppa servizzi ta’ telerilevament fil-kuntest ta’ Copernicus bħala programm xprunat mill-utenti, u b’hekk qed tappoġġa wkoll lill-Istati Membri. Sabiex jiżdiedu t-tempestività u l-effettività tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, u fejn meta rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw data ta’ telerilevament, inklużi outputs mis-servizzi ta’ Copernicus għall-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija u għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jappoġġaw l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija biex jassistu lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw aktar l-użu ta’ teknoloġiji diġitali affidabbli u disponibbli, bħal bażijiet tad-data elettroniċi, sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, identifikazzjoni awtomatizzata tal-immaġnijiet jew e-DNA, biex itejbu l-kondiviżjoni tal-għarfien u t-trasparenza fir-rigward tas-saħħa tal-ħamrija u jnaqqsu l-kostijiet tal-kejl u tal-monitoraġġ tal-ħamrija. [Em. 22] |
|
(34) |
Filwaqt li tibni ulterjorment u timmodernizza l-osservatorju tal-ħamrija tal-UE eżistenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija li jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-Istrateġija tal-UE Ewropea għad-Data (22) u mal-ispazji tad-data tal-UE u li jenħtieġ li jkun ċentru li jipprovdi aċċess għad-data dwar il-ħamrija li tkun ġejja minn diversi sorsi . Id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku f’format li jista’ jintuża mill-komunità tar-riċerka, mis-sidien u mill-maniġers tal-artijiet, mill-konsulenti li jaħdmu fi ħdan is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli u mill-pubbliku, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali . Jenħtieġ li dak il-portal primarjament jinkludi d-data kollha rilevanti miġbura mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni kif meħtieġ minn din id-Direttiva u jservi bħala pjattaforma għall-istabbiliment ta’ Sett ta’ Għodod għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Ħamrija li se tipprovdi informazzjoni aġġornata speċifika għall-kuntest dwar prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija bbażati fuq tipi ta’ ħamrija, użu tal-art u kundizzjonijiet klimatiċi differenti . Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tiġi integrata fil-portal, fuq bażi volontarja, data rilevanti oħra dwar il-ħamrija miġbura mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe parti oħra (u b’mod partikolari data li tirriżulta minn proġetti taħt fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa u l-Missjoni “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”), diment li dik id-data tissodisfa ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-format u l-ispeċifikazzjonijiet. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-istituti ta’ riċerka jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għad-data kollha meta jitolbuha. [Em. 23] |
|
(35) |
Huwa meħtieġ ukoll li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija użati fl-Istati Membri u li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn is-sistemi ta’ monitoraġġ nazzjonali u dawk tal-Unjoni u jsir użu sħiħ ta’ għodod ta’ monitoraġġ armonizzati li diġà jeżistu bħal-LUCAS sabiex ikun hemm data aktar komparabbli madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri tgħin biex jiżdiedu l-investimenti f’tekniki u teknoloġiji avvanzati ta’ monitoraġġ tal-ħamrija. [Em. 24] |
|
(36) |
Sabiex isir l-akbar użu possibbli mid-data dwar is-saħħa tal-ħamrija ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiffaċilitaw l-aċċess għal tali data għall-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-bdiewa, il-forestiera, is-sidien tal-artijiet u l-awtoritajiet lokali. [Em. 25] |
|
(37) |
Sabiex tinżamm jew tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija, il-ħamrija jeħtieġ li tiġi ġestita b’mod sostenibbli. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija se tippermetti l-forniment fit-tul ta’ servizzi tal-ħamrija, inklużi kwalità mtejba tal-arja u tal-ilma u s-sigurtà tal-ikel. Għalhekk, jixraq huwa xieraq li jiġu stabbiliti prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija mhux vinkolanti biex jiggwidaw il-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija. [Em. 26] |
|
(38) |
L-istrumenti ekonomiċi, inklużi dawk taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) li jipprovdu appoġġ lill-bdiewa, għandhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija agrikola u, sa ċertu punt ftit inqas , tal-ħamrija tal-foresti. Il-PAK għandha l-għan li tappoġġa s-saħħa tal-ħamrija permezz tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-iskemi ekoloġiċi u tal-miżuri ta’ żvilupp rurali. L-appoġġ finanzjarju għall-bdiewa u l-forestiera li japplikaw prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jista’ jiġi ġġenerat ukoll mis-settur privat. It-tikketti volontarji tas-sostenibbiltà fl-industrija tal-ikel, tal-injam, b’bażi bijoloġika u tal-enerġija, pereżempju, stabbiliti minn partijiet ikkonċernati privati, jistgħu jqisu l-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli l-kontribuzzjonijiet għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija stabbiliti f’ konformità ma’ din id-Direttiva. Dan jista’ jippermetti lill-produtturi tal-ikel, tal-injam u ta’ bijomassa oħra li jsegwu dawk il-prinċipji fil-produzzjoni tagħhom biex jirriflettu dawn jirriflettuhom fil-valur tal-prodotti tagħhom. Se jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali għal network ta’ siti tal-ħajja reali għall-ittestjar, għad-dimostrazzjoni u għat-titjib għall-espansjoni tas-soluzzjonijiet, inkluż dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, permezz tal-laboratorji ħajjin u l-fanali l-lighthouses tal-Missjoni dwar il-Ħamrija. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu appoġġ u pariri biex jgħinu lis-sidien tal-artijiet u lill-utenti tal-artijiet affettwati mill-azzjoni meħuda skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet limitati ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. [Em. 27] |
|
(39) |
Skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif l-arkitettura ambjentali u klimatika ta’ dawk il-Pjanijiet hija maħsuba li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri nazzjonali fit-tul stabbiliti fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament, jew li joħorġu minnhom, u għall-konsistenza magħhom. |
|
(39a) |
Il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (KAAT) 5, 6 u 7 kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2115 jinkludu standards biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħdim tar-raba’ li jnaqqas ir-riskju tad-degradazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-pendil u l-ġestjoni minima tal-art li tirrifletti kundizzjonijiet speċifiċi għas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni, kopertura minima ta’ ħamrija biex tiġi evitata ħamrija għerja, protezzjoni tal-ħamrija f’perjodi li huma l-aktar sensittivi kif ukoll newba tal-għelejjel f’raba’ li jinħadem. Barra minn hekk, il-KAAT 1 dwar il-protezzjoni ta’ bwar permanenti u l-KAAT 2 dwar il-protezzjoni tal-artijiet mistagħdra u tat-torbiera u tal-ħamrija b’livell għoli ta’ materja organika, huma rilevanti għall-protezzjoni tal-ħamrija. [Em. 28] |
|
(40) |
Sabiex jiġi żgurat li jiġu implimentati l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jimmonitorjaw mill-qrib l-impatt tal-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija u jaġġustaw il-prattiki u r-rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ, filwaqt li jqisu għarfien ġdid mir-riċerka u l-innovazzjoni. F’dan ir-rigward, huma mistennija kontribuzzjonijiet siewja mill-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” u, b’mod partikolari, il-laboratorji ħajjin tagħha u l-attivitajiet li jappoġġaw il-monitoraġġ tal-ħamrija, l-edukazzjoni dwar il-ħamrija u l-involviment taċ-ċittadini. [Em. 29] |
|
(41) |
Ir-riġenerazzjoni ġġib il-ħamrija degradata lura għal kundizzjoni f’saħħitha. Meta jiddefinixxu l-miżuri ta’ riġenerazzjoni tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jqisu l-eżitu tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u jadattaw dawk il-miżuri ta’ riġenerazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tas-sitwazzjoni, it-tip, l-użu u l-kundizzjoni tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet lokali, klimatiċi u ambjentali. |
|
(42) |
Sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-miżuri differenti adottati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li jista’ jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-ħamrija, u l-miżuri li għandhom jridu jiġu stabbiliti għall-ġestjoni u r-riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija jkunu koerenti mal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr adottati f’konformità mar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24)+; l-istrateġiji nazzjonali għall-bijodiversità u l-pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jridu jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115, il-kodiċijiet ta’ prattiki agrikoli tajbin u l-programmi ta’ azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula nnominati adottati f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (25), il-miżuri ta’ konservazzjoni u l-qafas ta’ azzjoni prijoritizzata stabbilit għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (26), il-miżuri għall-kisba ta’ status stat ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar imħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa promossi fl-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (29), il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri stabbiliti f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) …/… mad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35)+. Il-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija jenħtieġ li jkunu, kemm jista’ jkun, integrati fi ħdan dawn il-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri sa fejn jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom. Konsegwentement, l-indikaturi u d-data rilevanti, bħall-indikaturi tar-riżultati relatati mal-ħamrija skont ir-Regolament tal-PAK u d-data statistika dwar l-input u l-output agrikoli rrapportati skont ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija u għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija sabiex dawn din id-data u dawn l-indikaturi jiġu interkonnessi u, b’hekk, tkun tista’ ssir l-aktar valutazzjoni akkurata possibbli tal-effettività tal-miżuri magħżula. [Em. 30] |
|
(43) |
Is-siti kkontaminati huma l-legat ta’ għexieren ta’ snin ta’ attività industrijali fl-UE u jistgħu jwasslu għal riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent issa u fil-futur. Billi nibnu fuq l-għarfien eżistenti, huwa għalhekk, huwa meħtieġ li l-ewwel jiġu identifikati u investigati s-siti potenzjalment ikkontaminati u mbagħad, f’każ ta’ kontaminazzjoni kkonfermata, jiġu vvalutati r-riskji u jittieħdu miżuri biex dawn jiġu indirizzati riskji inaċċettabbli. L-investigazzjoni tal-ħamrija tista’ turi li sit potenzjalment ikkontaminat fil-fatt ma huwiex mhuwiex ikkontaminat. F’dak il-każ, jenħtieġ li s-sit ma jibqax jiġi ttikkettat mill-Istat Membru bħala potenzjalment ikkontaminat, sakemm ma tkunx issuspettata kontaminazzjoni abbażi ta’ evidenza ġdida. [Em. 31] |
|
(44) |
Sabiex jiġu identifikati siti potenzjalment ikkontaminati, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru evidenza, fost l-oħrajn, permezz ta’ riċerka storika, inċidenti u aċċidenti industrijali tal-passat, permessi ambjentali , stħarriġiet tas-saħħa u notifiki mill-pubbliku jew mill-awtoritajiet. [Em. 32] |
|
(45) |
Sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet tal-ħamrija dwar siti potenzjalment ikkontaminati jitwettqu fil-ħin u b’mod effettiv , kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija , jenħtieġ li l-Istati Membri, minbarra l-obbligu li jistabbilixxu l-iskadenza sa meta jenħtieġ li jitwettqu dawk l-investigazzjonijiet, ikunu meħtieġa jistabbilixxu eventi speċifiċi li jiskattaw ukoll tali investigazzjoni. Tali eventi skattaturi jistgħu jinkludu t-talba jew ir-rieżami ta’ permess ambjentali jew tal-bini jew awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-attivitajiet ta’ tħaffir tal-ħamrija, il-bidliet fl-użu tal-art jew it-tranżazzjonijiet tal-art jew tal-proprjetà b’rabta ma’ art jew proprjetà immobbli. L-investigazzjonijiet tal-ħamrija jistgħu jsegwu stadji differenti, bħal studju mhux li ma jsirx fuq il-post, żjara fuq il-post, investigazzjoni preliminari jew esploratorja, investigazzjoni aktar dettaljata jew deskrittiva, u ttestjar fuq il-post jew fil-laboratorju. Ir-rapporti ta’ bażi u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala investigazzjoni tal-ħamrija, fejn meta xieraq. [Em. 33] |
|
(46) |
Hija meħtieġa flessibbiltà għall-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati biex jitqiesu l-kostijiet, il-benefiċċji u l-ispeċifiċitajiet lokali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri mill-inqas jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati, filwaqt li jqisu d-differenza bejn dawn iż-żewġ kategoriji, u li jippermettilhom jallokaw ir-riżorsi, filwaqt li jqisu l-kuntest ambjentali, ekonomiku u soċjali speċifiku. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu f’kooperazzjoni mal-prattikanti tas-saħħa lokali, mal-awtoritajiet tas-saħħa u mal-komunità xjentifika, abbażi tan-natura u tal-firxa tar-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżultaw mill-esponiment għall-kontaminanti tal-ħamrija (eż. l-esponiment ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli bħan-nisa tqal, il-persuni b’diżabilità, l-anzjani u t-tfal) , inkluż l-esponiment, u l-effetti kumulattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ekosistemi tal-ħamrija u s-servizzi tal-ekosistemi assoċjati . Jenħtieġ li l-analiżi kost-benefiċċji tar-rimedju tal-impriżi tkun pożittiva tal-kostijiet u tal-benefiċċji li titwettaq rimedjazzjoni tkun bilanċjata, filwaqt li tqis il-vantaġġi għall-ġenerazzjonijiet futuri . Jenħtieġ li l-aħjar l-aqwa soluzzjoni ta’ rimedju rimedjazzjoni tkun sostenibbli u magħżula tintgħażel permezz ta’ proċess bilanċjat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jqis l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Jenħtieġ li l-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati tirrispetta l-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni u ta’ proporzjonalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għad-determinazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit ta’ siti kkontaminati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu wkoll x’jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli minn sit ikkontaminat abbażi tal-għarfien xjentifiku, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali l-opinjoni tal-awtoritajiet u tal-prattikanti tas-saħħa, u l-użu attwali u futur tal-art. Sabiex ir-riskji ta’ siti kkontaminati jitnaqqsu għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati ta’ tnaqqis tar-riskji, inkluż rimedju filwaqt li jipprijoritizzaw in situ jew ex situ inkluża rimedjazzjoni . Jenħtieġ li jkun possibbli li l-miżuri meħuda skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jiġu kkwalifikati bħala miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji skont din id-Direttiva meta dawk il-miżuri effettivament inaqqsu r-riskji maħluqa ppreżentati minn siti kkontaminati. [Em. 34] |
|
(46a) |
Il-prinċipji ta’ mitigazzjoni tat-teħid tal-art jenħtieġ li jiffaċilitaw is-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni filwaqt li jqisu akkomodazzjoni sostenibbli, infrastruttura essenzjali u proġetti tal-enerġija rinnovabbli. [Em. 35] |
|
(47) |
Jenħtieġ li l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva jqisu wkoll objettivi ta’ politika oħrajn tal-UE, bħall-objettivi segwiti minn [ir-Regolament (UE) xxxx/xxxx (38)+] li għandhom l-għan li jiżguraw il-provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika għall-industrija tal-Ewropa. |
|
(48) |
It-trasparenza hija komponent essenzjali tal-politika dwar il-ħamrija u tiżgura r-responsabbiltà u l-għarfien tal-pubbliku, il-kundizzjonijiet ġusti tas-suq u l-monitoraġġ tal-progress. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu reġistru nazzjonali ta’ siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati li jkun fih informazzjoni speċifika għas-sit li jenħtieġ li ssir aċċessibbli għall-pubbliku f’bażi ta’ data spazjali ġeoreferenzjata online. Jenħtieġ li r-reġistru jkun fih l-informazzjoni li hija meħtieġa sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar l-eżistenza u dwar il-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati. Minħabba li l-preżenza tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija għadha ma hijiex ikkonfermata, iżda hija biss issuspettata f’siti potenzjalment ikkontaminati, id-differenza bejn siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati għandha tiġi kkomunikata u spjegata tajjeb lill-pubbliku biex jiġi evitat li jitqajjem tħassib bla bżonn. |
|
(48a) |
Sabiex il-ħamrija tiġi protetta mit-tniġġis minn sustanzi kimiċi emerġenti li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u li jikkontaminaw l-arja tal-madwar, l-ilmijiet tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, u sussegwentement l-oċeani, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ politiki biex jiġu individwati u vvalutati tali sustanzi ta’ tħassib emerġenti. F’dak ir-rigward, approċċ li jippermetti monitoraġġ u analiżi ta’ dawk is-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi permezz ta’ listi ta’ sorveljanza, kif diġà huwa l-każ għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art, jenħtieġ li jiġi żviluppat għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija. Is-sustanzi jew il-gruppi ta’ sustanzi li jridu jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza jenħtieġ li jintgħażlu minn fost dawk is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jippreżentaw riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent tal-ħamrija, jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. Jenħtieġ li l-għadd ta’ tali sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li jridu jiġu mmonitorjati u analizzati taħt il-listi ta’ sorveljanza ma jkunx limitat. [Em. 37] |
|
(48b) |
Sustanzi bħal sustanzi niġġiesa organiċi persistenti, materjali u partikoli, inklużi mikroplastiks jew nanoplastiks, jippreżentaw riskju ċar għas-saħħa tal-ħamrija, iżda wkoll għal attivitajiet essenzjali bħall-iżvilupp tal-agrikoltura. Il-preżenza tagħhom fil-ħamrija jista’ jkollha implikazzjonijiet għall-fertilità tal-ħamrija, u b’hekk tikkomprometti s-saħħa u l-iżvilupp b’saħħtu tal-għelejjel. Għalhekk huwa essenzjali li din id-Direttiva tipprevedi qafas kemm għas-sustanzi kif ukoll għall-materjali li jridu jiġu inklużi fil-monitoraġġ tal-kontaminanti tal-ħamrija, u għall-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità ambjentali u sett ta’ miżuri biex jipprevjenu u jirrimedjaw il-kontaminazzjoni tal-ħamrija minn theddid magħruf u emerġenti, meta xieraq. [Em. 38] |
|
(49) |
L-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (39) (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), il-membri tal-pubbliku kkonċernati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt ta’ għajxien f’ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benesseri personali. |
|
(50) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) tordna r-rilaxx ta’ data tas-settur pubbliku f’formati liberi u miftuħa. L-objettiv ġenerali huwa li jitkompla t-tisħiħ tal-ekonomija tad-data tal-UE billi jiżdied l-ammont ta’ data interoperabbli tas-settur pubbliku disponibbli għall-użu mill-ġdid, jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u aċċess faċli għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, u tissaħħaħ l-innovazzjoni transfruntiera bbażata fuq id-data. Il-prinċipju ewlieni huwa li jenħtieġ li d-data tal-gvern tkun miftuħa b’mod awtomatiku u mid-disinn. Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u d-Direttiva 2003/4/KE jinkludu obbligi ġenerali relatati kemm mat-tqegħid ta’ informazzjoni ambjentali disponibbli fuq talba, kif ukoll mat-tixrid attiv ta’ tali informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42) għandha wkoll kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, li jkopri l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni ġeografika, inklużi settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tad-data jikkomplementaw dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-informazzjoni lill-pubbliku u l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi (UE) 2019/1024, 2003/4/KE u 2007/2/KE. [Em. 39] |
|
(51) |
Sabiex jiġi żgurat l-adattament meħtieġ tar-regoli dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija il-valutazzjoni u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar jew is-supplimentar ta’ din id-Direttiva sabiex biex tiġi adottata metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tal-livelli limitu għad-deskritturi tal-ħamrija li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u biex il-metodoloġiji għall-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, il-lista ta’ prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, il-lista indikattiva ta’ miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji, il-fażijiet u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit u l-kontenut tar-reġistru l-istabbiliment tal-valuri minimi tollerabbli b’rabta mad-definizzjoni ta’ riskju inaċċettabbli għas-saħħa u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati u ta’ siti potenzjalment ikkontaminati jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll , inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (43). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 40] |
|
(52) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-format, l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni b’mod elettroniku lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44). |
|
(53) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni bbażata fuq l-evidenza u, fejn meta rilevanti, reviżjoni ta’ din id-Direttiva, 6 sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li L-evalwazzjoni jenħtieġ li tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jiġi żgurat li l-ħamrija mhux f’saħħitha tiġi riġenerata u li jintlaħaq l-objettiv li l-lakuni u l-miżuri meħtieġa biex tinkiseb ħamrija f b “saħħitha sal-2050. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tivvaluta wkoll il-ħtieġa li d-definizzjoni ta” ħamrija f’saħħitha tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu dispożizzjonijiet dwar ċerti deskritturi jew kriterji bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida relatata mal-protezzjoni tal-ħamrija jew abbażi ta’ problema speċifika għal Stat Membru li tinħoloq minn ċirkostanzi ambjentali jew klimatiċi ġodda. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli. [Em. 41] |
|
(54) |
Huma meħtieġa miżuri kkoordinati mill-Istati Membri kollha sabiex tinkiseb il-viżjoni li l-ħamrija kollha tkun f’saħħitha sal-2050 u biex jiġi żgurat il-forniment fit-tul ta’ servizzi tal-ekosistema mill-ħamrija madwar l-Unjoni. L-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri wrew li ma humiex biżżejjed minħabba li d-degradazzjoni tal-ħamrija qed tkompli u saħansitra qed tiddeterjora. Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(55) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (45), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata. |
|
(55a) |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tilħaq l-objettiv fit-tul ta’ ħamrija f’saħħitha fl-Unjoni sal-2050 abbażi ta’ qafas koerenti għall-monitoraġġ tal-ħamrija u t-titjib tas-saħħa tagħha. Minħabba n-natura tagħha bħala direttiva, f’konformità mal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva hija vinkolanti fir-rigward tar-riżultat li jrid jinkiseb fl-Istati Membri li lilhom hija indirizzata, filwaqt li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali s-setgħa li jagħżlu l-forma u l-metodi biex jinkiseb ir-riżultat. Għalhekk se jkun f’idejn l-Istati Membri li jfasslu l-liġijiet tagħhom stess dwar kif jistgħu jilħqu l-għanijiet stipulati f’din id-Direttiva. L-istrument propost li huwa direttiva jħalli ħafna flessibbiltà lill-Istati Membri biex jidentifikaw l-aħjar miżuri għalihom u biex jadattaw l-approċċ għall-kundizzjonijiet lokali. Dan huwa kruċjali biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali fir-rigward tal-varjabbiltà tal-ħamrija, l-użu tal-art, il-kundizzjonijiet klimatoloġiċi u l-aspetti soċjoekonomiċi. In-natura tal-istrument timplika li l-prinċipji stipulati f’din id-Direttiva ma jinvolvux obbligi diretti fuq individwi. [Em. 42] |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Objettiv u Suġġett
1. L-objettiv tad-Direttiva huwa li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tal-ħamrija ċar, solidu u , koerenti u flessibbli għall-ħamrija kollha madwar l-UE u li sabiex tittejjeb kontinwament is-saħħa tal-ħamrija fl-Unjoni bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050 u li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni f’saħħitha u jiġi evitat id-deterjorament tagħha , sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi multipli fuq skala suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ambjentali, soċjetali u ekonomiċi, jiġu evitati u jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, tiżdied ir-reżiljenza kontra d-diżastri naturali u għas-sigurtà tal-ikel u li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija titnaqqas għal livelli li ma għadhomx jibqgħux meqjusa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Din id-Direttiva, għalhekk, tistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu miżuri li jkunu teknikament fattibbli u bbażati fuq analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji, bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050. [Em. 43]
1a. Din id-Direttiva tikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji, tal-objettivi u tal-miri internazzjonali u ta’ dawk fil-livell tal-Unjoni, inklużi dawk:
|
(a) |
fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal; |
|
(b) |
fil-Ftehim ta’ Pariġi; |
|
(c) |
fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD); |
|
(d) |
fis-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE (id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE); |
|
(e) |
fit-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE (id-Deċiżjoni (UE) 2022/591); |
|
(f) |
fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM/2011/0571). [Em. 44] |
2. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri dwar:
|
(a) |
il-monitoraġġ , iż-żamma, it-titjib, ir-riabilitazzjoni u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija , abbażi tal-istatus ekoloġiku tagħha ; [Em. 45] |
|
(b) |
il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija; |
|
(c) |
is-siti kkontaminati. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għall-ħamrija kollha fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn is-sodda ta’ blat u l-wiċċ tal-art, li huwa magħmul minn partikoli minerali, materjal organiku, ilma, arja u organiżmi ħajjin , bl-esklużjoni tad-depożiti ta’ materja prima ; [Em. 217 u 266] |
|
(1a) |
“status ekoloġiku tal-ħamrija” tfisser il-kwalità ekoloġika ta’ ħamrija evalwata skont id-diversità tal-ħamrija, l-attività bijoloġika u funzjonali, il-ħabitat u l-preżenza ta’ fatturi ta’ degradazzjoni, u ddeterminata skont il-klassifikazzjoni li ġejja:
|
|
(1b) |
“funzjonijiet ekoloġiċi tal-ħamrija” tfisser is-sett ta’ proċessi u interazzjonijiet interkonnessi fl-ekosistema tal-ħamrija li jsostnu l-ħajja, jappoġġaw il-bijodiversità tal-ħamrija u huma r-riżultat tagħha u jżommu s-saħħa u l-produttività ġenerali tal-ambjenti terrestri, bħaċ-ċiklaġġ tan-nutrijenti, id-dekompożizzjoni tal-materja organika, il-formazzjoni tal-istruttura tal-ħamrija, il-filtrazzjoni u l-purifikazzjoni tal-ilma, is-sekwestru tal-karbonju, u jipprovdu ħabitats u riżorsi għal firxa varjata ta’ organiżmi; [Em. 47] |
|
(2) |
“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikro-organiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali; |
|
(3) |
“servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi ” tfisser il-kontribuzzjonijiet kontribuzzjonijiet diretti u indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji għall-benesseri ġenerali tas-soċjetà kollha kemm hi, u benefiċċji ekonomiċi, soċjali, kulturali u oħrajn li n-nies jieħdu , ambjentali kif ukoll benefiċċji oħra li n-nies jidderivaw minn dawk l-ekosistemi; [Em. 48] |
|
(3a) |
“bijodiversità tal-ħamrija” tfisser il-varjazzjoni fil-ħajja tal-ħamrija, mill-ġeni għall-komunitajiet, u l-kumplessi ekoloġiċi li huma parti minnhom, jiġifieri kumplessi li jvarjaw minn mikroħabitats tal-ħamrija għal pajsaġġi; [Em. 49] |
|
(4) |
“saħħa tal-ħamrija” tfisser il-kundizzjoni fiżika, kimika , funzjonali u bijoloġika tal-ħamrija li tiddetermina l-kapaċità tagħha li tiffunzjona bħala sistema ħajja vitali ta’ għajxien u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi, filwaqt li jitqies l-użu tal-art ; [Em. 50] |
|
(5) |
“ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija” tfisser prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija li għandhom l-għan li jżommu jew itejbu s-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ħamrija mingħajr ma jfixklu l-funzjonijiet li jippermettu dawk is-servizzi, jew li jkunu ta’ detriment għal proprjetajiet oħrajn tal-ambjent; tal-ħamrija filwaqt li jqisu l-effetti soċjoekonomiċi; [Em. 51] |
|
(6) |
“prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija” tfisser prattiki li jħallu impatt fuq il-kwalitajiet fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi ta’ ħamrija; |
|
(7) |
“ħamrija ġestita” tfisser ħamrija fejn jitwettqu prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija; |
|
(8) |
“distrett tal-ħamrija” tfisser il-parti tat-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ diversi Stati Membri , kif delimitata minn dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri f’konformità ma’ din id-Direttiva; [Em. 52] |
|
(9) |
“valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija” tfisser l-evalwazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija abbażi tal-kejl jew l-istima tad-deskritturi tal-ħamrija; |
|
(10) |
“sit ikkontaminat” tfisser żona delineata ta’ roqgħa waħda jew aktar bi preżenza kkonfermata ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija kkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat mill-preżenza ta’ sustanza jew materjal fil-ħamrija f’konċentrazzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għas-saħħa jew għall-ambjent ; [Em. 53] |
|
(11) |
“deskrittur tal-ħamrija” tfisser parametru li jiddeskrivi karatteristika fiżika, kimika jew bijoloġika tas-saħħa tal-ħamrija; |
|
(12) |
“art” tfisser is-superfiċje tad-Dinja li ma hijiex mgħottija bl-ilma; |
|
(13) |
“kopertura tal-art” tfisser il-kopertura fiżika u bijoloġika tas-superfiċje tad-dinja; |
|
(14) |
“art naturali” tfisser żona fejn l-attività tal-bniedem ma tkunx immodifikat sostanzjalment il-funzjonijiet ekoloġiċi primarji u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet ta’ żona; |
|
(15) |
“art seminaturali” tfisser żona fejn il-ġemgħat ekoloġiċi jkunu ġew immodifikati sostanzjalment fil-kompożizzjoni, il-bilanċ jew il-funzjoni tagħhom mill-attivitajiet tal-bniedem, iżda jżommu valur potenzjalment għoli f’termini ta’ bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi; |
|
(16) |
“art artifiċjali” tfisser art użata bħala pjattaforma għall-kostruzzjonijiet u l-infrastruttura jew bħala sors dirett ta’ materja prima jew bħala arkivju għal patrimonju storiku għad-detriment tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi oħrajn tal-ekosistema; |
|
(17) |
“teħid tal-art” tfisser il-konverżjoni ta’ art naturali u seminaturali f’art artifiċjali; |
|
(17a) |
“ssiġillar tal-ħamrija” tfisser meta art tiġi mgħottija b’materjal impermeabbli, b’mod partikolari fil-kuntest tal-użu tal-art bħala pjattaforma għall-bini u għall-infrastruttura; [Em. 54] |
|
(17b) |
“desiġillar tal-ħamrija” tfisser il-konverżjoni mill-ġdid ta’ art li ma tkunx għadha qed twettaq il-funzjonijiet tal-ħamrija naturali tagħha, bħal infiltrazzjoni, perkolazzjoni u funzjonalità idroloġika, f’ħamrija funzjonali; [Em. 55] |
|
(18) |
“funzjoni ta’ trasferiment” tfisser regola matematika li tippermetti li l-valur ta’ kejl, imwettaq bl-użu ta’ metodoloġija differenti minn metodoloġija ta’ referenza, jiġi kkonvertit fil-valur li jinkiseb bit-twettiq tal-kejl tal-ħamrija bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza; |
|
(19) |
“membri tal-pubbliku kkonċernati il-pubbliku kkonċernat ” tfisser il-membri tal-pubbliku affettwati il-pubbliku affettwat jew li x’aktarx jiġu affettwati jiġi affettwat mid-degradazzjoni tal-ħamrija, jew li għandhom jkollu interess fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, inklużi s-sidien tal-artijiet ċ-ċittadini, is-sidien, il-maniġers u l-utenti tal-artijiet, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali. [Em. 56] |
|
(19a) |
“il-pubbliku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar, u, f’konformità mal-liġi jew mal-prassi nazzjonali, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi li jinkludu tali persuni; [Em. 57] |
|
(20) |
“kontaminazzjoni tal-ħamrija” tfisser il-preżenza ta’ sustanza kimika jew sustanza jew materjal fil-ħamrija f’konċentrazzjoni li tista’ tkun twassal, direttament jew indirettament, għal effetti ta’ ħsara għas-saħħa fuq is-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent tal-annimali jew l-ambjent ; [Em. 58] |
|
(21) |
“kontaminant” tfisser sustanza li tista’ tikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija; |
|
(22) |
“riġenerazzjoni” tfisser attività intenzjonata mmirata biex treġġa’ lura l-ħamrija minn kundizzjoni degradata għal kundizzjoni f’saħħitha; |
|
(23) |
“riskju” tfisser il-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent li jirriżultaw mill-esponiment għall-kontaminazzjoni minn esponiment għal kontaminazzjoni tal-ħamrija; [Em. 59] |
|
(24) |
“investigazzjoni tal-ħamrija” tfisser proċess biex jiġu vvalutati l-preżenza u l-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti fil-ħamrija li ġeneralment jitwettaq fi stadji differenti; |
|
(25) |
“ġeografikament espliċita” tfisser informazzjoni referenzjata u maħżuna b’mod li tippermetti li tiġi mmappjata u lokalizzata bi preċiżjoni u akkuratezza speċifiċi; |
|
(26) |
“rimedju rimedjazzjoni tal-ħamrija” tfisser azzjoni ta’ riġenerazzjoni li tnaqqas, tiżola jew timmobilizza timmobbilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti tal-kontaminanti fil-ħamrija taħt livell limitu ta’ tossiċità li għalih jistgħu jiġu esklużi perikli sinifikanti għall-organiżmi f’kuntatt ma’ dik il-ħamrija, bl-għan li jittejjeb l-istatus ekoloġiku . [Em. 60] |
Artikolu 4
Distretti tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom , f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u transreġjonali, jistabbilixxu d-distretti distretti tal-ħamrija , ibbażati, meta xieraq, fuq unitajiet amministrattivi eżistenti li jinsabu fit-territorju kollu tagħhom stess u f’territorji transfruntiera flimkien ma’ Stati Membri ġirien . [Em. 61]
L-għadd ta’ distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru għandu bħala minimu jikkorrispondi għan-numru ta’ unitajiet territorjali ta’ NUTS 1 stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003. [Em. 221/rev1]
2. Meta jistabbilixxu l-firxa ġeografika tad-distretti tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-użu tal-art, l-istrutturi ta’ governanza u l-unitajiet amministrattivi eżistenti u għandhom ifittxu omoġeneità jipprijoritizzaw l-omoġeneità f’kull distrett tal-ħamrija fir-rigward tal-parametri li ġejjin: [Em. 63]
|
(a) |
it-tip ta’ ħamrija kif definit fil-Bażi ta’ Referenza Dinjija għar-Riżorsi tal-Ħamrija (46); |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet klimatiċi; |
|
(c) |
iż-żona ambjentali kif deskritta fir-Rapport Alterra 2281 (47); |
|
(d) |
l-użu tal-art jew il-kopertura tal-art kif użati fil-programm ta’ Stħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta (LUCAS); |
|
(da) |
id-distretti tal-baċini tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE u l-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fid-Direttiva (UE) 2020/2184; [Em. 64] |
|
(db) |
l-eżistenza ta’ reġjuni arċipelaġiċi remoti bi gżejjer mifruxa bejniethom, b’kull gżira li tikkorrispondi għal distrett tal-ħamrija;[Em. 224/rev1] |
|
(dc) |
l-użu tal-Copernicus fid-delimitazzjoni tad-distretti tal-ħamrija. [Em. 226/rev1] |
2a. L-Istati Membri għandhom, meta xieraq, jiżguraw li d-distretti tal-ħamrija ta’ Stati Membri ġirien li fihom ikun hemm effetti transkonfinali fuq il-ħamrija, użu komparabbli tal-art bejn il-fruntieri jew valuri simili għall-parametri msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), jikkooperaw ma’ xulxin biex jiskambjaw l-aħjar prattiki. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-distretti tal-ħamrija jieħdu approċċ koerenti minn naħa għall-oħra tal-fruntieri. [Em. 65]
2b. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-distretti tal-ħamrija tagħhom jikkooperaw fuq bażi transfruntiera u għandha tiffaċilita l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ, tal-funzjonijiet ta’ trasferiment, tad-disinn tal-monitoraġġ u tal-klassifikazzjoni tal-istatus ekoloġiku fil-livell tad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I. [Em. 66]
Artikolu 5
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f’livell xieraq għat-twettiq tad-dmirijiet stipulati f’din id-Direttiva , filwaqt li jqisu r-responsabbiltajiet u d-diviżjonijiet amministrattivi eżistenti, inkluż fil-każ ta’ distretti transfruntiera tal-ħamrija . [Em. 68]
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda għal kull distrett ta’ ħamrija tal-ħamrija stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti waħda għal diversi distretti tal-ħamrija. [Em. 69]
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 18(3), il-punt (b). Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha. [Em. 70]
Kapitolu II
Monitoraġġ u valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
Artikolu 6
Qafas ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-teħid tal-art
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta’ monitoraġġ ibbażat fuq id-distretti tal-ħamrija stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(1), biex jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ regolari u akkurat tas-saħħa tal-ħamrija f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Annessi I u II , u jkun komplementari għall-approċċ ta’ valutazzjoni stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE . [Em. 71]
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-saħħa tal-ħamrija u t-teħid tal-art f’kull distrett tal-ħamrija. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-istituti nazzjonali tar-riċerka, is-sistemi ta’ monitoraġġ nazzjonali eżistenti u d-data disponibbli. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa mill-Istati Membri ma għandhomx jirriżultaw f’piż finanzjarju għall-maniġers tal-artijiet. [Em. 72]
3. Il-qafas ta’ monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
il-punti ta’ kampjunar tal-ħamrija u l-fond ta’ kampjunar li għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 8(2); [Em. 73] |
|
(c) |
il-kejl tal-ħamrija mwettaq mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm; |
|
(d) |
id-data u l-prodotti ta’ telerilevament xjentifikament robusti msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm; [Em. 74] |
|
(e) |
l-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(1). |
4. Il-Kummissjoni għandha, soġġetta għal ftehim mill-Istati Membri kkonċernati, twettaq kejl regolari tal-ħamrija fuq kampjuni tal-ħamrija meħuda in situ, abbażi tad-deskritturi u l-metodoloġiji rilevanti msemmija fl-Artikoli 7 u 8, biex tappoġġa l-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mill-Istati Membri. Meta Stat Membru jipprovdi ftehim f’konformità ma’ dan il-paragrafu, huwa għandu jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tali kampjunar tal-ħamrija in situ. [Em. 227/rev1]
4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ewwel kejl tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 4 jitwettaq sa... [OP: daħħal id-data = tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ewwel kejl tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 4 jitwettaq sa... [OP: daħħal id-data = tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru, tipprovdi assistenza ulterjuri sa 50 % tal-kampjunar matul l-ewwel ċiklu ta’ monitoraġġ nazzjonali. [Em. 76]
5. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandhom jingranaw id-data u l-prodotti eżistenti bbażati fl-ispazju mwassla taħt il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 biex jesploraw u jiżviluppaw prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.
6. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom, abbażi tad-data eżistenti u fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jistabbilixxu portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija li għandu jipprovdi aċċess f’format spazjali ġeoreferenzjat , f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48) , għal mill-inqas id-data disponibbli dwar is-saħħa tal-ħamrija li tirriżulta minn: [Em. 77]
|
(a) |
il-kejl tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 8(2); |
|
(b) |
il-kejl tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
id-data u l-prodotti rilevanti ta’ telerilevament tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. |
6a. Il-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija msemmi fil-paragrafi 3 sa 6 għandu jibni fuq l-oqfsa ta’ monitoraġġ eżistenti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża d-data mill-Osservatorju tal-Ħamrija LUCAS. [Em. 78]
7. Il-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 6 jista’ jipprovdi wkoll aċċess għal data oħra relatata mas-saħħa tal-ħamrija minbarra d-data msemmija f’dak il-paragrafu jekk dik id-data tkun ġiet kondiviża jew miġbura f’konformità mal-formati jew il-metodi stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 8.
7a. Il-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija għandu jinkludi s-Sett ta’ Għodod għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Ħamrija msemmi fl-Artikolu 10a. [Em. 79]
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formati jew metodi għall-kondiviżjoni jew il-ġbir tad-data msemmija fil-paragrafu 7 jew għall-integrazzjoni ta’ dik id-data fil-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija , filwaqt li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21. [Em. 80]
8a. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri s-servizzi meħtieġa ta’ konsulenza, assistenza u bini tal-kapaċità u tappoġġa l-metodi, l-arkivji, l-armonizzazzjoni multilaterali tar-regolamenti u l-inizjattivi ta’ monitoraġġ tagħhom, u b’hekk tagħlaq il-lakuni eżistenti fid-data u telimina l-konġestjonijiet fil-flussi tax-xogħol billi tikkondividi għarfien espert komuni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tibni fuq il-mekkaniżmi eżistenti, inkluża l-inizjattiva Soil BON. [Em. 81]
Artikolu 6a
Użu effiċjenti u preservazzjoni tal-kampjuni tal-ħamrija
1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-Osservatorju Ewropew tal-Ħamrija, għandhom jistabbilixxu miżuri biex jiżguraw li l-arkivji fiżiċi tal-ħamrija, l-estratti tad-DNA u l-arkivju diġitali tad-data mhux ipproċessata, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, jibqgħu disponibbli għal aktar riċerka u innovazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjuni jinħażnu b’mod xieraq għall-użu sostenibbli tagħhom fit-tul
2. Sa... [OP: daħħal id-data = 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida bi protokolli ta’ referenza biex il-kampjuni tal-ħamrija jintużaw bl-aktar mod kosteffiċjenti. [Em. 82]
Artikolu 7
Deskritturi tal-ħamrija, kriterji għall-kundizzjoni f’saħħitha għall-istatus ekoloġiku tal-ħamrija, u indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija [Em. 83]
1. Meta jimmonitorjaw u jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija il-ħamrija , l-Istati Membri għandhom jistgħu japplikaw id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa li jillustraw bl-aħjar mod il-karatteristiċi tal-ħamrija elenkati ta’ kull tip ta’ ħamrija fil-livell nazzjonali elenkat fl-Anness I. [Em. 228]
Meta jimmonitorjaw it-teħid tal-art, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija msemmija fl-Anness I.
2. L-Istati Membri jistgħu jadattaw id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa għandhom jagħżlu l-livell adegwat għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija msemmija fil-parti A tal-Anness I, li għalih jikkwalifikaw f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet kolonni fil-parti mal-kundizzjonijiet tal-Anness I, u għandhom jiżguraw li jinkludu mill-inqas id-deskritturi kollha tal-ħamrija fil-Parti A tal-Anness I. [Em. 85]
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kontaminanti organiċi għad-deskrittur tal-ħamrija relatat mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fil-parti B A tal-Anness I. [Em. 86]
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji tas-saħħa tal-ħamrija għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fil-parti B tal-Anness I f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tielet kolonna fil-parti B tal-Anness I. [Em. 87]
5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu deskritturi addizzjonali tal-ħamrija u indikaturi tat-teħid tal-art, inklużi iżda mhux limitati għad-deskritturi u l-indikaturi fakultattivi elenkati fil-partijiet C u fil-parti D tal-Anness I, għal finijiet ta’ monitoraġġ (“deskritturi addizzjonali tal-ħamrija” u “indikaturi addizzjonali tat-teħid tal-art”). [Em. 88]
6. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni meta jiġu stabbiliti jew adattati deskritturi tal-ħamrija, indikaturi tat-teħid tal-art u kriterji tas-saħħa tal-ħamrija f’konformità mal-paragrafi minn 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 9 . [Em. 89]
Artikolu 8
Kejl u metodoloġiji
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-punti ta’ kampjunar billi japplikaw il-metodoloġija stabbilita fil-parti A tal-Anness II fl-Anness I skont il-livell magħżul għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija, filwaqt li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq sistemi ta’ monitoraġġ eżistenti . [Em. 90]
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu kejl tal-ħamrija billi jieħdu kampjuni tal-ħamrija fil-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-paragrafu 1 u jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw id-data sabiex jiddeterminaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija skont il-livell magħżul għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija kif stabbiliti fl-Anness I; [Em. 91] |
|
(b) |
fejn rilevanti, il-valuri tad-deskritturi addizzjonali tal-ħamrija; |
|
(c) |
il-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti D tal-Anness I. |
3. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-metodoloġiji għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stabbiliti fil-parti B tal-Anness fl-Anness II; [Em. 92] |
|
(b) |
il-kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija stabbiliti fil-parti C tal-Anness II; |
|
(c) |
kwalunkwe rekwiżit stipulat mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 6. |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel fl-ewwel subparagrafu , il-punti (a) u (b) , diment li jkunu disponibbli funzjonijiet ta’ trasferiment ivvalidati jew jistgħu jiġu stmati billi titqabbel data meħuda fil-livell nazzjonali ma’ monitoraġġ in situ kkoordinat mill-Kummissjoni , kif meħtieġ fir-raba fl-Anness II, il-parti B, ir-raba ’ kolonna tal-parti B tal-Anness II. [Em. 93]
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel kejl tal-ħamrija jsir sa mhux aktar tard minn… (OP: jekk jogħġbok [OP: daħħal id-data = 4 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) ] . [Em. 94]
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kejl ġdid tal-ħamrija mill-inqas kull 5 snin 6 snin jew qabel, kull meta tiġi suspettata modifika tal-istatus tal-ħamrija . L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ukoll il-monitoraġġ in situ tal-ħamrija kkoordinat mill-Kummissjoni tad-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija jiġu aġġornati mill-inqas kull sena sentejn . [Em. 95]
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness II sabiex tadatta l-metodoloġiji ta’ referenza msemmija fih għall-progress tekniku u xjentifiku, b’mod partikolari meta l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija jkunu jistgħu jiġu ddeterminati permezz tat-telerilevament imsemmi fl-Artikolu 6(5). [Em. 96]
Artikolu 9
Valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija fid-distretti kollha tal-ħamrija tagħhom abbażi tad-data miġbura fil-kuntest tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 għal kull wieħed mid-deskritturi tal-ħamrija msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I fl-Anness I skont il-livell magħżul għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi storiċi u naturali tal-ħamrija . [Em. 97]
Għall-valutazzjoni tal-istatus ekoloġiku tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll id-data miġbura fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 14. [Em. 98]
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-istatus ekoloġiku tal-ħamrija jsiru mill-inqas kull 5 6 snin u li l-ewwel valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija ssir sa … (OP: jekk jogħġbok [OP: daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva) tad-Direttiva], akkumpanjata minn rapporti dwar it-titjib, ix-xejriet, il-progress jew ir-rigressjoni relattivi . [Em. 99]
2. Ħamrija titqies f’saħħitha f’konformità ma’ din id-Direttiva meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: l-ħamrija tkun ikklassifikata bi status ekoloġiku tajjeb jew għoli.
|
(a) |
il-valuri għad-deskritturi kollha tal-ħamrija elenkati fil-parti A tal-Anness I jissodisfaw il-kriterji stipulati hemmhekk u, fejn applikabbli, adattati f’konformità mal-Artikolu 7; |
|
(b) |
il-valuri għad-deskritturi kollha tal-ħamrija elenkati fil-parti B tal-Anness I jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 7 (“ħamrija f’saħħitha”). [Em. 100] |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ħamrija f’żona tal-art elenkata fir-raba’ kolonna tal-Anness I ma għandhiex tqis il-valuri stabbiliti fit-tielet kolonna għal dik iż-żona tal-art. [Em. 101]
Il-ħamrija ma tkunx f’saħħitha meta mill-inqas wieħed mill-kriterji msemmija fis-subparagrafu 1 ma jiġix issodisfat (“ħamrija mhux f’saħħitha”). [Em. 102]
3. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fil-parti fil-partijiet A, B u C tal-Anness I , skont il-livell magħżul għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija, u jivvalutaw jekk hemmx telf kritiku tal-bijodiversità tal-ħamrija u tas-servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi , filwaqt li jqisu d-data rilevanti u l-għarfien xjentifiku disponibbli. [Em. 103]
L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti D tal-Anness I u jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema u fuq l-objettivi u l-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.
4. Abbażi tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha, fejn meta dan ikun rilevanti b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, tidentifika, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni tal-ħamrija li ma jkunux ta’ status ekoloġiku għoli jew tajjeb tal-ħamrija li jippreżentaw ħamrija mhux f’saħħitha, u tinforma lill-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 19. [Em. 104]
4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sal-31 ta’ Diċembru 2026 f’konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tal-livelli limitu għad-deskritturi tal-ħamrija fl-Anness I għal kull status ekoloġiku tal-ħamrija. Il-metodoloġija għandha tqis l-aktar evidenza xjentifika reċenti kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi u t-tip ta’ ħamrija differenti. [Em. 105]
4b. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozz tal-valuri tal-livelli limitu għad-deskritturi tal-ħamrija fl-Anness I, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi, it-tip ta’ ħamrija u t-tip ta’ żona tal-art, flimkien mal-ġustifikazzjoni xjentifika u l-evidenza li fuqhom ikunu bbażaw l-għażliet tagħhom. [Em. 106]
4c. Fi żmien 6 xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-abbozz tal-valuri tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 4b, il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet dwar l-abbozz tal-valuri tal-livelli limitu, filwaqt li tivvaluta l-ġustifikazzjoni xjentifika u tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, meta jkun xieraq, jirrevedu l-valuri tal-livelli limitu proposti. [Em. 107]
4d. Diment li kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4c tkun ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tapprova l-valuri tal-livelli limitu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029. [Em. 108]
4e. Meta japplikaw Livell 2 għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn varjazzjoni sa 20 % meta mqabbla mal-valuri tal-livelli limitu stabbiliti skont il-paragrafu 4d. [Em. 110]
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għal ċertifikazzjoni volontarja tas-saħħa tal-ħamrija għas-sidien u l-maniġers tal-artijiet skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 111]
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tarmonizza l-format taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21. [Em. 112]
6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 9 lis-sidien u l-maniġers tal-artijiet rilevanti fuq talba tagħhom u jagħmluhom disponibbli mingħajr ħlas , b’mod partikolari biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-parir imsemmi fl-Artikolu 10(3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tar-riċerka jkollhom aċċess faċli u kontinwu għal kampjuni, estratti tad-DNA u data mhux ipproċessata mingħajr ħlas. [Em. 113]
Kapitolu III
Ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija
Artikolu 10
Ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija
1. Minn (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas il-miżuri li ġejjin, filwaqt li jqisu t-tip, l-użu u l-kundizzjoni tal-ħamrija:
|
(a) |
jiddefinixxu l-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija li jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija elenkati fl-Anness III li għandhom jiġu implimentati gradwalment fuq il-ħamrija kollha ġestita u, abbażi tal-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-ħamrija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 9, il-prattiki ta’ riġenerazzjoni li għandhom jiġu implimentati gradwalment fuq il-ħamrija mhux f’saħħitha fl-Istati Membri; |
|
(b) |
jiddefinixxu l-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija u prattiki oħrajn li jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa tal-ħamrija li għandhom jiġu evitati mill-maniġers tal-ħamrija. |
Meta jiddefinixxu l-prattiki u l-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness IV, kif ukoll l-aħħar għarfien xjentifiku eżistenti, inklużi r-riżultati li joħorġu mill-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”.
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-sinerġiji mal-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri stabbiliti fl-Anness IV. Id-data dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija, l-analiżi msemmija fl-Artikolu 9 u l-miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija għandhom jinformaw l-iżvilupp tal-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri stabbiliti fl-Anness IV.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċess ta’ elaborazzjoni tal-prattiki msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun miftuħ, inklużiv u effettiv u li l-membri tal-pubbliku kkonċernati, b’mod partikolari s-sidien tal-artijiet u l-maniġers, ikunu involuti u jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fl-elaborazzjoni tagħhom. [Em. 248]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess faċli u ugwali għal parir imparzjali u indipendenti dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, l-attivitajiet ta’ taħriġ u l-bini tal-kapaċità maniġerjali tal-ħamrija, għas-sidien tal-artijiet , għall-maniġers tal-artijiet u għall-awtoritajiet rilevanti , fid-distretti kollha tal-ħamrija tagħhom . [Em. 120 u 249]
L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji multipli fuq perjodu ta’ żmien medju u twil tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-ħtieġa li l-ħamrija tiġi ġestita b’mod sostenibbli; |
|
(b) |
jippromwovu r-riċerka , l-innovazzjoni u x-xjenza taċ-ċittadini u jħeġġu u l-implimentazzjoni ta’ kunċetti olistiċi ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija;[Em. 121 u 250] |
|
(c) |
jagħmlu disponibbli mmappjar aġġornat regolarment tal-istrumenti u l-attivitajiet ta’ finanzjament disponibbli biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija , u attivitajiet oħra biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi r-riċerka u x-xjenza taċ-ċittadini . [Em. 122] |
3. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw regolarment l-effettività tal-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu u, fejn rilevanti, jirrieżaminaw u jirrevedu dawk il-miżuri, filwaqt li jqisu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 9. [Em. 251]
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III sabiex tadatta l-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija biex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 123 u 252]
4a. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tassisti u tipprovdi gwida lill-Istati Membri rigward l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi marbuta mal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija elenkati fl-Anness III. [Em. 124]
Artikolu 10a
Sett ta’ Għodod għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Ħamrij
1. Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sett ta’ għodod għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija li jipprovdi lill-maniġers tal-ħamrija informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
2. Is-sett ta’ għodod għandu jkun fih:
|
(a) |
rakkomandazzjonijiet u eżempji tal-aħjar prattiki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jimmonitorjaw l-impatt tal-prattiki tal-ġestjoni tal-ħamrija, u informazzjoni dwar l-impatt ta’ tali prattiki fuq diversi servizzi tal-ekosistemi u theddid għall-ħamrija; |
|
(b) |
l-informazzjoni speċifika għall-kuntest relatata ma’ kombinazzjonijiet ta’ tip ta’ ħamrija, użu tal-art u kundizzjonijiet klimatiċi; |
|
(c) |
għarfien ġdid mir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż mill-missjoni Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”; |
|
(d) |
informazzjoni rilevanti oħra miġbura mill-Kummissjoni jew ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. |
3. Is-sett ta’ għodod għandu jkun disponibbli pubblikament mingħajr ħlas, u għandu jkun inkluż fil-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija stabbilit f’konformità mal-Artikolu 6(6).
Il-Kummissjoni għandha, b’mod attiv, taġġorna u tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tippromwovi l-kontenut tas-sett ta’ għodod lill-maniġers tal-artijiet. [Em. 125]
Artikolu 11
Prinċipji ta’ Mitigazzjoni tat-teħid tal-art [Em. 126]
Fil-każ tat-teħid tal-art, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji jikkunsidraw l-azzjonijiet li ġejjin jiġu rrispettati f’każ ta’ teħid tal-art , filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet lokali u l-impatti soċjoekonomiċi : [Em. 127]
|
(a) |
jiġi evitat jew imnaqqas kemm jista’ jkun teknikament , soċjalment u ekonomikament it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi ekosistema multipla u servizzi tal-ekosistema, inkluża l-produzzjoni tal-ikel, oħra, inklużi l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti billi:[Em. 128 u 254]
|
|
(b) |
jekk ikun possibbli, jiġi kkumpensat kemm jista’ jkun it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema tal-ekosistemi; tali kumpens, meta jkun applikabbli, jista’ jsir fuq livell aggregat jew b’mod transfruntier bejn l-Istati Membri jekk id-distrett tal-ħamrija jkollu l-istess karatteristiċi bħal distrett tal-ħamrija biswit fi Stat Membru ġar jew f’distrett transfruntier tal-ħamrija . [Em. 132] |
|
(ba) |
l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat kumpens ġust lis-sidien tal-art f’każ ta’ teħid tal-art; [Em. 133] |
|
(bb) |
l-istabbiliment ta’ miżuri għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-teħid tal-art, inkluż l-immappjar ta’ art mitluqa u siti industrijali abbandunati u inċentivi għar-restawr u l-użu mill-ġdid ta’ żoni abbandunati b’ħamrija ssiġillata. [Em. 134] |
Kapitolu IV
Siti kkontaminati
Artikolu 12
Approċċ ibbażat fuq ir-riskju
1. L-Istati Membri għandhom jiġġestixxu u jnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati, u jżommuhom f’livelli aċċettabbli meta jitqies l-użu maħsub tal-ħamrija , filwaqt li jqisu l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju meħuda skont l-Artikolu 15, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 15. [Em. 135]
2. Sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu approċċ ibbażat fuq ir-riskju għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 13; |
|
(b) |
l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14; |
|
(c) |
il-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15. |
3. Ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti aktar stretti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.
4. Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom jingħataw Il-pubbliku għandu jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi: [Em. 136]
|
(a) |
biex jipparteċipaw fl-istabbiliment u l-applikazzjoni konkreta tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju kif definit f’dan l-Artikolu , l-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 13, l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14 u l-valutazzjoni u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15, meta l-għażliet kollha jkunu għadhom disponibbli ; [Em. 137] |
|
(b) |
biex jipprovdu informazzjoni u evidenza rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 13, l-investigazzjoni għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) fi kwalunkwe ħin, bħall-bijomonitoraġġ uman jew id-data ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14 u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15 monitoraġġ ambjentali ; [Em. 138] |
|
(c) |
biex jitolbu l-korrezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru għal siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 16. |
4a. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat fil-ħin, u b’mod adegwat u effettiv, inkluż permezz ta’ avviżi pubbliċi u media elettronika, dwar l-informazzjoni rilevanti kollha. [Em. 139]
4b. L-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq l-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4 meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u fir-rigward tad-deskritturi tal-ħamrija għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija elenkati fl-Anness I. [Em. 140]
4c. Meta l-evidenza turi tniġġis mifrux tal-ħamrija jew esponiment għas-sustanza jew it-taħlita kkonċernata permezz tal-ħamrija, l-awtorità kompetenti għandha tibda proċess ta’ ġestjoni tar-riskju. Meta l-evidenza turi nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent ikkawżat minn sustanza jew taħlita perikoluża preżenti fil-ħamrija, l-awtorità kompetenti għandha tinvestiga aktar bil-ħsieb li tieħu miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, meta dan ikun meħtieġ. [Em. 141]
4d. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-pubbliku bi kwalunkwe deċiżjoni jew miżura meħuda skont il-paragrafi 4 u 4c u bir-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni jew il-miżura, inkluża spjegazzjoni ta’ kif tqieset l-informazzjoni. [Em. 142]
Artikolu 13
Identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw b’mod sistematiku u attiv is-siti kollha fejn meta tiġi suspettata kontaminazzjoni tal-ħamrija abbażi tal-evidenza miġbura permezz tal-mezzi xierqa kollha , inkluż il-kontribut taċ-ċittadini, u jistabbilixxu l-proċeduri disponibbli (“siti potenzjalment ikkontaminati”). [Em. 143]
2. Meta jidentifikaw is-siti potenzjalment ikkontaminati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-operat ta’ attività ta’ riskju ta’ kontaminazzjoni potenzjalment attiva jew inattiva; |
|
(b) |
l-operat ta’ attività msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE; |
|
(c) |
l-operat ta’ stabbiliment imsemmi fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49); |
|
(d) |
l-operat ta’ attività msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50); [Em. 144] |
|
(e) |
l-okkorrenza ta’ aċċident, kalamità, diżastru, inċident jew tixrid potenzjalment kontaminanti; |
|
(f) |
kwalunkwe avveniment ieħor li jista’ jikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija; |
|
(fa) |
kwalunkwe żona użata għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb; [Em. 145] |
|
(g) |
kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mwettaq f’konformità mal-Artikoli 6, 7 u 8; |
|
(ga) |
okkorrenza ta’ kwalunkwe marda li tkun preżunta li hija marbuta mal-esponiment għall-kontaminazzjoni permezz tal-ħamrija; [Em. 146] |
|
(gb) |
kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-pubbliku jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. [Em. 147] |
Għall-fini tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ attivitajiet ta’ riskju potenzjalment kontaminanti. Dawk l-attivitajiet jistgħu jiġu kklassifikati aktar skont ir-riskju tagħhom li jikkawżaw kontaminazzjoni tal-ħamrija abbażi ta’ evidenza xjentifika.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kollha potenzjalment ikkontaminati jiġu identifikati sa (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 7 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) u jiġu rreġistrati kif xieraq fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 sa dik id-data.
Artikolu 14
Investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kollha potenzjalment ikkontaminati identifikati f’konformità mal-Artikolu 13 ikunu soġġetti għal investigazzjoni tal-ħamrija skont l-ordni ta’ prijorità . [Em. 148]
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar l-iskadenza, il-kontenut, il-forma u l-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija , filwaqt li jqisu l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi . Dawk ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju msemmi fl-Artikolu 12 u l-lista ta’ attivitajiet ta’ riskju potenzjalment kontaminanti msemmija fit-tieni fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2). [Em. 149]
Is-siti potenzjalment ikkontaminati li jinsabu f’żoni użati għall-estrazzjoni tal-ilma għall-konsum mill-bniedem għandhom jingħataw prijorità għall-investigazzjoni tal-ħamrija. [Em. 150]
L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ir-rapporti ta’ referenza u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE bħala investigazzjoni tal-ħamrija, fejn xieraq.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll eventi speċifiċi li jwasslu għal investigazzjoni qabel l-iskadenza stabbilita f’konformità mal-paragrafu 2.
Artikolu 15
Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni ta’ siti kkontaminati
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għad-determinazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit ta’ siti kkontaminati. Tali metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-fażijiet u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit elenkati fl-Anness VI.
2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu x’jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati billi jqisu l-għarfien xjentifiku eżistenti, l-opinjoni tal-professjonisti tas-saħħa u l-awtoritajiet tas-saħħa, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali, u l-użu attwali u futur tal-art. [Em. 151]
3. Għal kull sit ikkontaminat identifikat skont l-Artikolu 14 jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha twettaq valutazzjoni speċifika għas-sit għall-użi attwali u ppjanati tal-art biex tiddetermina jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent. [Em. 152]
3a. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-valutazzjonijiet li jkunu ġew implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE bħala suffiċjenti. [Em. 153]
4. Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha tieħu tiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa biex iġġib ir-riskji għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent (“miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji”). [Em. 154]
5. Il-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji jistgħu jikkonsistu mill-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq il-miżuri msemmija fl-Anness V. Meta tiddeċiedi dwar il-miżuri xierqa ta’ tnaqqis tar-riskji, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kostijiet, il-benefiċċji, l-effettività, id-durabbiltà u l-fattibbiltà teknika tal-miżuri disponibbli ta’ tnaqqis tar-riskji fuq terminu qasir u fit-tul . L-Istati Membri għandhom dejjem jimmiraw għall-prevenzjoni u d-dekontaminazzjoni tal-ħamrija. [Em. 155]
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li jaffettwaw il-korpi tal-ilma tal-madwar użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mal-istandards tar-riskju aċċettabbli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2020/2184. [Em. 156]
5a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi valuri massimi tollerabbli fir-rigward tad-definizzjoni ta’ riskju inaċċettabbli għas-saħħa u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati kif imsemmi fil-paragrafu 2. [Em. 157]
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Annessi V u VI biex tadatta l-lista ta’ miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit għall-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 16
Reġistru
1. Sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-paragrafu 2, ifasslu reġistru ta’ siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati.
2. Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.
3. Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-awtorità kompetenti responsabbli u għandu jinżamm regolarment taħt rieżami u aġġornat.
4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw , jagħmlu aċċessibbli b’mod faċli għall-utent u mingħajr ħlas ir-reġistru u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi rrifjutata jew ristretta mill-awtorità kompetenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51). [Em. 158]
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli f’bażi ta’ data spazjali ġeoreferenzjata online.
5. Il-Kummissjoni għandha sa... [ĠU: daħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21. [Em. 159]
Kapitolu V
Finanzjament, informazzjoni lill-pubbliku u rapportar mill-Istati Membri
Artikolu 17
Finanzjament mill-Unjoni u mill-Istati Membri [Em. 160]
1. Minħabba l-prijorità marbuta b’mod inerenti mal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-ħamrija u l-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija, l-implimentazzjoni sa... [ĠU: daħħal id-data = 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ], il-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata mill-programmi tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa r-riżorsi finanzjarji eżistenti disponibbli fil-livell tal-Unjoni f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva . [Em. 161]
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe diskrepanza bejn il-finanzjament disponibbli tal-Unjoni u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-appoġġ tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, filwaqt li tagħti attenzjoni speċifika lill-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ ambjentali, inkluż LUCAS dwar il-ħamrija. [Em. 162]
Għandhom jiġu stabbiliti riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-perjodu ta’ wara l-2027 sabiex tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, ir-riġenerazzjoni permanenti u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha. [Em. 163]
1a. Meta jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn riżorsi finanzjarji minn sorsi xierqa, inklużi fondi tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jiffinanzjaw azzjonijiet b’enfasi fuq il-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija. [Em. 164]
1b. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kapaċità tal-Istati Membri biex jassorbu fondi tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi taħriġ u appoġġ tekniku biex iżżid il-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri. [Em. 165]
1c. L-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, għandhom itejbu u jiffaċilitaw l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi u jippromovu l-mobilizzazzjoni ta’ kapital privat għal azzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. [Em. 166]
1d. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom josservaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 167]
Artikolu 18
Rapportar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod elettroniku d-data u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni u lill-EEA mill-inqas kull 6 kull 5 snin: [Em. 168]
|
(a) |
id-data u r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità mal-Artikoli minn 6 sa 9; |
|
(b) |
id-data ta’ sostenn, il-metadata u analiżi tax-xejriet tas-saħħa tal-ħamrija għad-deskritturi elenkati fil-partijiet A, B u C tal-Anness I , skont il-livell magħżul għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija u għall-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti fil-Parti D tal-Anness I f’konformità mal-Artikolu 9 , inklużi d-deskritturi estiżi indikati minn Stati Membri individwali ; [Em. 169] |
|
(c) |
sommarju tal-progress dwar:
|
|
(d) |
id-data u l-informazzjoni li jinsabu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16. |
L-ewwel rapporti għandhom jiġu sottomessi sa … (OP: jekk jogħġbok [OP: daħħal id-data = 5 snin u 6 xhur wara d-dħul 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) ] . [Em. 171]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-EEA jkollhom aċċess permanenti għall-informazzjoni u d-data msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’aċċess online għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
lista aġġornata u data spazjali tad-distretti tal-ħamrija tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4 sa … (OP: jekk jogħġbok [OP: daħħal id-data = sentejn u 3 xhur 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) ] u, meta jkunu disponibbli, il-pjanijiet tad-distrett tal-ħamrija rispettivi tagħhom ; [Em. 172] |
|
(b) |
lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 sa … (OP: jekk jogħġbok [OP: daħħal id-data = sentejn u 3 xhur 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) ] ; [Em. 173] |
|
(c) |
il-miżuri u l-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 10 sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin u 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva); |
|
(ca) |
il-kejl tad-deskritturi tal-ħamrija fil-livell tal-punt ta’ kampjunar. [Em. 174] |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format u l-modalitajiet għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
Artikolu 19
Informazzjoni lill-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw id-data jagħmlu d-data ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8 u l-valutazzjoni mwettqa l-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(3) ta’ din id-Direttiva aċċessibbli għall-pubbliku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52) għal data espliċita ġeografikament u l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 għal data oħra. [Em. 175]
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data rilevanti dwar is-saħħa tal-ħamrija li ssir aċċessibbli permezz tal-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 6 tkun disponibbli għall-pubbliku biss bil-permess espress tas-sid tal-art u tal-maniġer tal-art, f’forma aggregata u anonimizzata, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53) u mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54). [Em. 231]
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva tkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku biss bil-permess espress tas-sid tal-art u tal-maniġer tal-art, f’forma aggregata u anonimizzata, f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, id-Direttiva 2007/2/KE u d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament u tal-Kunsill (55). [Em. 232]
4. Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva tista’ tiġi rrifjutata jew ristretta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.
4a. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-ħamrija miġbura permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tkun disponibbli għax-xerrej potenzjali jew il-kerrej potenzjali tar-roqgħa art rilevanti. [Em. 176]
Kapitolu VI
Proċedura ta’ Delega u ta’ Kumitat
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 8, 10, 15 u 16 9 u 15 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. [Em. 177]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8, 10, 15 u 16 9 u 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 178]
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 10, 15 u 16 9 u 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 179]
Artikolu 21
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 22
Aċċess għall-ġustizzja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jkollhom interess suffiċjenti jew li jżommu l-indeboliment ta’ dritt, ikollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew korp indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt, b’mod konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Ir-rikonoxximent tal-locus standi ma għandux ikun kundizzjonali għall-membru tal-pubbliku kkonċernat li jkun wettaq rwol matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet . Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandha titqies li għandha drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti u l-interess tagħhom għandu jitqies suffiċjenti din id-Direttiva . [Em. 180]
Il-proċeduri ta’ rieżami msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ġusti, ekwi, f’waqthom u mingħajr ħlas jew ma jkunux għaljin b’mod projbittiv, u għandhom jipprovdu rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni fejn meħtieġ.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli informazzjoni prattika għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv u ġudizzjarju msemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 23
Penali
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur minn persuni fiżiċi u ġuridiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħdu lill-persuna responsabbli għall-ksur tal-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, tali multi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat annwali tal-persuna ġuridika fl-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dawn li ġejjin, kif applikabbli:
|
(a) |
in-natura, il-gravità, u l-firxa tal-ksur; |
|
(b) |
il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur; |
|
(c) |
il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwati mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. |
4. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 234]
Artikolu 24
Evalwazzjoni u rieżami
1. Sa (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tivvaluta l-progress lejn l-objettivi tagħha u l-ħtieġa li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jiġu adattati r-rekwiżiti stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi f’din id-Direttiva biex jiġi żgurat li l-ħamrija mhux f’saħħitha tiġi riġenerata u li l-ħamrija il-progress kontinwu lejn il-ħamrija kollha li tkun f’saħħitha sal-2050. Din l-evalwazzjoni għandha tqis, inter alia, l-elementi li ġejjin:[Em. 186]
|
(a) |
l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; |
|
(b) |
id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18; |
|
(c) |
id-data xjentifika u analitika rilevanti, inklużi r-riżultati minn proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni u mill-Istati Membri ; [Em. 187] |
|
(d) |
analiżi tad-distakk lejn il-kisba ta’ u l-miżuri meħtieġa biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050; [Em. 188] |
|
(e) |
analiżi tal-ħtieġa possibbli li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-punti li ġejjin:
|
|
(ea) |
analiżi tad-disinji ta’ monitoraġġ previsti u valuri tal-livelli limitu stabbiliti mill-Istati Membri taħt din id-Direttiva; [Em. 191] |
|
(eb) |
l-impatt soċjoekonomiku ta’ din id-Direttiva. [Em. 192] |
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni , akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva . [Em. 193]
2a. Minn... [ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data = tmien snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u kull ħames snin wara din, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva meħuda mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tal-progress li sar lejn il-ksib ta’ ħamrija f’saħħitha. [Em. 194]
2b. Sa... [ĠU:jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tivvaluta, bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni miġbura fl-Istati Membri rigward l-okkorrenza, it-tixrid u l-valuri ta’ kontaminanti tal-ħamrija, bil-ħsieb li tiġi stabbilita lista ta’ sustanzi prijoritarji, segwita minn lista ta’ sorveljanza dwar kontaminanti tal-ħamrija, fejn xieraq. [Em. 195]
Artikolu 24a
Forum tal-Osservatorju tal-Ħamrija tal-Unjoni Ewropea (EUSO)
Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-Forum tal-EUSO, tiffaċilita l-kooperazzjoni f’intervalli regolari bejn il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-livelli rilevanti kollha, l-industrija, is-soċjetà ċivili, u l-komunità xjentifika. Il-Forum tal-EUSO għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni relatati mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u t-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, fost l-oħrajn permezz ta’ skambju ta’ esperjenza u prattiki tajbin, inkluż dwar prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija, kif ukoll l-iskambju ta’ esperjenza dwar prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija li għandhom jiġu evitati. [Em. 196]
Artikolu 25
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C,, p..
(2) ĠU C,, p..
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta f’Saħħitha għal Kulħadd, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400 final.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima, COM(2021) 699 final.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (93/626/KEE) (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika fid-19 ta’ Diċembru 2022, 15/4. Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE tad-9 ta’ Marzu 1998 fuq il-konklużjoni, f’isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda biex tkun kumbattuta d-deżertifikazzjoni f’pajjiżi affettwati serjament minn nixfa u/jew deżertifikazzjoni, b’mod partikolari fl-Afrika (ĠU L 83, 19.3.1998, p. 1).
(13) Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.
(14) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (2021/2548(RSP)).
(15) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bijodiversità – il-ħtieġa għal azzjoni urġenti, 12210/20.
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM(2021) 800.
(18) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(19) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel, COM(2022) 133 final.
(+) OP jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju li jinsab fid-dokument COM(2022) 672 final u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(21) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(22) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għad-data, COM(2020)66 final.
(23) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(24) OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(26) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(27) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 1-73).
(28) Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).
(29) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(30) Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(31) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(32) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(33) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(34) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(35) + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 li jinsab fid-dokument COM(2022) 305 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna
(36) Ir-Regolament (UE) 2022/2379 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli.
(37) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(38) + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi qafas biex tiġi żgurata provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 li jinsabu fid-dokument COM(2023) 160 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(39) Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali – Dikjarazzjoni, (ĠU L 124, 17.5.2005).
(40) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(41) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(42) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(43) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(44) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(45) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(46) https://www.fao.org/soils-portal/data-hub/soil-classification/world-reference-base/en/
(47) M.J. Metzger, A.D. Shkaruba, R.H.G. Jongman u R.G.H. Bunce, Descriptions of the European Environmental Zones and Strata, Rapport ta’ Alterra 2281 ISSN 1566-7197.
(48) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 087, 31.3.2009, p. 164).
(49) Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
(50) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56)
(51) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(52) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(53) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(54) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
(55) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
ANNESS I
DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦAL KUNDIZZJONI TA’ ĦAMRIJA F’SAĦĦITHA U METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-ISTAT EKOLOĠIKU TAL-ĦAMRIJA , U INDIKATURI TAT-TEĦID TAL-ART U TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA [Em. 197]
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin
|
(1) |
“teħid bil-maqlub tal-art” tfisser il-konverżjoni ta’ art artifiċjali f’art naturali jew seminaturali; |
|
(2) |
“teħid nett tal-art” tfisser ir-riżultat tat-teħid tal-art meta tnaqqas it-teħid bil-maqlub tal-art.
Parti A: Id-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 1 Stat Membru jikkwalifika għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 1 jekk jissodisfa l-kriterji kollha definiti fit-tieni kolonna u jinkludi d-deskritturi kollha tal-ħamrija.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
[Em. 198]
|
Parti B: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri |
|||
|
Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija |
Fosforu li jista’ jiġi estratt (mg għal kull kg) |
< “valur massimu”; — Il-“valur massimu” għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru fil-medda ta’ 30-50 mg kg-1 |
Ebda esklużjoni |
|
Kontaminazzjoni tal-ħamrija |
- konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cr (VI), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn (μg għal kull kg) - konċentrazzjoni ta’ għażla ta’ kontaminanti organiċi stabbiliti mill-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu l-limiti ta’ konċentrazzjoni eżistenti eż. għall-kwalità tal-ilma u għall-emissjonijiet fl-arja fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni |
Assigurazzjoni raġonevoli, miksuba mill-kampjunar, mill-identifikazzjoni u mill-investigazzjoni tal-punti tal-ħamrija ta’ siti kkontaminati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, li ma jeżisti l-ebda riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija. Il-ħabitats b’konċentrazzjoni naturali għolja ta’ metalli tqal li huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (3) għandhom jibqgħu protetti. |
Ebda esklużjoni |
|
Tnaqqis tal-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma |
Kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija tal-kampjun tal-ħamrija (% tal-volum tal-ilma / volum ta’ ħamrija saturata) |
Il-valur stmat għall-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma ta’ distrett tal-ħamrija skont il-baċir idrografiku jew is-sottobaċir huwa ogħla mil-livell limitu minimu. Il-livell limitu minimu għandu jiġi stabbilit (f’tunnellati) mill-Istat Membru fil-livell tad-distrett tal-ħamrija u tal-baċir idrografiku jew tas-sottobaċir f’tali valur li l-impatti tal-għargħar wara li jiġu mmitigati avvenimenti intensi ta’ xita jew ta’ perjodi ta’ ndewwa baxxa fil-ħamrija minħabba avvenimenti ta’ nixfa. |
Ebda esklużjoni |
Parti B: Id-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 2
Stat Membru jikkwalifika għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 2 jekk:
|
— |
jinkludi b’mod kumulattiv id-deskritturi kollha tal-ħamrija għal-Livell 1 u l-kriterji definiti fil-kolonna 2 għad-disinn tal-kampjunar fil-Parti B u jinkludi mill-inqas 50 % tad-deskritturi tal-ħamrija fil-Parti B, jew, |
|
— |
jissodisfa b’mod kumulattiv il-kriterji għad-disinn tal-kampjunar tal-ħamrija tal-Livell 1 u jinkludi d-deskritturi kollha tal-ħamrija fil-Parti A u B. |
|
Disinn tal-kampjunar |
|||||||||||||
|
Metodoloġija ta’ referenza |
Kriterji li jridu jintlaħqu |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Kampjunar sistematiku stratifikat bl-użu ta’ grilja spazjali biex tiġi żgurata kopertura omoġenja tat-territorju tal-Istat Membru għat-tipi kollha ta’ art. Informazzjoni awżiljarja bħal żoni ambjentali jew tipi ta’ ħamrija tista’ tintuża wkoll biex tirfina aktar id-disinn tal-kampjunar. Meta disponibbli, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-allokazzjoni ta’ punti ta’ kampjunar ma’ programmi oħra ta’ monitoraġġ eżistenti bħal inventarji nazzjonali tal-veġetazzjoni u tal-foresti. L-istess japplika għal tipi oħra ta’ ċensimenti, bħaċ-ċensiment agrikolu, biex ikun hemm ġbir aħjar ta’ data dwar prattiki ta’ ġestjoni u ottimizzazzjoni tal-ispejjeż. L-allokazzjoni u d-daqs tal-kampjun għandhom jiġu ddeterminati b’metodi stabbiliti xjentifikament għad-disinn tal-kampjunar applikat, bħal dawk li hemm referenza għalihom f’Bethel (1989) għal kampjunar aleatorju stratifikat. |
|
- |
Huwa rrakkomandat li t-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-ħamrija jinkludu diversi partijiet ikkonċernati u, meta meħtieġ, ftehimiet internazzjonali dwar il-fruntieri, biex jiġi żgurat li jiġu kkunsidrati miżuri kosteffettivi u li jitqies l-għarfien espert disponibbli. |
||||||||||
|
Fatturi ta’ degradazzjoni |
|||||||||||||
|
Fattur ta’ degradazzjoni |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Salinizzazzjoni |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Teħid tal-art |
|
- |
Bħala referenza, is-sit tal-kampjunar għandu jitqies bħala ċ-ċentru ta’ din il-valutazzjoni. |
||||||||||
|
Kontaminazzjoni tal-ħamrija |
|
- |
|
||||||||||
|
Kompattazzjoni tal-ħamrija |
|
Ħamrija mhux ġestita f’żoni tal-art naturali |
Għandu jitwettaq għas-sottoswol (30-50 cm, 50-100 cm) |
||||||||||
|
Funzjonijiet ekoloġiċi tal-ħamrija |
|||||||||||||
|
Funzjoni ekoloġika |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
|
||||||||||
|
Iċ-ċiklaġġ tan-nutrijenti |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Aggregazzjoni tal-ħamrija |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Attività enzimatika |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Bijomassa tal-ħamrija |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Bijodiversità tal-ħamrija |
|||||||||||||
|
Karatteristika tal-bijodiversità tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Diversità tassonomika |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Abbundanza tal-popolazzjoni |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Ħabitat tal-ħamrija |
|||||||||||||
|
Karatteristika tal-ħabitat tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
[Em. 199]
|
Parti C: deskritturi tal-ħamrija mingħajr kriterji |
|
|
Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
|
Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija |
Nitroġenu fil-ħamrija (mg g-1) |
|
Aċidifikazzjoni |
Aċidità tal-ħamrija (pH) |
|
Kompattazzjoni tal-ħamrija tal-wiċċ |
Densità tal-massa fil-ħamrija tal-wiċċ (orizzont A (4)) (g cm-3) |
|
Telf tal-bijodiversità tal-ħamrija |
Respirazzjoni tal-bażi tal-ħamrija ((mm3 O2 g-1 hr-1) f’ħamrija xotta L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll deskritturi fakultattivi oħra tal-ħamrija għall-bijodiversità bħal: — metabarcoding ta’ batterji, fungi, protisti u annimali; — abbundanza u diversità ta’ nematodi; — bijomassa mikrobika; — abbundanza u diversità ta’ ħniex (fl-art tal-għelejjel); — speċijiet aljeni invażivi u pesti tal-pjanti |
Parti C: Id-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 3
Stat Membru jikkwalifika għad-disinn tal-monitoraġġ tal-ħamrija tal-Livell 3 jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Livell 2 u jinkludi mill-inqas 50 % tad-deskritturi tal-ħamrija fil-Parti C.
|
Fatturi ta’ degradazzjoni |
|||||||||||||
|
Fattur ta’ degradazzjoni |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Kontaminazzjoni tal-ħamrija |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Funzjonijiet ekoloġiċi tal-ħamrija |
|||||||||||||
|
Funzjoni ekoloġika |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Bijomassa tal-ħamrija |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Karatteristiċi tal-komunità tal-għeruq |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Bijodiversità tal-ħamrija |
|
||||||||||||
|
Karatteristika tal-bijodiversità tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
|
Diversità tassonomika |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Abbundanza tal-popolazzjoni |
|
- |
Għandu jitwettaq għall-ħamrija tal-wiċċ (0-10 cm, 10-30 cm (fakultattiv)) |
||||||||||
|
Ħabitat tal-ħamrija |
|||||||||||||
|
Karatteristika tal-ħabitat tal-ħamrija |
Deskrittur tal-ħamrija |
Eċċezzjonijiet |
Noti |
||||||||||
[Em. 200]
|
Parti D: indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija |
|||||||||
|
Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija |
Indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija |
||||||||
|
Teħid tal-art u ssiġillar tal-ħamrija |
Art artifiċjali totali (km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri) Teħid tal-art, Teħid bil-maqlub tal-art Teħid nett tal-art (medja fis-sena–- f’km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri) Issiġillar tal-ħamrija (total ta’ km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri) L-Istati Membri jistgħu jkejlu wkoll indikaturi fakultattivi relatati oħra bħal: —
|
||||||||
(+) OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304
(1) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(2) Kif definit f’Arshad, M.A., B. Lowery, u B. Grossman. 1996. Physical tests for monitoring soil quality. p.123- 142. Fi: J.W. Doran u A.J. Jones (eds.) Methods for assessing soil quality. Soil Sci. Soc. Am. Spec. Publ. 49. SSSA, Madison, WI.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(4) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
ANNESS II
METODOLOĠIJI
Parti A: Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar
|
Attività |
Kriterji minimi għall-metodoloġija |
|
Determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar tal-ħamrija (stħarriġ kampjunarju) |
L-istħarriġ kampjunarju għandu jitfassal minn qafas tal-kampjun komplut li jkun fih l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetajiet tal-ħamrija, inkluż iżda mhux limitat għal informazzjoni li tirriżulta minn kejl nazzjonali preċedenti u minn kejl taħt il-programm LUCAS. L-iskema ta’ kampjunar għandha tkun kampjunar aleatorju stratifikat ottimizzat fuq id-deskritturi tas-saħħa tal-ħamrija. Id-daqs tal-kampjun nazzjonali għandu jissodisfa r-rekwiżit ta’ errur perċentwali massimu (jew Koeffiċjent ta’ Varjazzjoni) ta’ 5 % għall-istima taż-żona li jkollha ħamrija f’saħħitha. Il-kampjun tal-Kummissjoni għall-istħarriġ stabbilit skont l-Art. 6(4) jista’ jikkontribwixxi għal massimu ta’ 20 % tad-daqs tal-kampjuni nazzjonali. L-allokazzjoni u d-daqs tal-kampjun għandhom jiġu ddeterminati billi jiġi applikat l-algoritmu ta’ Bethel (Bethel, 1989) (1) li jirrappreżenta l-errur massimu ta’ stima meħtieġ. |
Parti A: Metodi ġenerali għall-kampjunar tal-bijodiversità tal-ħamrija u l-funzjonijiet ekoloġiċi tal-ħamrija
|
Attività |
Kriterji ta’ referenza għall-metodoloġija |
|
Monitoraġġ ekoloġiku tal-ħamrija |
L-għan għandu jkun li jintuża protokoll sempliċi ta’ kampjunar tal-ħamrija li jista’ jistandardizza l-kampjunar ekoloġiku tal-ħamrija fl-Istati Membri u li jkun applikabbli għad-deskritturi ekoloġiċi kollha tal-ħamrija tal-Livell 1 u l-Livell 2 (funzjonijiet ekoloġiċi tal-ħamrija, bijodiversità tal-ħamrija u deskritturi tal-ħabitat tal-ħamrija) bl-eċċezzjoni tad-deskritturi tal-fawna tal-ħamrija. Wara l-protokoll tal-kampjunar adottat għal SoilBON, billi titqies żona kwadrata omoġenja ta’ 30x30 metru, stabbilixxi disa’ subkampjuni li jaqblu mal-kantunieri tal-kwadri, iċ-ċentru tagħha, u l-punti intermedji. Bl-użu ta’ strument tal-metall għall-kampjunar tal-ħamrija jew simili, iġbor il-ħamrija b’volum ta’ dijametru ta’ 5 ċm u fond ta’ 10 ċm. Il-fond tal-ħamrija jista’ jiżdied għal 30 ċm, iżda l-ewwel (sa 10 ċm) u t-tieni saff għandhom ikunu separati. |
|
Monitoraġġ tal-fawna tal-ħamrija |
Għall-ħniex: issortjar bl-idejn bl-użu ta’ protokolli konformi mal-protokoll ta’ kampjunar stipulat fi Briones et al. 2020. Għan-nematodi: skont il-kriterji stabbiliti fil-protokoll standard ta’ kampjunar ta’ SoilBON. Għal Collembola u akari: skont il-protokolli stabbiliti f’Potapov et al. 2022. |
|
Deskritturi oħra tal-ħamrija bbażati fuq il-punti |
L-Istati Membri għandhom jużaw il-Metodoloġija ta’ LUCAS dwar il-ħamrija bħala referenza għall-kampjunar tal-ħamrija. |
[Em. 201]
Parti B: Metodoloġija għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija
Meta tiġi stabbilita metodoloġija ta' referenza, tintuża jew metodoloġija ta' referenza jew metodoloġija oħra, sakemm tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli pubblikament u tkun disponibbli funzjoni ta' trasferiment validata.
|
Deskrittur tal-ħamrija |
Metodoloġija ta’ referenza |
Kriterji metodoloġiċi minimi |
Funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata meħtieġa (jekk tintuża metodoloġija differenti mill-metodoloġija ta’ referenza (2) ) |
|
Konsistenza tal-ħamrija (kontenut ta’ tafal, ta’ xaħx u ta’ ramel – meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ deskritturi oħrajn u ta’ meded relatati) |
Metodu ppreferut: ISO 11277:1998 Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-materjal minerali tal-ħamrija – Metodu permezz ta’ tgħarbil u sedimentazzjoni Metodu alternattiv: ISO13320:2009 Analiżi tad-daqs tal-partikoli – Metodi ta’ difrazzjoni bil-laser |
|
IVA |
|
Konduttività Elettrika |
Għażla 1: metodu ta’ kejl tal-estratt saturat tal-pejst tal-ħamrija (eEC) (SOP tal-FAO: GLOSOLAN-SOP-08 (3)) Għażla 2: ISO 11265:1994 Determinazzjoni tal-Konduttività Elettrika Speċifika; |
|
IVA |
|
Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija |
|
L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tqis l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġi mmitigat jew ikkumpensat ir-riskju ta’ erożjoni, inklużi miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ wara n-nar. L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tinkludi l-proċessi rilevanti kollha ta’ erożjoni bħall-erożjoni mill-ilma, mir-riħ, mill-ħsad u mill-ħdim tar-raba’. L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin: — il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà, l-iffurmar ta’ qoxra tal-ħamrija, il-ħruxija tal-ħamrija), — il-klima (eż. l-erożività tax-xita – l-intensità u d-durata, filwaqt li jitqiesu l-projezzjonijiet rilevanti dwar it-tibdil fil-klima għal żona partikolari), — it-topografija (eż. kemm hi wiefqa u twila l-inklinazzjoni), — il-kopertura tal-veġetazzjoni, it-tip ta’ għelejjel, l-użu tal-art u l-prattiki ta’ ġestjoni biex tiġi kkontrollata jew titnaqqas l-erożjoni, — il-prattiki ta’ ġestjoni (eż. għelejjel ta’ kopertura, ħdim tar-raba’ mnaqqas, mulching, eċċ.), — iż-żoni maħruqa. L-erożjoni tal-ħamrija permezz tar-riħ għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin: — il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà), — il-klima (eż. l-indewwa tal-ħamrija, il-veloċità tar-riħ, l-evaporazzjoni), — il-veġetazzjoni (eż. it-tip ta’ għalla), — il-prattiki ta’ ġestjoni għall-kontroll jew għat-tnaqqis tal-erożjoni (eż. l-ilqugħ kontra r-riħ). |
Mhux applikabbli |
|
Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC) |
ISO 10694:1995 Determinazzjoni tal-karbonju organiku u totali wara l-kombustjoni xotta |
|
IVA |
|
Densità tal-massa fis-sottoswol (orizzont B (4)) jew parametru ekwivalenti (5) magħżul mill-Istati Membri |
ISO 11272:2017 għad-determinazzjoni tad-densità tal-massa xotta F’każ li jintgħażel parametru ekwivalenti, il-metodoloġija għandha tkun standard Ewropew jew Internazzjonali meta jkun disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku. |
|
IVA |
|
Fosforu li jista’ jiġi estratt |
ISO 11263:1994 għad-determinazzjoni spettrometrika tal-fosforu li jinħall f’soluzzjoni ta’ karbonat tal-idroġenu tas-sodju (P-Olsen |
|
IVA |
|
Konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cr (VI), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn - Konċentrazzjoni ta’ għażla ta’ kontaminanti organiċi definiti mill-Istati Membri u filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (eż. dwar il-kwalità tal-ilma jew il-pestiċidi) |
Kontenut ambjentali potenzjali disponibbli ta’ metalli tqal fil-ħamrija bbażat fuq l-ISO 17586:2016 bl-użu ta’ aċidu nitriku dilwit. ISO 17586:2016 using dilute nitric acid. |
Għandhom jintużaw standards Ewropej jew Internazzjonali meta jkunu disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
IVA Mhux applikabbli |
|
Kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija |
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-valur għal punt wieħed tal-kampjun: Għażla 1: LABORATORJU: ISO 11274:2019 għad-determinazzjoni tal-karatteristika taż-żamma tal-ilma. Għażla 2: STIMA: għandha tiġi applikata l-metodoloġija deskritta fl-artiklu xjentifiku “New generation of hydraulic pedotransfer functions for Europe” abbażi tal-konsistenza (jew tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli) u tal-karbonju organiku tal-ħamrija. |
Kriterji minimi għall-istima tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija ta’ distrett tal-ħamrija fuq skala ta’ baċir idrografiku jew sottobaċir: — għaż-żona tal-art mhux meħuda stima tal-valur totali tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija — għaż-żona tal-art meħuda, għandu jiġi kkunsidrat li l-kapaċità taż-żamma tal-ilma ta’ żoni impermeabbli tiġi stabbilita għal żero, billi jingħataw valuri proporzjonalment intermedji lil żoni semiimpermeabbli u żoni artifiċjali oħra. |
IVA (għall-valur tal-punt) |
|
Nitroġenu fil-ħamrija |
ISO 11261:1995 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali fil-ħamrija bl-użu ta’ metodu modifikat ta’ Kjeldahl |
|
IVA |
|
Aċidità tal-ħamrija |
ISO 10390:2005 għad-determinazzjoni tal-pH fl-estratt tal-H2O u tas-CaCl2 (pH-H2O u pH-CaCl2) |
|
IVA |
|
Densità tal-massa fil-“ħamrija tal-wiċċ” (orizzont A (6)) |
ISO 11272:2017 for determination of dry bulk density |
|
YES |
|
Respirazzjoni tal-bażi fil-ħamrija L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll deskritturi fakultattivi tal-bijodiversità tal-ħamrija bħal: - Metabarcoding (7) ta’ batterji, fungi, protisti u annimali; - Abbundanza u diversità ta’ nematodi; - Bijomassa mikrobika; - Abbundanza u diversità ta’ ħniex (f’art tal-għelejjel) |
Għandhom jiġu segwiti l-indikazzjonijiet deskritti fl-artiklu xjentifiku “Microbial biomass and activities in soil as affected by frozen and cold storage” (8) |
Meta jkunu disponibbli għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku. |
YES Għal deskritturi oħrajn tal-bijodiversità tal-ħamrija: Mhux applikabbli |
|
Deskrittur tal-ħamrija |
Metodoloġija ta’ referenza |
Kriterji metodoloġiċi minimi |
Funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata meħtieġa (jekk tintuża metodoloġija differenti mill-metodoloġija ta’ referenza) |
||||||||||||||||||||||
|
Konsistenza tal-ħamrija (kontenut ta’ tafal, ta’ xaħx u ta’ ramel – meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ deskritturi oħrajn u ta’ meded relatati) |
Metodu ppreferut: ISO 11277:1998 Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-materjal minerali tal-ħamrija – Metodu permezz ta’ tgħarbil u sedimentazzjoni Metodu alternattiv: ISO13320:2009 Analiżi tad-daqs tal-partikoli – Metodi ta’ diffrazzjoni bil-laser |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Konduttività Elettrika |
Għażla 1: metodu ta’ kejl tal-estratt saturat tal-pejst tal-ħamrija (eEC) (SOP tal-FAO: GLOSOLAN-SOP-08 (9) ) Għażla 2: ISO 11265:1994 Determinazzjoni tal-Konduttività Elettrika Speċifika; |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija |
|
L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tqis l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġi mmitigat jew ikkumpensat ir-riskju ta’ erożjoni, inklużi miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ wara n-nar. L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tinkludi l-proċessi rilevanti kollha ta’ erożjoni bħall-erożjoni mill-ilma, mir-riħ, mill-ħsad u mill-ħdim tar-raba’. L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
L-erożjoni tal-ħamrija permezz tar-riħ għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||
|
Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC) |
ISO 10694:1995 Determinazzjoni tal-karbonju organiku u totali wara l-kombustjoni xotta |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Densità tal-massa fis-sottoswol jew parametru ekwivalenti (10) magħżul mill-Istati Membri |
ISO 11272:2017 għad-determinazzjoni tad-densità tal-massa xotta F’każ li jintgħażel parametru ekwivalenti, il-metodoloġija għandha tkun standard Ewropew jew Internazzjonali meta jkun disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku. |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Fosforu li jista’ jiġi estratt |
ISO 11263:1994 għad-determinazzjoni spettrometrika tal-fosforu li jinħall f’soluzzjoni ta’ karbonat tal-idroġenu tas-sodju (P-Olsen) |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Kontenut ambjentali potenzjali disponibbli ta’ metalli tqal fil-ħamrija bbażat fuq l-ISO 17586:2016 bl-użu ta’ aċidu nitriku dilwit. |
Għandhom jintużaw standards Ewropej jew Internazzjonali meta jkunu disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku |
IVA Mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||
|
Kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija |
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-valur għal punt wieħed tal-kampjun: Għażla 1: LABORATORJU: ISO 11274:2019 għad-determinazzjoni tal-karatteristika taż-żamma tal-ilma. Għażla 2: STIMA: għandha tiġi applikata l-metodoloġija deskritta fl-artiklu xjentifiku “New generation of hydraulic pedotransfer functions for Europe” abbażi tal-konsistenza (jew tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli) u tal-karbonju organiku tal-ħamrija. |
Kriterji minimi għall-istima tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija ta’ distrett tal-ħamrija fuq skala ta’ baċir idrografiku jew sottobaċir:
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Nitroġenu fil-ħamrija |
ISO 11261:1995 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali fil-ħamrija bl-użu ta’ metodu modifikat ta’ Kjeldahl |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Aċidità tal-ħamrija |
ISO 10390:2005 għad-determinazzjoni tal-pH fl-estratt tal-H2O u tas-CaCl2 (pH-H2O u pH-CaCl2) |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Densità tal-massa fil-“ħamrija tal-wiċċ” |
ISO 11272:2017 għad-determinazzjoni tad-densità tal-massa xotta |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Iċ-ċiklaġġ tan-nutrijenti |
Għall-mineralizzazzjoni tan-nitroġenu, kampjuni tal-ħamrija mnixxfa bl-arja jerġgħu jixxarrbu biex jilħqu 80 % tal-kapaċità tagħhom li jżommu l-ilma u jiġu inkubati fil-laboratorju għal 14-il jum fi 30o C. Ir-rata ta’ mineralizzazzjoni netta potenzjali tal-N hija stmata bħala d-differenza bejn l-N inorganiku inizjali u finali. Id-disponibbiltà tan-nutrijenti tal-ħamrija hija kkalkulata bl-użu ta’ simulaturi tal-għeruq, N u P disponibbli hija determinata bl-użu ta’ determinazzjoni kolorimetrika bbażata fuq ir-reazzjoni mal-molibdat tal-ammonju. |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Aggregazzjoni tal-ħamrija |
Dawn id-deskritturi tal-ħamrija huma rrapportati bħala aggregati tal-ħamrija stabbli fl-ilma evalwati billi tiġi ddeterminata r-reżistenza tal-aggregati tal-ħamrija kontra l-ilma bħala forza ta’ diżintegrazzjoni, billi jiġi applikat approċċ modifikat minn Kemper u Rosenau (1986). L-indiċi li jirriżulta jirrappreżenta l-perċentwal ta’ aggregati stabbli fl-ilma b’dijametru iżgħar minn 4 mm. Barra minn hekk, radam (jiġifieri, materja ħoxna) se jiġi sseparat mill-frazzjoni stabbli fl-ilma biex tiġi ddeterminata b’mod korrett il-frazzjoni tal-aggregati stabbli fl-ilma (WSA) tal-kampjun: %WSA=(frazzjoni stabbli fl-ilma-materja ħoxna)/(4 g-materja ħoxna). |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Attività enzimatika |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Zeiss et al., 2022 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Respirazzjoni tal-ħamrija |
Għandhom jiġu segwiti l-indikazzjonijiet deskritti fl-artiklu xjentifiku “Microbial biomass and activities in soil as affected by frozen and cold storage” (11) |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Dekompożizzjoni tal-mifrex |
|
Meta jkunu disponibbli għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku. |
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||
|
Bijomassa tal-ħamrija |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Guerra et al., 2021, f’Briones et al. 2020, u f’Potapov et al. 2022 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Karatteristiċi tal-komunità tal-għeruq |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Guerra et al., 2021 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Diversità tassonomika |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Guerra et al., 2021 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Abbundanza tal-popolazzjoni |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Guerra et al., 2021 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Diversità ġenetika intraspeċifika |
Segwi l-indikazzjonijiet deskritti f’Guerra et al., 2021 |
|
IVA |
||||||||||||||||||||||
|
Struttura tal-ħamrija |
Analiżi granulometrika ssir fuq ħamrija mgħarbula (Ø < 2 mm), wara l-qerda tal-materja organika bl-H2O2. It-tixrid jitwettaq b’soluzzjoni ta’ eżametafosfat/karbonat tas-sodju u mħawwad għal 16-il siegħa. Il-frazzjonijiet granulometriċi kkunsidrati huma dawk rakkomandati mill-Unjoni Internazzjonali tax-Xjenza tal-Ħamrija (Skala Atterberg), li huma ramel oħxon (2 > Ø > 0.2 mm), ramel fin (0.2 > Ø > 0.02 mm), ħama (0.02 > Ø > 0.002). mm) u tafal (Ø < 0.002 mm). Il-frazzjoni tar-ramel oħxon hija determinata permezz ta’ għarbil, il-frazzjonijiet tal-ħama u tat-tafal huma determinati permezz ta’ sedimentazzjoni u pipettar bl-użu ta’ pipetta Robinson u r-ramel fin permezz ta’ sedimentazzjoni u dekantazzjoni. Il-ħinijiet tas-sedimentazzjoni huma kkalkulati bl-użu tal-Liġi Stokes. |
|
IVA |
[Em. 202]
Parti C: kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija
|
— |
Għat-teħid tal-art, it-teħid bil-maqlub tal-art u t-teħid nett tal-art, il-metodoloġiji użati għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I. |
|
— |
L-issiġillar tal-ħamrija għandu jiġi espress bħala perċentwal ta’ żona ssiġillata għal kull erja totali. |
|
— |
Il-metodoloġiji magħżula għandhom ikunu disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku. |
(1) Bethel, J. 1989. “Sample Allocation in Multivariate Surveys.” Survey Methodology 15: 47–57.
(2) Il-metodoloġiji differenti mill-metodoloġija ta’ referenza għandhom ikunu disponibbli jew fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.
(3) https://www.fao.org/3/cb3355en/cb3355en.pdf
(4) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(5) Ekwivalenti skont ir-rapport tal-EEA: Soil monitoring in Europe – Indicators and thresholds for soil health assessments — l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (europa.eu)
(6) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(7) Sekwenzjar tal-barcodes tad-DNA għall-kejl tad-diversità tassonomika u funzjonali tal-arkea, tal-batterji, tal-fungi u ta’ ewkarjoti oħra kif sar għal LUCAS Bijodiversità tal-Ħamrija abbażi ta’ https://doi.org/10.1111/ejss.13299
(8) https://www.sciencedirect.com/science/article/abs/pii/S0038071797001259
(9) https://www.fao.org/3/cb3355en/cb3355en.pdf
(10) Ekwivalenti skont ir-rapport tal-EEA: Soil monitoring in Europe – Indicators and thresholds for soil health assessments — l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (europa.eu)
(11) https://www.sciencedirect.com/science/article/abs/pii/S0038071797001259
Anness III
PRINĊIPJI TA’ ĠESTJONI SOSTENIBBLI TAL-ĦAMRIJA
Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
għandu jiġi evitat li l-ħamrija titħalla mikxufa billi tiġi stabbilita u tinżamm kopertura veġetattiva tal-ħamrija, speċjalment matul perjodi ambjentalment sensittivi; |
|
(b) |
għandu jiġi mminimizzat id-disturb fiżiku tal-ħamrija; |
|
(c) |
għandhom jiġu evitati l-inputs jew ir-rilaxx ta’ sustanzi fil-ħamrija li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent, jew jiddegradaw is-saħħa tal-ħamrija; |
|
(d) |
għandu jiġi żgurat li l-użu tal-makkinarju jiġi adattat għas-saħħa tal-ħamrija, u li l-għadd u l-frekwenza ta’ operazzjonijiet fuq il-ħamrija jkunu limitati sabiex ma jikkompromettux is-saħħa tal-ħamrija; |
|
(e) |
meta tiġi applikata l-fertilizzazzjoni, għandu jiġi żgurat l-adattament għall-ħtiġijiet tal-pjanta u tas-siġar fil-post partikolari u fil-perjodu partikolari, u għall-kundizzjoni tal-ħamrija u tingħata prijorità lil soluzzjonijiet ċirkolari li jarrikkixxu l-kontenut organiku; |
|
(f) |
fil-każ tat-tisqija, għandha tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tas-sistemi tat-tisqija u tal-ġestjoni tat-tisqija u jiġi żgurat li meta jintuża ilma mormi riċiklat, il-kwalità tal-ilma tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u meta jintuża l-ilma minn sorsi oħrajn, ma jiddegradax is-saħħa tal-ħamrija; |
|
(g) |
għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħamrija permezz tal-ħolqien u taż-żamma ta’ karatteristiċi adegwati tal-pajsaġġ fil-livell tal-pajsaġġ (2) ; |
|
(h) |
għandhom jintużaw speċijiet adattati għas-sit fil-kultivazzjoni ta’ għelejjel, pjanti jew siġar fejn dan jista’ jipprevjeni d-degradazzjoni tal-ħamrija jew jikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, filwaqt li jitqies ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima; |
|
(i) |
għandhom jiġu żgurati livelli ottimizzati tal-ilma fil-ħamrija organika sabiex l-istruttura u l-kompożizzjoni ta’ tali ħamrija ma jiġux affettwati b’mod negattiv (3) ; |
|
(j) |
fil-każ tal-kultivazzjoni tal-għelejjel, għandhom jiġu żgurati n-newba tal-għelejjel u d-diversità tal-għelejjel, filwaqt li jitqiesu familji differenti tal-għelejjel, is-sistemi tal-għeruq, il-ħtiġijiet tal-ilma u tan-nutrijenti, u l-ġestjoni integrata tal-pesti; |
|
(k) |
l-adattament tal-ħin tal-moviment tal-bhejjem u tar-ragħa, filwaqt li jitqiesu t-tipi ta’ annimali u d-densità tal-istokkjar, sabiex is-saħħa tal-ħamrija ma tiġix kompromessa u l-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi l-foraġġ ma tonqosx; |
|
(l) |
f’każ ta’ telf sproporzjonat magħruf ta’ funzjoni waħda jew ta’ diversi funzjonijiet li jnaqqsu sostanzjalment il-kapaċità tal-ħamrija biex tipprovdi servizzi tal-ekosistema, għandhom jiġu applikati miżuri mmirati biex jiġġeneraw mill-ġdid dawk il-funzjonijiet tal-ħamrija. [Em. 260] |
(1) Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).
(2) Dan il-prinċipju ma japplikax għall-ħamrija tal-foresti
(3) Dan il-prinċipju ma japplikax għall-ħamrija urbana
Anness IV
PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10
Għandha titqies il-lista indikattiva li ġejja ta’ programmi, pjanijiet, miri u miżuri: [Em. 214]
(1)
Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr imħejjija f’konformità mar-Regolament …/… (1)+.
(2)
Il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115.
(3)
Il-Kodiċi ta’ Prattika Agrikola Tajba u l-programmi ta’ azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula adottati f’konformità mad-Direttiva 91/676/KEE.
(4)
Il-miżuri ta’ konservazzjoni u qafas ta’ azzjoni prijoritizzat stabbiliti għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE.
(5)
Il-miżuri biex jinkiseb status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u status kimiku u kwantitattiv tajjeb ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.
(6)
Il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar imħejjija f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE.
(7)
Il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa msemmija fl-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
(8)
Il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.
(8a)
L-istrateġiji nazzjonali tal-bijodiversità u l-pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika. [Em. 215]
(9)
Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.
(10)
Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/842.
(11)
Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u d-data ta’ monitoraġġ dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi rrapportati skont dik id-Direttiva.
(12)
Il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
(13)
Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(14)
Il-pjanijiet ta’ azzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament …/… (2) + 4 tad-Direttiva 2009/128/KE . [Em. 216]
(1) + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304
(2) + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 li jinsab fid-dokument COM(2022) 305
Anness V
LISTA INDIKATTIVA TA’ MIŻURI TAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
(1)
Tekniki ta’ rimedju għal rimedju in jew ex situ:|
(a) |
Tekniki ta’ rimedju fiżiku:
|
|
(b) |
Tekniki ta’ rimedju bijoloġiku:
|
|
(c) |
Tekniki ta’ rimedju kimiku:
|
|
(d) |
Tekniki ta’ rimedju għall-iżolament, għall-konteniment u għall-monitoraġġ:
|
(2)
Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għajr ir-rimedju:|
(a) |
Restrizzjoni fuq il-kultivazzjoni u l-konsum tal-għelejjel u l-ħxejjex; |
|
(b) |
Restrizzjoni fuq il-konsum tal-bajd; |
|
(c) |
Restrizzjoni fuq l-aċċess tal-annimali tal-kumpanija jew tat-trobbija; |
|
(d) |
Restrizzjoni fuq l-estrazzjoni jew fuq l-użu tal-ilma ta’ taħt l-art għal finijiet ta’ xorb, iġjene personali jew industrijali; |
|
(e) |
Restrizzjoni fuq id-demolizzjoni, it-tneħħija tas-siġillar, jew il-kostruzzjoni fuq is-sit; |
|
(f) |
Restrizzjoni fuq l-aċċess għall-viċinat tas-sit jew fih (eż. permezz ta’ ċnut); |
|
(g) |
Restrizzjoni fuq l-użu tal-art jew bidliet fl-użu tal-art; |
|
(h) |
Restrizzjoni fuq it-tħaffir, l-iddriljar jew l-iskavar; |
|
(i) |
Restrizzjoni biex jiġi evitat kuntatt mal-ħamrija, mat-trab jew mal-arja ta’ ġewwa u jiġu applikati prekawzjonijiet biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem (eż. respiraturi, ingwanti, tindif fl-imxarrab, eċċ.). |
(3)
L-aħjar tekniki disponibbli msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE.
(4)
Miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi industrijali wara aċċident kbir, f’konformità mad-Direttiva 2012/18/UE.
Anness VI
FAŻIJIET U REKWIŻITI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT
1.
Il-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni tirrikjedi l-identifikazzjoni tal-kontaminanti preżenti fis-sit u d-determinazzjoni tas-sors, tal-konċentrazzjoni, tal-forma kimika tagħhom, u tad-distribuzzjoni fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art. Il-preżenza u l-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti jiġu ddeterminati permezz ta’ kampjunar u investigazzjoni tal-ħamrija.
2.
Il-valutazzjoni tal-esponiment tidentifika l-mogħdija li biha l-kontaminanti tal-ħamrija jistgħu jilħqu r-riċetturi. Il-mogħdijiet ta’ esponiment jistgħu jinkludu t-teħid bin-nifs, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda, it-teħid tal-pjanti, il-migrazzjoni għall-ilma ta’ taħt l-art jew oħrajn. Din l-informazzjoni hija kkombinata mal-frekwenza u mad-durata tal-esponiment u mal-karatteristiċi tar-riċetturi bħall-età, is-sess, u l-istatus tas-saħħa biex jiġi stmat l-assorbiment tal-kontaminant. Ir-rabtiet bejn is-sors, il-mogħdija u r-riċevitur huma miġbura fil-qosor f’rappreżentazzjoni grafika, skematika u simplifikata: il-mudell tas-sit kunċettwali.
3.
Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tinvolvi l-evalwazzjoni tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent tal-kontaminanti, abbażi tad-doża u tad-durata tal-esponiment. Il-valutazzjoni tat-tossikoloġija jew tal-periklu tqis it-tossiċità inerenti tal-kontaminanti u s-suxxettibbiltà ta’ popolazzjonijiet differenti, bħall-annimali, il-mikroorganiżmi, il-pjanti, it-tfal, in-nisa tqal, l-anzjani, eċċ. L-informazzjoni tossikoloġika tintuża biex jiġu stmati d-dożi jew il-konċentrazzjonijiet ta’ referenza, li jintużaw għall-karatterizzazzjoni tar-riskju.
4.
Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tirrikjedi l-integrazzjoni tal-informazzjoni mill-passi preċedenti biex jiġu stmati l-kobor u l-probabbiltà tal-effetti negattivi tas-sit kontaminat għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż mill-migrazzjoni tal-kontaminazzjoni għal mezzi ambjentali oħra. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tgħin biex tingħata prijorità lill-ħtieġa ta’ tnaqqis tar-riskju u ta’ miżuri ta’ rimedju. Din tista’ tgħin ukoll biex jiġu definiti objettivi ta’ rimedju jew ta’ ġestjoni għal sit, eż. biex jintlaħqu limiti massimi aċċettabbli jew valuri ta’ skrinjar ibbażati fuq ir-riskju speċifiċi għas-sit.
Anness VII
KONTENUT TAR-REĠISTRU TA’ SITI POTENZJALMENT KONTAMINATI U TA’ SITI KONTAMINATI
It-tfassil u l-preżentazzjoni tad-data fir-reġistru għandhom jippermettu li l-pubbliku jsegwi l-progress fil-ġestjoni ta’ siti potenzjalment kontaminati u ta’ siti kontaminati. Ir-reġistru għandu jkun fih u jippreżenta l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment kontaminati magħrufa, għas-siti kontaminati, għas-siti kontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni:
|
(a) |
il-koordinati, l-indirizz jew ir-roqgħa/l-irqajja’ katastali tas-sit f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/1024 u 2007/2/KE; |
|
(b) |
is-sena tal-inklużjoni fir-reġistru; |
|
(c) |
l-attivitajiet ta’ riskju kontaminanti jew potenzjalment kontaminanti li jkunu seħħew jew li jkunu qegħdin iseħħu fis-sit; |
|
(d) |
l-istatus ta’ ġestjoni tas-sit; |
|
(e) |
konklużjoni dwar il-preżenza jew in-nuqqas, il-konċentrazzjoni, it-tip u r-riskju tal-kontaminazzjoni (jew il-kontaminazzjoni residwa wara r-rimedju) fejn l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tkun diġà disponibbli mill-investigazzjonijiet tal-ħamrija u mill-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikoli 14 u 15; |
|
(f) |
l-azzjonijiet li jmiss u l-passi ta’ ġestjoni meħtieġa u msemmija fl-Artikoli 14 u 15, inkluża l-iskeda ta’ żmien tagħhom. |
Ir-reġistru jista’ jkun fih ukoll l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment kontaminati magħrufa, għas-siti kontaminati, għas-siti kontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni, meta disponibbli:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-permessi ambjentali maħruġa għas-sit, inkluża s-sena tal-bidu u tat-tmiem tal-attività; |
|
(b) |
l-użu attwali u ppjanat tal-art; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-ħamrija u r-rapporti ta’ rimedju bħall-konċentrazzjonijiet u l-profili tal-kontaminazzjoni, il-mudell tas-sit kunċettwali, il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, it-tekniki użati jew ippjanati, l-istimi tal-effettività u tal-kost tal-miżuri għat-tnaqqis. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1312/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)