This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0128
P9_TA(2024)0128 – Amending certain financial services and investment support Regulations as regards certain reporting requirements – European Parliament legislative resolution of 12 March 2024 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulations (EU) No 1092/2010, (EU) No 1093/2010, (EU) No 1094/2010, (EU) No 1095/2010 and (EU) 2021/523 as regards certain reporting requirements in the fields of financial services and investment support (COM(2023)0593 – C9-0383/2023 – 2023/0363(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0128 — Emenda ta’ ċerti Regolamenti fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment (COM(2023)0593 – C9-0383/2023 – 2023/0363(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0128 — Emenda ta’ ċerti Regolamenti fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment (COM(2023)0593 – C9-0383/2023 – 2023/0363(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/1021, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1021/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1021 |
27.2.2025 |
P9_TA(2024)0128
Emenda ta’ ċerti Regolamenti fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment (COM(2023)0593 – C9-0383/2023 – 2023/0363(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1021)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0593), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114, 173 u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0383/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Frar 2024 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0026/2024), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2023)0363
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-12 ta’ Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment (*1)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 173 u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ monitoraġġ xieraq u ta’ infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati, sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop maħsub tagħhom , li jiġi limitat il-piż amministrattiv u li jiġi evitat l-irduppjar mhux dovut, mhux l-anqas għall-awtoritajiet regulatorji u superviżorji ta’ ġuriżdizzjonijiet finanzjarji iżgħar. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni jistgħu jimponu wkoll piżijiet sproporzjonati fuq l-entitajiet, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u fuq il-mikrokumpaniji. |
|
(2) |
Għalhekk, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mingħajr ma jiġu mminati l-objettivi tal-politika huma prijorità, inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar fis-settur finanzjarju u fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar relatat mal-Programm InvestEU stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010 (4), (UE) Nru 1093/2010 (5), (UE) Nru 1094/2010 (6), (UE) Nru 1095/2010 (7) , (UE) Nru 806/2014 (8) , ir-Regolament (UE).../... (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (10) u r-Regolament (UE) 2021/523 fihom għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni, li jenħtieġ li jiġu ssimplifikati , bħala parti minn eżerċizzju kwalitattiv, aktar milli kwantitattiv, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” (11). |
|
(3a) |
Dak l-eżerċizzju kwalitattiv m’għandu jimmina ebda waħda mill-kisbiet tal-politika tal-Unjoni u, barra minn hekk, jirrikonoxxi d-domanda dejjem akbar ta’ data meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-objettivi tal-fajls leġiżlattivi li jappartjenu għall-aġenda dwar il-finanzi sostenibbli. Madankollu, il-konsistenza u l-istandardizzazzjoni fl-oqfsa legali u fil-ġuriżdizzjonijiet kollha u maż-żmien jistgħu jagħmlu r-rekwiżiti aktar fattibbli mingħajr ma jaffettwaw il-kontenut reali tal-istandards tar-rapportar. |
|
(3b) |
Id-diverġenzi tad-data bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu analizzati wkoll b’mod kwalitattiv. B’mod partikolari, xi atti leġiżlattivi tal-Unjoni, minħabba l-bażi ġuridika tagħhom, huma maħsuba biex jipprovdu armonizzazzjoni parzjali jew minima. Barra minn hekk, xi standards tar-rapportar huma volontarji jew isegwu reġim ta’ inklużjoni fakultattiva. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw l-aħjar prattiki jew ikunu minn ta’ quddiem fir-rekwiżiti ta’ rapportar, dment li jaderixxu mar-rekwiżiti previsti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni. |
|
(4) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra attivi fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jirrapportaw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni biex l-awtoritajiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jissorveljaw is-sistema finanzjarja jkunu jistgħu jimmonitorjaw ir-riskji, jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-suq, u jipproteġu lill-investituri u lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni. L-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-Awtorità Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus jenħtieġ li jirrieżaminaw regolarment ir-rekwiżiti ta’ rapportar u d-divulgazzjoni u jipproponu, meta xieraq, li jissimplifikaw u jneħħu rekwiżiti żejda , obsoleti jew sproporzjonati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u regolatorji rilevanti . L-awtoritajiet superviżorji Ewropej jenħtieġ li jikkoordinaw din il-ħidma permezz tal-Kumitat Konġunt tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej. ▌ Barra minn hekk, jenħtieġ li jitwettqu wkoll evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti biex jittejbu l-effettività u l-grad ta’ konverġenza ta’ dawk ir-rekwiżiti. Kemm il-kompiti taħt il-kultura superviżorja komuni kif ukoll l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jenħtieġ li jitwettqu fuq bażi permanenti, li għalihom jenħtieġ li jiġu allokati aktar riżorsi umani u materjali kif meħtieġ. |
|
(4a) |
Proporzjon kbir tar-rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni żejda, obsoleti jew sproporzjonati jirriżultaw minn inkonsistenzi vertikali bejn ir-rekwiżiti tal-Istati Membri u r-rekwiżiti tal-Unjoni (“regolamentazzjoni żejda”), inkonsistenzi orizzontali fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u transsettorjali, kif ukoll nuqqas ta’ proporzjonalità fir-rekwiżiti nfushom. Għalhekk, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-Awtorità Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus jenħtieġ li mhux biss jirrieżaminaw l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, iżda jenħtieġ li jipprovdu wkoll opinjonijiet dwar il-proċeduri leġiżlattivi ordinarji u l-atti leġiżlattivi li jkunu għaddejjin diġà fis-seħħ. |
|
(4b) |
L-iffaċilitar tal-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni fis-settur finanzjarju, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-protezzjoni tad-data, is-segretezza professjonali u l-proprjetà intellettwali, jenħtieġ li jnaqqas il-piż fuq l-entitajiet ta’ rapportar u fuq l-awtoritajiet billi jiġu evitati talbiet duplikati, f’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-Unjoni. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għal koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet superviżorji u għal konverġenza superviżorja. |
|
(4c) |
Sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni fis-settur finanzjarju kollu, l-awtoritajiet kollha responsabbli għas-superviżjoni fis-settur finanzjarju, inklużi l-BERS, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej, l-AMLA, l-MSU, l-SRB, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti, superviżorji u ta’ riżoluzzjoni rispettivi kollha fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju. |
|
(5) |
Għal dak il-għan , il-prinċipju ta’ “irrapporta darba” jenħtieġ li jiġi infurzat b’mod aktar konsistenti fl-Unjoni. L-awtoritajiet kollha responsabbli għas-superviżjoni fis-settur finanzjarju jenħtieġ li jitolbu biss informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet relaturi oħra jekk ma jkunux diġà rrapportaw dik l-informazzjoni lil awtoritajiet oħra. Jekk l-informazzjoni tkun diġà ġiet irrapportata lil awtorità, awtoritajiet oħra jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu dik l-informazzjoni direttament minn dik l-awtorità, b’differenza mill-kollezzjoni tal-istess informazzjoni, u b’hekk jintemm l-hekk imsejjaħ rapportar doppju . Bl-istess objettiv li tittejjeb l-effiċjenza fil-ġbir, fl-ipproċessar u fl-użu tal-informazzjoni, l-awtoritajiet li jtejbu l-informazzjoni permezz tat-tindif jew l-arrikkiment tagħha jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jikkondividu tali informazzjoni mtejba. |
|
(5a) |
Xi punti ta’ data li l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġu mill-kumpaniji biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom, għadhom mhumiex riflessi fil-qafas tar-rapportar tal-Unjoni u jeħtieġ li jiġu miżjuda. Għalhekk, minbarra l-ħtieġa li jiġu indirizzati rekwiżiti ta’ rapportar żejda, duplikati jew obsoleti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet regolatorji. Dan jagħmilha saħansitra aktar importanti li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. |
|
(5b) |
Meta jkun rilevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq approċċ sekwenzjali, u dan ifisser li jenħtieġ li jkunu jistgħu jirreferu għal informazzjoni li diġà ġiet ippubblikata mill-kumpaniji fil-katina tal-valur tagħhom. |
|
(5c) |
Sabiex jiġu ffaċilitati d-detezzjoni, il-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja, il-BERS jenħtieġ li jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-BĊE b’mod awtomatiku. B’dan il-mod, ir-riskji sistematiċi jistgħu jiġu identifikati aħjar ex ante, għall-kuntrarju ta’ ex post, minħabba talbiet u proċeduri ta’ kondiviżjoni aktar rigorużi. |
|
(6) |
Tali kondiviżjoni ta’ informazzjoni jenħtieġ li tkun komplementari għall-possibbiltajiet eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, u jenħtieġ li fl-ebda każ ma tirrestrinġi dawk il-possibbiltajiet eżistenti. |
|
(6a) |
L-awtoritajiet superviżorji Ewropej jenħtieġ li jivvalutaw l-għażliet ta’ politika biex jintegraw aktar proċessi ta’ rapportar minn perspettiva proċedurali u ta’ kontenut. L-awtoritajiet superviżorji Ewropej jenħtieġ li tivvaluta kif xieraq l-opportunitajiet li jirriżultaw minn żieda fl-użu tat-teknoloġija diġitali filwaqt li jiġu promossi formati effettivi u effiċjenti li jħaddnu metriċi, metodi u parametri, li se jrawmu l-kompetittività tas-settur finanzjarju. |
|
(6b) |
F’dan is-sens, matul l-aħħar ftit snin, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej għamlu progress sinifikanti fl-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet li jiġu stabbiliti sistemi integrati ta’ rapportar. Tali sistemi innovattivi ta’ rapportar huma meħtieġa biex jinkisbu l-benefiċċji ta’ aktar kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni fis-settur finanzjarju. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kollha responsabbli għas-superviżjoni fis-settur finanzjarju fl-Unjoni jistabbilixxu Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar. Dik is-sistema għandha tinkludi dizzjunarju tad-data komuni li tiżgura konsistenza u ċarezza fir-rekwiżiti ta’ rapportar u standardizzazzjoni tad-data, repożitorju konġunt tad-data mitluba u miksuba, spazju ċentrali għall-ġbir tad-data għall-iskambju effiċjenti tad-data kif ukoll punt ta’ kuntatt uniku permanenti li jippermetti lill-entitajiet jidentifikaw rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni doppji, obsoleti jew żejda. |
|
(6c) |
Xi drabi, l-ostakli legali fir-regolamenti settorjali jagħmluha impossibbli għall-awtoritajiet li jiskambjaw l-informazzjoni. Għalhekk, dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jirrapportaw dawk l-ostakli legali lill-Kummissjoni qabel proposta leġiżlattiva biex ineħħu dawk l-ostakli, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, is-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tirrikjedi informazzjoni akkurata u komprensiva biex tiżviluppa politiki, tevalwa l-leġiżlazzjoni eżistenti u tivvaluta l-impatt ta’ inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi potenzjali, inkluż matul in-negozjati ta’ proposti leġiżlattivi. Il-kondiviżjoni mill-awtoritajiet mal-Kummissjoni ta’ informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra jkunu rrapportaw lil dawk l-awtoritajiet skont l-obbligi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li tgħin biex tipprovdi pedament ibbażat fuq l-evidenza għall-formulazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. Għal dak il-għan, tali informazzjoni jenħtieġ li tkun f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet jistgħu jibbenefikaw ukoll minn data anonimizzata u għalhekk jenħtieġ li jikkondividu wkoll tali informazzjoni bejniethom meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
|
(8) |
Iċ-ċikli tal-innovazzjoni fis-settur finanzjarju qed jaċċelleraw, qed isiru aktar miftuħa u dejjem aktar kollaborattivi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkondividu informazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi, u entitajiet oħra għall-finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni lil hinn mill-iskop inizjali li għalih tkun inġabret l-informazzjoni. Il-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet jenħtieġ li ttejjeb l-utilità tagħha billi tespandi l-informazzjoni disponibbli għar-riċerka fis-settur finanzjarju u tipprovdi aktar opportunitajiet biex jiġu ttestjati prodotti u mudelli ta’ negozju kif ukoll kollaborazzjoni akbar bejn diversi parteċipanti fis-swieq finanzjarji, inklużi t-teknoloġija finanzjarja, negozji ġodda u istituzzjonijiet finanzjarji eżistenti. L-użu mill-ġdid tad-data kondiviża mill-awtorità kompetenti huwa regolat mill-qafas ġenerali għall-użu mill-ġdid tad-data stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Madankollu, meta titqies in-natura sensittiva tad-data riċevuta għal skopijiet ta’ superviżjoni mill-awtoritajiet fis-settur finanzjarju, jenħtieġ li jiġu introdotti kundizzjonijiet obbligatorji speċifiċi għall-użu mill-ġdid ta’ din id-data, inkluża l-anonimizzazzjoni ta’ data personali u mhux personali li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali u l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Dan ifisser li l-proċeduri u l-passi kollha fil-ġbir, l-istandardizzazzjoni, l-anonimizzazzjoni, il-ħżin u l-kondiviżjoni tad-data se jinżammu fuq bażi kontinwa soġġetti għall-aħħar miżuri ta’ ċibersigurtà stabbiliti skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-bidla fil-frekwenza tar-rapportar dwar il-Programm InvestEU mis-sħab ta’ implimentazzjoni minn biannwali għal annwali jenħtieġ li tnaqqas l-ammont ta’ xogħol tas-sħab ta’ implimentazzjoni, tal-intermedjarji finanzjarji, tal-SMEs u ta’ kumpaniji oħra mingħajr ma jinbidel l-ebda wieħed mill-elementi sostantivi tar-Regolament (UE) 2021/523. |
|
(10) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010, u (UE) 2021/523 jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1092/2010
Ir-Regolament (UE) 1092/2010 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 u l-applikazzjoni tal-liġi kriminali, l-ebda informazzjoni kunfidenzjali riċevuta mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tiġi ddivulgata lil xi persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma fil-qosor jew aggregata, b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.” |
|
1a. |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 sa 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet superviżorji Ewropej, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS billi jipprovduh bl-informazzjoni u l-analiżi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. 2. Il-BERS, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-BĊE għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jidentifikaw, jimmonitorjaw, jipprevjenu u jimmitigaw ir-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. Minkejja dispożizzjonijiet oħra dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni superviżorja u statistika f’dan l-Artikolu, u f’atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-BĊE għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha mingħajr dewmien żejjed wara li ssir disponibbli, inkluża informazzjoni superviżorja u statistika, kif ukoll ir-riżultati tal-analiżi tagħhom ta’ tali informazzjoni, mal-BERS, meħtieġa għall-kisba tal-missjoni, l-objettivi u l-kompiti tiegħu. Għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta’ dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-BĊE għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 15a, malli tiġi stabbilita. 3. Meta l-informazzjoni eżistenti disponibbli għall-BERS permezz tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej, il-BĊE u s-Sistema Statistika Ewropeama tkunx biżżejjed jew ma tkunx disponibbli fil-ħin, il-BERS għandu jitlob l-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-mandat tiegħu mill-banek ċentrali nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Jekk l-informazzjoni tibqa’ mhux disponibbli, il-BERS jista’ jitlobhamill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi kkonferiti, rispettivament, fuq il-Kunsill, il-Kummissjoni (Eurostat), il-BĊE, l-Eurosistema u s-SEBĊ fil-qasam tal-istatistika u l-ġbir ta’ data. 4. Jekk il-BERS, f’konformità mal-paragrafu 3, jitlob informazzjoni li mhix f’forma fil-qosor jew aggregata, it-talba motivata għandha tispjega għalfejn id-data dwar l-istituzzjoni finanzjarja individwali rispettiva titqies bħala sistematikament rilevanti, u meħtieġa, b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq. 5. Qabel kull talba, f’konformità mal-paragrafu 3, għal informazzjoni ta’ natura superviżorja li ma tkunx fil-qosor jew f’għamla aggregata, il-BERS għandu jikkonsulta debitament mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-awtoritajiet superviżorji Ewropej rilevanti ma tikkunsidrax it-talba bħala ġustifikata u proporzjonata, hija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat it-talba lura għand il-BERS u titlob għal ġustifikazzjoni addizzjonali. Wara li l-BERS ikun ta lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej rilevanti tali ġustifikazzjoni addizzjonali, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi trażmessa lill-BERS mid-destinatarji tat-talba, dment li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.”; |
|
2. |
Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej: “8. Il-BERS għandu jikkondividi ma’ waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, awtorità oħra membru tal-SEFS jew l-awtoritajiet l-oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkun kiseb mingħand awtorità oħra minn dawk l-awtoritajiet jew l-awtoritajiet l-oħra, meta l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni . Għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-BERS għandu juża s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 15a, malli tiġi stabbilita. 8a. Il-BERS għandu jitlob lill-awtoritajiet l-oħra informazzjoni li altrimenti jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-BERS jikseb l-informazzjoni rikjesta mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra fejn, għal raġunijiet operazzjonali, l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi d-data. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tkunx issodisfata, il-BERS għandu juża s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 15a, malli tiġi stabbilita. 8b. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15a, ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
9. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 8 għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtorità oħra msemmija f’dak il-paragrafu. L-awtorità rikjedenti u l-BERS għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 8 fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 8 u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn awtorità oħra msemmija f’dak il-paragrafu u l-BERS. Il-BERS għandu jinforma lil kull awtorità rilevanti dwar tali skambju ta’ informazzjoni dment li l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tad-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed. 10. Il-paragrafi 8 , 8a u 9 għandhom japplikaw ukoll għal informazzjoni li l-BERS ikun irċieva mill-awtoritajiet l-oħra oħra msemmija ▌u li fuqhom il-BERS ikun sussegwentement wettaq kontrolli tal-kwalità jew li l-BERS ikun ipproċessa mod ieħor. 11. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 8,8a, 9 u 10, il-BERS u l-awtoritajiet l-oħra msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża , dment li jkunu jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali u s-segretezza professjonali . Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal meta jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet operattivi speċjali li japplikaw għal awtoritajiet speċifiċi. 12. Il-paragrafi 8 , 9 u 10 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BERS u l-awtoritajiet l-oħra msemmija ▌f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta l-paragrafi 8, 9 jew 10 ikunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet l-oħra , għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 13. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-BERS jista’ , fuq talba ġġustifikata u fuq bażi ta’ każ b’każ, jikkondividi mal-Kummissjoni ▌ informazzjoni li awtoritajiet oħra jkunu rrapportaw lilu skont▌ id-dritt tal-Unjoni , ▌f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet li jkunu ppreżentaw tali informazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kondiviżjoni li tkun saret. 14. Il-BERS jista’ jagħti aċċess għall-informazzjoni miksuba fit-twettiq ta’ dmirijietu għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-BERS ikun żgura li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss abbażi tal-qbil mal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni. 14a. Il-BERS għandu, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapporta lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li b’xi mod jipprevenuhom milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali ħalli jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
2a. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a L-Istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar 1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], il-BERS għandu, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra, iħejji rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u jinkludi valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali. Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT meħtieġa biex tiġi stabbilita s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-BERS għandu, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, jistabbilixxi Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. ” . |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
|
-1. |
Fl-Artikolu 16a(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-opinjonijiet tal-Awtorità ma għandhomx ikunu limitati għal proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin. L-Awtorità tista’ wkoll tipproponi fl-opinjonijiet tagħha, meta xieraq, emendi għall-atti leġiżlattivi fis-seħħ, inklużi emendi:
Għall-finijiet tal-opinjonijiet dwar l-atti leġiżlattivi fis-seħħ imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis kif xieraq il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha permezz ta’ konsultazzjoni ddedikata. Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
|
1. |
Fl-Artikolu 29(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
3. |
Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda rduppjar tal-obbligi ta’ rapportar u divulgazzjoni , l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1b) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.” |
|
4. |
jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: “Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra 1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu mal-awtoritajiet l-oħra , fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra , meta l-awtorità rikjedenti jkollha d-dritt li tikseb dik l-informazzjoni, skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. 2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja ▌dwar tali skambju ta’ informazzjoni, dment li l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll fuq id-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed. 3. Il-paragrafi 1 , 1a u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u li fuqhom l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 , 1a, 2 u 3, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża, dment li jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali u s-segretezza professjonali. Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal meta jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet operattivi speċjali li jistgħu japplikaw għal awtoritajiet speċifiċi. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet l-oħra , għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu , fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni ▌, informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni ▌ f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet li jkunu ppreżentaw tali informazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kondiviżjoni li tkun saret. 7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss abbażi tal-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni. 7a. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapportaw lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li b’xi mod jipprevenuhom milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti, u suġġerimenti biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kumpaniji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali ħalli jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4a. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 35b L-Istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar 1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], l-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra u l-SEBĊ, tħejji rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u jinkludi valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali.”; Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT meħtieġa biex tiġi stabbilita s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. L-Awtorità għandha, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, tistabbilixxi Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4b. |
Fl-Artikolu 36, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. L-Awtorità, flimkien mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovduh billi jikkondividu l-informazzjoni u l-analiżi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. L-Awtorità għandha, flimkien mal-BERS u l-BĊE, tikkoordina l-isforzi tagħha biex tidentifika, timmonitorja, tipprevjeni u timmitiga r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. L-Awtorità għandha, f’konformità mal-Artikolu 15(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet deskritti dwar il-kondiviżjoni tad-data. L-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment informazzjoni dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”; |
|
5. |
Fl-Artikolu 54(2), jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
6. |
Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1b) – f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.” |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 huwa emendat kif ġej:
|
-1. |
Fl-Artikolu 16a(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-opinjonijiet tal-Awtorità ma għandhomx ikunu limitati għal proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin. L-Awtorità tista’ wkoll tipproponi fl-opinjonijiet tagħha, meta xieraq, emendi għall-atti leġiżlattivi fis-seħħ, inklużi emendi:
Għall-finijiet tal-opinjonijiet dwar l-atti leġiżlattivi fis-seħħ imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis kif xieraq il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha permezz ta’ konsultazzjoni ddedikata. Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
|
1. |
Fl-Artikolu 29, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
3. |
Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u sabiex jiġi żgurat ebda rduppjar tal-obbligi ta’ rapportar u divulgazzjoni , l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1b) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.” |
|
4. |
jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: “Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra 1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu mal-awtoritajiet l-oħra , fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra , fejn l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni, skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità jew l-awtorità kompetenti għandha tuża s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 35b, malli tiġi stabbilita. 1a. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lkoll lill-awtoritajiet l-oħra informazzjoni li altrimenti jitolbu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni mitluba minn istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra meta, għal raġunijiet operazzjonali, l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi d-data. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tkunx issodisfata, l-Awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 35b, malli tiġi stabbilita. 1b. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 35b u tal-Artikolu 70(3), ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser ‘istituzzjoni finanzjarja’ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti▌ dwar tali skambju ta’ informazzjoni , dment li l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll fuq id-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed. 3. Il-paragrafi 1 , 1a u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u li fuqhom l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 , 1a, 2 u 3, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża. Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal meta jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet operattivi speċjali li jistgħu japplikaw għal awtoritajiet speċifiċi. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtoritajiet u l-awtoritajiet l-oħra msemmija ▌f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet l-oħra msemmija ▌, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu , fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, ▌informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni▌f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. 7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
7a. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapportaw lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li b’xi mod jipprevenuhom milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti, kif ukoll suġġerimenti biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kumpaniji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali ħalli jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4a. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 35b L-Istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar 1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], l-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra u l-BERS, tħejji rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u jinkludi valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali. Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT meħtieġa biex tiġi stabbilita s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. L-Awtorità għandha, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, tistabbilixxi Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4b. |
Fl-Artikolu 36, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. L-Awtorità, flimkien mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali, għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS billi jikkondividu l-informazzjoni u l-analiżi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. L-Awtorità għandha, flimkien mal-BERS u l-BĊE, tikkoordina l-isforzi tagħha biex tidentifika, timmonitorja, tipprevjeni u timmitiga r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. L-Awtorità għandha, f’konformità mal-Artikolu 15(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet deskritti dwar il-kondiviżjoni tad-data. L-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment informazzjoni dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”; |
|
5. |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
6. |
Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1b) f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.” |
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament Nru (UE) 1095/2010
Ir-Regolament (UE) 1095/2010 huwa emendat kif ġej:
|
-1. |
fl-Artikolu 16a(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-opinjonijiet tal-Awtorità ma għandhomx ikunu limitati għal proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin. L-Awtorità tista’ wkoll tipproponi fl-opinjonijiet tagħha, fejn xieraq, emendi għall-atti leġiżlattivi fis-seħħ, inklużi emendi:
Għall-finijiet tal-opinjonijiet dwar l-atti leġiżlattivi fis-seħħ imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis kif xieraq il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha permezz ta’ konsultazzjoni ddedikata. Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
|
1. |
fl-Artikolu 29(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
3. |
fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u sabiex ma jkunx hemm irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar u divulgazzjoni , l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 35a (1b) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.” |
|
4. |
jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: “Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra 1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu ma’ awtoritajiet l-oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra , meta l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni, skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità jew l-awtorità kompetenti għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 35b, malli tiġi stabbilita. 1a. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom kull waħda minnhom jitolbu mill-awtoritajiet l-oħra informazzjoni li altrimenti jitolbu minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni mitluba minn istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra meta, għal raġunijiet operazzjonali, l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi d-data. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tkunx issodisfata, l-Awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 35b, malli tiġi stabbilita. 1b. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 35b u tal-Artikolu 70(3), ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser ‘istituzzjoni finanzjarja’ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti dwar tali skambju ta’ informazzjoni, sakemm l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll fuq id-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed. 3. Il-paragrafi 1, 1a u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 1 u li fuqha l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1, 1a, 2 u 3, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża , dment li tali arranġamenti jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali u s-segretezza professjonali . Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal apposta meta jkun meħtieġ għal kwalunkwe kundizzjoni operattiva speċjali li tista’ tapplika għal awtoritajiet speċifiċi. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra ▌f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ▌, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni ▌ informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni, ▌f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet li jkunu ssottomettew tali informazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kondiviżjoni li tkun saret. 7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss fuq din il-bażi bil-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni. 7a. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapportaw lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li bi kwalunkwe mod jipprevenuhom milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti, u suġġerimenti biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kumpaniji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakoli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4a. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 35b Stabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar 1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], l-Awtorità, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra u mas-SEBĊ, għandha tħejji rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar, kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u tinkludi valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
B’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT neċessarji biex tiġi stabbilita Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. L-Awtorità għandha, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, tistabbilixxi Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4b. |
fl-Artikolu 36, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. L-Awtorità, flimkien mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS billi jikkondividu l-informazzjoni u l-analiżi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. L-Awtorità għandha, flimkien mal-BERS u l-BĊE, tikkoordina l-isforzi tagħha biex tidentifika, timmonitorja, tipprevjeni u timmitiga r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. L-Awtorità għandha, f’konformità mal-Artikolu 15(1) sa (5) tar-Regolament (UE) 1092/2010, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ kondiviżjoni tad-data definiti. L-Awtorità, b’kooperazzjoni mal-BERS, għandu jkollha fis-seħħ proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, b’mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”; |
|
5. |
fl-Artikolu 54(2), jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
6. |
fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 35a(1b) f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.” |
Artikolu 4a
Emendi għar-Regolament (UE) 806/2014
Fir-Regolament (UE) 806/2014 jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 34a
Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
1. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkondividu mal-awtoritajiet l-oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, informazzjoni li jkunu kisbu minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni, skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.
Għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 34b, malli tiġi stabbilita.
2. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jitolbu mill-awtoritajiet l-oħra informazzjoni li altrimenti jitolbu mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu intitolati jiksbu dik l-informazzjoni skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħhom jew f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni; |
|
(b) |
dik l-informazzjoni tkun inkisbet minn tal-inqas waħda mill-awtoritajiet l-oħra. |
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jiksbu l-informazzjoni mitluba minn istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra meta, għal raġunijiet operazzjonali, l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi d-data.
Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tkunx issodisfata, il-Bord għandu juża s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 34b, malli tiġi stabbilita.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 34b, ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtoritajiet superviżorji Ewropej; |
|
(b) |
il-BERS |
|
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010; |
|
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010; |
|
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(f) |
l-AMLA, kif stabbilit bir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) ; |
|
(g) |
l-awtoritajiet, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) |
|
(h) |
il-MSU, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 1024/2013; |
|
(i) |
l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3). |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser ‘istituzzjoni finanzjarja’ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
4. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 88 u 89 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti dwar tali skambju ta’ informazzjoni, sakemm l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll fuq id-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed.
5. Il-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew mill-awtoritajiet l-oħrajn u li fuqhom l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor.
6. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2, 4 u 5, il-Bord u l-awtoritajiet l-oħra għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża, dment li tali arranġamenti jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali u s-segretezza professjonali. Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal apposta meta jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet operattivi speċjali li jafu japplikaw għal awtoritajiet speċifiċi.
7. Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet l-oħra, id-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandu jkollhom prevalenza.
8. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jistgħu, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni, f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet li jkunu ssottomettew tali informazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kondiviżjoni li tkun saret.
9. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Bord ikun żgura li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata, b’tali mod li s-suġġett tad-data jew l-istituzzjoni finanzjarja ma jkunux jew ma jibqgħux identifikabbli; |
|
(b) |
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
|
(c) |
il-partijiet li jkunu ngħataw aċċess ikunu wrew li huma għandhom il-mezzi tekniċi meħtieġa biex jipproteġu informazzjoni kunfidenzjali, jiġifieri, ikollhom fil-pussess tagħhom strumenti kapaċi jiżguraw għalkollox il-protezzjoni tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità. |
L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża fuq din il-bażi bi qbil mal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni.
10. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapportaw lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li b’xi mod jipprevjenu lill-Bord milli jiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti, u suġġerimenti biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kumpaniji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji.
Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakoli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Regolament emendatorju].
Artikolu 34b
Stabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar
1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], il-Bord, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra, għandu jħejji rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar, kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u jinkludi valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
|
(a) |
dizzjunarju tad-data komuni biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-istandardizzazzjoni tad-data; |
|
(b) |
repożitorju konġunt tar-rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, tad-deskrizzjonijiet tad-data miġbura u tal-awtoritajiet li jżommuha; |
|
(c) |
spazju ċentrali tad-data, inkluż id-disinn tekniku għall-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni; u |
|
(d) |
punt ta’ kuntatt uniku permanenti għall-entitajiet biex jiġu indikati każijiet ta’ rapportar doppju, u rapportar żejjed jew obsolet jew rekwiżiti ta’ divulgazzjoni. |
2. B’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali.
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT neċessarji biex tiġi stabbilita s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].
Il-Bord, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, għandu jistabbilixxi Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”;
Artikolu 4b
Emendi għar-Regolament (UE) …/… li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus
Ir-Regolament.../... (21) huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 10(2), jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3a. Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u sabiex ma jkunx hemm irduppjar ta’ rapportar u tal-obbligi ta’ divulgazzjoni, l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 16a(3) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.”; |
|
3. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 16a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra 1. L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkondividu mal-awtoritajiet l-oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand entitajiet marbutin b’obbligu jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni, skont il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u s-setgħat tagħha jew f’konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità jew l-awtorità superviżorja għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 16b, malli tiġi stabbilita. 2. L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji għandhom kull waħda minnhom jitolbu mill-awtoritajiet l-oħra informazzjoni li altrimenti jitolbu minn entitajiet obligati jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jiksbu dik l-informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra meta, għal raġunijiet operazzjonali, l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi d-data. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tkunx issodisfata, l-Awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji għandhom jużaw is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar imsemmija fl-Artikolu 16b, malli tiġi stabbilita. 3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 16(3a) u l-Artikolu 16b, ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
4. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni minn entitajiet obligati jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 75 u 84 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull entità marbuta b’obbligu rilevanti dwar tali skambju ta’ informazzjoni, sakemm l-informazzjoni ma tkunx ġiet anonimizzata, modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, mingħajr dewmien żejjed. 5. Il-paragrafi 1,2 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn entità marbuta b’obbligu jew minn awtoritajiet oħra u li fuqha l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 6. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 2, 4 u 5, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra għandhom jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża, dment li jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proprjetà intellettwali u s-segretezza professjonali. Il-memoranda ta’ qbil għandhom, bi ftehim bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, isegwu format sempliċi u standardizzat, imfassal apposta fejn meħtieġ għal kwalunkwe kundizzjoni operattiva speċjali li taf tapplika għal awtoritajiet speċifiċi. 7. Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet l-oħra, id-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandu jkollhom prevalenza. 8. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet superviżjorji jistgħu, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni, informazzjoni li entitajiet marbuta b’obbligu jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni, f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet li jkunu ssottomettew tali informazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kondiviżjoni li tkun saret. 9. L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn entitajiet marbuta b’obbligu, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji jkunu żguraw li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:
L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss fuq din il-bażi bi qbil mal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni. 10. L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji għandhom, sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jirrapportaw lill-Kummissjoni l-ostakli legali kollha fir-regolamenti settorjali li bi kwalunkwe mod jipprevenuhom milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rapportar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti, u suġġerimenti biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kumpaniji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. Abbażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakoli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
4. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 16b Stabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar 1. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], l-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra u mas-SEBĊ, għandhom iħejju rapport dwar id-dettalji tekniċi tal-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar, kif ukoll pjan direzzjonali, ibbażat fuq il-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-rapportar mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej fis-setturi tagħhom u jinkludu valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, is-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar għandha tinkludi:
2. B’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt finanzjarju globali. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT għall-istabbiliment ta’ Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar. [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. L-Awtorità, flimkien mal-awtoritajiet l-oħra, għandha tistabbilixxi s-Sistema Unika Integrata ta’ Rapportar sa... [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”; |
|
5. |
fl-Artikolu 44(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-opinjonijiet tal-Awtorità ma għandhomx ikunu limitati għal proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin. L-Awtorità tista’ wkoll tipproponi fl-opinjonijiet tagħha, fejn xieraq, emendi għall-atti leġiżlattivi fis-seħħ, inklużi emendi:
Għall-finijiet tal-opinjonijiet dwar l-atti leġiżlattivi fis-seħħ imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis kif xieraq il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha permezz ta’ konsultazzjoni ddedikata. Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”. |
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/523
Ir-Regolament (UE) 2021/523 huwa emendat kif ġej:
|
-1. |
Fl-Artikolu 8(6), il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar is-sostenibbiltà li, f’konformità mal-objettivi u l-istandards ambjentali u soċjali tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’, kif ukoll differenzi fit-tipi ta’ proġetti tal-infrastruttura, tippermetti li:”; |
|
-1a. |
Fl-Artikolu 13(7), is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-kuntratti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) taħt il-garanzija tal-UE msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta’ Awwissu 2026. F’każijiet oħra, kuntratti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2028.”; |
|
-1b. |
Fl-Artikolu 17(2), il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
1. |
Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Darba fis-sena, kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament, imqassam skont il-kompartiment tal-UE u l-kompartiment tal-Istati Membri, kif xieraq. Kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni dwar il-kompartiment tal-Istati Membri lill-Istat Membru li jkun qiegħed jimplimenta l-kompartiment tiegħu. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data operazzjonali, statistika, finanzjarja u ta’ kontabbiltà dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment u stima tal-flussi ta’ flus mistennija, fil-livell tal-kompartiment, tat-tieqa ta’ politika u tal-Fond InvestEU. Ir-rapport mill-Grupp tal-BEI u, jekk ikun xieraq, mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-ostakli għall-investiment li rriżultaw fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandu jkun fihom l-informazzjoni li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu skont il-punt (a) tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju.” |
Artikolu 5a
Allinjament mar-Regolament Nru (UE) 1024/2013
Sa... [Tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tallinja l-emendi għar-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 806/2014 u (UE) …/... (23) f’dan ir-Regolament, mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(*1) Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(1) ĠU C […], […], p. […]
(2) ĠU C […], […], p. […].
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(9) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2021, p. 63).
(11) COM(2023)168.
(12) Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1).
(13) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(14) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(15) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(16) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(17) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(18) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(19) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(20) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(21) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(22) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(23) UP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2021/0240(COD) (proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu – COM/2021/421 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1021/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)