IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.10.2023
COM(2023) 698 final
2023/0393(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023PC0698
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL extending Directive [XXXX] to third country nationals legally residing in a Member State
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
COM/2023/698 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.10.2023
COM(2023) 698 final
2023/0393(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità fis-6 ta’ Settembru 2023 1 .
Dik il-proposta tistabbilixxi l-qafas, ir-regoli u l-kundizzjonijiet komuni għal dawk il-kards għal persuni b’diżabilità meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew meta jżuru Stat Membru ieħor għal perjodu qasir. Din tinkludi mudell standardizzat komuni għal Kard tal-UE tad-Diżabilità bħala prova ta’ status ta’ diżabilità rikonoxxuta u għal Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità bħala prova tad-dritt rikonoxxut tagħhom għall-kundizzjonijiet u għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ irriżervati għall-persuni b’diżabilità.
Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ dawk iż-żewġ kards imsemmija hawn fuq fl-Istati Membri kollha għandu jagħmilha aktar faċli għall-persuni b’diżabilità (jew dawk li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom), meta jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru ieħor biex jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet speċjali u/jew mit-trattament preferenzjali offrut minn operaturi privati jew minn awtoritajiet pubbliċi meta jaċċessaw servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika, bħall-kultura, id-divertiment, it-turiżmu, l-isport, it-trasport pubbliku u privat, u l-edukazzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għal persuni b’diżabilità, taħt termini u kundizzjonijiet ugwali għar-residenti b’diżabilità rikonoxxuta, u b’hekk il-persuni b’diżabilità jingħataw is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu fl-UE kollha b’mod sħiħ u effettiv.
Meta jitqiesu l-objettivi multipli u interkonnessi ta’ din l-inizjattiva, l-użu ta’ bażijiet legali differenti, jiġifieri l-Artikoli 53(1) u 62, l-Artikolu 91 u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tqies bħala l-aktar adegwat u xieraq għall-proposta msemmija hawn fuq.
Madankollu, din il-bażi legali li tiżgura l-usa’ kopertura possibbli tas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti għar-remunerazzjoni, f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika, tkopri biss liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom (skont liema tkun in-nazzjonalità tagħhom) meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Għalhekk, meta tiġi adottata l-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, u bil-għan li jiġi ggarantit trattament ugwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi maċ-ċittadini tal-UE, il-Kummissjoni esprimiet l-intenzjoni tagħha li tressaq att legali separat li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-proposta għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni 2 .
Din il-proposta l-ġdida ssegwi dik l-intenzjoni u għandha l-għan li tiżgura li l-istess qafas kif stabbilit fil-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità japplika għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’diżabilità, li ma humiex diġà koperti minnha, meta jivvjaġġaw jew jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal perjodu qasir. Għalhekk, se tiżgura li tapplika għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ikun ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u li għandhom diżabilità jew għal persuni li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom , se tiżgura li jiġu ttrattati bl-istess mod bħaċ-ċittadini tal-UE (u l-membri tal-familja tagħhom). Għalhekk, se tgħin biex jiġi ssimplifikat il-piż għall-Istati Membri filwaqt li jiġu rrispettati l-obbligi nazzjonali tagħhom ta’ trattament ugwali u nondiskriminazzjoni vis-à-vis ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’diżabilità li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom. Fl-istess ħin, ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom fl-Istati Membri kollha, se jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw fl-UE f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u jiżgura parteċipazzjoni u inklużjoni aktar effettivi u inklużivi fis-soċjetà ta’ persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq bażi ugwali ma’ oħra.
Konsegwentement, meta jivvjaġġaw jew jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal perjodu qasir, se jkollhom (1) l-istess drittijiet, koperti mill-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, fir-rigward tal-eliġibbiltà u l-ħruġ tal-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità fl-Istat Membru li fih jirrisjedu legalment u jingħataw (2) aċċess ugwali fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ, kif ukoll (3) kwalunkwe kundizzjoni speċjali jew trattament preferenzjali offrut minn operaturi privati jew awtoritajiet pubbliċi fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż fejn ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 21(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru jistgħu jiċċaqilqu fit-territorji tal-Istati Membri l-oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-persuni b’diżabilità, li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, meta jivvjaġġaw jew jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal perjodu qasir (jew dawk li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom), li jkun jista’ jkollhom aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali disponibbli u/jew minn trattament preferenzjali meta jaċċessaw servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni, taħt kundizzjonijiet ugwali għar-residenti b’diżabilità, u/jew dawk li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, u b’hekk tiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw fl-UE, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Peress li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija, minħabba restrizzjonijiet ta’ bażi legali, ma setgħux diġà jiġu inklużi/koperti mill-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, l-inizjattiva kurrenti se tiżgura wkoll li l-istess drittijiet u benefiċċji bħaċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom (skont in-nazzjonalità tagħhom) kif koperti minn dik il-proposta jkunu jistgħu jingħataw lilhom bl-istess termini u kundizzjonijiet, sal-punt li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, meta jivvjaġġaw jew jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal perjodu qasir.
Il-proposta se tappoġġa wkoll il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 3 , li jirrikonoxxi li l-migranti b’diżabilità jistgħu jiffaċċjaw forom multipli ta’ diskriminazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom fl-iskola, fil-viċinat u fuq ix-xogħol u jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 79(2), il-punt (b) tat-TFUE jipprevedi l-bażi legali meħtieġa biex tinħareġ il-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Skont il-Protokoll 21 anness mat-Trattati, l-Irlanda tsta’ tinnotifika lill-Kunsill, fi żmien tliet (3) xhur wara li proposta jew inizjattiva tkun ġiet ippreżentata, jew fi kwalunkwe ħin wara l-adozzjoni tagħhom, li jixtiequ jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ xi miżuri proposti bħal dawn. Skont il-Protokoll 22 anness mat-Trattati, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ miżuri bbażati fuq dan l-Artikolu.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Din il-proposta tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta diġà adottata għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li ma humiex diġà koperti minnha, iżda li huma legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Bħal fil-każ tal-proposta msemmija, li hija kkomplementata minn din l-inizjattiva, il-problemi identifikati għandhom dimensjoni transfruntiera li ma tistax tiġi solvuta mill-Istati Membri waħedhom, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE.
•Proporzjonalità
Fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-forma u l-kontenut tal-proposta ma jaqbżux jew ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-objettivi varji u interkonnessi tagħha.
•Għażla tal-istrument
F’konformità mal-bażi ġuridika identifikata, b’mod partikolari l-Artikolu 79(2), il-punt (b) tat-TFUE, u l-fatt li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta diġà adottata għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, Direttiva titqies bħala l-istrument xieraq, proporzjonat u effettiv biex jintlaħaq l-objettiv(i) tal-inizjattiva kurrenti.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Meta kienet qed titħejja l-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, f’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, ġiet ikkonsultata firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, jiġifieri (i) dawk b’interess fil-kwistjoni (eżempju, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi, l-NGOs); (ii) benefiċjarji potenzjali tal-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità (eżempju, persuni b’diżabilità, assistenti personali); u (iii) esperti (eżempju, riċerkaturi, konsulenzi u konsulenti, organizzazzjonijiet internazzjonali).
Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kienet tinkludi: (a) konsultazzjoni pubblika, (b) intervisti strateġiċi u (c) immirati, (d) stħarriġ online mmirat, (e) tliet workshops online, (f) sitt gruppi fokali ma’ fornituri ta’ servizzi minn Stati Membri magħżula u (g) sitt studji tal-każijiet. Il-partijiet ikkonċernati setgħu jibagħtu wkoll kummenti dwar (h) is-sejħa għall-evidenza tal-Kummissjoni.
Sa fejn ikun possibbli, il-proposta kurrenti tqis l-informazzjoni u d-data miġbura f’dak il-kuntest 4 .
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt addizzjonali għal din il-proposta. Dan għaliex il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità vvalutat is-sitwazzjoni tal-persuni kollha b’diżabilità fl-UE li jivvjaġġaw għal perjodi qosra lejn Stati Membri oħra, inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, l-analiżi u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta msemmija japplikaw u huma rilevanti wkoll għal din il-proposta.
L-impatt ambjentali tal-għażliet ta’ politika kkombinati fuq il-bażi tal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità nnifisha tqies li x’aktarx ikun insinifikanti, filwaqt li dan ikun jinvolvi impatti diġitali pożittivi limitati. L-għażliet ta’ politika ppreferuti wkoll ma kinux mistennija li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività u l-SMEs u l-kostijiet amministrattivi mistennija għan-negozji jkunu marġinali. Dawn il-valutazzjonijiet japplikaw ukoll għall-inizjattiva kurrenti.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta mistennija jkollha impatti soċjali pożittivi u impatti pożittivi qawwija fuq l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali fl-UE (b’mod partikolari l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-iffaċilitar tal-possibbiltajiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’diżabilità li jivvjaġġaw jew li jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni).
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet baġitarji addizzjonali għall-baġit tal-UE. Kif iddikjarat fil-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, l-uniċi kostijiet operazzjonali huma relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kumitat u tal-grupp ta’ esperti, kif ukoll appoġġ għall-kontrolli tal-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jiġifieri approprjazzjoni operazzjonali ta’ EUR 0,62 miljun taħt il-linja baġitarja eżistenti, kif ukoll nefqa amministrattiva ta’ madwar EUR 0,342 miljun fis-sena. Din in-nefqa se tinvolvi riallokazzjoni interna ta’ fondi mingħajr ebda żieda fl-ammont. L-ammonti msemmija mhux se jiżdiedu mill-proposta attwali.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Din il-proposta ma fiha l-ebda dispożizzjoni fir-rigward tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rapportar.
Madankollu, jekk/meta din il-proposta u l-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità jiġu approvati, l-Istati Membri se jkollhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, [fi żmien 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha,] lill-korp (jew korpi) maħtur biex joħroġ, iġedded u jirtira l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dawn il-kards jew għad-dikjarazzjoni tal-kards invalidi.
L-Istati Membri se jkollhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tfassal ir-rapport regolari tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Wara l-adozzjoni ta’ din il-proposta, din l-informazzjoni għandha tikkonċerna wkoll persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Il-proposta ma tirrikjedi l-ebda dokument ta’ spjegazzjoni għat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt nazzjonali.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-għan tal-proposta.
L-Artikolu 2 jipprevedi li l-proposta ma tbiddilx jew ma tagħtix drittijiet ġodda f’termini ta’ mobbiltà lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
L-Artikolu 3 fih id-definizzjoni ta’ “ċittadin ta’ pajjiż terz” għall-finijiet ta’ din il-proposta.
L-Artikoli 4 u 5 jipprevedu t-traspożizzjoni u d-dħul fis-seħħ, filwaqt li l-Artikolu 6 huwa relatat mad-destinatarji.
2023/0393 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2), il-punt b tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet minn persuni b’diżabilità meta jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru ieħor għal perjodu qasir, id-Direttiva …./… [proposta għal Direttiva] 7 stabbiliet il-qafas, ir-regoli u l-kundizzjonijiet komuni, inkluż mudell standardizzat komuni, għal Kard tal-UE tad-Diżabilità bħala prova tal-istatus ta’ diżabilità rikonoxxut għall-aċċess ta’ kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali offrut minn operaturi privati jew awtoritajiet pubbliċi f’varjetà wiesgħa ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni, u għal Kard Ewropee għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, bħala prova tad-dritt rikonoxxut tagħhom għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità 8 .
(2) Biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jirrispettaw u jissodisfaw l-obbligi nazzjonali tagħhom ta’ trattament ugwali u nondiskriminazzjoni vis-à-vis persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fit-territorju tagħhom u li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [XXXX], u jiġi ggarantit ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom fl-Istati Membri kollha, b’hekk jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni aktar effettivi fis-soċjetà ta’ persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq bażi ugwali maċ-ċittadini tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu estiżi r-regoli, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva./…. għal persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
(3)Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà, il-ħruġ, it-tiġdid jew l-irtirar, ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-data tal-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità bħala prova rispettivament ta’ status ta’ diżabilità jew ta’ dritt għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll id-drittijiet għall-benefiċjarji, inkluż l-aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet jew faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni, jew kundizzjonijiet ta’ parkeġġ u faċilitajiet offruti lil jew riżervati għal persuni b’diżabilità jew għal persuni li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi l-assistenti personali tagħhom, stabbiliti fid-Direttiva ../…., japplikaw bl-istess mod għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Unjoni u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
(4)F;konformità mal-Kapitolu 4 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen 9 , iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru jistgħu jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw liberament fit-territorji ta’ Stati Membri oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, skont l-acquis ta’ Schengen, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri jistgħu jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħra kollha matul perjodu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 ta’ dik il-Konvenzjoni.
(5)Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax ir-regoli applikabbli tal-Unjoni li jirregolaw il-mobbiltà fl-Unjoni kollha ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment residenti fi Stat Membru, u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, iżda minflok jenħtieġ li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw meta diġà jkollhom dan id-dritt għall-mobbiltà.
(6)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ma hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.
[jew]
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda nnotifikat [, permezz ta’ ittra ta’ …] ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
(7)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u ma hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.
(8)Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu ffaċilitati l-possibbiltajiet ta’ moviment, jew ivvjaġġar lejn Stati Membri oħra, għal persuni b’diżabilità (jew dawk li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom), li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni li tistabbilixxi qafas b’regoli u kundizzjonijiet komuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq dak l-objettiv.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli stabbiliti fid-[Direttiva (UE) XXXXX] japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva li l-istatus ta’ diżabilità u/jew id-drittijiet tagħhom għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet ta’ parkeġġ riżervati għal persuni b’diżabilità jkunu ġew rikonoxxuti mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, kif ukoll għal persuni li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi assistenti personali skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (d) ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-regoli applikabbli tal-Unjoni li jirregolaw il-mobbiltà fl-Unjoni kollha, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru.
Artikolu 3
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva “ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li la tkun ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-TFUE u lanqas membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu skont it-tifsira tal-Artikoli 2(2) u 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE, u li hija legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru u hija intitolata li tiċċaqlaq jew tivvjaġġa lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 4
1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn jj/xx/ss [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva adottata fil-proċedura 2023/0311 (COD)], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn jj/xx/ss [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva adottata fil-proċedura 2023/0311 (COD)].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
1.1.Title of the proposal/initiative
1.2.Policy area(s) concerned
1.3.The proposal/initiative relates to:
1.4.Objective(s)
1.4.1.General objective(s)
1.4.2.Specific objective(s)
1.4.3.Expected result(s) and impact
1.4.4.Indicators of performance
1.5.Grounds for the proposal/initiative
1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative
1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.
1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past
1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments
1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment
1.6.Duration and financial impact of the proposal/initiative
1.7.Management mode(s) planned
2.MANAGEMENT MEASURES
2.1.Monitoring and reporting rules
2.2.Management and control system(s)
2.2.1.Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed
2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them
2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)
2.3.Measures to prevent fraud and irregularities
3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected
3.2.Estimated financial impact of the proposal on appropriations
3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations
3.2.2.Estimated output funded with operational appropriations
3.2.3.Summary of estimated impact on administrative appropriations
3.2.4.Compatibility with the current multiannual financial framework
3.2.5.Third-party contributions
3.3.Estimated impact on revenue
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà
L-aċċess għas-servizzi, għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għall-attivitajiet u għall-faċilitajiet tal-persuni b’diżabilità
Il-moviment liberu tal-persuni b’diżabilità
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 10
⌧ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-istess qafas kif stabbilit fil-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità japplika għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’diżabilità, li ma humiex diġà koperti minnha, meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew iżuru Stat Membru għal perjodu qasir. Dan japplika għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ikun ġie rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li jkunu intitolati li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku 1: Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi lid-detenturi tal-Kard tal-UE tad-Diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali fl-Istat Membru li jżuru jew li jivvjaġġaw lejh għal kwalunkwe kundizzjoni preferenzjali speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet offruti lil persuni b’diżabilità.
Objettiv speċifiku 2: Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi lid-detenturi tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali fl-Istat Membru li jżuru jew li jivvjaġġaw lejh għal kwalunkwe kundizzjoni u faċilità tal-parkeġġ offruti lil jew riżervati għal persuni b’diżabilità.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu legalment li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali u/jew trattament preferenzjali offrut lil persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet meta jkunu qed iżuru jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra;
Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu legalment li jibbenefikaw minn kwalunkwe kundizzjoni u faċilità ta’ parkeġġ offruti lil persuni b’diżabilità jew irriżervati għalihom meta jkunu qed iżuru jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra;
Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu legalment li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stati Membri oħra
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-għadd ta’ Stati Membri li ttrasponew id-Direttiva sal-lum
L-għadd ta’ Kards tal-UE tad-Diżabilità maħruġa mill-Istati Membri lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment
L-għadd ta’ Kards Ewropej għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità maħruġa mill-Istati Membri lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-rekwiżit ewlieni li għandu jiġi ssodisfat fuq perjodu ta’ żmien qasir huwa li jintlaħaq ftehim dwar il-proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità mill-koleġiżlaturi, matul l-2024, segwit minn ftehim dwar din il-proposta.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa u ġġustifikata biex tiffaċilita l-possibbiltajiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’diżabilità li jivvjaġġaw jew jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra biex jaċċessaw kundizzjonijiet speċjali u/jew trattament preferenzjali għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ fl-Istati Membri kollha fuq bażi ugwali mar-residenti tal-pajjiż li jkunu qed iżuru, u, billi tagħmel dan, ittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet fil-livell tal-UE.
Il-problema identifikata għandha dimensjoni transfruntiera li ma tistax tiġi solvuta mill-Istati Membri waħedhom. Mill-introduzzjoni tal-kard tal-UE għall-parkeġġ fl-1998, l-Istati Membri inkludew żidiet jew devjazzjonijiet speċifiċi nazzjonali mill-mudell tal-kard tal-UE għall-parkeġġ, li wasslu għal varjetà ta’ kards madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri esperjenzaw problemi bi frodi u b’falsifikazzjoni tal-kards. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ma ġietx aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u ta’ diġitalizzazzjoni li qegħdin isiru bħalissa.
Filwaqt li l-proġett pilota tal-Kardtad-Diżabilità tal-UE ħadem fost it-tmien Stati Membri parteċipanti, ma kellux dimensjoni usa’ mal-UE kollha, u b’hekk ħoloq inċertezza sinifikanti u trattament mhux ugwali tal-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn u jżuru Stati Membri differenti. Peress li l-kard tal-proġett pilota u l-mudell tagħha huma volontarji, l-istess problemi ta’ diverġenza bħal fil-każ tal-kard għall-parkeġġ x’aktarx li jiżviluppaw maż-żmien.
Il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE hija direttament marbuta man-natura transfruntiera tal-ivvjaġġar u l-isfidi relatati li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw fl-UE, għalhekk il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ ikkoordinat adegwat fost l-Istati Membri fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-kundizzjonijiet preferenzjali offruti mis-servizzi fuq bażi ugwali għar-residenti f’pajjiżhom. Bħala tali, jekk l-UE ma tintervjenix, id-differenzi kurrenti fil-kards nazzjonali tad-diżabilità se jiżdiedu, u b’hekk it-trattament differenti ta’ persuni b’diżabilità fl-Istati Membri kollha u l-inċertezza inerenti (inkluża l-inċertezza legali) jibqgħu.
L-azzjoni tal-UE żżid il-valur billi tintroduċi strument rikonoxxut b’mod reċiproku (il-Kard tal-UE tad-Diżabilità), tiffaċilita l-possibbiltajiet għal persuni b’diżabilità li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex iżuru jew jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra u t-trattament ugwali tagħhom meta jaċċessaw is-servizzi, attivitajiet u faċilitajiet meta mqabbla ma’ residenti b’diżabilità fl-Istati Membri kollha. L-istudju ta’ evalwazzjoni dwar il-Kard tad-Diżabilità tal-UE pilota dwar id-diżabilità wera li fit-tmien Stati Membri li jipparteċipaw fil-proġett, l-azzjoni tal-UE ppermettiet ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità li ma kienx jintlaħaq mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. F’dan id-dawl, l-intervent tal-Kummissjoni Ewropea kkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010–2020.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-Kard tal-UE tad-Diżabilità tibni fuq żewġ strumenti diġà fis-seħħ: il-proġett pilota tal-kard għall-parkeġġ tal-UE u tal-Karta tal-UE tad-Diżabilità. Il-kard għall-parkeġġ tal-UE għal persuni b’diżabilità nħolqot bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE u ġiet emendata fl-2008. Din tipprevedi mudell standardizzat tal-kard għall-parkeġġ tal-UE bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tagħha madwar l-Istati Membri, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni b’diżabilità bil-karozza. Minkejja r-rwol pożittiv tagħha, l-utenti qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-kard għall-parkeġġ tal-UE. Mill-2018 sal-2022, ġew ippreżentati madwar 260 mistoqsija dwar il-kard għall-parkeġġ tal-UE fuq il-pjattaforma SOLVIT. Ilmenti bħal dawn qiesu prinċipalment inċertezzi fir-rigward tad-drittijiet mogħtija mill-kard lill-persuni b’diżabilità meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra (madwar 30 % tal-każijiet), ir-rikonoxximent reċiproku tal-kards għall-parkeġġ nazzjonali, maħruġa abbażi tal-mudell tal-UE (madwar 25 % tal-każijiet), kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-multi riċevuti anke meta tintwera l-kard għall-parkeġġ tal-UE (madwar 12 % tal-każijiet).
Il-proġett pilota tal-Kard tal-UE tad-Diżabilità, ittestjat wara r-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, twettaq fi tmien Stati Membri (il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja) fl-2016–2018 u baqa’ fis-seħħ wara t-tmiem tal-proġett. Il-proġett pilota jipprovdi format komuni għal karta għar-rikonoxximent reċiproku volontarju fost l-Istati Membri parteċipanti tal-istatus ta’ diżabilità, kif stabbilit f’konformità mal-kriterji jew mar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà, għall-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi fl-oqsma tal-kultura, tad-divertiment, tal-isport u, f’xi pajjiżi, tat-trasport. F’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni, ir-rikonoxximent tal-karti u ċ-ċertifikati nazzjonali tad-diżabilità tagħhom se jibqa’ volontarju u limitat fir-rigward tal-kundizzjonijiet preferenzjali meta jiġu aċċessati s-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta hija kompatibbli mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, mal-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet baġitarji addizzjonali għall-baġit tal-UE. Kif iddikjarat fil-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, l-uniċi kostijiet operazzjonali huma relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kumitat u tal-grupp ta’ esperti, kif ukoll appoġġ għall-kontrolli tal-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jiġifieri approprjazzjoni operazzjonali ta’ EUR 0,62 miljun taħt il-linja baġitarja eżistenti, kif ukoll nefqa amministrattiva ta’ madwar EUR 0,342 miljun fis-sena. Din in-nefqa se tinvolvi riallokazzjoni interna ta’ fondi mingħajr ebda żieda fl-ammont. L-ammonti msemmija mhux se jiżdiedu mill-proposta kurrenti.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻ fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
X durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 11
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet baġitarji addizzjonali għall-baġit tal-UE.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Mhux aktar tard minn [3 snin wara d-data tal-applikazzjoni] tad-Direttiva li tistabbilixxi l-Kard tal-UE tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità, u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni tagħha. Il-proposta kurrenti ma tipprevedix regoli addizzjonali ta’ monitoraġġ u rapportar.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Mhux Applikabbli
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ EMPL. Dawn l-attivitajiet il-ġodda se jkunu koperti mill-istess approċċ għall-identifikazzjoni tar-riskji u għall-mitigazzjoni tagħhom.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ EMPL. Dawn l-attivitajiet ġodda se jiġġeneraw kostijiet addizzjonali mhux sinifikanti ta’ kontroll fil-livell tad-DĠ.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, b’penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq spezzjonijiet u verifiki in situ skont din id-Deċiżjoni, b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet mill-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u dawn għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./mhux diff 12 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 13 |
minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali 14 |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
[XX.SS.SS.SS] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
[XX.SS.SS.SS] |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
||
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali addizzjonali (ara COM(2023) 512 u d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva relatata)
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
Numru |
|
DĠ: <…….> |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||||
|
Linja baġitarja 16 |
Impenji |
(1a) |
|||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1b) |
|||||||||
|
Pagamenti |
(2b) |
||||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 17 |
|||||||||||
|
Linja baġitarja |
(3) |
||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
|||||||||
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
||||||||||
|
|
Impenji |
(4) |
||||||||
|
Pagamenti |
(5) |
|||||||||
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
(6) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
||||||||
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
|||||||||
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
Impenji |
(4) |
||||||||
|
Pagamenti |
(5) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
(6) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
||||||||
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
|||||||||
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
DĠ: <…….> |
||||||||||
|
• Riżorsi umani |
||||||||||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||||
|
TOTAL TAD-DĠ <…….> |
Approprjazzjonijiet |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
|||||||||
|
Pagamenti |
||||||||||
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 19 |
Kost medju |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Le |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 20 … |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
22
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa oħra
|
||||||||
|
Subtotal
|
|
TOTAL |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
|
Sena
|
Sena N+2 |
Sena N+3 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
|||||
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) |
|||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
|||||||||
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 23 |
|||||||||
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
|||||||||
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
XX 01 xx yy zz 24 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
TOTAL |
|||||||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
|
|
Persunal estern |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
–◻ teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
–◻ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻ tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–◻ fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 26 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).