IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.11.2023
COM(2023) 696 final
ANNESS
ta' [...]
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda tal-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim ŻEE
(ETS Marittima u Stazzjonarja)
ANNESS
ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.
(2)Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.
(3)Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.
(4)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.
(5)Il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jinħarġu għas-sena 2027 skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2025 u, bħal fil-każ tas-Sistema eżistenti għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, se tistabbilixxi l-limitu bħala kwantità ta’ kwoti fiż-ŻEE kollha. Jenħtieġ li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jipprovdu data tal-input u ser jiġu kkonsultati matul il-proċess ta’ tħejjija tad-Deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni.
(6)L-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Istati tal-EFTA tar-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.
(7)Abbażi tal-unjoni reġjonali tal-Liechtenstein mal-Iżvizzera u f’konformità mat-trattat bilaterali dwar l-imposti ambjentali, tiġi applikata taxxa fuq is-CO2 fil-Liechtenstein, li l-amministrazzjoni tiegħu, inkluż il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar, titwettaq mill-awtoritajiet u l-entitajiet Żvizzeri. Għalhekk għal-Liechtenstein, fir-rigward tal-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, rieżami tad-data tat-tmiem tad-deroga skont l-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u eżenzjoni mir-regoli amministrattivi relatati sa dak iż-żmien u l-aġġustamenti korrispondenti fis-sorsi tad-data dwar l-emissjonijiet huma xierqa.
(8)Iċ-ċifri ppubblikati bid-Deċiżjoni (UE) 2023/1575 għall-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għall-2024 u t-tnaqqis annwali tal-kwoti li għandhom jinħarġu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-fattur lineari ta’ tnaqqis jinkludu l-Istati tal-EFTA, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/959.
(9)Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1.Il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:
(i)jiżdied l-inċiż li ġej:
‘-32023 L 0959: Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).”;
(ii)l-adattament (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
‘(d)L-Artikolu 3d(4), ir-raba’ sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3ga (3), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 30d(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30e(3)(h) ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.”;
(iii)fl-adattament (e), il-kliem “Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 9” huma sostitwiti bil-kliem “Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9”;
(iv)l-adattament (j) jitħassar; l-adattamenti (f) sa (i) huma nnumerati mill-ġdid bħala (g) sa (j);
(v)l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (e):
‘(f)Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9:
“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, iċ-ċifri meqjusa għall-kalkolu tal-kwantità ta’ kwoti fiż-ŻEE kollha li għandhom jinħarġu mill-2024’il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti B tal-Appendiċi.’”;
(vi)l-adattamenti (t) u (u) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (z) u (za); l-adattamenti (l) sa (s) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (o) sa (v); adattament (k) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-adattament (l);
(vii)l-adattazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda wara l-addattament (j):
‘(k)Fl-Artikolu 10a(1), il-kliem “, jew obbligi ekwivalenti, skont il-liġi nazzjonali fl-Istati tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.;
(viii)l-adattazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda wara l-addattament (l):
‘(m)Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3):
“Deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-Istati tal-EFTA, għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.”
(n)Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 12(3-c):
‘Deċiżjonijiet dwar talbiet magħmula minn żewġ Stati tal-EFTA, għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.”’;
(ix)it-test tal-adattament (o) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3):
“L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu għal multi għal emissjonijiet eċċessivi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tal-UE.”’;
(x)it-test tal-adattament (s) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 18b(1):
‘Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu l-assistenza tal-EMSA jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu għal dak il-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.”’;
(xi)l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (v):
‘(w)Is-sentenza li ġejja tiżdied fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 30d(4):
“Fil-każ imsemmi f’dan is-subparagrafu, is-sehem tal-kwoti tal-Istati tal-EFTA magħmula disponibbli għall-Fond Soċjali għall-Klima f’konformità mal-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx jiġu affettwati.”
(x)Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 30e(3)(a) huwa sostitwit bil-paragrafu li ġej:
“L-Istat tal-EFTA kkonċernat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar dik it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju mhux aktar tard minn 2-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE xx/2023 ta’ xx [din id-Deċiżjoni], u jiddokumenta l-livell tat-taxxa billi jipprovdi referenzi għall-istrument nazzjonali rilevanti rigward ir-rata tat-taxxa attwali u r-rati tat-taxxa indikati sal-2030; l-Istat tal-EFTA kkonċernat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bi kwalunkwe bidla sussegwenti fit-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju; l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha minnufih, u mhux aktar tard minn xahar (1) wara dan, tikkomunika kwalunkwe notifika minn Stat tal-EFTA lill-Kummissjoni;”
(y)Is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 30e(3):
“Għal-Liechtenstein, l-applikazzjoni tad-data tat-tmiem tad-deroga, l-31 ta’ Diċembru 2030, se tiġi rieżaminata bħala parti mid-Deċiżjoni li jmiss tal-Kumitat Konġunt dwar id-Direttiva 2003/87/KE wara r-rieżami ta’ Lulju 2026 tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu r-regoli rilevanti applikabbli fil-Liechtenstein minħabba l-unjoni reġjonali tiegħu mal-Iżvizzera u b’mod partikolari t-taxxa fuq is-CO2 u l-amministrazzjoni tagħha kif regolata f’konformità mat-trattat bilaterali dwar l-imposti ambjentali fid-dawl tal-ekwivalenza tagħhom mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali, u sa fejn ikun possibbli r-riżultati tar-rieżami tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30i ta’ dik id-Direttiva.
Sakemm tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jmiss dwar id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikoli 30b u 30f tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx japplikaw fil-Liechtenstein. Kwalunkwe data rilevanti għall-aġġustamenti tal-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għal-Liechtenstein relatata mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE se tittieħed mill-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UNFCCC għal-Liechtenstein sakemm id-data ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 30f tad-Direttiva ma tkunx disponibbli.”’;
(xii)it-test tal-Parti B tal-appendiċi tal-adattament (za) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“PARTI B
Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA relevanti għall-kalkolu u l-aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar iż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2021 sal-2030
skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE
Għad-determinazzjoni ta’ dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 2.2 % mill-2021 sal-2023, 4.3 % mill-2024 sal-2027 u 4.4 % mill-2028.
|
PAK 2021-2030
|
L-Iżlanda
|
In-Norveġja
|
|
2021
|
1 432 642
|
16 304 948
|
|
2022
|
1 393 440
|
15 858 793
|
|
2023
|
1 354 238
|
15 412 638
|
|
2024
|
1 227 504
|
14 242 697
|
|
2025
|
1 148 901
|
13 331 215
|
|
2026
|
1 045 721
|
12 140 314
|
|
2027
|
967 476
|
11 235 954
|
|
2028
|
887 411
|
10 310 563
|
|
2029
|
807 347
|
9 385 171
|
|
2030
|
727 282
|
8 459 779
|
Dawn iċ-ċifri ma jinkludux il-kwoti li jikkorrispondu għall-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ETS tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għajr l-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tat-trasport marittimu mill-1 ta’ Jannar 2026 u l-kopertura tal-emissjonijiet tal-bastimenti offshore mill-1 ta’ Jannar 2027, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom għall-aktar sena reċenti li għaliha hemm data disponibbli.”’.
2.L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 21alj (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
‘-32023 D 0852: Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 (ĠU L 110, 25.4.2023, p. 21),
-32023 L 0959: Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).”
3.Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apn (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722):
‘21apo. 32023 D 1575: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30).”
4.Il-punt 21aw (ir-Regolament (UE) Nru 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:
(i)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE”;
(ii)jiżdied l-inċiż li ġej:
‘-32023 R 0957: Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).”.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2023/957, id-Direttiva (UE) 2023/959 u d-Deċiżjonijiet (UE) 2023/852 u (UE) 2023/1575 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom ikun l-aħħar.
[Għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2023.]
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
[…]
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[…]