Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0271

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

COM/2023/271 final

Brussell, 1.6.2023

COM(2023) 271 final

2023/0165(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 202 final} - {SWD(2023) 148 final} - {SWD(2023) 149 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna emenda għad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port 1 ..

Id-Direttiva 2009/16/KE (minn hawn ’il quddiem id-Direttiva) tirregola l-ispezzjonijiet tal-kontroll mill-Istat tal-port fil-livell tal-UE. Il-kontroll mill-Istat tal-port (PSC) huwa sistema ta’ spezzjoni ta’ vapuri barranin f’portijiet ta’ stati għajr l-Istat tal-bandiera mill-uffiċjali tal-PSC biex jivverifikaw li l-kompetenza tal-kaptan, tal-uffiċjali u tal-ekwipaġġ abbord, il-kundizzjoni ta’ vapur, u t-tagħmir tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali – u fl-Unjoni Ewropea, mad-dritt applikabbli tal-UE. B’hekk, il-PSC huwa importanti fl-iżgurar tas-sikurezza marittima u fil-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

Minħabba l-istorja u n-natura internazzjonali tiegħu, it-trasport marittimu żviluppa struttura regolatorja speċifika. Fil-livell globali, il-qafas legali internazzjonali ġie adottat taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali 2 (OMI) u r-regoli li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord il-vapuri huma promulgati minn aġenzija oħra tan-NU, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).

Ir-responsabbiltà primarja għall-monitoraġġ tal-konformità tal-vapuri mal-istandards tal-OMI u tal-ILO hija tal-Istat fejn il-vapur huwa rreġistrat u li l-vapur għandu n-nazzjonalità tiegħu – l-Istat tal-bandiera. Madankollu, ir-regoli tal-Istat tal-bandiera japplikaw biss għal bastimenti li jtajru dik il-bandiera. Għad hemm Stati tal-bandiera li huma lesti li jippermettu bastimenti substandard joperaw taħt il-bnadar tagħhom jew li ma jistgħux jinfurzaw b’mod adegwat ir-regoli internazzjonali. Għalhekk, ħafna mill-konvenzjonijiet tekniċi l-aktar importanti tal-OMI fihom dispożizzjonijiet għall-vapuri li għandhom jiġu spezzjonati meta l-bastimenti jżuru portijiet barranin sabiex jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti internazzjonali.

Sabiex tittejjeb l-effettività, l-Istati tal-port li jwettqu spezzjonijiet tal-PSC bdew jikkoordinaw il-ħidma tagħhom b’mod sistematiku fil-livell reġjonali. Il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (minn hawn ’il quddiem l-“MtQ 3 ta’ Pariġi”) imfassal fl-1982 huwa l-ewwel minn disa’ strutturi intergovernattivi madwar id-dinja. L-24 Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kollha b’portijiet tal-baħar, kif ukoll il-Kanada, il-Federazzjoni Russa 4 u r-Renju Unit, huma firmatarji tal-MtQ ta’ Pariġi. L-UE mhijiex membru.

Id-Direttiva dwar il-PSC tinkorpora l-proċeduri u l-għodod tal-MtQ ta’ Pariġi kif miftiehem fl-2009. L-MtQ ta’ Pariġi u d-Direttiva dwar il-PSC huma bbażati fuq il-kunċetti ta’ piż kondiviż u spezzjonijiet immirati u armonizzati. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), tipprovdi lill-Istati Membri kollha tal-MtQ ta’ Pariġi u taż-ŻEE bl-appoġġ tekniku meħtieġ sabiex jiġi deċiż liema bastimenti għandhom jispezzjonaw, u sabiex jirrapportaw u jikkondividu r-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-PSC permezz tal-bażi tad-data THETIS (ospitata mill-EMSA) u bit-taħriġ dwar kif għandhom jitwettqu l-ispezzjonijiet. L-Istati Membri taż-ŻEE jingħataw ukoll informazzjoni dwar il-bastimenti skedati li jidħlu fil-portijiet tagħhom permezz tas-sistema tal-Unjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni marittima “SafeSeaNet” 5 sabiex ikunu jistgħu jippjanaw l-ispezzjonijiet tagħhom.

L-objettivi ewlenin tad-Direttiva dwar il-PSC huma li:

(i)ittejjeb is-sikurezza u s-sigurtà marittima kontinwament;

(ii)ittejjeb il-prevenzjoni tat-tniġġis u tal-impatt ambjentali kontinwament;

(iii)ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord kontinwament;

(iv)tevita distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Għal dan l-għan, l-elementi ewlenin tar-reġim tal-PSC tal-UE huma:

(i)li jittieħed approċċ armonizzat għall-ispezzjonijiet u għad-detenzjonijiet;

(ii)li kull Stat Membru jimpenja ruħu għal impenn annwali ta’ spezzjoni

(iii)li l-vapuri jiġu mmirati għal spezzjoni abbażi ta’ profil ta’ riskju tal-vapur (SRP) għal kull vapur individwali u

(iv)li jinżammu r-rekords u tiġi kondiviża l-informazzjoni (bażi tad-data tal-ispezzjoni).

Minn meta daħlet fis-seħħ, id-Direttiva ġiet emendata biex tiġi infurzata l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 (MLC, 2006) 6 . Barra minn hekk, fl-UE, japplikaw regoli speċifiċi partikolari għal laneċ f’servizz regolari, 7 rekwiżiti tal-assigurazzjoni, 8 il-kontroll tal-iskart iġġenerat mill-vapuri u r-residwi tal-merkanzija 9 ,, ir-riċiklaġġ sikur u ambjentalment korrett tal-vapuri 10 u l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) 11 meta l-ispezzjonijiet tal-PSC jivverifikaw l-infurzar ta’ dawn ir-regoli. Għal atti legali oħrajn tal-UE, bħall-kontroll tal-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar, il-PSC jintuża wkoll biex jivverifika fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri tal-UE mill-PSC 12 . Il-kontroll mill-Istat tal-port fl-UE huwa bbażat l-aktar fuq ir-regoli u l-proċeduri tal-MtQ ta’ Pariġi iżda dawn id-dispożizzjonijiet tal-UE ma japplikawx għall-firmatarji mhux taż-ŻEE tal-MtQ ta’ Pariġi.  

Id-Direttiva kienet soġġetta għal evalwazzjoni ex post u kontroll tal-idoneità marittima (flimkien ma’ partijiet oħrajn ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza marittima) fl-2018. Minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva, din ġiet immonitorjata kontinwament ukoll mill-Kummissjoni li identifikat il-kwistjonijiet problematiċi li ġejjin:

1)ir-rekwiżiti kurrenti tal-UE ma humiex allinjati mar-regoli obbligatorji internazzjonali ġodda u mal-proċeduri l-ġodda miftiehma fil-livell reġjonali (l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali – l-OMI, u l-MtQ ta’ Pariġi);

2)ir-rekwiżiti kurrenti tal-UE ma japplikawx għall-bastimenti tas-sajd – ċerti konvenzjonijiet internazzjonali li japplikaw għal bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru, li jistgħu jiġu infurzati mill-PSC, ma jiġux spezzjonati jew ma jiġux spezzjonati b’mod koordinat;

3)hemm distribuzzjoni mhux uniformi tal-ispezzjonijiet tal-PSC madwar il-portijiet tal-UE;

4)id-disinn kurrenti tal-profil tariskju tal-vapur u l-mekkaniżmu ta’ mmirar użat biex jintgħażlu l-vapuri għall-ispezzjoni, ma humiex aġġornati;

5)is-sistema tiddependi wisq fuq sistema kumplessa ta’ ċertifikati bbażati fuq il-karta, u

6)hemm proċeduri inadegwati u mhux flessibbli u riżorsi tal-PSC inadegwati (ħiliet, taħriġ).

Il-problemi identifikati jeżistu madwar l-UE kollha u għandhom l-istess kawżi sottostanti. Fin-nuqqas ta’ azzjoni tal-UE, l-Istati Membri jirriskjaw li jaħdmu b’mod mhux koordinat u mhux armonizzat. Hemm valur ċar tal-UE fit-titjib tad-Direttiva sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ħejjiet proposta biex temenda d-Direttiva 2009/16/KE. L-objettivi speċifiċi tal-proposta huma li:

Taġġorna u tallinja l-leġiżlazzjoni tal-UE mar-regoli u mal-proċeduri internazzjonali, stabbiliti mill-OMI/ILO jew mill-MtQ ta’ Pariġi;

Tipproteġi l-bastimenti tas-sajd, l-ekwipaġġ tagħhom u l-ambjent. Bastimenti tas-sajd akbar b’tul ta’ aktar minn 24 metru ma humiex inklużi fl-ambitu tal-kontroll mill-Istat tal-port. Sistema volontarja ta’ kontroll għal dan it-tip ta’ bastiment – għandha żżid il-livell ta’ konformità mal-istandards internazzjonali ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali applikabbli għal dawn il-bastimenti;

Tiżgura użu akbar ta’ soluzzjonijiet diġitali. B’mod partikolari, din tinkoraġġixxi l-adozzjoni u l-użu ta’ ċertifikati statutorji elettroniċi billi torbot l-użu tagħhom mal-profil tariskju tal-vapur użat biex jimmira u jagħżel il-vapuri għall-ispezzjoni.

Tiżgura approċċ effiċjenti u armonizzat għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tal-PSC. Dan jinkludi l-immirar aħjar tal-bastimenti għall-ispezzjoni billi jiġu ristrutturati l-aspetti mhux aġġornati tal-profil tariskju tal-vapur u jiżdiedu komponenti ġodda miegħu.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, din il-proposta taġġorna wkoll għadd ta’ definizzjonijiet u referenzi għal-leġiżlazzjoni relatata tal-UE u għar-Regolamenti dwar l-OMI.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mad-Direttiva 2009/18/KE 13 dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi u d-Direttiva 2009/21/KE 14 dwar ir-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera. Dawn it-tliet Direttivi tal-UE dwar is-sikurezza marittima huma bbażati kollha fuq ir-regoli u l-istandards stabbiliti mill-OMI fil-livell internazzjonali, u flimkien jiffurmaw il-bażi għas-sistema tal-UE li tiżgura s-sikurezza tal-operazzjonijiet marittimi fl-ilmijiet tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

Il-proposta tifforma parti mill-programm REFIT tal-Kummissjoni u timplimenta l-aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar billi tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti tkun sempliċi u ċara, ma toħloqx piż bla bżonn u żżomm il-pass mal-iżviluppi politiċi, soċjetali u teknoloġiċi li qegħdin jevolvu. Din il-proposta u proposti relatati għar-reviżjoni tad-Direttivi l-oħrajn dwar is-sikurezza marittima huma wkoll parti minn u għandhom interazzjoni sinifikanti mal-korp tad-dritt tal-Unjoni li jirregola s-sikurezza marittima li jinkludi s-sistema ta’ monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku ta’ bastimenti tal-UE (SafeSeaNet) 15 ,, ir-Regolament li jistabbilixxi l-EMSA 16 , id-Direttiva dwar is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd 17 , il-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti 18 , id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina 19 u leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-UE 20 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tad-Direttiva emendatorja hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, li jipprevedi miżuri sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-trasport u dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trasport bil-baħar.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Peress li l-istrumenti internazzjonali fil-qasam tal-PSC fis-settur tat-trasport marittimu huma kompetenza esklużiva tal-UE skont l-Artikolu 3(2) tat-TFUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax, la għal dawk l-istrumenti u lanqas għar-regoli tal-UE li jimplimentaw dawk il-ftehimiet.

Proporzjonalità

Il-Kummissjoni ħejjiet il-proposta biex tirrifletti l-aħħar żviluppi fil-livell internazzjonali u r-riżultati tal-evalwazzjoni ex post tal-2018 u tal-proċeduri REFIT. Il-Kummissjoni wettqet ukoll valutazzjoni tal-impatt biex tidentifika, tivvaluta u tevalwa miżuri alternattivi biex jintlaħqu l-istess objettivi.

L-objettiv tal-emenda proposta huwa li tittejjeb is-sikurezza marittima billi jkun hemm sistema aġġornata, koerenti u armonizzata ta’ spezzjonijiet tal-PSC madwar l-UE biex jiġi mmirat it-tbaħħir li ma jkunx qiegħed jagħti prestazzjoni tajba u b’hekk tittejjeb is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti li joperaw fl-ilmijiet tal-UE. Din tqis li huwa xieraq li l-ambitu tal-PSC jiġi estiż għal bastimenti tas-sajd akbar huwa meqjus proporzjonat peress li se jkun volontarju għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ jwettqu dan it-tip ta’ spezzjoni. Din il-miżura għandha ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-sikurezza, ambjentali u tax-xogħol u tal-għajxien fis-settur tas-sajd. Il-pass lejn id-diġitalizzazzjoni u l-użu taċ-ċertifikati elettroniċi se joħloq kostijiet iżda dawn se jkunu limitati u se jiġu kkumpensati mill-benefiċċji mistennija f’termini ta’ impatt akbar fuq is-sikurezza u l-effiċjenza li huma mistennija li jagħtu. Minħabba n-natura internazzjonali tas-settur, ma hemm l-ebda miżura alternattiva biex dawn ir-riżultati jinkisbu b’mod aktar effettiv u effiċjenti.

Għażla tal-istrument

Peress li l-proposta tirrikjedi biss li jsiru diversi emendi għad-Direttiva 2009/16/KE, Direttiva emendatorja hija l-aktar strument legali xieraq.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ex post tar-REFIT tal-2018 u l-kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu kkonkludew li, għalkemm id-Direttiva tillimita l-flessibbiltà tal-MtQ ta’ Pariġi sa ċertu punt, din iżżid il-valur, billi tgħaqqad qafas ta’ kontroll mill-Istat tal-port ma’ mekkaniżmu ta’ infurzar legali, biex tiżgura implimentazzjoni korretta u konsistenti fl-Istati Membri. Dan irriżulta fi pressjoni biex jinkisbu riżultati u jkun hemm titjib kontinwu, u b’hekk għal allokazzjoni aħjar tar-riżorsi fil-livell tal-Istati Membri għall-kontroll mill-Istat tal-port. L-evalwazzjoni kkonkludiet li d-Direttiva kkontribwiet għall-objettivi maħsuba sabiex jittejbu s-sikurezza marittima, is-sigurtà, il-prevenzjoni tat-tniġġis u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u tal-għajxien abbord.

L-EMSA appoġġat ir-reġim ta’ kontroll mill-Istat tal-port b’modi importanti. Aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE li jwettqu spezzjonijiet jużaw esklużivament it-THETIS biex jagħżlu liema bastimenti għandhom jispezzjonaw. Ir-rwol tal-EMSA fil-ġestjoni u fl-aġġornament tat-THETIS, u t-taħriġ ipprovdut mill-EMSA tal-ispetturi sabiex jiġu armonizzati l-ispezzjonijiet fir-reġjun kollu tal-MtQ ta’ Pariġi, instab li kien importanti ħafna wkoll.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-EMSA mmonitorjaw kontinwament l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Peress li r-rapporti ta’ spezzjoni tal-PSC jridu jittellgħu fit-THETIS malli titlesta spezzjoni, l-EMSA għandha ħarsa ġenerali kważi f’ħin reali u dettaljata tal-ispezzjonijiet kollha mwettqa. L-EMSA tipprovdi wkoll help desk u assistenza teknika lill-Istati Membri li jirrikjedu l-assistenza, u twettaq żjarat lill-Istati Membri taż-ŻEE biex tivverifika l-konformità.

Madankollu, il-kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu u l-analiżi orizzontali mill-EMSA identifikaw diversi oqsma li jistgħu jittejbu fir-reġim tal-PSC.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ewlenin kienu jinkludu:

Erba’ intervisti esploratorji ma’ rappreżentanti fil-livell tal-UE ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin, b’mod partikolari biex jappoġġaw u jirfinaw id-definizzjoni ġenerali tal-problema u l-għażliet ta’ politika possibbli.

Stħarriġ immirat tal-partijiet ikkonċernati organizzat mill-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ appoġġ estern għall-valutazzjoni tal-impatt, bejn is-7 ta’ Settembru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2021. L-istħarriġ intbagħat lill-partijiet ikkonċernati ewlenin b’talbiet speċifiċi għal informazzjoni, b’mod partikolari biex tiġi sostnuta l-valutazzjoni tal-impatti ta’ miżuri ta’ politika possibbli.

Il-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ appoġġ estern għall-valutazzjoni tal-impatt, organizza 22 intervista mmirata li saru mit-13 ta’ Lulju 2021 sas-16 ta’ Settembru 2021, mal-partijiet ikkonċernati ewlenin biex jimlew talbiet speċifiċi għal informazzjoni, b’mod partikolari biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-impatti ta’ miżuri ta’ politika possibbli.

Attivitajiet ta’ konsultazzjoni addizzjonali organizzati mid-DĠ MOVE u mill-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ appoġġ estern għall-valutazzjoni tal-impatt sabiex jiġu kkonsultati l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin sabiex jinstiltu l-fehmiet tagħhom dwar il-miżuri ta’ politika differenti u jiġu vvalidati r-riżultati emerġenti u finali tal-istudju ta’ appoġġ għall-Valutazzjoni tal-Impatt f’termini tal-kwantifikazzjoni tal-impatti. Dawn l-attivitajiet saru matul il-laqgħat tal-Kumitat tad-Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE dwar it-trasport marittimu (16 ta’ April 2021, 23 ta’ Settembru 2021 u 16 ta’ Diċembru 2021), il-Kumitat tad-Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE dwar is-Sajd fil-Baħar (29 ta’ Jannar 2021, 8 ta’ Marzu 2021 u 16 ta’ Novembru 2021), il-Kumitat tad-Djalogu Soċjali tas-Settur tal-UE dwar il-portijiet (19 ta’ Novembru 2021), laqgħa informali tad-Diretturi tat-Trasport Marittimu tal-UE/taż-ŻEE (30 ta’ Novembru 2021), laqgħat virtwali u personali tal-Kumitat tal-Kontroll mill-Istat tal-Port tal-MtQ ta’ Pariġi (Mejju 2021 u Mejju 2022), laqgħat tal-Kumitat tal-UE dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (17 ta’ Mejju 2021, 11 ta’ Novembru 2021 u 31 ta’ Mejju 2022).

L-informazzjoni miġbura mill-partijiet ikkonċernati kienet kruċjali biex tippermetti lill-Kummissjoni tirfina t-tfassil tal-għażliet ta’ politika kif ukoll biex tivvaluta l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tqabbel l-għażliet u taċċerta liema hija probabbli li tilħaq l-aħjar proporzjon ta’ kostijiet-benefiċċji għas-soċjetà u li tgħin sabiex jinkiseb mekkaniżmu ta’ kontroll mill-Istat tal-port aktar effettiv u effiċjenti li jimmira aħjar it-tbaħħir substandard. Is-sejbiet minn dawk il-proċessi kkomplementaw ir-riċerka bbażata fuq id-dokumentazzjoni mwettqa bħala parti mill-ħidma fuq l-istudju ta’ appoġġ estern.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Dan ir-rieżami jibni primarjament fuq id-data miġbura matul l-evalwazzjoni ex post tal-2018 u l-proċess ta’ kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu msemmi qabel.

It-tħejjija ta’ din il-proposta kienet tirrikjedi wkoll kontribut minn esperti mill-Kummissjoni u mill-EMSA dwar il-formulazzjoni speċifika ta’ definizzjonijiet tekniċi u abbozzar legali ċar.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat tliet għażliet ta’ politika għar-reviżjoni tad-Direttiva, abbażi tal-prinċipji gwida li ġejjin:

(1) il-ħtieġa li d-Direttiva tiġi aġġornata u allinjata ma’ strumenti internazzjonali;

(2) il-potenzjal li tiġi indirizzata l-problema speċifika tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd billi jiġi previst reġim PSC speċifiku għal tali bastimenti;

(3) diġitalizzazzjoni akbar tal-metodi tal-PSC sabiex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet tal-PSC imħejjija u ffokati aħjar – id-Direttiva trid tiffaċilita u tipprovdi inċentivi għall-użu ta’ ċertifikati statutorji elettroniċi;

(4) approċċ effiċjenti u armonizzat għall-ispezzjonijiet tal-PSC, li jibbaża fuq l-esperjenza tal-passat fl-implimentazzjoni tad-Direttiva u jimmira aħjar il-bastimenti għall-ispezzjoni.

L-għażla A tipproponi għadd ta’ bidliet fid-Direttiva biex jintlaħaq aħjar l-għan li tittejjeb is-sikurezza marittima u jiġi evitat it-tniġġis. Din l-għażla hija ffukata l-aktar fuq il-fatt li d-Direttiva tinżamm allinjata mal-istrumenti legali internazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-bidliet l-oħrajn proposti huma miżuri mhux regolatorji fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet, linji gwida u workshops organizzati mill-Kummissjoni u/jew mill-EMSA.

L-għażla B toħloq bilanċ bejn l-għoti ta’ flessibbiltà għall-amministrazzjonijiet tal-PSC li huwa bbilanċjat bl-armonizzazzjoni. Sistema PSC volontarja għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ jwettqu spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru hija proposta b’mod parallel (iżda barra) mad-Direttiva attwali. Dan jinkludi wkoll l-għoti ta’ linji gwida, taħriġ tal-EMSA u bażi tad-data għall-ispezzjoni tal-EMSA biex jiġu mmirati l-vapuri u biex jiġu rrapportati l-ispezzjonijiet. Dan jinkoraġġixxi l-użu ta’ ċertifikati elettroniċi billi jingħaqdu mal-profil ta’ riskju tal-vapur.

L-għażla C tinvolvi l-ogħla żieda fil-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tal-PSC iżda se tiżgura wkoll l-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni tal-ispezzjonijiet. Din tinkorpora bis-sħiħ il-PSC għall-bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru fid-Direttiva b’impatt fuq is-sidien/l-operaturi ta’ dawn il-bastimenti kif ukoll fuq l-amministrazzjonijiet tal-PSC tal-Istati Membri. Din tagħmel l-użu taċ-ċertifikati elettroniċi obbligatorju fid-Direttiva u tipprevedi l-eliminazzjoni gradwali taċ-ċertifikati stampati sal-2035.

Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet sottomessa lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għall-approvazzjoni f’Lulju 2022. Il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja din il-proposta leġiżlattiva jindirizza l-kummenti magħmula mill-Bord.

·Applikazzjoni tal-approċċ “one in, one out”

Ma ġie identifikat l-ebda kost addizzjonali (kostijiet amministrattivi jew ta’ aġġustament) għan-negozji jew għaċ-ċittadini.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni (REFIT)

L-inizjattiva hija rilevanti għall-programm REFIT tal-Kummissjoni peress li tfittex li tallinja u tissimplifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza marittima, ittejjeb il-profil tas-sikurezza (b’mod partikolari tas-segment akbar tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd) u tassisti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ spezzjoni u rapportar.

Barra minn hekk, l-għażla ta’ politika ppreferuta tinkludi aspetti ta’ simplifikazzjoni, peress li se tiċċara s-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jinqabżu l-ispezzjonijiet tal-PSC għal raġunijiet operazzjonali normali jew f’sitwazzjonijiet ta’ force majeure. Huwa mistenni li żżid l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni madwar l-UE permezz tal-għoti mill-EMSA ta’ assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tal-PSC b’taħriġ dwar kif għandhom jitwettqu spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd barranin, u l-forniment ta’ bażi tad-data dedikata għall-ispezzjonijiet biex jiġu mmirati u magħżula bastimenti għall-ispezzjoni u biex jiġu rreġistrati u kondiviżi r-riżultati tal-ispezzjonijiet

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tagħti lok għal kostijiet attwali netti għall-baġit tal-Unjoni ta’ EUR 6,479 miljun matul il-perjodu 2025-2050. L-impatt baġitarju tal-proposta huwa deskritt f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta għall-informazzjoni. L-impatt baġitarju tal-proposta diġà huwa inkluż fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

5.ELEMENTI OĦRA

Arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Ġew identifikati arranġamenti adegwati ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. L-EMSA se jkollha rwol importanti f’dan il-proċess, peress li l-Aġenzija hija responsabbli għall-iżvilupp u għat-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi tad-data għat-trasport marittimu, b’mod partikolari l-bażi tad-data THETIS ta’ mmirar u ta’ rapportar tal-ispezzjoni.

L-implimentazzjoni tista’ tiġi mmonitorjata permezz tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni u/jew tal-EMSA tal-bażi tad-data THETIS biex jiġi vverifikat li l-vapuri qegħdin ikunu mmirati b’mod korrett għall-ispezzjoni u li l-ispezzjonijiet qegħdin jitwettqu b’mod korrett u li r-rapporti ta’ spezzjoni jittellgħu fil-bażi tad-data. L-EMSA twettaq ukoll ċikli ta’ żjarat lill-Istati Membri biex tivverifika l-operazzjonijiet fuq il-post bħala parti mir-rwol ta’ appoġġ tal-EMSA lill-Kummissjoni 21 . L-Istati Membri se jkollhom sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) biex jiċċertifikaw l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħha huma xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Dan se jkollu jiġi ċċertifikat u sussegwentement soġġett għal awditjar perjodiku. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jikkondividu mal-Kummissjoni/mal-EMSA r-riżultati tal-awditi mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll mill-Istat tal-port ikunu jistgħu jżommu ċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħhom.

Billi ċ-ċiklu sħiħ taż-żjarat ta’ implimentazzjoni previsti tal-EMSA huwa skedat li jdum 5 snin 22 , huwa propost li ċ-ċiklu ta’ evalwazzjoni tad-Direttiva jiġi stabbilit f’intervalli ta’ 7 snin.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni ma humiex meħtieġa billi l-proposta għandha l-għan li tissimplifika u tiċċara r-reġim eżistenti.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Premessa 11 tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE li huma eliġibbli (Spanja, il-Greċja, Franza, il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja) biex isiru membri tal-Memorandum ta’ Qbil Mediterran dwar il-kontroll mill-Istat tal-port biex itejbu l-kwalità u l-kwantità tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port imwettqa fil-baċir tal-Mediterran.

L-Artikolu 1 tal-abbozz tad-Direttiva emendatorja jifforma l-parti ewlenija tiegħu u fih emendi għal diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE. 

Skop, definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni

Fil-punt 1, l-Artikolu 2 huwa emendat u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva b’hekk jiġi estiż parzjalment biex jinkludi għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fl-ambitu tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port. Dawn huma l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma u s-Sedimenti tas-Saborra tal-Vapuri (il-Konvenzjoni ta’ BWM) u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tneħħija ta’ Fdalijiet ta’ Bastimenti (Nairobi) li t-tnejn huma fis-seħħ u li ġew adottati bħala strumenti rilevanti mill-MtQ ta’ Pariġi.

Fil-punt 2, il-kamp ta’ applikazzjoni huwa emendat sabiex il-bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru jkunu jistgħu jiġu spezzjonati taħt il-PSC minn dawk l-Istati Membri li jixtiequ jwettqu dawn l-ispezzjonijiet.

Impenn ta’ spezzjoni

Il-punt 3 jagħmel bidliet fl-impenn ta’ spezzjoni (l-hekk imsejjaħ “sehem ġust”) u l-mod kif dan jiġi kkalkolat u osservat mill-Istati Membri. Bħalissa, l-impenn ta’ spezzjoni huwa bbażat fuq medja kontinwa ta’ 3 snin tal-ispezzjonijiet kollha mwettqa fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi. Dan ifisser li, meta l-Istati Membri jispezzjonaw b’mod sinifikanti aktar bastimenti mill-impenn ta’ spezzjoni tagħhom, dan, maż-żmien, se jżid b’mod kumulattiv l-impenn ta’ spezzjoni għall-Istati Membri kollha. Din iż-żieda ġiet ikkalkolata mill-EMSA għal 1-2 % fis-sena. Din il-miżura hija mfassla biex tindirizza dan il-piż addizzjonali u mhux meħtieġ fuq l-Istati Membri.

Il-punti 4 u 5 jallinjaw id-Direttiva mal-bidliet fil-MtQ ta’ Pariġi fir-rigward tal-impenn ta’ spezzjoni u jippermettu aktar flessibbiltà għal spezzjonijiet maqbuża (minħabba raġunijiet operazzjonali jew ta’ force majeure).

Il-punt 6 jemenda wkoll id-Direttiva biex tippermetti aktar flessibbiltà għal spezzjonijiet maqbuża u biex tikkonforma mal-impenn ta’ spezzjoni.

Sitwazzjonijiet ta’ force majeure

Il-punt 7 jindirizza l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ flessibbiltà tar-reġim tal-PSC f’każijiet ta’ kriżi jew avvenimenti mhux mistennija, bħall-pandemija tal-COVID-19. Sabiex ir-reġim isir aktar reżiljenti, ġie introdott Artikolu 8a ġdid. Il-miżura tippermetti aktar flessibbiltà lill-Istati Membri, peress li tippermettilhom jaqbżu l-ispezzjonijiet f’każijiet ta’ force majeure, diment li l-ispezzjoni maqbuża tiġi rreġistrata u r-raġuni għan-nuqqas tal-ispezzjoni tiġi ddokumentata.

Notifika ta’ qabel il-wasla

Il-punti 8 u 10 jallinjaw id-Direttiva mal-bidliet tal-MtQ ta’ Pariġi li jneħħu l-obbligu ta’ rapportar ta’ 72 siegħa għall-bastimenti eliġibbli għal spezzjoni estiża stabbilita fl-Artikolu 9 u fl-Anness III – l-Artikolu 9 u l-Anness III jitħassru. Il-punti 16 u 23 jirriflettu t-tħassir tal-Artikolu 9 u tal-Anness III.

Parametri ambjentali

Il-punt 9 jistabbilixxi l-parametri ambjentali li se jitqiesu biex jiġi stabbilit il-profil ta’ riskju tal-vapur użat biex jiġu mmirati l-vapuri għall-ispezzjoni

Spezzjonijiet estiżi

Il-punt 10 jipprevedi li, minħabba l-kumplessità tagħhom, l-ispezzjonijiet estiżi għandhom jitwettqu minn aktar minn uffiċjal wieħed tal-kontroll mill-Istat tal-port.

Rifjut tal-aċċess

Il-punti 12 u 13 jemendaw id-Direttiva biex jallinjawha mal-bidliet adottati mill-MtQ ta’ Pariġi relatati mal-proċedura ta’ rifjut tal-aċċess (projbizzjoni) u l-possibbiltà li jiġu pprojbiti bastimenti li jkunu fuq il-listi griżi jew bojod tal-MtQ ta’ Pariġi (projbizzjoni kontra l-vapuri lil hinn mill-bandiera li jkunu qed itajru) kif ukoll dispożizzjoni relatata ma’ detenzjoni qabel il-waqt jew meta l-bastiment miżmum ma jipproċedix f’baċir għat-tiswija miftiehem.

Taħriġ mill-EMSA

Il-punt 14 jistabbilixxi l-possibbiltajiet għall-EMSA li tipprovdi taħriġ lill-Istati Membri tal-UE biex jissodisfaw aħjar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont id-Direttiva, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-PSC u t-titjib fl-ambitu u t-tip ta’ taħriġ.

Fuq din il-bażi, l-EMSA (flimkien mal-Istati Membri u l-MtQ ta’ Ftehim ta’ Pariġi) se tiżviluppa programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali ġdid għall-ispetturi, li għandu jkun magħmul minn (i) sillabu tal-kompetenza u (ii) skema ta’ żvilupp professjonali. Ladarba dawn l-aspetti jkunu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha tidentifika u tipprovdi ħtiġijiet ġodda ta’ taħriġ biex temenda l-kurrikuli, is-sillabi u l-kontenut tal-programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali għall-ispetturi, speċjalment fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda u fir-rigward tal-obbligi addizzjonali li jirriżultaw minn konvenzjonijiet ġodda tal-OMI.

Bażi tad-data, kondiviżjoni tal-informazzjoni u ċertifikati elettroniċi

Il-punt 15 jemenda d-Direttiva biex jiċċara u jistabbilixxi l-perjodu ta’ żmien li fih għandhom jiġu kkomunikati n-notifiki tal-wasla u tat-tluq tal-vapur lil SafeSeaNet. L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li din id-data tiġi “ttrasferita għal fuq il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet”. Id-Direttiva se tiġi emendata biex tinkludi xi jfisser ħin raġonevoli sabiex ir-rapportar tal-ħinijiet attwali tal-wasla u tat-tluq jiġi rrapportat fi żmien 3 sigħat. Din tipprevedi wkoll li r-rapporti kollha ta’ spezzjoni tal-PSC jiġu vvalidati minn persuna (spettur jew superviżur ieħor tal-kontroll mill-Istat tal-port) għajr l-ispettur li wettaq l-ispezzjoni qabel ma r-rapport ta’ spezzjoni jiġi ttrasferit fil-bażi tad-data.

Il-punt 16 jemenda d-Direttiva biex jiżdied Artikolu ġdid li jipprevedi u jħeġġeġ l-użu ta’ ċertifikati elettroniċi. Dawn jiddependu fuq mudell komuni, jużaw għodda u repożitorju komuni ta’ validazzjoni fil-livell tal-UE, li jorbtu l-użu ta’ ċertifikati elettroniċi mal-profil ta’ riskju tal-vapur. Din il-miżura se tħeġġeġ il-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi mill-Istati tal-bandiera jew minn Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (OR) li jaġixxu f’isimhom (filwaqt li tippermetti l-użu kontinwu tagħhom fil-PSC) billi tippremja dawn iċ-ċertifikati elettroniċi b’punti (billi żżid parametru mal-profil ta’ riskju tal-vapur) lejn li jitqiesu bħala vapuri b’riskju baxx u għalhekk ikunu anqas immirati mill-ispezzjonijiet tal-PSC.

Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità

Il-punt 18 jemenda d-Direttiva biex din tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw u japplikaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) għall-attivitajiet tal-PSC tal-amministrazzjoni marittima tagħhom. Din għandha tippermetti lill-amministrazzjonijiet iżommu l-pass mal-kumplessità u mar-rekwiżiti dejjem jiżdiedu tal-ispezzjonijiet tal-PSC, biex jippermettu kontroll aħjar tal-kwalità u jindikaw problemi bħal kwistjonijiet ta’ allokazzjoni tar-riżorsi. Din se tapplika għall-Istati tal-port kollha li diġà ma għandhomx QMS iċċertifikata esternament għall-operazzjonijiet tal-PSC tagħhom.

Atti delegati

Il-punt 19 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex taġġorna l-lista ta’ Konvenzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 2(1) jekk tali Konvenzjonijiet ikunu ġew adottati bħala strument rilevanti mill-MtQ ta’ Pariġi u biex temenda l-Anness VI sabiex iżżid u/jew taġġorna l-lista tal-proċeduri u l-linji gwida relatati mal-kontroll mill-Istat tal-port adottati mill-MtQ ta’ Pariġi.

Setgħat emendatorji

Il-punt 20 jipprovdi li kwalunkwe aġġornament għall-istrumenti rilevanti tal-OMI elenkati fl-Artikolu 2(1) jiġi soġġett għall-klawżola standard ta’ nonrigressjoni. Dan ifisser li jekk ikun hemm bidliet fil-livell internazzjonali, l-istandards fl-istrument tal-UE jinżammu mill-inqas fil-livell attwali.

Regoli ta’ implimentazzjoni

Il-punt 21 jistabbilixxi li meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika għar-rwol u għall-għarfien espert tal-MtQ ta’ Pariġi u li tali atti jqisu l-għarfien espert u l-esperjenza miksuba bis-sistema ta’ spezzjoni fl-Unjoni.

Rieżami tal-implimentazzjoni

Il-punt 22 jipprevedi li l-Kummissjoni se tipproduċi rieżami tal-implimentazzjoni tad-Direttiva emendata 10 snin wara l-adozzjoni. Dan iqis iż-żmien meħtieġ għat-traspożizzjoni u l-fatt li ċiklu ta’ rieżami tal-EMSA ta’ żjarat fl-Istati Membri tipikament jieħu mhux inqas minn 5 snin.

Profil ta’ riskju tal-Vapur (SRP) – Ċertifikati u dokumenti

Il-punti 23 u 24 jemendaw l-Annessi I u II relatati mal-profil ta’ riskju tal-vapur (SRP). L-SRP huwa emendat biex iqis il-bidliet diġà miftiehma fil-prinċipju mill-MtQ ta’ Pariġi. Dawn jinkludu (i) il-punti ta’ ponderazzjoni applikati għal ċerti tipi ta’ bastimenti u (ii) l-Iskema ta’ Verifika tal-OMI, li ma għadhiex sistema volontarja, iżda hija sostitwita b’fattur ta’ ponderazzjoni biex jitqies jekk l-Istat tal-Bandiera rratifikax il-konvenzjonijiet internazzjonali.

L-SRP huwa emendat ukoll għall-bastimenti tal-merkanzija u tal-passiġġieri ta’ aktar minn 5 000 tunnellaġġ gross (li huma meqjusa bħala l-aktar li jniġġsu), li għalihom l-SRP se jqis l-Indikatur tal-Intensità tal-Karbonju tal-OMI tal-bastiment. Għall-vapuri kollha eliġibbli għall-kontroll mill-Istat tal-port, dan jaġġusta l-fattur ta’ ponderazzjoni biex jagħti aktar importanza lin-nuqqasijiet relatati mal-ambjent (MARPOL, il-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll ta’ Sistemi Dannużi ta’ Antifouling fuq il-Vapuri) irreġistrati kontra dak il-vapur fi spezzjonijiet preċedenti tal-PSC mwettqa fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi. In-nuqqasijiet u d-detenzjonijiet kodifikati mill-ġdid huma marbuta biss mal-konvenzjonijiet internazzjonali (l-hekk imsejħa strumenti rilevanti) sabiex l-SRP rivedut japplika madwar ir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi u mhux biss fl-Istati Membri tal-UE. Se jiżdied ukoll parametru biex iħeġġeġ lill-istati tal-bandiera tal-bastimenti eliġibbli għall-PSC biex jużaw ċertifikati elettroniċi.

Ċertifikati

Il-punt 26 jaġġorna l-listi ta’ ċertifikati statutorji u dokumenti oħrajn fl-Anness IV li għandhom jiġu vverifikati waqt l-ispezzjonijiet f’konformità mar-rekwiżiti tal-OMI kif miftiehem qabel fil-MtQ ta’ Pariġi.

Proċeduri u linji gwida tal-ispezzjonijiet

Sabiex jippermetti sistema aġġornata u armonizzata ta’ kontroll mill-Istat tal-port madwar l-Unjoni, il-punt 26 jaġġorna l-Anness VI relatat mal-linji gwida u l-istruzzjonijiet ta’ spezzjoni tal-MtQ ta’ Pariġi li għandhom jiġu segwiti matul l-ispezzjonijiet, fil-verżjoni aġġornata tagħhom.

Rifjut tal-aċċess

Il-punt 28 jaġġorna l-Anness VIII dwar il-proċeduri tar-rifjut tal-aċċess (projbizzjoni) imsemmija fl-Artikolu 16 sabiex dawn jiġu allinjati mal-bidliet diġà miftiehma fil-MtQ ta’ Pariġi.



2023/0165 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 23 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 24 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 tistabbilixxi regoli dwar is-sistema għall-ispezzjonijiet tal-kontroll mill-Istat tal-port, fejn vapuri eliġibbli li jidħlu f’portijiet tal-Unjoni jiġu spezzjonati biex jiġi vverifikat jekk il-kompetenza tal-ekwipaġġ abbord u l-kundizzjoni tal-vapur u t-tagħmir tiegħu jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

(2)Id-Direttiva 2009/16/KE hija bbażata fuq l-istruttura intergovernattiva volontarja diġà eżistenti tal-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (MtQ ta’ Pariġi) u l-kunċetti ta’ piż kondiviż ta’ spezzjoni, immirar ibbażat fuq ir-riskju tal-vapuri għall-ispezzjonijiet, spezzjonijiet armonizzati u l-kondiviżjoni tar-riżultati tal-ispezzjoni.

(3)Minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2009/16/KE, kien hemm bidliet fl-ambjent regolatorju internazzjonali (b’mod partikolari fil-MtQ ta’ Pariġi u fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali) u fl-iżviluppi teknoloġiċi. Dawk il-bidliet kif ukoll l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE jenħtieġ li jitqiesu.

(4)Għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali daħlu fis-seħħ u ġew ratifikati mill-Istati Membri mill-2011. Dawn huma l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma u s-Sedimenti tas-Saborra tal-Vapuri (il-Konvenzjoni ta’ BWM) u l-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Nairobi dwar it-Tneħħija ta’ Fdalijiet ta’ Bastimenti (il-Konvenzjoni ta’ Nairobi). Għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fil-lista tal-Konvenzjonijiet koperti mid-Direttiva 2009/16/KE, biex ikunu jistgħu jiġu infurzati bħala parti mis-sistema ta’ kontroll mill-Istat tal-port.

(5)Sabiex tkun tista’ ssir sistema aġġornata u armonizzata ta’ kontroll mill-Istat tal-port huwa meħtieġ li jkun hemm mod aktar mgħaġġel biex tiġi aġġornata l-lista ta’ konvenzjonijiet internazzjonali infurzati mill-kontroll mill-Istat tal-port mingħajr il-ħtieġa li tiġi emendata d-Direttiva kollha. Għalhekk ladarba Konvenzjoni internazzjonali tkun daħlet fis-seħħ – jiġifieri tkun laħqet livell miftiehem ta’ ratifika – u wara l-adozzjoni tagħha mill-Membri tal-MtQ ta’ Ftehim ta’ Pariġi bħala strument rilevanti, il-lista ta’ Konvenzjonijiet fid-Direttiva jenħtieġ li tiġi aġġornata mill-Kummissjoni.

(6)Minħabba d-daqs żgħir tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-bastimenti tas-sajd fl-UE joperaw f’ilmijiet territorjali, u ma humiex suxxettibbli li jiġu spezzjonati f’portijiet barranin. Dan ifisser li b’mod ġenerali, bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru biss (li huma wkoll il-bastimenti tas-sajd li huma l-aktar soġġetti għal konvenzjonijiet internazzjonali) x’aktarx jinvolvu ruħhom f’ilmijiet internazzjonali u jidħlu f’portijiet differenti minn dawk fil-pajjiż fejn ikunu rreġistrati u għalhekk ikunu soġġetti għal PSC. Peress li l-maġġoranza tal-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli għal bastimenti tas-sajd akbar huma differenti minn dawk li bħalissa huma infurzati permezz tal-kontroll mill-Istat tal-port u biex jiġu evitati effetti sekondarji mhux mixtieqa fuq is-sistema kurrenti ta’ kontroll mill-Istat tal-port, qiegħda tiġi proposta sistema parallela ta’ kontroll mill-Istat tal-port għall-bastimenti tas-sajd.

(7)Madankollu, minħabba x-xejriet tas-sajd mhux l-Istati Membri kollha tal-UE ssirilhom żjara minn dawn il-bastimenti tas-sajd akbar. Għalhekk, qiegħda tiġi proposta sistema volontarja għal dawk l-Istati Membri tal-UE li jixtiequ jwettqu dawn l-ispezzjonijiet u li hija separata mir-reġim attwali ta’ kontroll mill-Istat tal-port biex tippermetti l-flessibbiltà u l-mod kif l-istandards jiġu żviluppati fil-kontroll mill-Istat tal-port. Din is-sistema ta’ kontroll mill-Istat tal-port tal-bastiment tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru tista’ għalhekk tiġi żviluppata b’mod organiku mill-Istati Membri, mill-MtQ ta’ Pariġi u mill-Kummissjoni.

(8)Il-mekkaniżmu tas-sehem ġust jipprovdi distribuzzjoni tal-piż ta’ spezzjoni fost l-Istati Membri tal-MtQ ta’ Pariġi. Kull Stat Membru jiġi allokat ċertu numru ta’ spezzjonijiet – l-impenn ta’ spezzjoni tiegħu jew is-“sehem ġust” – li għandhom jitwettqu kull sena. L-eliġibbiltà għall-ispezzjoni hija ddeterminata primarjament mit-tul ta’ żmien li għadda mill-aħħar spezzjoni. Il-vapuri ta’ prijorità II jistgħu jiġu spezzjonati waqt li l-bastimenti ta’ Prijorità I għandhom jiġu spezzjonati.

(9)L-Istati Membri jistgħu jaqbżu ċertu numru ta’ spezzjonijiet ta’ “Prijorità” u xorta jikkonformaw mal-impenn ta’ spezzjoni tagħhom. Madankollu, għal xi Stati Membri l-għadd ta’ sejħiet għall-vapuri li fil-fatt iseħħu matul sena partikolari jista’ jew jaqbeż jew ikun inqas mill-impenn ta’ spezzjoni allokat. Metodu alternattiv ta’ konformità mal-obbligu tas-sehem ġust għal dawn l-Istati Membri (mgħobbija żżejjed jew mhux mgħobbija biżżejjed) instab li ma kienx flessibbli, għalhekk huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet riveduti tal-MtQ ta’ Pariġi.

(10)L-Istati Membri huma permessi wkoll li jipposponu l-ispezzjonijiet tal-vapuri f’ċerti ċirkostanzi, diment li l-bastiment jiġi spezzjonat fil-port tal-waqfa li jmiss jew fi żmien 15-il jum u din il-possibbiltà tiġi mmodifikata sabiex tkun tista’ tintuża mill-Istati Membri kollha. Ċerti kategoriji ta’ bastimenti li huma perċepiti li jippreżentaw riskju ogħla u li għalhekk huma eliġibbli għal spezzjoni estiża huma meħtieġa li jinnotifikaw il-ħin stmat tal-wasla tagħhom lejn port ta’ 72 siegħa qabel il-wasla tagħhom. Madankollu wara għadd ta’ snin, ġie konkluż li dan l-obbligu kien ta’ piż kbir wisq fuq l-operaturi u ma żied l-ebda valur peress li l-awtoritajiet nazzjonali diġà għandhom l-informazzjoni meħtieġa disponibbli aktar faċilment fil-bażi tad-data THETIS. Abbażi ta’ dan, il-MtQ ta’ Pariġi neħħa dan l-obbligu ta’ notifika ta’ qabel il-wasla, u għalhekk id-Direttiva 2009/16/KE jenħtieġ li tiġi allinjata kif xieraq.

(11)Matul l-aħħar 10 snin u minkejja ż-żidiet fl-għadd ta’ bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE inkluż it-trasport marittimu fuq distanzi qosra ta’ merkanzija bejn il-portijiet ewlenin fl-Istati Membri tal-UE u l-portijiet li jinsabu fl-Ewropa ġeografika jew f’pajjiżi mhux Ewropej fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, il-profil tas-sikurezza tal-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE tjieb b’mod konsiderevoli. L-ispezzjonijiet tal-kontroll mill-Istat tal-port qegħdin jintużaw dejjem aktar biex tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni ambjentali bħal fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kubrit jew l-iskrappjar sikur u ambjentali tal-vapuri. Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE b’55 % sal-2030, u b’hekk iwitti t-triq għan-newtralità klimatika sal-2050 u t-trasport marittimu huwa mistenni li jikkontribwixxi għal dan l-isforz. Madankollu, il-profil ta’ riskju tal-vapuri mfassal qabel l-2009 kellu prijoritajiet differenti u ma huwiex adattat bis-sħiħ biex jiffoka l-isforz ta’ spezzjoni fuq il-bastimenti bl-inqas prestazzjoni ambjentali.

(12)Fuq din il-bażi, il-profil ta’ riskju tal-vapur jenħtieġ li jiġi aġġornat biex jirrifletti kwistjonijiet ambjentali billi tingħata aktar importanza lill-prestazzjoni ambjentali, inkluża l-intensità tal-karbonju operazzjonali tal-vapuri li jkunu qegħdin jiġu spezzjonati kif ukoll lil nuqqasijiet u detenzjonijiet relatati mal-ambjent.

(13)Id-diġitalizzazzjoni hija parti integrali mill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data bil-ħsieb li tgħin biex jitnaqqsu l-kostijiet u biex ir-riżorsi umani jintużaw b’ effiċjenza. L-għadd ta’ vapuri li bħalissa jġorru ċertifikati elettroniċi qiegħed jiżdied u mistenni li jiżdied. Għalhekk, l-effettività tal-kontroll mill-Istat tal-port jenħtieġ li tissaħħaħ billi jsir aktar użu miċ-ċertifikati elettroniċi biex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet aktar iffukati fuq il-vapuri mħejjija aħjar. L-adozzjoni u l-użu ta’ dawn iċ-ċertifikati elettroniċi jenħtieġ li jiġu inċentivati bl-inklużjoni tagħhom fil-profil ta’ riskju tal-vapur.

(14)Il-kontroll mill-Istat tal-port qiegħed isir aktar kumpless hekk kif qed jiżdiedu rekwiżiti ġodda ta’ spezzjoni, jew permezz tad-dritt tal-Unjoni jew permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Għalhekk hemm bżonn li jiġi żgurat it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-uffiċjali ta’ kontroll mill-Istat tal-port u li t-taħriġ tagħhom jiġi żviluppat kontinwament.

(15)L-amministrazzjonijiet tal-Istati tal-bandiera tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 huma meħtieġa li jkollhom sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sabiex jgħinu lill-Istati Membri jkomplu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom bħala Stati tal-bandiera u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti bejn l-amministrazzjonijiet. Rekwiżit simili għall-attivitajiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jiċċertifikaw li l-organizzazzjoni tagħhom, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħha huma xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħha kif ukoll jidentifikaw problemi tas-sistema bħal kwistjonijiet ta’ allokazzjoni tar-riżorsi jew tal-persunal qabel ma dawn isiru problematiċi.

(16)Sabiex tkun tista’ ssir applikazzjoni aġġornata tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali f’konformità mad-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-Konvenzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE u li temenda l-lista ta’ proċeduri u linji gwida relatati mal-Istat tal-port Kontroll adottati mill-MtQ ta’ Pariġi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 27 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE dwar il-lista ta’ Konvenzjonijiet taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, b’mod ġenerali, ir-reġim volontarju ta’ kontroll mill-Istat tal-port għall-bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Anness VII dwar spezzjoni estiża, is-sett uniformi ta’ linji gwida u proċeduri dwar is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikati elettroniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(18)Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ispezzjonijiet tal-kontroll mill-Istat tal-port f’żoni tal-baħar qrib l-UE, l-Istati Membri eliġibbli kollha huma mħeġġa jissieħbu fil-MtQ tal-Mediterran dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (MtQ tal-Mediterran).

(19)Fid-dawl taċ-ċiklu sħiħ ta’ monitoraġġ taż-żjarat fl-Istati Membri mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) biex timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE mhux aktar tard minn [10 snin wara d-data tal-applikazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu XX)] u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni.

(20)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-effetti tan-network tal-Istati Membri li jaġixxu flimkien, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(21)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/16/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2009/16/KE

Id-Direttiva 2009/16/UE hija emendata kif ġej:

(1)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt 1, jiżdiedu l-punti (i) u (m) li ġejjin:

“(l)Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma u s-Sedimenti tas-Saborra tal-Vapuri (il-Konvenzjoni BWM);

(m)Il-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Nairobi dwar it-Tneħħija ta’ Fdalijiet ta’ Bastimenti (il-Konvenzjoni ta’ Nairobi).”

(b)jitħassar il-punt 3.

(2)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.Bastimenti tas-sajd b’tul ġenerali ta’ inqas minn 24 metru, vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri tal-injam b’binja primittiva, vapuri tal-gvern użati għal skopijiet mhux kummerċjali u jottijiet tad-divertiment li ma jkunux involuti fil-kummerċ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.”

(b) jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.L-Istati Membri jistgħu jwettqu spezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port ta’ bastimenti tas-sajd b’tul ġenerali ta’ aktar minn 24 metru. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet ta’ tali reġim speċifiku ta’ kontroll mill-Istat tal-port għall-bastimenti tas-sajd b’tul ġenerali ta’ aktar minn 24 metru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).”

(3)fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.L-ispezzjonijiet tal-vapuri ta’ Prijorità II imwettqa mill-Istati Membri meta l-impenn ta’ spezzjoni annwali tagħhom ikun inqabeż b’aktar minn 150 % ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-impenn ta’ spezzjoni annwali tal-Istati Membri li huma partijiet għall-MtQ ta’ Pariġi.”

(4)l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Modalitajiet tal-konformità mal-impenn ta’ spezzjoni

Stat Membru li jonqos milli jwettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 5(2)(a), jikkonforma mal-impenn tiegħu f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni jekk tali spezzjonijiet li ma jkunux saru ma jaqbżux l-10 % tal-għadd totali ta’ bastimenti ta’ prijorità I li jidħlu fil-portijiet u fl-ankraġġi tiegħu, irrispettivament mill-profil ta’ riskju tagħhom.

Minkejja l-perċentwali ta’ spezzjonijiet maqbuża msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-ispezzjoni ta’ vapuri, li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet, jidħlu fil-portijiet fil-Komunità b’mod mhux frekwenti.

Minkejja l-perċentwali ta’ spezzjonijiet maqbuża msemmija fl-ewwel subparagrafu, għal vapuri ta’ Prijorità I li jidħlu fl-ankraġġi, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-ispezzjoni ta’ vapuri bi profil ta’ riskju għoli, li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet, jidħlu fil-portijiet fl-Unjoni b’mod mhux frekwenti.”

(5)fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.Stat Membru, li fih l-għadd totali ta’ sejħiet ta’ bastimenti ta’ Prijorità I u ta’ Prijorità II ikun inqas minn 150 % tas-sehem ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2) il-punt (b), għandu jitqies bħala li jikkonforma mal-impenn annwali ta’ spezzjoni tiegħu, jekk dak l-Istat Membru jwettaq spezzjonijiet ta’ żewġ terzi tal-vapuri ta’ Prijorità I u II tal-għadd totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I u II li jidħlu fil-portijiet u fl-ankraġġi tiegħu.”,

(6)fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

1.Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorità I jew Prijorità 2 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, diment li l-vapur ma jżurx kwalunkwe port ieħor fl-Unjoni jew fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx ta’ aktar minn 15-il jum; jew

(b)jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq f’port ieħor tal-waqfa fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi fi żmien 15-il jum, diment li l-Istat li fih jinsab it-tali port tal-waqfa jkun qabel bil-quddiem li jwettaq l-ispezzjoni.

2.Meta ma ssirx spezzjoni fuq vapur ta’ Prijorità I jew Prijorità II minħabba raġunijiet operazzjonali, din ma għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża, diment li r-raġuni għaliex inqabżet l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u jekk iseħħu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti, it-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar, jew; jew

(b)il-vapur jidħol biss matul il-lejl (kif previst fl-Artikolu 2(10)). F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vapuri li jidħlu regolarment matul il-lejl jiġu spezzjonati kif xieraq.”

(7)jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

Force majeure

In-nuqqas li titwettaq spezzjoni minħabba raġunijiet ta’ force majeure ma għandux jitqies bħala spezzjoni maqbuża diment li l-ispezzjoni maqbuża u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ twettiq tagħha jkunu ddokumentati u rreġistrati fil-bażi tad-data tal-ispezzjoni.”

(8)jitħassar l-Artikolu 9;

(9)fl-Artikolu 10(2), jiżdied dan li ġej

“(c) Parametri ambjentali

Il-parametri ambjentali għandhom ikunu bbażati fuq l-Indikatur tal-Intensità tal-Karbonju tal-vapur u fuq l-għadd ta’ nuqqasijiet relatati mal-MARPOL, mal-AFS, mal-Konvenzjoni BWM, mas-CLC 92, mal-Konvenzjoni dwar il-Bunkers u mal-Konvenzjonijiet ta’ Nairobi f’konformità mal-Anness I, mal-Parti I.3 u mal-Anness II.”

(10)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.Spezzjoni estiża għandha ssir minn mhux inqas minn żewġ uffiċjali tal-kontroll mill-Istat tal-port. L-ambitu ta’ spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta’ riskju li għandhom jiġu koperti, huwa stabbilit fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Anness VII. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).”;

(11)fl-Artikolu 14a, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.L-Artikolu 11 il-punt (a) u l-Artikolu 14 ma għandhomx japplikaw għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari spezzjonati skont dan l-Artikolu.”

(12)l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.Stat Membru għandu jirrifjuta l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi tiegħu lil kwalunkwe vapur li:

itajjar il-bandiera ta’ Stat li jaqa’ fil-lista ta’ prestazzjoni baxxa, adottata f’konformità mal-MtQ ta’ Pariġi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul is-36 xahar preċedenti f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru jew ta’ Stat firmatarju tal-MtQ ta’ Pariġi, jew

itajjar il-bandiera ta’ Stat li jaqa’ fil-lista ta’ prestazzjoni għolja jew medja, adottata f’konformità mal-MtQ ta’ Pariġi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul l-24 xahar preċedenti f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru jew ta’ Stat firmatarju tal-MtQ ta’ Pariġi.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(6).

Ir-rifjut tal-aċċess għandu jkun applikabbli malli l-vapur iħalli l-port jew l-ankraġġ fejn ikun ġie soġġett għat-tielet detenzjoni u fejn tkun inħarġet ordni ta’ rifjut tal-aċċess.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti f’port jew f’ankraġġ fl-Unjoni għandha tirriżulta fil-fatt li l-vapur jiġi rrifjutat l-aċċess għal kwalunkwe port u ankraġġ fl-Unjoni. Din it-tielet ordni ta’ rifjut tal-aċċess tista’ titneħħa wara li jkun għadda perjodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni u biss jekk:

(a) iċ-ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni tal-vapur jinħarġu minn organizzazzjoni jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29

(b) il-vapur huwa ġestit minn kumpanija bi prestazzjoni għolja skont l-Anness I, il-Parti I.1, u

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 3 sa 9 tal-Anness VIII.

Kull vapur li ma jissodisfax il-kriterji speċifikati f’dan il-paragrafu, wara li jkun għadda l-perjodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni, għandu jiġi rrifjutat permanentement l-aċċess għal kwalunkwe port u ankraġġ fl-Unjoni.”

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat elenkat fil-lista ta’ prestazzjoni medja jew baxxa, kif ippubblikata fir-rapport annwali tal-MtQ ta’ Pariġi, f’port jew f’ankraġġ fl-Unjoni wara t-tielet rifjut tal-aċċess għandha twassal biex il-bastiment jiġi rrifjutat permanentement l-aċċess għal kwalunkwe port u ankraġġ fl-Unjoni.”

(d)jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.Jekk vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat elenkat fil-lista ta’ prestazzjoni għolja jinżamm f’port jew f’ankraġġ wara t-tielet jew kwalunkwe rifjut sussegwenti tal-aċċess u, fiż-żmien tal-ewwel interfaċċa sussegwenti tal-vapur/tal-port f’port tal-UE, iċ-ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni tal-vapur jinħarġu minn organizzazzjoni jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 u tiġi pprovduta evidenza li tkun saret żjara abbord mis-soċjetà ta’ klassifikazzjoni qabel il-ħruġ ta’ tali ċertifikati, il-vapur għandu jiġi rrifjutat l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ għal perjodu ta’ 24 xahar.

Jekk fiż-żmien tal-ewwel interfaċċa tal-vapur/port, iċ-ċertifikati statutorji jew ta’ klassifikazzjoni ma jinħarġux minn organizzazzjoni jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-vapur għandu jiġi rrifjutat permanentement l-aċċess għal kwalunkwe port u ankraġġ.”

(13)fl-Artikolu 21, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fl-Unjoni jiġi rrifjutat għall-vapuri msemmija fil-paragrafu 1 li jipproċedu għall-baħar:

(a)mingħajr ma jikkonformaw mal-kundizzjonijiet determinati mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru fil-port ta’ spezzjoni; jew

(b)li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fil-baċir għat-tiswija indikat.

L-ordni ta’ rifjut tal-aċċess għandha titneħħa wara li jkun għadda perjodu ta’ 12-il xahar. L-ordni ta’ rifjut tal-aċċess għandha ssir applikabbli mid-data tal-ħruġ tagħha.

Tali rifjut għandu jinżamm sakemm is-sid jew l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn instab li l-vapur kien difettuż, li turi li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.”

(14)fl-Artikolu 22, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.F’kooperazzjoni mal-Istati Membri u billi jitqiesu l-għarfien espert u l-esperjenza miksuba fl-Unjoni u fl-ambitu tal-MtQ ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali għall-ispetturi ta’ kontroll mill-Istat tal-port. Dan il-programm ta’ taħriġ għandu jqis l-ambitu usa’ tal-kontroll mill-Istat tal-port kif ukoll it-titjib fl-ambitu u fil-forom tat-taħriġ.

F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, tidentifika u tipprovdi ħtiġijiet ġodda ta’ taħriġ biex jiġu emendati l-kurrikuli, is-sillabi u l-kontenut tal-programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali għall-ispetturi, speċjalment fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda u fir-rigward tal-obbligi addizzjonali li jirriżultaw mill-istrumenti rilevanti.”

(15)l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin attwali tal-wasla u l-ħin attwali tat-tluq ta’ kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet u l-ankraġġi, flimkien ma’ identifikatur tal-port ikkonċernat, tiġi ttrasferita fi żmien 3 sigħat mit-tluq fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni marittima tal-Unjoni “SafeSeaNet” imsemmija fl-Artikolu 3 il-punt (s) tad-Direttiva 2002/59/KE. Ladarba jkunu ttrasferew tali informazzjoni fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet permezz ta’ SafeSeaNet, l-Istati Membri jkunu eżentati mill-forniment ta’ data bi qbil mal-punti 1.2 u 2(a) u (b) tal-Anness XIV ta’ din id-Direttiva.”

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta mal-ispezzjonijiet imwettqin f’konformità ma’ din id-Direttiva tiġi ttrasferita fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet hekk kif jitlesta r-rapport ta’ spezzjoni jew titneħħa d-detenzjoni.

Fi żmien 72 siegħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ttrasferita fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet tiġi vvalidata għal finijiet ta’ pubblikazzjoni. Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jiġi vvalidat qabel it-trasferiment tiegħu fil-bażi tad-data minn spettur tal-kontroll mill-Istat tal-port li ma kienx parti mit-tim li wettaq l-ispezzjoni.”

(16)jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej:

“Artikolu 24a

Ċertifikati elettroniċi

1.Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għal interfaċċa armonizzata tar-rapportar, għodda ta’ validazzjoni u repożitorju/bażi tad-data ċentrali għall-verżjonijiet elettroniċi taċ-ċertifikati elenkati fl-Anness IV u msemmija fl-Artikolu 13(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).”

2.L-Istati Membri jistgħu jużaw l-interfaċċa armonizzata tar-rapportar, l-għodda ta’ validazzjoni u r-repożitorju/il-bażi tad-data ċentrali għall-verżjonijiet elettroniċi taċ-ċertifikati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tar-reġistri tal-vapuri tagħhom għaċ-ċertifikati elettroniċi.

3.Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li joħroġ tali ċertifikati elettroniċi għandu jkollhom dan rifless fil-profil ta’ riskju tal-vapur (SRP) kif stabbilit fl-Annessi I u II.

4.L-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura s-sottomissjoni tal-elementi tad-data f’konformità mar-rekwiżiti legali u tekniċi applikabbli, l-Istat Membru għandu jibqa’ responsabbli għad-data u għall-validità tal-informazzjoni u taċ-ċertifikati, kif ukoll għall-aġġornament ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun inbidlet wara s-sottomissjoni fil-bażi tad-data ċentrali.”

(17)l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port tiegħu u l-awtoritajiet jew korpi rilevanti oħrajn jipprovdu lill-awtorità tal-kontroll mill-Istat tal-port it-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin li jkollhom:

(a)informazzjoni dwar vapuri li naqsu milli jinnotifikaw kwalunkwe informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva 2002/59/KE u d-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , kif ukoll, jekk xieraq, tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet,

(b)informazzjoni dwar il-vapuri li pproċedew bil-baħar mingħajr ma kkonformaw mal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2019/883 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet,

(c)informazzjoni dwar vapuri li nċaħdilhom dħul jew tkeċċew minn port minħabba raġunijiet ta’ sigurtà,

informazzjoni dwar anomaliji apparenti f’konformità mal-Artikolu 23.”

(18)l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Monitoraġġ ta’ konformità u prestazzjoni tal-Istati Membri

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva u biex ikun immonitorjat il-funzjonament ġenerali tar-reġim tal-kontroll mill-Istat tal-port f’konformità mal-Artikolu 2(b) il-punt (i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u twettaq żjarat fl-Istati Membri.

Kull Stat Membru għandu jiżviluppa, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operazzjonali tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu, relatati mal-Istat tal-port. Tali sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tiġi ċertifikata f’konformità mal-istandards ta’ kwalita internazzjonali applikabbli.”

(19)l-Artikolu 30a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30a

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30b, biex jiġi emendat l-Artikolu 2(1) biex tiġi emendata l-lista ta’ Konvenzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 2(1) ladarba tali Konvenzjonijiet ikunu ġew adottati bħala strument rilevanti mill-MtQ ta’ Pariġi u biex jiġi emendat l-Anness VI sabiex tiżdied u/jew tiġi aġġornata l-lista ta’ proċeduri u linji gwida relatati mal-Istat tal-port Kontroll adottata mill-MtQ ta’ Pariġi stabbilit f’dak l-Anness.”

(20)fl-Artikolu 31 jiddaħħal dan li ġej:

“4. L-emendi għall-istrumenti rilevanti elenkati fl-Artikolu 2 il-punt 1 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.”

(21)l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Regoli ta’ implimentazzjoni

Meta tistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 2(2) 3(4a), 10(3), 10(4), 14(4), 15(3), 18a(7), 23(5) 24a(6) u l-Artikolu 27 f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 31(2), il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb speċifikament li dawk ir-regoli jqisu l-għarfien espert u l-esperjenza miksuba bis-sistema ta’ spezzjonijiet fl-Unjoni u fuq il-bażi tal-għarfien espert tal-MtQ ta’ Pariġi.”

(22)l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Rieżami tal-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-konformità magħha.”

(23)L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(24)L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

(25)L-Anness III jitħassar.

(26)L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

(27)L-Anness V huwa sostitwit bit-test tal-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

(28)L-Anness VIII huwa sostitwit bit-test fl-Anness V ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

 

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Mobilità u Trasport – Sikurezza Marittima

1.3.Il-proposta tirrigwarda 

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

L-objettiv ġenerali tal-emenda għad-Direttiva 2009/16/KE huwa li jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti u li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq, biex jiġu żgurati livelli għoljin ta’ sikurezza marittima u tiġi żgurata l-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu. Ir-reviżjoni qiegħda tikkontribwixxi wkoll għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 3 (“L-iżgurar ta’ ħajjiet b’saħħithom u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd fl-istadji kollha”) u l-SDG 14 (“Jiġu kkonservati u użati b’mod sostenibbli l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini għall-iżvilupp sostenibbli”).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

L-objettivi speċifiċi tar-reviżjoni huma li:

Tallinja l-leġiżlazzjoni tal-UE ma’ regoli u proċeduri internazzjonali ġodda, kemm jekk fil-livell tal-OMI/ILO kif ukoll jekk fil-MtQ ta’ Pariġi.

Tipproteġi l-bastiment tas-sajd, l-ekwipaġġi tagħhom u l-ambjent.

Tiżgura użu akbar ta’ soluzzjonijiet diġitali.

Tiżgura approċċ effiċjenti u armonizzat fit-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta hija mistennija li tiggarantixxi livell ta’ sikurezza armonizzat u għoli tal-kontroll mill-Istat tal-port madwar l-Unjoni u tintroduċi sistema diġitalizzata biex tiżdied l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet permezz ta’ mmirar aħjar tar-riskju tal-vapuri, spezzjonijiet ippreparati aħjar u integrazzjoni aktar faċli u aktar rapida tal-informazzjoni rilevanti. Huwa mistenni wkoll li żżid l-importanza marbuta mal-aspetti ambjentali tal-kontroll mill-Istat tal-port.

Il-proposta hija mistennija wkoll li żżid il-protezzjoni tal-bastimenti tas-sajd, tal-ekwipaġġ tagħhom u tal-ambjent billi twassal għal tnaqqis tal-imwiet u tal-korrimenti sostnuti, kif ukoll għall-fjuwil tal-bastimenti mitluf fuq il-baħar.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 1, se tiġi ddeterminata abbażi tal-analiżi orizzontali mwettqa mill-EMSA u d-diskussjonijiet fil-workshops.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 2, se jiġi ddeterminat abbażi tal-għadd ta’ spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd akbar (b’tul ta’ aktar minn 24 metru) u r-rapporti ppreżentati fil-bażi tad-data ta’ rappurtar dwar l-immirar u l-ispezzjoni THETIS kif ukoll l-għadd ta’ nuqqasijiet u/jew ta’ detenzjonijiet irreġistrati kontra bastimenti ta’ dan it-tip li jidħlu fil-portijiet tal-UE.

L-effettività tad-Direttiva proposta fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 3 se tiġi ddeterminata mill-informazzjoni mtella’ fit-THETIS. L-għadd ta’ ċertifikati elettroniċi mtellgħin mill-istati tal-bandiera fl-għodda ta’ validazzjoni tal-EMSA u fir-repożitorju ċentrali kif ukoll l-għadd ta’ spezzjonijiet li fihom huma involuti ċ-ċertifikati elettroniċi.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 4, se tiġi ddeterminata abbażi tar-riżultati tal-awditi annwali tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità li se jiġu kondiviżi mal-Kummissjoni, l-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa minn aktar minn spettur wieħed, u l-għadd ta’ rapporti ta’ spezzjoni vvalidati minn xi ħadd għajr l-ispettur li jwettaq l-ispezzjoni u l-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur fis-snin li ġejjin.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-EMSA se tkun meħtieġa torganizza taħriġ tal-Uffiċjali tal-Kontroll mill-Istat tal-Port (PSCOs) fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd kbar b’enfasi ewlenija fuq il-linji gwida rilevanti tal-UE, u tiżviluppa l-korsijiet rilevanti. L-EMSA se tkun meħtieġa wkoll tiżviluppa modulu THETIS għall-bastimenti tas-sajd u kurrikulu komuni għall-Kontroll mill-Istat tal-Port tal-bastimenti tas-sajd li se jkopri l-istruzzjonijiet u l-gwida rilevanti kollha.

L-EMSA se tkun meħtieġa torganizza taħriġ tal-PSCOs fir-rigward tal-użu ta’ ċertifikati statutorji elettroniċi u se jkollha tiżviluppa għodda ta’ validazzjoni u repożitorju.

L-EMSA se tkun meħtieġa tiżviluppa għodod ta’ taħriġ/żvilupp tal-kapaċità mtejba għall-PSCOs dwar teknoloġiji ġodda, inkluż iżda mhux limitat għal fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li huma partikolarment rilevanti fid-dawl tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, u l-awtomatizzazzjoni billi ttejjeb l-għodod ta’ taħriġ online tal-EMSA u billi tirrekluta esperti.

Sal-2025, se jkunu meħtieġa żewġ FTEs biex jappoġġaw il-kompiti tal-EMSA biex tiżviluppa l-għodod.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-sikurezza marittima tiżgura applikazzjoni armonizzata tal-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali, u tnaqqas kwalunkwe vantaġġ kompetittiv billi tiskoraġġixxi lis-sidien tal-vapuri u/jew lill-Istati tal-bandiera li jistgħu jippruvaw jiksbu vantaġġ bħal dan billi ma jsegwux strettament ir-regoli u l-istandards stabbiliti fil-konvenzjonijiet internazzjonali. Billi jinkorporaw il-proċeduri u l-għodod tal-MtQ ta’ Pariġi fil-leġiżlazzjoni Ewropea, dawn isiru azzjonabbli quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex jiżguraw l-infurzar uniformi tagħhom fl-Unjoni.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

Intervent fil-livell tal-UE ġab benefiċċji li ma kinux ikunu possibbli fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-OMI jew tal-MtQ ta’ Pariġi waħdu. Il-valur miżjud tal-UE tal-intervent fis-settur, f’termini tal-effettività, l-effiċjenza u s-sinerġiji tiegħu li jġib miegħu. Id-Direttiva ġġib il-leġiżlazzjoni tal-UE f’konformità mar-regolament dwar l-OMI u qiegħda twassal għal rapportar armonizzat tal-kontroll mill-Istat tal-port. Fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd akbar, l-eżempju tal-MtQ ta’ Pariġi u tad-Direttiva kif japplika għall-bastimenti tat-trasport kummerċjali juri li huma biss il-proċeduri armonizzati u l-kriterji komuni għall-PSC ta’ dawn il-bastimenti li jistgħu jindirizzaw din il-kwistjoni. In-nuqqas ta’ adattament tad-Direttiva jneħħi l-benefiċċji sinerġistiċi miksuba permezz tal-implimentazzjoni tagħha.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjoni ex post tar-REFIT tal-2018 u l-Kontroll tal-Idoneità tat-Trasport Marittimu kkonkludew li d-Direttiva PSC iżżid il-valur billi tgħaqqad qafas ta’ kontroll tal-PSC ma’ mekkaniżmu ta’ infurzar legali, biex tiġi żgurata implimentazzjoni korretta u konsistenti fl-Istati Membri. Dan irriżulta fi pressjoni biex jinkisbu riżultati u jkun hemm titjib kontinwu, u b’hekk għal allokazzjoni aħjar tar-riżorsi fil-livell tal-Istati Membri għall-PSC. L-evalwazzjoni kkonkludiet li d-Direttiva PSC kkontribwiet għall-objettivi maħsuba biex jittejbu s-sikurezza marittima, is-sigurtà, il-prevenzjoni tat-tniġġis u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u tal-għajxien abbord.

L-assistenza tal-EMSA appoġġat ir-reġim tal-PSC tal-UE b’modi importanti. L-evalwazzjoni enfasizzat l-importanza tal-bażi tad-data THETIS. Aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri tal-UE/ŻEE li jwettqu spezzjonijiet tal-PSC jużaw esklużivament THETIS biex jiddeċiedu liema bastimenti għandhom jispezzjonaw. Ir-rwol tal-EMSA fil-ġestjoni u fl-aġġornament tat-THETIS, kif ukoll il-forniment mill-Aġenzija ta’ taħriġ tal-ispetturi biex jiġu armonizzati l-ispezzjonijiet ta’ implimentazzjoni fir-reġjun kollu tal-MtQ ta’ Pariġi, instab li kien importanti ħafna wkoll. B’mod simili, il-Kontroll tal-Idoneità tat-Trasport Marittimu indika għadd ta’ titjib possibbli fir-rigward tal-PSC.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex post huma riflessi fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din l-inizjattiva kif miġbur fil-qosor fl-Anness 5.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Ir-reviżjoni proposta hija riżultat tanġibbli ewlieni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija ta’ Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, li tistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għas-sistema tat-trasport tal-futur. L-istrateġija ħabbret li l-Kummissjoni qiegħda tippjana li tibda rieżami kbir tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera, il-kontroll mill-Istat tal-port u l-investigazzjoni tal-aċċidenti fl-2021 (taħt l-Inizjattiva ewlenija 10 – Titjib tas-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport).

Ir-reviżjoni proposta se toħloq sinerġiji ma’ partijiet oħrajn tal-qafas regolatorju tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/18/KE dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti u d-Direttiva 2009/21/KE dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, għalkemm se tirrikjedi riprogrammazzjoni fl-Intestatura 1 fir-rigward tal-kontribuzzjoni annwali lill-EMSA (kumpens baġitarju bi tnaqqis kumpensatorju tal-infiq programmat taħt is-CEF Trasport (02 03 01)). L-impatt baġitarju tal-proposta attwali diġà huwa inkluż fil-baġit għall-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-impatt baġitarju ta’ din l-inizjattiva jirreferi għar-riżorsi addizzjonali meħtieġa għar-rwol dejjem akbar tal-EMSA li tiffaċilita l-PSCOs (jiġifieri fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd kbar torganizza taħriġ u tiżviluppa modulu THETIS u kurrikulu komuni, fir-rigward taċ-ċertifikati elettroniċi tiżviluppa għodda u repożitorju ta’ validazzjoni, u tiżviluppa għodod ta’ taħriġ/żvilupp tal-kapaċità mtejba dwar teknoloġiji ġodda, inklużi iżda mhux limitati għal fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u awtomatizzazzjoni) skont id-Direttiva proposta. Dawn huma kompiti ġodda għall-EMSA li se jsiru permanenti, filwaqt li l-kompiti eżistenti ma humiex se jonqsu jew jitneħħew parzjalment. Il-ħtieġa addizzjonali ta’ riżorsi umani ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta’ riallokazzjoni, filwaqt li l-ħtiġijiet baġitarji addizzjonali se jiġu ssodisfati permezz ta’ tpaċija mill-programmi eżistenti ġestiti mid-DĠ MOVE taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-EMSA se tiġi kkumpensata minn tnaqqis kumpensatorju tal-infiq programmat taħt is-CEF Trasport (02 03 01). L-impatt baġitarju tal-proposta attwali diġà huwa inkluż fil-baġit għall-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sa SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS, [mhux disponibbli],

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 32   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Il-ġestjoni tad-Direttiva proposta se ssir b’mod ġenerali mis-servizzi tal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima kif xieraq.

L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sal-iskadenza rispettiva.

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha mezz qrib il-ħin reali ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fl-Istati Membri u minnhom peress li r-riżultati tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port għandhom jittellgħu fuq il-bażi tad-data THETIS fi żmien 72 siegħa mill-ispezzjoni. Il-Kummissjoni u/jew l-EMSA b’hekk jistgħu jimmonitorjaw il-bażi tad-data THETIS biex jivverifikaw li l-ispezzjonijiet qegħdin jitwettqu kif meħtieġ u li r-rapporti jittellgħu fil-bażi tad-data. Dawn l-indikaturi se jiġu mmonitorjati wkoll għall-ispezzjonijiet imwettqa abbord bastimenti tas-sajd b’tul ta’ aktar minn 24 metru minn dawk l-Istati Membri li jwettqu dawn l-ispezzjonijiet.

Il-Kummissjoni u/jew l-EMSA jistgħu jimmonitorjaw il-progress tal-Istati Membri b’mod effettiv kull ġimgħa u l-Istati Membri jkunu jafu li qegħdin jiġu mmonitorjati jekk miżura ssir obbligatorja. F’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni rapida biex tindirizza kwalunkwe nuqqas, inkluż appoġġ tekniku addizzjonali jew taħriġ mill-EMSA jew mill-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ ksur.

L-EMSA, f’isem il-Kummissjoni, twettaq ukoll żjarat lill-Istati Membri biex tivverifika l-operazzjonijiet fuq il-post.

L-Istati Membri se jkollhom bżonn Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità (QMS) biex jiċċertifikaw l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħhom huma xierqa biex jilħqu l-objettivi tagħha. Dan se jkollu jiġi ċċertifikat u sussegwentement soġġett għal awditjar kull 5 snin. L-Istati Membri se jkollhom jaqsmu mal-Kummissjoni u/jew mal-EMSA r-riżultati tal-awditi mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-amministrazzjoni tal-PSC iżżomm iċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħha.

L-EMSA se twettaq analiżi orizzontali, li tagħti indikazzjoni ta’ kif qiegħda taħdem il-leġiżlazzjoni u tidentifika lakuni u x’jista’ jsir biex dawn jiġu indirizzati, u tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fost l-oħrajn diskussjonijiet f’workshops.

Fl-aħħar, 10 snin wara tmiem id-data ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li jwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effiċjenza u l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita mill-EMSA kif xieraq biex tipprovdi s-servizzi tal-IT u tiżviluppa l-għodod tal-IT meħtieġa għad-dispożizzjonijiet ta’ rapportar, monitoraġġ u verifika tar-Regolament propost. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jwettqu t-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sal-iskadenza msemmija fid-Direttiva. L-attivitajiet ta’ infurzar se jitwettqu bħala parti mill-kontrolli tal-Istat tal-Port.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Filwaqt li l-Kummissjoni se tkun responsabbli b’mod ġenerali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità tal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima se tkun responsabbli għat-twettiq tal-operat tagħha u għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha. Se jkun meħtieġ li jiġu żviluppati għodod u moduli tal-IT, kif ukoll li jiġi pprovdut taħriġ lill-uffiċjali tal-Kontroll mill-Istat tal-Port, u l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jwettqu infurzar.

L-EMSA tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex twettaq ir-rapportar u l-valutazzjoni tal-kompiti ta’ konformità, minħabba li din se tkun ħidma teknika, li tirrikjedi għarfien espert b’saħħtu fil-ġestjoni tad-data, kif ukoll fehim fil-fond ta’ kwistjonijiet tekniċi kumplessi relatati maċ-ċertifikati elettroniċi u mat-taħriġ.

L-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu l-infurzar tad-Direttiva proposta, b’mod partikolari billi jkomplu jinfurzaw il-kontroll mill-Istat tal-port b’mod armonizzat.

Id-DĠ MOVE se japplika l-kontrolli meħtieġa f’konformità mal-istrateġija ta’ superviżjoni adottata fl-2017 dwar ir-relazzjonijiet tad-DĠ mal-aġenziji deċentralizzati u l-impriżi Konġunti. Skont l-istrateġija, id-DĠ MOVE jimmonitorja l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar u l-kwistjonijiet amministrattivi. Jiġi pprovdut rapport mill-Aġenzija fuq bażi biennali. Il-kontrolli mwettqa fuq is-superviżjoni tal-Aġenzija kif ukoll fuq il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja relatata huma f’konformità mal-Istrateġija ta’ Kontroll tad-DĠ MOVE, aġġornata fl-2022.

Ir-riżorsi addizzjonali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EMSA se jkunu koperti mis-sistema ta’ kontroll interna tal-EMSA u s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju li hija allinjata mal-istandards internazzjonali rilevanti u tinkludi kontrolli speċifiċi sabiex jiġi evitat il-kunflitt ta’ interess u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informaturi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagamenti u fl-għeluq) 

Skont id-Direttiva proposta, se jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali biss lill-EMSA, li se jkun meħtieġ biex jiġu żviluppati għodod u moduli tal-IT, kif ukoll biex jingħata taħriġ lill-PSCOs nazzjonali

L-EMSA għandha responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, filwaqt li d-DĠ MOVE huwa responsabbli għall-pagament regolari tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja. Il-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball fil-pagament u fl-għeluq huwa simili għal dak marbut mas-sussidji baġitarji pprovduti lill-Aġenzija.

Il-kompiti addizzjonali li jirriżultaw mir-reviżjoni proposta ma humiex mistennija jiġġeneraw kontrolli addizzjonali speċifiċi. Għalhekk, il-kost tal-kontroll għad-DĠ MOVE (imkejjel skont il-valur tal-fondi ġestiti) huwa mistenni li jibqa’ stabbli.


2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-Direttiva proposta fiha diversi dispożizzjonijiet immirati speċifikament lejn il-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet. L-Istati Membri se jkollhom Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità (QMS) biex jiċċertifikaw l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħhom huma xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Dan se jkollu jiġi ċċertifikat u sussegwentement soġġett għal awditjar kull 5 snin. L-Istati Membri se jkollhom jaqsmu mal-Kummissjoni u/jew mal-EMSA r-riżultati tal-awditi mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-amministrazzjoni tal-PSC żżomm iċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħha. Id-Direttiva tipprevedi wkoll li r-rapporti kollha ta’ spezzjoni tal-PSC jiġu vvalidati minn persuna (spettur jew superviżur ieħor tal-kontroll mill-Istat tal-port) għajr l-ispettur li wettaq l-ispezzjoni qabel ma r-rapport ta’ spezzjoni jiġi ttrasferit fil-bażi tad-data.

L-EMSA tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-Aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni. F’Marzu 2021, l-Aġenzija adottat Strateġija aġġornata Kontra l-Frodi, ibbażata fuq il-metodoloġija u l-gwida għall-istrateġija kontra l-frodi ppreżentata mill-OLAF kif ukoll fuq l-Istrateġija kontra l-Frodi tad-DĠ MOVE. Dan jipprovdi qafas li jindirizza l-kwistjonijiet ta’ prevenzjoni, detezzjoni u kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet ta’ frodi fil-livell tal-Aġenzija. L-EMSA kontinwament tadatta u ttejjeb il-politiki u l-azzjonijiet tagħha biex tippromwovi l-ogħla livell ta’ integrità tal-persunal tal-EMSA, tappoġġa l-prevenzjoni effettiva u l-identifikazzjoni tar-riskju ta’ frodi u tistabbilixxi l-proċeduri xierqa biex tirrapporta u tittratta każijiet potenzjali ta’ frodi u l-eżitu tagħhom. Barra minn hekk, fl-2015, l-EMSA adottat il-politika tagħha dwar il-Kunflitt ta’ Interess għall-Bord tat-Tmexxija.

L-EMSA tikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet. Il-Kummissjoni se tiżgura li din il-kooperazzjoni tkompli u tissaħħaħ.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 33 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 34

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 35

Minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

1

02 10 02

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Pagamenti

(2)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Titolu 2:

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3:

Impenji

(3a)

0,068

0,479

0,504

1,778

2,829

Pagamenti

(3b)

0,068

0,479

0,504

1,778

2,829

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-EMSA

Impenji

=1+1a +3a

0,239

0,821

0,846

4,172

6,078

Pagamenti

=2+2a

+3b

0,239

0,821

0,846

4,172

6,078

 
L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi Umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,239

0,821

0,846

4,172

6,078

Pagamenti

0,239

0,821

0,846

4,172

6,078

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-EMSA 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Ammonti f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 36

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 37

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

Meta jkun applikabbli, l-ammonti jirriflettu s-somma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EMSA 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali) Meta applikabbli, l-ammonti jirriflettu t-total tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

2

2

2

2

2

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

2

2

2

2

2

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

L-EMSA se tibda tħejji r-reklutaġġ hekk kif tiġi adottata l-proposta. Il-kostijiet huma stmati abbażi tas-suppożizzjoni li ż-żewġ FTEs jiġu rreklutati mill-1 ta’ Lulju 2025. Għalhekk huma meħtieġa biss 50 % tal-kostijiet tar-riżorsi umani għall-ewwel sena.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE) 38

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

Linja/i baġitarja/i (speċifika)  39

- fil-Kwartieri Ġenerali 40  

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-kompiti allokati lill-EMSA se jirrikjedu riprogrammazzjoni tal-linja baġitarja għall-kontribuzzjoni annwali lill-Aġenzija (02 10 02) skont il-qafas finanzjarju pluriennali attwali. Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-EMSA se tiġi kkumpensata minn tnaqqis kumpensatorju tal-infiq ipprogrammat taħt is-CEF Trasport (02 03 01) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali. L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar l-QFP.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 41 .

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 42

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57
(2)    Ir-regoli internazzjonali jinkludu l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS 74), il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL 73/78), l-Istandards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (STCW), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija, 1966 u l-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (COLREG 72).
(3)     www.parismou.org  
(4)    Wara l-invażjoni tal-Ukrajna, is-sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-MtQ ta’ Pariġi ġiet sospiża f’Mejju 2022.
(5)    Din hija sistema ospitata u żviluppata mill-EMSA li tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu u jirċievu informazzjoni dwar il-vapuri u l-merkanzija perikoluża tagħhom. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni u l-istatus ta’ vapur; il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla; rapporti dwar l-inċidenti, dettalji dwar il-merkanzija perikoluża.
(6)    Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 1)
(7)    Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017)
(8)    Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta’ vapuri għal pretensjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 128)
(9)    Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 11)
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1)
(11)    Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55)
(12)    Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (kodifikazzjoni) (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58)
(13)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114
(14)    ĠU L 131, 28.5.2009, p.132
(15)    Id-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10)
(16)    ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1
(17)    ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1
(18)    Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11) u d-Direttiva 2009/15/KE dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47)
(19)    ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19
(20)    Bħad-Direttiva 92/43/KEE (id-“Direttiva dwar il-Ħabitats”), id-Direttiva 2009/147/KE (id-“Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar”), id-Direttiva (UE) 2019/904 (id-Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss)
(21)    L-EMSA twettaq tali żjarat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima bħala parti mill-kompiti ewlenin tagħha; għalhekk, ma huwa mistenni li jirriżulta l-ebda kost addizzjonali.
(22)    Kif previst fil-Metodoloġija tal-EMSA għal żjarat fl-Istati Membri, http://emsa.europa.eu/implementation-tasks/visits-and-inspections/items.html?cid=89&id=3065
(23)    ĠU C , , p. .
(24)    ĠU C , , p. .
(25)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57
(26)    Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).
(27)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(29)    Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.)”;
(30)    Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).”
(31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(33)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(34)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(35)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(36)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(37)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(38)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(39)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(40)    Prinċipalment għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA).
(41)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.
(42)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 1.6.2023

COM(2023) 271 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

{SEC(2023) 202 final} - {SWD(2023) 148 final} - {SWD(2023) 149 final}


ANNESS I

I. Profil ta’ Riskju tal-vapur

Il-profil ta’ riskju tal-vapur għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ kombinament tal-parametri ġeneriċi, storiċi, u ambjentali li ġejjin.

1. Parametri ġeneriċi

(a)Tip ta’ vapur

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u kimiċi, tankers tal-gass u trasportaturi ta’ tagħbija bl-ingrossa għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(b)Kemm għandu żmien il-vapur

Vapuri li għandhom aktar minn 12-il sena huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(c)Prestazzjoni ta’ Stat tal-Bandiera

(i)Vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata għolja ta’ detenzjoni fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)Vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata ta’ detenzjoni baxxa fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)Vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li jkun irratifika l-istrumenti obbligatorji kollha tal-IMO elenkati fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx. Malli l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 10(3) jiġu adottati, l-Istat tal-bandiera ta’ tali vapur għandu juri konformità mal-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta’ strumenti obbligatorji tal-IMO.

(iv)Vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li jkun ipprovda verżjonijiet elettroniċi taċ-ċertifikati statutorji stabbiliti fil-punti 1-XX tal-Anness IV.

(d)Organizzazzjonijiet rikonoxxuti

(i)Vapuri li jkunu ngħataw ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni baxx jew baxx ħafna f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)Vapuri li jkunu ngħataw ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni għoli f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)Vapuri li jkunu nħarġulhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont it-termini tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(e)Prestazzjoni ta’ kumpanija

(i)Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna kif determinat mir-rati ta’ nuqqasijiet u ta’ detenzjoni tal-vapuri tagħha fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni għolja kif determinat mir-rati ta’ nuqqasijiet u ta’ detenzjoni tal-vapuri tagħha fil-Komunità u fir-reġjun tal-MtQ ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(f)Parametri storiċi

(i)Vapuri li nżammu għal aktar minn darba, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)Vapuri li, waqt spezzjoni(ijiet) imwettqa fil-perjodu msemmi fl-Anness II kellhom inqas mill-għadd ta’ nuqqasijiet msemmija fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)Vapuri li ma nżammux waqt il-perjodu msemmi fl-Anness II għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

Il-parametri tar-riskju għandhom ikunu kkombinati permezz ta’ ponderazzjoni li tirrifletti l-influwenza relattiva ta’ kull parametru fuq ir-riskju ġenerali tal-vapur sabiex jiġu ddeterminati l-profili ta’ riskju tal-vapur li ġejjin:

livell ta’ riskju għoli,

livell ta’ riskju standard,

livell ta’ riskju baxx.

Meta jiġu ddeterminati dawn il-profili ta’ riskju għandha tingħata enfasi akbar lill-parametri tat-tip ta’ vapur, il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija.

(g)Parametri ambjentali

(i)L-Indikatur tal-Intensità tal-Karbonju tal-vapur, il-vapuri li huma tal-kategorija D-E għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)Vapuri li, waqt spezzjoni(ijiet) imwettqin fil-perjodu msemmi fl-Anness II, kellhom inqas mill-għadd ta’ nuqqasijiet relatati ma’ MARPOL, AFS, BWMC, CLC 92, il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers u l-Konvenzjonijiet ta’ Nairobi msemmijin fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

ANNESS II

DISINN TA’ PROFIL TA’ RISKJU TAL-VAPUR

(kif imsemmija fl-Artikolu 10(2))

Profil

Vapur b’Livell ta’ Riskju Għoli (HRS)

Vapur b’Livell ta’ Riskju Standard (SRS)

Vapur b’Livell ta’ Riskju Baxx (LRS)

Parametri ġeneriċi

Kriterji

Punti ta’ ponderazzjoni

Kriterji

Kriterji

1

Tip ta’ vapur

Tanker tas-sustanzi kimiċi Tanker tal-Gass

Tanker taż-żejt Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa Vapur tal-passiġġieri

1

la vapur b’livell ta’ riskju għoli u lanqas vapur b’livell ta’ riskju baxx

It-tipi kollha

2

Kemm għandu żmien il-vapur

it-tipi kollha > 12-il sena

1

Ta’ kull żmien

3a

Bandiera

Prestazzjoni baxxa

2

Prestazzjoni għolja

3b

L-istrumenti kollha tal-IMO elenkati fl-Artikolu 2 irratifikati

-

-

Iva

3c

Ċertifikat elettroniku

Iċ-ċertifikati statutorji jiġu trażmessi b’mod diġitali lis-sistema tal-informazzjoni

4a

Organizzazzjoni rikonoxxuta

Prestazzjoni

H

-

-

Għolja

M

-

-

-

L

Baxxa

1

-

VL

Baxxa ħafna

-

4b

Rikonoxxuti mill-UE

-

-

Iva

5

Kumpanija

Prestazzjoni

H

-

-

Għolja

M

-

-

-

L

Baxxa

2

-

VL

Baxxa ħafna

-

Parametri storiċi

6

Għadd ta’ nuqqasijiet reġistrati waqt kull spezzjoni fl-aħħar 36 xahar

Nuqqasijiet

>6 f’waħda mill-ispezzjonijiet

-

≤ 5 f’kull spezzjoni individwali (u mill-inqas spezzjoni waħda mwettqa fl-aħħar

36 xahar)

7

Għadd    ta’    detenzjonijiet fl-aħħar 36 xahar

Detenzjonijiet

≥ 2 detenzjonijiet

1

L-ebda detenzjoni

Parametri ambjentali

8

Indikatur tal-Intensità tal-Karbonju (CII)

Klassifikazzjoni

D-E

1

9

L-għadd ta’ nuqqasijiet relatati ma’ MARPOL, AFS, BWM, CLC 92, il-Konvenzjonijiet dwar il-Bunkers u ta’ Nairobi rreġistrati f’kull spezzjoni fl-aħħar 36 xahar

Nuqqasijiet

>3 f’waħda

mill-ispezzjonijiet

1

L-HRS huma vapuri li jissodisfaw il-kriterji għal valur totali ta’ ħames punti ta’ ponderazzjoni jew aktar. L-LRS huma vapuri li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Parametri għar-Riskju Baxx.

L-SRS huma vapuri li la huma HRS u lanqas LRS



ANNESS III

Anness IV

LISTA TA’ ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

(imsemmija fl-Artikolu 13(1))

Parti A Lista ta’ ċertifikati u dokumenti li sa fejn applikabbli għandhom jiġu vverifikati bħala minimu matul l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.2.3 (kif xieraq):

1.Ċertifikat ta’ Tunnellaġġ Internazzjonali;

2.Rapporti ta’ spezzjonijiet preċedenti ta’ kontroll mill-Istat tal-port;

3.Ċertifikat tas-Sikurezza tal-Vapuri tal-Passiġġieri (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

4.Ċertifikat ta’ Kostruzzjoni tas-Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

5.Ċertifikat tat-Tagħmir tas-Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

6.Ċertifikat tar-Radju tas-Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

7.Ċertifikat tas-Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

8.Ċertifikat ta’ Eżenzjoni (SOLAS 1974, ir-regolament I/12);

9.Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu Sikur (SOLAS 1974, ir-regolament V/14.2);

10.Ċertifikat Internazzjonali tal-Linja tat-Tagħbija (1966) (LLC 66/88, l-artikolu 16.1);

11.Ċertifikat Internazzjonali ta’ Eżenzjoni tal-Linja tat-Tagħbija (LLC 66/88, l-artikolu 16.2);

12.Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis miż-Żejt (MARPOL, l-Anness I, ir-regolament 7.1);

13.Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis għall-Ġarr ta’ Sustanzi Likwidi Noċivi bl-Ingrossa (NLS) (MARPOL, l-Anness II, ir-regolament 9.1);

14.Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mid-Drenaġġ (ISPPC) (MARPOL, l-Anness IV, ir-regolament 5.1, MEPC.1/Circ.408);

15.Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja (IAPPC) (MARPOL, l-Anness VI, ir-regolament 6.1);

16.Ċertifikat Internazzjonali tal-Effiċjenza Enerġetika (MARPOL, l-Anness VI, ir-regolament 6);

17.Ċertifikat Internazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra (IBWMC) (BWMC l-Art 9.1(a) u r-regolament E-2);

18.Ċertifikat Internazzjonali tas-Sistema ta’ Antifouling (ċertifikat tal-IAFS) (AFS 2001 l-Anness 4 tar-regolament 2);

19.Dikjarazzjoni dwar l-AFS (AFS 2001 l-Anness 4 tar-regolament 5);

20.Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri (ISSC) jew Ċertifikat Internazzjonali Interim għas-Sigurtà tal-Vapuri (il-Kodiċi ISPS il-parti A/19 u l-appendiċijiet);

21.Ċertifikati għall-kaptani, l-uffiċjali jew il-klassifikazzjonijiet maħruġa f’konformità mal-Konvenzjoni STCW (STCW l-Art. VI, ir-regolament I/2 u t-taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW);

22.Kopja tad-Dokument ta’ Konformità jew kopja tad-Dokument Interim ta’ Konformità maħruġ f’konformità mal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għat-Tħaddim Sikur tal-Vapuri u għall-Kodiċi tal-ISM tal-Prevenzjoni tat-Tniġġis (DoC) (ir-regolament SOLAS IX/4.2, il-Kodiċi ISM, il-paragrafi 13 u 14);

23.Ċertifikat ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza jew Ċertifikat Interim ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza maħruġ f’konformità mal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għat-tħaddim Sikur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (SMC) (SOLAS 1974, ir-regolament IX/4.3, il-Kodiċi ISM, il-paragrafi 13 u 14);

24.Ċertifikat Internazzjonali ta’ Idoneità għat-Trasport ta’ Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, jew iċ-Ċertifikat ta’ Idoneità għat-Trasport ta’ Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, skont liema jkun xieraq (ir-regolament 1.5.4 dwar il-Kodiċi tal-IGC jew ir-regolament 1.6 dwar il-Kodiċi tal-GC);

25.Ċertifikat Internazzjonali ta’ Idoneità għat-Trasport ta’ Sustanzi Kimiċi Perikolużi bl-Ingrossa, jew iċ-Ċertifikat ta’ Idoneità għat-Trasport ta’ Sustanzi Kimiċi Perikolużi bl-Ingrossa, skont liema jkun xieraq (ir-regolament 1.45.4 dwar il-Kodiċi tal-IBC u r-regolament 1.6.3 dwar il-Kodiċi tal-BCH); 26 INF (il-Kodiċi Internazzjonali għat-Trasport Sikur ta’ Fjuwil Nukleari Rradjat Imballat, Plutonju u Skart Radjuattiv ta’ Livell Għoli Abbord il-Vapuri) Ċertifikat ta’ Idoneità (ir-regolament SOLAS VII/16 u l-Kodiċi INF reg.1.3);

26.INF (il-Kodiċi Internazzjonali għat-Trasport Sikur ta’ Fjuwil Nukleari Irradjat Imballat, Plutonju u Skart Radjuattiv ta’ Livell Għoli Abbord il-Vapuri) Ċertifikat ta’ Idoneità (ir-regolament SOLAS VII/16 u l-Kodiċi INF reg.1.3);

27.Ċertifikat ta’ assigurazzjoni jew kwalunkwe sigurtà finanzjarja oħra fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili għad-danni mit-tniġġis taż-żejt (CLC 69/92 l-art. VII.2);

28.Ċertifikat tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili għad-danni mit-tniġġis taż-żejt tal-bunkers (BUNKERS 2001 l-art. 7.2);

29.Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni jew Sigurtà Finanzjarja oħra fir-rigward tar-Responsabbiltà għat-Tneħħija ta’ Relitti (Tneħħija tar-Relitti, l-Artikolu 12);

30.Ċertifikat ta’ Sikurezza tal-Inġenji ta’ Veloċità Għolja u Permess għat-Tħaddim ta’ Inġenji ta’ Veloċità Għolja (SOLAS 1974, ir-regolament X/3.2 u l-Kodiċi 94/00 tal-HSC ir-regolamenti 1.8.1 u 1.9);

31.Dokument ta’ konformità mar-rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru merkanzija perikoluża (SOLAS 1974, ir-regolament II-2/19.4);

32.Dokument ta’ awtorizzazzjoni għall-ġarr tal-ħbub u manwal dwar it-tagħbija tal-ħbub (SOLAS 1974, ir-regolament VI/9; Il-Kodiċi Internazzjonali għall-Ġarr Sikur ta’ Ħbub bl-Ingrossa, it-taqsima 3);

33.Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Iskema ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjoni (CAS), Rapport Finali tal-CAS u Rekord ta’ Rieżami (MARPOL l-Anness I, ir-regolamenti 20 u 21; ir-riżoluzzjoni MEPC.94(46), kif emendata bir-riżoluzzjonijiet MEPC.99(48), MEPC.112(50), MEPC.131(53), ir-riżoluzzjoni MEPC.155(55), u MEPC.236(65);

34.Reġistru Sinottiku Kontinwu (SOLAS 1974, ir-regolament xi-1/5);

35.Ktieb tar-Rekords taż-Żejt, il-partijiet I u II (MARPOL, l-Anness I, ir-regolamenti 17 u 36);

36.Ktieb tar-Rekords tal-Merkanzija (MARPOL, l-Anness II, ir-regolament 15);

37.Ktieb tar-Rekords tal-Iskart, il-partijiet I u II (MARPOL, l-Anness V, ir-regolament 10.3); (MARPOL, l-Anness V, ir-regolament 10);

38.Pjan ta’ Ġestjoni tal-Iskart (MARPOL, l-Anness V, ir-regolament 10; ir-riżoluzzjoni MEPC.220(63));

39.Ġurnal ta’ abbord u r-reġistrazzjonijiet tal-livell u tal-istatus mixgħul/mitfi tal-magni tad-diżil tal-baħar (MARPOL, l-Anness VI, ir-regolament 13.5.3);

40.Ġurnal ta’ abbord għall-bidla taż-żejt tal-fjuwil (MARPOL, l-Anness VI, ir-regolament 14.6);

41.Ktieb tar-Rekords tas-Sustanzi li Jnaqqsu l-Ożonu (MARPOL, l-Anness VI, ir-regolament 12.6);

42.Ktieb tar-Rekords tal-Ilma tas-Saborra (BWRB) (BWMC l-Art 9.1 (b) u r-regolament B-2);

43.Sistemi fissi għat-tifi tan-nar bil-gass – Ċertifikat ta’ Eżenzjoni tal-ispazji tal-merkanzija u kwalunkwe lista ta’ merkanzija (SOLAS 1974, ir-regolament II-2/10.7.1.4);

44.Manifest jew pjan ta’ stivar ta’ oġġetti perikolużi (SOLAS 1974, ir-regolamenti VII/4 u VII/7-2; MARPOL, l-Anness III, ir-regolament 54);

45.Għat-tankers taż-żejt, ir-rekord tas-sistema ta’ monitoraġġ u kontroll tar-rimi taż-żejt għall-aħħar vjaġġ bis-saborra (MARPOL, l-Anness I, ir-regolament 31.2);

46.Pjan ta’ kooperazzjoni għat-Tiftix u s-Salvataġġ għall-vapuri tal-passiġġieri li jinnegozjaw fuq rotot fissi (SOLAS 1974, ir-regolament V/7.3);

47.Għall-vapuri tal-passiġġieri, Lista ta’ limitazzjonijiet operazzjonali (SOLAS 1974, ir-regolament V/30.2);

48.Ċarts nawtiċi u pubblikazzjonijiet nawtiċi (SOLAS 1974, ir-regolamenti V/19.2.1.4 u V/27);

49.Rekords tas-sigħat ta’ mistrieħ u t-tabella tal-arranġamenti ta’ ħidma abbord (it-taqsima tal-Kodiċi STCW A-VIII/1.5 u 1.7, il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 180 u l-Art. 5.7, l-Art. 8.1 u l-MLC, l-Istandard 2006 A.2.3.10 u A.2.3.12);

50.Evidenza ta’ spazji tal-makkinarju mhux ikkontrollati (UMS) (SOLAS 1974, ir-regolament II-I/46.3);

51.Ċertifikati mitluba skont id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni ta’ sidien ta’ vapuri għal pretensjonijiet marittimi;

52.Ċertifikat mitlub skont ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti;

53.Ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi jew dikjarazzjoni ta’ konformità kif applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u

54.Dokument ta’ Konformità maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

Parti B Lista ta’ ċertifikati u dokumenti oħra li, sa fejn ikun applikabbli, huma meħtieġa jkunu abbord (kif xieraq):

1.Tpinġijiet tal-kostruzzjoni (reg. SOLAS II-1/3-7);

2.Fajl dwar il-Kostruzzjoni tal-Vapuri (reg. SOLAS II-1/3-10);

3.Ktejjeb tal-Immanuvrar u informazzjoni (reg. SOLAS II-1/28);

4.Informazzjoni dwar l-istabbiltà (regolamenti SOLAS II-1/5 u II-1/5-1 u LLC 66/88 ir-reg. 10);

5.Informazzjoni dwar is-suddiviżjoni u l-istabbiltà (MARPOL l-Anness I ir-reg. 28);

6.Pjanijiet u fuljetti għall-kontroll tad-danni (reg. SOLAS II-1/19; MSC.1/Circ.1245)

7.Manwal ta’ Aċċess għall-Istrutturi tal-Vapuri (reg. SOLAS II-1/3-6);

8.Fajls Imtejba ta’ Rapporti dwar l-Istħarriġ (fil-każ ta’ trasportaturi ta’ tagħbija bl-ingrossa jew tankers taż-żejt) (reg. SOLAS XI-1/2 u 2011 Kodiċi ESP il-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-anness A, il-parti A u l-parti B, u l-anness B, il-parti A u l-parti B);

9.Manwal dwar l-Iżgurar tal-Merkanzija (reg. SOLAS VI/5.6 u VII/5; MSC.1/Circ.1353/Rev.1);

10.Ktejjeb dwar it-Trasportatur ta’ Tagħbija bl-Ingrossa (reg. SOLAS VI/7.2 u XII/8, Kodiċi BLU);

11.Pjan ta’ Tagħbija/Ħatt għal merkanzija bl-ingrossa (reg. SOLAS VI/7.3);

12.Informazzjoni dwar il-Merkanzija (reg. SOLAS VI/2 u XII/10, MSC/Circ.663);

13.Pjan/ktejjeb għall-kontroll tan-nirien (reg. SOLAS II-2/15.2.4 u II-2/15.3.2);

14.Ktejjeb operazzjonali dwar is-sikurezza kontra n-nirien (reg. SOLAS II-2/16.2);

15.Manwal ta’ taħriġ dwar is-sikurezza kontra n-nirien (reg. SOLAS II-2/1 5.2.3);

16.Manwal tat-taħriġ (reg. SOLAS III/35);

17.Taħriġ abbord, provi u rekords tal-manutenzjoni (reg. SOLAS II-2/15.2.2.5 u r-reg. III/19.3 u III/19.5 u III/20.6 u III/20.7);

18.Pjanijiet u Proċeduri speċifiċi għall-vapuri għall-Irkupru ta’ Persuni mill-Ilma (reg. SOLAS III/17-1; MSC.346(91); MSC.1/Circ.1447);

19.Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-kaptani (Vapuri tal-passiġġieri) (reg. SOLAS III/29);

20.Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali u kopja tal-Volum III tal-Manwal IAMSAR (reg. SOLAS V/21);

21.Rekords tal-attivitajiet tan-navigazzjoni (reg. SOLAS V/26 u V/28.1);

22.Pjan ta’ Sigurtà tal-Vapuri u rekords assoċjati (reg. SOLAS XI-2/9 u Kodiċi ISPS l-parti A/9 u 10);

23.Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja mill-Magni (EIAPPC) (Kodiċi Tekniku tal-NOX tal-2008 ir-reg. 2.1.1.1);

24.Fajl tekniku tal-EEDI (MARPOL l-Anness VI, ir-reg. 20);

25.Fajls tekniċi (Kodiċi Tekniku tal-NOX tal-2008 ir-reg. 2.3.4);

26.Reġistru tal-parametri tal-magna (Kodiċi Tekniku tal-NOX ir-reg. 2.3.7);

27.Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ inċineratur (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 16.6);

28.Manwal Operazzjonali tal-Manifattur għall-Inċineraturi (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 16.7);

29.Proċedura għall-Bidla taż-Żejt tal-Fjuwil għall-bidla taż-żejt tal-fjuwil (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 14.6);

30.30 Noti ta’ konsenja tal-bunkers u Kampjun Rappreżentattiv (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 18.6 u 18.8.1);

31.Pjan ta’ Emerġenza Abbord għat-Tniġġis miż-Żejt (MARPOL l-Anness I ir-reg. 37.1; ir-riżoluzzjoni MEPC.54(32), kif emendata bir-riżoluzzjoni MEPC.86(44));

32.Pjan ta’ Emerġenza Abbord għat-Tniġġis tal-Baħar għal Sustanzi Likwidi Noċivi (MARPOL l-Anness II ir-reg. 17);

33.Pjan għall-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Vapuri (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 22, MEPC.1/Circ795);

34.Pjan ta’ Operazzjoni STS u Rekords tal-operazzjonijiet STS (MARPOL l-Anness I ir-reg. 41);

35.Manwal għall-Proċeduri u l-Arranġamenti (tankers tas-sustanzi kimiċi) (MARPOL l-Anness II ir-reg. 14.1; ir-riżoluzzjoni MEPC.18(22), kif emendata bir-riżoluzzjoni MEPC.62(35));

36.Pjan ta’ Ġestjoni tal-VOC (MARPOL l-Anness VI ir-reg. 15.6);

37.Pjan għall-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra (BWMP) (BWMC reg. B-1, ir-riżoluzzjoni MEPC.127(53))

38.Rapport tat-Test tal-Konformità LRIT (reg. SOLAS V/19-1.6; MSC.1/Circ.1307);

39.Kopja taċ-Ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-faċilità tal-ittestjar, li jiddikjara d-data ta’ konformità u l-istandards ta’ prestazzjoni applikabbli tal-VDR (reġistratur tad-data dwar il-vjaġġ) (reg. SOLAS V/18.8);

40.Rapport tat-test tal-AIS (reg. SOLAS V/18.9, MSC.1/Circ.1252);

41.Rapport dwar l-Istħarriġ rigward l-Istorbju (reg. SOLAS II-1/3-12);

42.Manwal Operazzjonali dwar il-Monitoraġġ u l-Kontroll tar-Rilaxx taż-Żejt (ODMC) (MARPOL l-Anness I ir-reg. 31; ir-riżoluzzjoni A.496(XII); ir-riżoluzzjoni A.586(14), kif emendata bir-riżoluzzjoni MEPC.24(22); ir-riżoluzzjoni MEPC.108(49), kif emendata bir-riżoluzzjoni MEPC.240(65));

43.Manwal dwar l-Operazzjoni u t-Tagħmir tal-Ħasil taż-Żejt Mhux Raffinat (MARPOL l-Anness I ir-reg. 35, ir-riżoluzzjoni MEPC.81(43));

44.Skedi tad-Data tas-Sikurezza tal-Materjal (MSDS) (reg. SOLAS VI/5-1, MSC.286(86));

45.Rekord tal-AFS (AFS 2001 l-Anness 4 ir-reg. 2);

46.Fajl Tekniku tal-Kisi (reg. SOLAS II-1/3-2); u

47.Pjanijiet ta’ manutenzjoni (reg. SOLAS II-2/14.2.2, II-2/14.3 u II-2/14.4).

Għal referenza:

1.Ċertifikat tar-Reġistru jew dokument ieħor ta’ nazzjonalità (UNCLOS l-art. 9.1.2);

2.Ċertifikati dwar is-saħħa tal-buq tal-vapur u installazzjonijiet makkinarji maħruġa mis-soċjetà ta’ klassifikazzjoni kkonċernata (meħtieġa biss jekk il-vapur iżomm il-klassi tiegħu ma’ soċjetà ta’ klassifikazzjoni);

3.Ktieb tar-Rekords tat-Tagħmir tal-Merkanzija (Konvenzjoni Nru 32 tal-ILO l-art. 9.2(4) u Konvenzjoni Nru 152 l-art. 25);

4.Ċertifikati ta’ tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt (Konvenzjoni tal-ILO Nru 134 l-art. 4.3(e) u l-Konvenzjoni Nru 32 tal-ILO l-art. 9(4));

5.Ċertifikati mediċi (il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 73 jew l-MLC, l-Istandard A1.2 tal-2006);

6.Rekords tas-sigħat tax-xogħol jew tal-bqija tal-baħħara (Konvenzjoni tal-ILO Nru 180 il-parti II l-art. 8.1 jew l-MLC, 2006, Standard A.2.3.12);

7.Ċertifikat tax-Xogħol Marittimu (MLC, 2006, ir-Regolament 5.1.3);

8.Dikjarazzjoni taċ-Ċertifikat tax-Xogħol Marittimu (MLC, 2006, ir-Regolament 5.1.3);

9.Dikjarazzjoni ta’ konformità tax-xogħol Marittimu (DMLC) abbord (il-partijiet I u II) (MLC, 2006, ir-Regolament 5.1.3);

10.Ftehimiet ta’ impjieg tal-baħħara (MLC, 2006, Standard A 2.1);

11.Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni jew Sigurtà Finanzjarja għar-Ripatriazzjoni tal-Baħħara (MLC, 2006, ir-Regolament 2.5); u

12.Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni jew Sigurtà Finanzjarja għar-responsabbiltà tas-Sidien tal-vapuri (MLC, 2006, ir-Regolament 4.2).”

ANNESS IV

“ANNESS VI

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 15(1))

L-Anness I, “Proċeduri ta’ Kontroll mill-Istat tal-Port”, tal-MtQ ta’ Pariġi u l-istruzzjonijiet li ġejjin mill-MtQ ta’ Pariġi, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

PSCC Struzzjonijiet tekniċi

PSCC41-2008-07 Kodiċi ta’ Prattika Tajba

PSCC53-2020-08 Definizzjonijiet u Abbrevjazzjonijiet

MtQ Ġenerali ta’ Pariġi

PSCC54-2021-03 Tip ta’ spezzjoni

PSCC55-2022-10 Detenzjoni u Azzjoni Meħuda

PSCC55-2022-08 Formoli mudell

PSCC52-2019-05 Kontroll operazzjonali

PSS43-2010-11 Eżenzjonijiet mill-Istat tal-Bandiera

PSCC48-2015-09 RO Responsabbiltà

PSCC51 Twaqqif ta’ operazzjoni

PSCC49-2016-11 Test ta’ black-out

PSCC53-2020-06 Rifjut ta’ Aċċess (Projbizzjoni)

PSCC50-2017-12 Struttura tat-trasportaturi bl-ingrossa/tankers taż-żejt

PSCC43-2010-06 Dħul f’Baċir Imbattal mill-Ilma

PSCC53-2020-11 Il-permess ta’ vjaġġ wieħed lejn impjant ta’ tiswija għal nuqqasijiet ta’ “danni aċċidentali”

Konvenzjoni SOLAS

PSCC55-2022-09 Kodiċi tal-ISM

PSCC54-2021-02 Kodiċi tal-ISPS

PSCC51-2018-12 ECDIS

PSCC43-2010-32 VDR (Reġistraturi tad-Data tal-Vjaġġ)

PSCC43-2010-09 Skedi tad-Data dwar is-Sikurezza tal-Materjali

PSCC43-2010-21 GMDSS

PSCC44-2011-16 Ganċijiet għar-rilaxx tad-dgħajsa tas-sopravivenza fuq it-tagħbija

PSCC45-2012-10 Stabbiltà tad-danni fuq it-tankers

PSCC55-2022-05 LRIT

PSCC43-2010-28 Kejl tal-ħxuna ESP/CAS

PSCC43-2010-29 Kejl tal-ħxuna

PSCC51-2018-11 Kodiċi Polari

PSCC55-2022-02 IGF Kodiċi

Konvenzjoni MARPOL

PSCC46-2013-18 MARPOL l-Anness I OWS

PSCC43-2010-39 MARPOL l-Anness II Strippaġġ

PSCC47-2014-08 MARPOL l-Anness III IMDG

PSCC55-2022-07 MARPOL l-Anness IV Drenaġġ

PSCC52-2019-07 MARPOL l-Anness V Skart

PSCC55-2022-11 MARPOL l-Anness VI Tniġġis tal-Arja

PSCC43-2010-38 Ħasil taż-żejt grezz

PSCC44-2011-20 MARPOL Investigazzjoni

Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija

PSCC54-2021-06 Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija

Konvenzjoni AFS

PSCC47-2014-13 Sistemi tal-Antifouling

Konvenzjoni dwar il-Bunkers

PSCC43-2010-08 Konvenzjoni dwar il-Bunkers

Ċertifikazzjoni tal-Baħħara u l-Ekwipaġġ

PSCC54-2021-04 Ċertifikazzjoni tal-Baħħara u l-Ekwipaġġ (STCW, MLC u SOLAS)

Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra

PSCC51-2018-09 Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra

Konvenzjonijiet tal-ILO

PSCC52-2019-10 Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 (MLC)

PSCC53-2020-14 Sigħat ta’ Xogħol jew ta’ Mistrieħ u idoneità għax-xogħol”

 

ANNESS V

“ANNESS VIII

PROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA’ AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ

(imsemmija fl-Artikolu 16)

(1)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 16(1), l-awtorità kompetenti tal-port li fih jinżamm il-vapur għat-tielet darba għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur bil-miktub li se tinħareġ ordni ta’ rifjut tal-aċċess li se ssir applikabbli immedjatament wara li l-vapur ikun telaq mill-port. L-ordni tar-rifjut tal-aċċess għandha ssir applikabbli immedjatament wara li l-vapur ikun telaq mill-port wara li n-nuqqasijiet li jwasslu għad-detenzjoni jkunu ġew rimedjati.

(2)L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tal-ordni ta’ rifjut tal-aċċess lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, u lill-firmatarji l-oħrajn tal-MtQ ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MtQ ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha taġġorna wkoll il-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet b’informazzjoni dwar iċ-ċaħda ta’ aċċess mingħajr dewmien.

(3)Sabiex titneħħa ordni ta’ rifjut tal-aċċess, is-sid jew l-operatur irid jindirizza talba formali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun imponiet ordni ta’ rifjut tal-aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dokument mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn surveyor debitament awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li juri li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet. L-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

(4)It-talba għat-tneħħija ta’ ordni ta’ rifjut tal-aċċess trid tkun akkumpanjata wkoll, fejn xieraq, minn dokument mis-soċjetà għal klassifikazzjoni li għandha l-vapur fi klassi wara żjara abbord minn surveyor mis-soċjetà għal klassifikazzjoni, li juri li l-vapur jikkonforma mal-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

(5)L-ordni ta’ rifjut tal-aċċess tista’ titneħħa biss wara li jkun għadda l-perjodu msemmi fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva u l-kumpanija trid tindirizza talba formali lill-awtorità tal-Istat tal-port tal-Istat Membru li tkun imponiet il-projbizzjoni u tipprovdi d-dokumenti mitluba fil-paragrafi 3 u 4

(6)Talba bħal din, inklużi d-dokumenti meħtieġa, trid tiġi sottomessa lill-Istat li jkun ħareġ il-projbizzjoni mill-inqas xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ projbizzjoni. Jekk din l-iskadenza ma tiġix issodisfata, f’dak il-każ jista’ jseħħ dewmien sa xahar wara li l-Istat li jkun ħareġ il-projbizzjoni jkun irċieva t-talba

(7)Is-sistema ta’ informazzjoni se żżid fattur prevalenti għall-vapur u l-vapur se jiġi indikat responsabbli għat-tip ta’ spezzjoni “Spezzjoni estiża” fil-waqfa li jmiss fil-port/l-ankraġġ fir-reġjun.

(8)L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà għal klassifikazzjoni kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-firmatarji l-oħrajn tal-MtQ ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MtQ ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti trid taġġorna wkoll il-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet bl-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-aċċess mingħajr dewmien.

(9)L-informazzjoni marbuta mal-vapuri li kienu miċħudin aċċess għal portijiet fil-Komunità trid issir disponibbli fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u trid tiġi ppubblikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 u tal-Anness XIII.”

Top