IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.5.2023
COM(2023) 239 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ANNESS
PROTOKOLL
li jemenda il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni
bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda,
u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
L-UNGERIJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),
u
L-UNJONI EWROPEA,
minn naħa waħda,
u
IR-RENJU TAL-MAROKK,
min-naħa l-oħra,
Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja hija parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk fit-12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim”), kif emendat bil-Protokoll iffirmat fit-18 ta’ Ġunju 2012 biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll”).
Artikolu 2
1. Id-dispożizzjoni li ġejja tiżdied fl-Anness II (“Ftehim Bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea”) tal-Ftehim kif emendat bil-Protokoll.
Wara t-tieni inċiż dwar il-Bulgarija:
“— Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru ffirmat f’Rabat is-7 ta’ Lulju 1999;”.
2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin jiżdiedu mal-ewwel paragrafu tal-Anness III (“Proċeduri biex jitħaddmu l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tekniċi: l-awtoritajiet kompetenti”) tal-Ftehim kif emendat bil-protokoll.
Wara t-taqsima dwar il-Bulgarija:
“Il-Kroazja:
l-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili Kroata (CCAA)”.
Artikolu 3
It-test tal-Ftehim bil-Kroat, mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku skont l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.
Artikolu 4
1.
Dan il-Protokoll huwa approvat mill-partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, f’każ li dan il-Protokoll jiġi approvat mill-partijiet kontraenti wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, xahar wara d-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq tal-formalitajiet ta’ approvazzjoni interni.
2.
Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim u għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-partijiet.
Dan il-Protokoll tfassal fi ……….., il-……….., f’żewġ kopji, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.
GĦALL-ISTATI MEMBRI
GĦAR-RENJU TAL-MAROKK
GĦALL-UNJONI EWROPEA