Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DP0347

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2023 dwar il-ħatra ta’ Wopke Hoekstra bħala Membru tal-Kummissjoni (C9-0335/2023 – 2023/0809(NLE))

ĠU C, C/2024/1199, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1199/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1199/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1199

23.2.2024

P9_TA(2023)0347

Approvazzjoni tal-ħatra ta' Wopke Hoekstra bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2023 dwar il-ħatra ta’ Wopke Hoekstra bħala Membru tal-Kummissjoni (C9-0335/2023 – 2023/0809(NLE))

(C/2024/1199)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 246, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-riżenja ta’ Frans Timmermans minn Membru tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tat-8 ta’ Settembru 2023, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra ta’ Wopke Hoekstra bħala Membru tal-Kummissjoni (C9-0335/2023),

wara li kkunsidra l-ittri tal-President tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2023,

wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Wopke Hoekstra fit-2 ta’ Ottubru 2023, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bl-assoċjazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,

wara li kkunsidra l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati konkluża bi proċedura bil-miktub fl-4 ta’ Ottubru 2023, u l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2023,

wara li kkunsidra l-Artikolu 125, u l-Anness VII, tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

1.   

Japprova l-ħatra ta’ Wopke Hoekstra bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2024;

2.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)   ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1199/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top