Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DP0095

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2023 dwar il-possibbiltà li l-Membru kkonċernat jinstema’ b’mod remot fi proċeduri dwar l-immunità (interpretazzjoni tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura) (2023/2032(REG))

ĠU C, C/2023/453, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/453/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/453/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/453

1.12.2023

P9_TA(2023)0095

Smigħ tal-Membru kkonċernat fi proċeduri dwar l-immunità (Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2023 dwar il-possibbiltà li l-Membru kkonċernat jinstema’ b’mod remot fi proċeduri dwar l-immunità (interpretazzjoni tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura) (2023/2032(REG))

(C/2023/453)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta' Marzu 2023 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 236 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura:

“L-Artikolu 216(1), it-tieni subparagrafu, ma jwaqqafx lill-kumitat responsabbli milli jippermetti l-parteċipazzjoni remota tal-Membru kkonċernat f’seduta ta’ smigħ dwar l-immunità bil-magħluq, skont il-prinċipji li l-kumitat stabbilixxa skont l-Artikolu 9(13), jekk dak il-Membru, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u oġġettivi, ma jkunx jista’ jattendi fiżikament għas-seduta ta’ smigħ.”

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/453/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top