Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0631

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja Rapport imħejji f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    COM/2023/631 final

    Brussell, 24.5.2023

    COM(2023) 631 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja

    Rapport imħejji f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja

    Rapport imħejji f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    1.Introduzzjoni

    1 L-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat) jistipula l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Dik il-proċedura hija stabbilita ulterjorment fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, li hija parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

    Dan ir-rapport f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat jeżamina l-konformità tal-Istati Membri mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn tat-Trattat.

    Id-data ewlenija sottostanti, u li timmotiva, dan ir-rapport

    Fil-valutazzjoni tal-kriterju tad-defiċit, il-Kummissjoni tqis il-proporzjon tad-defiċit attwali tal-2022 u l-proporzjon ippjanat għall-2023. Il-kriterju tad-defiċit skont l-Artikolu 126 tat-Trattat jiġi ssodisfat jekk id-defiċit tal-gvern ġenerali fis-sena preċedenti (2022) u d-defiċit ippjanat għas-sena attwali (2023) ma jaqbiżx it-3 % tal-PDG. Jekk tiġri waħda minn dawn, il-Kummissjoni teżamina jekk il-proporzjon tad-defiċit ikunx naqas sostanzjalment u kontinwament u jkunx ġie qrib il-valur referenzjarju. Hija teżamina wkoll jekk l-eċċess fuq il-valur referenzjarju huwiex biss eċċezzjonali u temporanju u jibqax qrib il-valur referenzjarju (it-Taqsima 2). Jitqiesu fatturi rilevanti jekk jew i) id-dejn tal-gvern ma jaqbiżx is-60 % tal-PDG jew ii) jekk id-dejn jaqbeż is-60 % tal-PDG, iżda d-defiċit ikun qrib it-3 % tal-PDG u l-eċċess fuqu jkun temporanju (it-Taqsima 4).

    2 Il-kriterju tad-dejn jiġi ssodisfat jekk id-dejn gross tal-gvern ġenerali ma jaqbiżx is-60 % tal-PDG fi tmiem is-sena preċedenti (2022). Jekk jaqbeż is-60 % tal-PDG, il-Kummissjoni tqis jekk il-proporzjon tad-dejn huwiex qed jonqos biżżejjed u jekk huwiex qed joqrob lejn il-valur referenzjarju b’pass sodisfaċenti billi jirrispetta l-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn (it-Taqsima 3). L-Istati Membri li jirrispettaw dak il-parametru referenzjarju u jikkonformaw mal-kriterju tad-defiċit ma humiex diskussi f’dan ir-rapport. Il-fatturi rilevanti dejjem jitqiesu meta tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterju tad-dejn (it-Taqsima 4).

    3 Dan ir-rapport iqabbel ukoll id-defiċit tal-gvern man-nefqa fuq l-investiment tal-gvern u jqis il-fatturi rilevanti l-oħrajn kollha, inklużi l-pożizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji ta’ terminu medju tal-Istati Membri.

    Dan ir-rapport jiddiskuti l-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn f’16-il Stat Membru: Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja, għar-raġunijiet li ġejjin (ara wkoll it-Tabella 1):

    -Skont id-data vvalidata mill-Eurostat fil-21 ta’ April 2023 4 , id-defiċit ġenerali tal-gvern qabeż it-3 % tal-PDG f’10 Stati Membri: Il-Belġju, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija u l-Polonja 5 . Id-defiċits attwali għall-2022 ogħla minn 3 % tal-PDG jipprovdu evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’dawk l-Istati Membri 6 .

    -Barra minn hekk, skont il-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tal-2023 7 , id-defiċits tal-gvern fil-Bulgarija, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja huma ppjanati li jaqbżu t-3 % tal-PDG fl-2023. Dawn id-defiċits ippjanati għall-2023 f’dawk il-programmi jipprovdu evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’dawk il-ħames Stati Membri.

    -Id-dejn gross tal-gvern ġenerali fl-aħħar tal-2022 qabeż il-valur referenzjarju ta’ 60 % tal-PDG fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fil-Kroazja, fl-Italja, f’Ċipru, fl-Ungerija, fl-Awstrija, fil-Portugall, fis-Slovenja u fil-Finlandja. Fi Franza, fl-Italja u fil-Finlandja, id-dejn gross tal-gvern ġenerali ma rrispettax il-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. Dan jipprovdi evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv abbażi tal-kriterju tad-dejn f’dawk it-tliet Stati Membri.

    Rakkomandazzjonijiet ta’ politika fil-kuntest ta’ inċertezza għolja b’mod persistenti

    Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-politika fiskali kif adottati mill-Kunsill kienu qed jevolvu f’dawn l-aħħar snin biex iwieġbu għall-kuntest ekonomiku li qed jinbidel. L-azzjoni politika koordinata fil-livelli tal-UE u fuq dak nazzjonali naqqset l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u wittiet it-triq għal irkupru b’saħħtu. Fl-isfond tal-ambjent il-ġdid maħluq mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-ekonomija Ewropea rnexxielha tillimita l-impatt negattiv tagħha, fejn indirizzat b’suċċess il-kriżi tal-enerġija bis-saħħa ta’ diversifikazzjoni rapida tal-provvista u tnaqqis imdaqqas fil-konsum tal-gass.

    L-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali 8 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir f’Marzu 2020 ippermettiet appoġġ fiskali fuq skala kbira fl-Istati Membri kollha b’reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus. Din ippermettiet lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw b’mod adegwat il-kriżi, filwaqt li jitbiegħdu minn xi rekwiżiti baġitarji li normalment japplikaw skont il-qafas fiskali tal-UE. Fl-2020 u l-2021, azzjoni politika koordinata naqqset b’suċċess l-impatt makroekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. Fl-2022, il-politika fiskali mmitigat ukoll l-impatt soċjali u ekonomiku taż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-enerġija u ppermettiet l-għoti ta’ assistenza umanitarja lil dawk li kienu qed jaħarbu mill-Ukrajna. Il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet biex tinżamm il-klawżola liberatorja ġenerali fl-2023 u biex tiġi ddiżattivata sa tmiem l-2023 ġew issodisfati 9 .

    10 Fl-20 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill irrakkomanda lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fl-2020 u l-2021 biex jindirizzaw b’mod effettiv il-pandemija tal-COVID-19, isostnu l-ekonomija u jappoġġaw l-irkupru li jirriżulta. L-Istati Membri ngħataw ukoll ir-rakkomandazzjoni li, meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jippermettu, ifittxu li jwettqu politiki fiskali mmirati lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u jiżguraw is-sostenibbiltà tad-dejn, filwaqt li jtejbu l-investiment.

    11 12 Sena wara, fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta gwida dwar il-politika fiskali differenzjata fir-rakkomandazzjonijiet għall-2022: L-Istati Membri bi proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG baxxi u medji intalbu jsegwu jew iżommu pożizzjoni fiskali espansjonarja, filwaqt li l-Istati Membri bi proporzjonijiet tad-dejn għoljin intalbu jużaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) biex jiffinanzjaw investiment addizzjonali b’appoġġ għall-irkupru, filwaqt li jsegwu politika fiskali prudenti. L-Istati Membri kollha ġew rakkomandati li jippreżervaw l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. Bl-istess mod, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro talbet li tinżamm pożizzjoni fiskali espansjonarja moderata fl-2022 madwar iż-żona tal-euro, filwaqt li jitqiesu l-baġits nazzjonali u l-finanzjament ipprovdut mill-RRF. Il-politiki fiskali ġew rakkomandati li jkunu differenzjati filwaqt li titqies is-saħħa tal-irkupru, il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali u li jittejbu l-investimenti, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi fost l-Istati Membri.

    Tabella 1: Il-pożizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-valuri referenzjarji tad-defiċit u d-dejn skont it-Trattat

    Defiċit attwali 
    li ma jaqbiżx () / li jaqbeż () 
    3 % tal-PDG fl-2022

    Defiċit ippjanat 
    li ma jaqbiżx () / li jaqbeż () 
    3 % tal-PDG fl-2023

    Proporzjon tad-dejn li ma jaqbiżx () is-60 % tal-PDG fi tmiem l-2022 / li jaqbeż is-60 % tal-PDG iżda li jirrispetta l-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn () / 
    li ma jirrispettax il-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn ()

    Il-Belġju

    Il-Bulgarija

    ✓✓

    Iċ-Ċekja

    ✓✓

    Il-Ġermanja

    L-Estonja

    ✓✓

    Spanja

    Franza

    L-Italja

    Il-Latvja

    ✓✓

    L-Ungerija

    Malta

    ✓✓

    L-Awstrija

    Il-Polonja

    ✓✓

    Is-Slovenja

    Is-Slovakkja

    ✓✓

    Il-Finlandja

    p.m.: Stati Membri mhux ikkunsidrati f’dan ir-rapport

     

    Id-Danimarka

    ✓✓

    L-Irlanda

    ✓✓

    Il-Greċja

    Il-Kroazja

    Ċipru

    Il-Litwanja

    ✓✓

    Il-Lussemburgu

    ✓✓

    In-Netherlands

    ✓✓

    Il-Portugall

    L-Iżvezja

    ✓✓

    Ir-Rumanija*

    ✓✓

    (*) Fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-2020.

    Sors: Eurostat, it-tbassir tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni u l-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza għall-2023

    13 Fit-12 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill reġa’ adotta gwida dwar il-politika fiskali differenzjata għall-2023. L-Istati Membri bi proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG baxxi u medji ntalbu jiżguraw li t-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali kien konformi ma’ pożizzjoni ta’ politika newtrali ġenerali. L-Istati Membri bi proporzjonijiet għoljin ta’ dejn ġew rakkomandati jiżguraw politika fiskali prudenti billi jillimitaw it-tkabbir tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali taħt it-tkabbir potenzjali tal-output fuq perjodu medju ta’ żmien. Lil hinn mill-2023, dawn tal-aħħar ġew mitluba jiżguraw tnaqqis kredibbli u gradwali tad-dejn permezz ta’ konsolidazzjoni, investiment u riformi gradwali. L-Istati Membri kollha ġew rakkomandati li jkunu lesti biex jaġġustaw l-infiq kurrenti għas-sitwazzjoni li qed tevolvi, jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, u li jiksbu pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju wara l-2023.

    14 Fis-16 ta’ Mejju 2023, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro talbet biex ma jingħatax appoġġ wiesgħa għad-domanda aggregata, u biex il-miżuri fiskali jiġu mmirati aħjar biex jindirizzaw l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u fuq il-kumpaniji vijabbli. L-Istati Membri ntalbu jippreżervaw is-sostenibbiltà tad-dejn u jiffaċilitaw il-kompitu tal-politika monetarja biex jiżguraw ir-ritorn f’waqtu tal-inflazzjoni għall-mira ta’ terminu medju ta’ 2 % tal-BĊE. Ir-rakkomandazzjoni talbet għal definizzjoni tal-istrateġiji fiskali fuq perjodu ta’ żmien medju differenzjati kif xieraq, permezz ta’ konsolidazzjoni gradwali u sostenibbli, kif ukoll permezz ta’ investimenti u riformi, biex jinkisbu pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq perjodu ta’ żmien medju. L-Istati Membri għandhom iżidu l-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tagħhom, isostnu livell għoli ta’ investiment pubbliku u jippromwovu investimenti privati, li huma meħtieġa biex jagħtu spinta lir-reżiljenza ekonomika u soċjali u jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2023 dwar il-gwida tal-politika fiskali għall-2024 15 , il-Kummissjoni diġà ħabbret li ma kinitx se tipproponi l-ftuħ ta’ proċeduri ġodda ta’ defiċit eċċessiv fir-rebbiegħa tal-2023, filwaqt li titqies l-inċertezza għolja persistenti għall-perspettiva makroekonomika u baġitarja f’dan l-istadju.

    Il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex jiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv ibbażati fuq id-defiċit fir-rebbiegħa tal-2024 abbażi tad-data tal-eżitu għall-2023.



    2.Kriterju tad-defiċit

    Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja qabżu l-valur referenzjarju tad-defiċit fl-2022 jew qed jippjanaw li jaqbżuh fl-2023.

    Għal dawk l-Istati Membri kollha, id-defiċits attwali li jaqbżu l-valur referenzjarju fl-2022 jew l-eċċessi ppjanati fl-2023 huma eċċezzjonali. Fl-2022, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex itaffu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-prezzijiet tal-enerġija u biex jipprovdu assistenza umanitarja lil dawk li jaħarbu mill-Ukrajna wara l-invażjoni mir-Russja kkontribwew għad-defiċits aktar għoljin. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u fl-assistenza umanitarja huma avvenimenti mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istati Membri u b’impatti kbar fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali. Filwaqt li l-kost tal-miżuri ta’ emerġenza temporanji tal-COVID-19 naqas fl-2022, il-kost ta’ tali miżuri baqa’ sinifikanti f’ħafna Stati Membri u l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 kien għadu viżibbli fil-finanzi pubbliċi tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.

    Id-defiċits tal-gvern kienu ogħla u mhux qrib il-valur referenzjarju fl-2022 fil-Belġju, fiċ-Ċekja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja fil-Latvja, fl-Ungerija, f’Malta u fil-Polonja (ara t-Tabella 2).

    Fl-Awstrija, id-defiċit tal-gvern kien ogħla iżda qrib il-valur referenzjarju fl-2022 u huwa ppjanat li fil-Programm ta’ Stabbiltà jkun ogħla iżda qrib il-valur referenzjarju fl-2023, filwaqt li t-tbassir tal-Kummissjoni saħansitra jipprevedi defiċit taħt it-3 % tal-PDG.

    Il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, is-Slovenja u s-Slovakkja kellhom defiċit tal-gvern li ma jaqbiżx il-valur referenzjali tat-Trattat fl-2022, iżda jirrapportaw defiċits ippjanati ogħla minn u mhux qrib it-3 % tal-PDG fl-2023. Dan huwa kkonfermat mill-previżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-Bulgarija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja. Għall-Ġermanja, it-tbassir tal-Kummissjoni jindika proporzjon ta’ defiċit taħt it-3 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li għall-Estonja, it-tbassir tal-Kummissjoni huwa għal defiċit ogħla minn iżda qrib il-valur referenzjarju.

    Skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni, id-defiċits tal-gvern fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Latvja, fl-Awstrija u fis-Slovenja huma mbassra li ma jaqbżux it-3 % tal-PDG fl-2024. Għalhekk, id-defiċits li jaqbżu l-valur referenzjarju huma mistennija li jkunu temporanji. Dan it-tbassir tad-defiċit għall-2024 huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni ta’ ebda bidla fil-politika.

    Fil-qosor, din l-analiżi tissuġġerixxi li l-kriterju tad-defiċit ma huwiex issodisfat minn 14-il Stat Membru qabel il-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti: Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. Minflok, il-kriterju tad-defiċit huwa rispettat mill-Awstrija, peress li l-eċċess fuq il-valur referenzjarju huwa eċċezzjonali u temporanju, u d-defiċit jibqa’ qrib il-valur referenzjarju.

    Tabella 2: Bilanċ tal-gvern estiż

    Perċentwal tal-PDG

     

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023 SCP

    2023

    2024

    Il-Belġju

    -2,0

    -9,0

    -5,5

    -3,9

    -5,1

    -5,0

    -4,7

    Il-Bulgarija

    2,1

    -3,8

    -3,9

    -2,8

    -6,1

    -4,8

    -4,8

    Iċ-Ċekja

    0,3

    -5,8

    -5,1

    -3,6

    -3,5

    -3,6

    -3,0

    Il-Ġermanja

    1,5

    -4,3

    -3,7

    -2,6

    -4 ¼

    -2,3

    -1,2

    L-Estonja

    0,1

    -5,5

    -2,4

    -0,9

    -4,3

    -3,1

    -2,7

    Spanja

    -3,1

    -10,1

    -6,9

    -4,8

    -3,9

    -4,1

    -3,3

    Franza

    -3,1

    -9,0

    -6,5

    -4,7

    -4,9

    -4,7

    -4,3

    L-Italja

    -1,5

    -9,7

    -9,0

    -8,0

    -4,5

    -4,5

    -3,7

    Il-Latvja

    -0,6

    -4,4

    -7,1

    -4,4

    -4,0

    -3,8

    -2,7

    L-Ungerija

    -2,0

    -7,5

    -7,1

    -6,2

    -3,9

    -4,0

    -4,4

    Malta

    0,5

    -9,7

    -7,8

    -5,8

    -5,0

    -5,1

    -4,5

    L-Awstrija

    0,6

    -8,0

    -5,8

    -3,2

    -3,2

    -2,4

    -1,3

    Il-Polonja

    -0,7

    -6,9

    -1,8

    -3,7

    -4,7

    -5,0

    -3,7

    Is-Slovenja

    0,7

    -7,7

    -4,6

    -3,0

    -4,1

    -3,7

    -2,9

    Is-Slovakkja

    -1,2

    -5,4

    -5,4

    -2,0

    -6,3

    -6,1

    -4,8

    Il-Finlandja

    -0,9

    -5,6

    -2,8

    -0,9

    -2,6

    -2,6

    -2,6

    p.m.: Stati Membri mhux ikkunsidrati f’dan ir-rapport

     

     

     

    Id-Danimarka

    4,1

    0,2

    3,6

    3,3

    MHUX APPLIKABBLI

    2,3

    1,3

    L-Irlanda

    0,5

    -5,0

    -1,6

    1,6

    1,8

    1,7

    2,2

    Il-Greċja

    0,9

    -9,7

    -7,1

    -2,3

    -1,8

    -1,3

    -0,6

    Il-Kroazja

    0,2

    -7,3

    -2,5

    0,4

    -0,7

    -0,5

    -1,3

    Ċipru

    1,3

    -5,8

    -2,0

    2,1

    2,0

    1,8

    2,1

    Il-Litwanja

    0,5

    -6,5

    -1,2

    -0,6

    -2,2

    -1,7

    -1,4

    Il-Lussemburgu

    2,2

    -3,4

    0,7

    0,2

    -1,5

    -1,7

    -1,5

    In-Netherlands

    1,8

    -3,7

    -2,4

    0,0

    -3,0

    -2,1

    -1,7

    Il-Portugall

    0,1

    -5,8

    -2,9

    -0,4

    -0,4

    -0,1

    -0,1

    L-Iżvezja

    0,6

    -2,8

    0,0

    0,7

    -0,4

    -0,9

    -0,5

    Ir-Rumanija*

    -4,3

    -9,2

    -7,1

    -6,2

    -4,4

    -4,7

    -4,4

    (*) Fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-2020.

    Sors: Eurostat, il-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza tal-Istati Membri (2023 SCP) u t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni 

    3.Kriterju tad-dejn

    Fost il-pajjiżi diskussi f’dan ir-rapport, id-dejn gross tal-gvern ġenerali fl-aħħar tal-2022 qabeż is-60 % tal-PDG f’disa’ Stati Membri: Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja (ara t-Tabella 3) 16 . Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern naqas f’dawk l-Istati Membri kollha minbarra fil-Finlandja.

    Tabella 3: Dejn tal-gvern estiż

    Perċentwal tal-PDG

     

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Il-Belġju

    97,6

    112,0

    109,1

    105,1

    106,0

    107,3

    Il-Bulgarija

    20,0

    24,5

    23,9

    22,9

    25,0

    28,1

    Iċ-Ċekja

    30,0

    37,7

    42,0

    44,1

    42,9

    43,1

    Il-Ġermanja

    59,6

    68,7

    69,3

    66,3

    65,2

    64,1

    L-Estonja

    8,5

    18,5

    17,6

    18,4

    19,5

    21,3

    Spanja

    98,2

    120,4

    118,3

    113,2

    110,6

    109,1

    Franza

    97,4

    114,6

    112,9

    111,6

    109,6

    109,5

    L-Italja

    134,1

    154,9

    149,9

    144,4

    140,4

    140,3

    Il-Latvja

    36,5

    42,0

    43,7

    40,8

    39,8

    40,5

    L-Ungerija

    65,3

    79,3

    76,6

    73,3

    70,7

    71,1

    Malta

    40,3

    52,9

    55,1

    53,4

    54,8

    56,1

    L-Awstrija

    70,6

    82,9

    82,3

    78,4

    75,4

    72,7

    Il-Polonja

    45,7

    57,2

    53,6

    49,1

    50,5

    53,0

    Is-Slovenja

    65,4

    79,6

    74,5

    69,9

    69,1

    66,6

    Is-Slovakkja

    48,0

    58,9

    61,0

    57,8

    58,3

    58,7

    Il-Finlandja

    64,9

    74,7

    72,6

    73,0

    73,9

    76,2

    p.m.: Stati Membri mhux ikkunsidrati f’dan ir-rapport

     

     

    Id-Danimarka

    33,7

    42,2

    36,7

    30,1

    30,1

    28,8

    L-Irlanda

    57,0

    58,4

    55,4

    44,7

    40,4

    38,3

    Il-Greċja

    180,6

    206,3

    194,6

    171,3

    160,2

    154,4

    Il-Kroazja

    71,0

    87,0

    78,4

    68,4

    63,0

    61,8

    Ċipru

    90,8

    113,8

    101,2

    86,5

    80,4

    72,5

    Il-Litwanja

    35,8

    46,3

    43,7

    38,4

    37,1

    36,6

    Il-Lussemburgu

    22,4

    24,5

    24,5

    24,6

    25,9

    27,0

    In-Netherlands

    48,5

    54,7

    52,5

    51,0

    49,3

    48,8

    Il-Portugall

    116,6

    134,9

    125,4

    113,9

    106,2

    103,1

    L-Iżvezja

    35,5

    39,8

    36,5

    33,0

    31,4

    30,7

    Ir-Rumanija*

    35,1

    46,9

    48,6

    47,3

    45,6

    46,1

    (*) Fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-2020.

    Sors: Eurostat u t-tbassir tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni 

    Id-data turi li, fl-2022, il-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn ġie rrispettat fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Spanja, fl-Ungerija, fl-Awstrija u fis-Slovenja (ara t-Tabella 4). Dan ma ġiex irrispettat fi Franza, fl-Italja, u fil-Finlandja. Kif innotat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Marzu 2022 u f’konformità mar-rapport 126.3 tas-sena l-oħra, il-Kummissjoni tqis, fil-valutazzjoni tagħha tal-fatturi rilevanti kollha, li l-konformità mal-parametri referenzjarji tat-tnaqqis tad-dejn tista’ timplika sforz fiskali antiċipat impenjattiv wisq li jista’ jkun ta’ riskju li jipperikola t-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konformità mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn ma hijiex iġġustifikata skont il-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti.

    Fil-qosor, l-analiżi għalhekk tissuġġerixxi li, fost l-Istati Membri diskussi f’dan ir-rapport, il-kriterju tad-dejn jiġi ssodisfat mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Spanja, mill-Ungerija, mill-Awstrija, u mis-Slovenja, filwaqt li jidher li ma ġiex issodisfat, qabel il-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti, minn Franza, mill-Italja u mill-Finlandja.

    Tabella 4: Distakk mill-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn*

    Distakk negattiv ifisser konformità mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn

    Perċentwal tal-PDG

     

    2021

    2022

    2023f

    2024f

    Il-Belġju

    2,0

    -0,7

    2,0

    5,1

    Il-Ġermanja

    -2,0

    -2,1

    -2,0

    -2,1

    Spanja

    n.r.

    -6,2

    -1,1

    0,4

    Franza

    1,7

    1,4

    1,7

    3,2

    L-Italja

    -0,5

    1,8

    -0,5

    3,8

    L-Ungerija

    -4,0

    -3,3

    -4,0

    -2,5

    L-Awstrija

    -3,7

    -4,1

    -3,7

    -4,1

    Is-Slovenja

    -3,9

    -3,4

    -3,9

    -3,4

    Il-Finlandja

    1,8

    0,4

    1,4

    1,4

    p.m.: Stati Membri mhux ikkunsidrati f’dan ir-rapport

    Il-Greċja

    -17,3

    -10,4

    -17,3

    -9,3

    Il-Kroazja

    -12,9

    -8,7

    -12,9

    -6,9

    Ċipru

    -15,8

    -13,8

    -15,8

    -13,8

    Il-Portugall

    -11,9

    -11,4

    -11,9

    -6,4

    Sors: Tbassir tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni u kalkoli tal-Kummissjoni.

    f: tbassir

    * Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern jitqies li qed jonqos biżżejjed u li qed joqrob lejn il-valur referenzjarju ta’ 60 % tal-PDG b’pass sodisfaċenti jekk id-differenza fir-rigward tal-valur referenzjarju tkun naqset matul it-3 snin preċedenti li għalihom id-data hija disponibbli b’rata medja ta’ mill-inqas waħda minn għoxrin kull sena. Ir-rekwiżit jitqies ukoll li ġie ssodisfat jekk il-previżjonijiet baġitarji tal-Kummissjoni jindikaw li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenzjal se jseħħ matul il-perjodu ta’ 3 snin li jinkludi s-sentejn ta’ wara l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data. Fl-implimentazzjoni tal-parametru referenzjarju marbut mal-aġġustament tal-proporzjon tad-dejn, titqies ukoll l-influwenza taċ-ċiklu tan-negozju fuq il-pass tat-tnaqqis tad-dejn.

    Il-parametru referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn, għall-Istati Membri b’dejn li jaqbeż is-60 % tal-PDG, huwa maħdum fuq medda ta’ 3 snin, skont opzjonijiet differenti: retrospettiv, prospettiv, u aġġustat għaċ-ċiklu (ara Vade Mecum on the Stability and Growth Pact – 2019 edition, European Economy-Institutional Papers, 101) . It-tabella turi d-differenza minima bejn il-proporzjon tad-dejn għall-PDG (reali u aġġustat ċiklikament) u l-parametru/i referenzjarju/i tad-dejn (retrospettiv(i) u prospettiv(i)). Jekk il-valur huwa negattiv, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG ipproġettat ikun konformi mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. F’dak il-każ, id-differenzjal fir-rigward tal-valur referenzjali naqas fuq medda (prospettiva jew retrospettiva) ta’ tliet snin tal-anqas b’rata medja ta’ wieħed minn kull 20.

    4.Fatturi rilevanti fil-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn

    L-Artikolu 126(3) tat-Trattat jipprevedi li dan ir-rapport “għandu jqis ukoll jekk id-defiċit tal-gvern ikunx jeċċedi n-nefqa tal-gvern f’investiment u jqis il-fatturi l-oħra kollha rilevanti, inkluża l-pożizzjoni ekonomika u tal-estimi għall-futur medju tal-Istat Membru”. Dawk il-fatturi huma ċċarati ulterjorment fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, li jipprevedi wkoll li “kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex tkun ivvalutata b’mod komprensiv il-konformità mal-kriterji tad-defiċit u d-dejn u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni” jeħtieġ li jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta. B’mod partikolari, dak l-Artikolu jindika li l-pożizzjoni tad-dejn fuq perjodu medju ta’ żmien tista’ titqies ukoll bħala fattur rilevanti.

    Għalhekk, minbarra l-fatturi rilevanti bejn il-pajjiżi (it-Taqsima 4.1), jitqiesu fatturi rilevanti speċifiċi għall-pajjiż (it-Taqsima 4.2). Dawn tal-aħħar jinkludu l-pożizzjoni ekonomika fuq terminu medju, il-pożizzjoni baġitarja fuq terminu medju (inkluż l-investiment pubbliku), il-pożizzjoni tad-dejn fuq terminu medju, jekk l-Istat Membru jkunx qed jesperjenza żbilanċi makroekonomiċi jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, 17  u kwalunkwe fattur ieħor imressaq mill-Istati Membri.

    Kif diġà spjegat skont 1 u speċifikat fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, fir-rigward tal-konformità mal-kriterju tad-defiċit, fatturi rilevanti jistgħu jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv abbażi tal-kriterju tad-defiċit, iżda biss jekk:

    a)il-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern ma jaqbiżx il-valur referenzjarju ta’ 60 %, jew

    b)jekk jagħmel dan, tiġi ssodisfata kundizzjoni doppja – jiġifieri li d-defiċit jibqa’ qrib il-valur referenzjarju u li l-eċċess fuq il-valur referenzjarju huwa temporanju.

    Mill-Istati Membri li qabżu l-valur referenzjali tad-defiċit fl-2022, jew li qed jippjanaw li jaqbżu dak il-valur fl-2023, il-proporzjon tad-dejn ma qabiżx il-valur referenzjarju ta’ 60 % fil-każ ta’ seba’ Stati Membri: Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Latvja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja. Għalhekk, jistgħu jitqiesu fatturi rilevanti għal dawn is-seba’ Stati Membri.

    Fit-tmien Stati Membri li jifdal li jaqbżu, jew li qed jippjanaw li jaqbżu, il-valur referenzjarju tad-defiċit tal-PDG ta’ 3 % – jiġifieri l-Belġju, il-Ġermanja 18 , Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija u s-Slovenja – il-kundizzjoni doppja meħtieġa biex jitqiesu l-fatturi rilevanti (il-qrubija u t-temporalità) hija ssodisfata biss fl-Awstrija, u għalhekk jistgħu jitqiesu wkoll fatturi rilevanti għall-Awstrija.

    Kif diġà spjegat skont 1 u speċifikat fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, fir-rigward tal-konformità mal-kriterju tad-dejn, il-fatturi rilevanti għandhom jitqiesu dejjem.

    Il-fatturi rilevanti huma diskussi hawn taħt anki għal pajjiżi fejn dawn ma jistgħux jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit.

    4.1.Fatturi rilevanti bejn il-pajjiżi

    F’dawn l-aħħar snin, l-UE ntlaqtet minn serje ta’ xokkijiet negattivi. Fattur ewlieni li għandu jitqies għall-Istati Membri kollha koperti f’dan ir-rapport huwa l-impatt makroekonomiku taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, u tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Il-gwerra wasslet għal inċertezza ekonomika straordinarja fl-2022 u fl-2023. L-UE hija fost l-aktar ekonomiji esposti, minħabba l-prossimità ġeografika tagħha għall-gwerra u d-dipendenza qawwija fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili. L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja żiedet ukoll il-prezzijiet ta’ materja prima oħra u ikel ieħor, u żiedet it-tfixkil fil-provvista. Fl-2022, ix-xokk tat-termini tal-kummerċ 19 mexa permezz tal-ekonomija, u dan wassal, fost l-oħrajn, għat-tnaqqis qawwi tal-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, li ċaqlaq is-sentiment tal-konsumaturi b’mod drammatiku. L-Istati Membri adottaw serje ta’ miżuri fiskali biex itaffu l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, b’effett imdaqqas fuq il-bilanċ tal-gvern ġenerali. Minħabba l-ħtieġa għal rispons politiku rapidu, ħafna minn dawk il-miżuri ma kinux immirati u ma kinux jippreżervaw is-sinjal tal-prezz. Il-kost baġitarju nett ta’ dawn il-miżuri huwa stmat li jammonta għal 1,2 % tal-PDG fl-2022 u ammont simili fl-2023 20 . Il-bilanċ tal-gvern ġenerali ġie affettwat ukoll mill-kost baġitarju tal-protezzjoni temporanja għall-persuni spostati mill-Ukrajna, stmat għal 0,1 % tal-PDG fl-2022 u fl-2023. Dawn il-fatturi kollha flimkien jagħmlu pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi.

    Jeħtieġ ukoll li jitqies li dan it-tfixkil seħħ meta l-ekonomija Ewropea kienet għadha qed tirkupra mill-impatt ekonomiku u baġitarju tal-pandemija tal-COVID-19, u l-proporzjonijiet tad-dejn pubbliku żdiedu sostanzjalment bħala riżultat tal-pandemija.

    L-inflazzjoni għolja hija fattur ieħor li jeħtieġ li jitqies, peress li fl-aħħar mill-aħħar tista’ tkun ta’ piż fuq il-finanzi pubbliċi fuq terminu medju. Fl-2022, iż-żidiet fil-prezz tal-enerġija u ta’ komoditajiet oħrajn kienu qed jagħtu spinta lil inflazzjoni għolja, li maż-żmien twessgħet madwar l-ekonomija. L-inflazzjoni hija mistennija li tibqa’ għolja fl-2023. Fit-terminu qasir, l-inflazzjoni għolja tista’ ttejjeb il-kontijiet tal-gvern, billi żżid id-dħul mit-taxxa, u tnaqqas il-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG. Madankollu, titjib bħal dan jista’ jkollu ħajja qasira hekk kif iż-żieda fil-ġbir tat-taxxa tonqos, l-entrati tan-nefqa jiġu affettwati mil-livell ogħla ta’ prezzijiet b’mod tardiv, u ż-żieda fir-rati tal-imgħax tikkontribwixxi għal piż ogħla ta’ dejn b’veloċità skont il-maturità medja tad-dejn. Barra minn hekk, il-fatt li l-inflazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira xprunata minn fatturi ta’ provvista jiffavorixxi talbiet għal miżuri ta’ kumpens, li – jekk ma jkunux immirati lejn l-aktar gruppi vulnerabbli – jistgħu jwasslu għal appoġġ fiskali fuq bażi wiesgħa u pożizzjoni ta’ espansjoni eċċessiva, li tagħmel il-kompitu tal-bank ċentrali li jnaqqas l-inflazzjoni aktar diffiċli, u fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għal politika monetarja aktar stretta bir-rati tal-imgħax jibqgħu ogħla għal żmien itwal.

    Il-gwerra biddlet is-sitwazzjoni drastikament, billi ġabet magħha tfixkil imġedded fil-provvista globali, filwaqt li żiedet pressjonijiet ulterjuri fuq il-prezzijiet tal-komoditajiet u żiedet l-inċertezza. Skont it-tbassir tal-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG reali fl-UE huwa mistenni jonqos minn madwar 3,5 % fl-2022 għal 1 % fl-2023 u mbagħad għandu jirkupra għal 1,7 % fl-2024. Minkejja l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet, l-inflazzjoni hija mistennija li tonqos minn 9,2 % fl-2022 għal 6,7 % fl-2023 u 3,1 % fl-2024.

    B’mod ġenerali, il-politika fiskali fl-UE qed tinbidel minn pożizzjoni fiskali espansjonarja għal pożizzjoni fiskali kemxejn restrittiva. Il-pożizzjoni fiskali 21 fl-UE kollha kemm hi – inkluża n-nefqa pubblika ffinanzjata minn għotjiet mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 22 u minn fondi oħra tal-UE – hija stmata li kienet espansjonarja b’1,9 % tal-PDG fl-2022, filwaqt li hija mbassra li ssir kemxejn restrittiva b’0,4 % tal-PDG fl-2023. Fl-2022, id-defiċit tal-gvern għall-UE u għaż-żona tal-euro kollha kemm hi naqas għal 3,4 % tal-PDG u 3,6 % rispettivament (tnaqqis ta’ madwar 1,5 punti perċentwali tal-PDG, fiż-żewġ każijiet). Huwa mistenni li jkompli jonqos għal 3,1 % u 3,2 % tal-PDG fl-2023 għall-UE u għaż-żona tal-euro kollha kemm hi 23 . Id-defiċit tal-gvern huwa previst li jkompli jonqos fl-2024 għal 2,4 % tal-PDG.

    It-tnaqqis fid-defiċit fl-2022 kien prinċipalment dovut għall-irkupru ekonomiku u r-rilaxx tal-parti l-kbira tal-appoġġ mill-politika diskrezzjonali skattat biex jiġġieled l-effetti tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-iżviluppi fid-dħul kienu favorevoli fl-2022. Fl-2023, l-iżviluppi tad-defiċit fost l-Istati Membri kkunsidrati f’dan ir-rapport se jkunu aktar diverġenti, peress li l-proporzjon tad-defiċit huwa previst li jiżdied għall-Belġju, għall-Bulgarija, għall-Estonja, għall-Polonja, għas-Slovenja, għas-Slovakkja u għall-Finlandja, jibqa’ stabbli fiċ-Ċekja u fi Franza, u jonqos fil-Ġermanja, fi Spanja, fl-Italja, fil-Latvja, fl-Ungerija, f’Malta u fl-Awstrija.

    Wara x-xejra ta’ tnaqqis tad-defiċit u l-irkupru ekonomiku, id-dejn tal-gvern huwa mistenni jonqos matul il-perjodu ta’ tbassir għall-UE u għaż-żona tal-euro kollha kemm hi. Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG fl-UE naqas minn 89,5 % fl-2021 għal 85,3 % fl-2022 (97,3 % u 93,2 % għaż-żona tal-euro, rispettivament), u huwa mistenni li jkompli jonqos għal 83,4 % u 82,6 % fl-2023 u l-2024 (90,8 % u 89,9 % għaż-żona tal-euro, rispettivament). Fost l-Istati Membri kkunsidrati f’dan ir-rapport, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ma naqasx fl-2022 għall-Estonja, għaċ-Ċekja u għall-Finlandja.

    4.2.Fatturi rilevanti speċifiċi għall-pajjiż

    Din it-taqsima tipprovdi valutazzjoni tal-fatturi rilevanti speċifiċi għall-pajjiż. Dawn il-fatturi jinkludu l-prospetti makroekonomiċi fuq terminu medju, il-pożizzjoni baġitarja fuq terminu medju (inkluż l-investiment pubbliku, ara t-Tabella 5), il-pożizzjoni tad-dejn fuq terminu medju,  jekk l-Istat Membru jkunx qed jesperjenza żbilanċi makroekonomiċi jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor imressaq mill-Istati Membri.

    Tabella 5: Investiment Pubbliku

    Perċentwal tal-PDG

     

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Il-Belġju

    2,6

    2,7

    2,7

    2,7

    2,9

    3,1

    Il-Bulgarija

    3,3

    3,3

    2,6

    3,0

    3,8

    3,0

    Iċ-Ċekja

    4,4

    4,8

    4,7

    4,6

    4,7

    4,3

    Il-Ġermanja

    2,4

    2,7

    2,6

    2,6

    2,7

    2,9

    L-Estonja

    5,0

    5,7

    5,6

    5,2

    5,0

    4,8

    Spanja

    2,2

    2,6

    2,7

    2,8

    2,9

    2,9

    Franza

    3,7

    3,7

    3,6

    3,7

    3,7

    3,8

    L-Italja

    2,3

    2,6

    2,9

    2,7

    3,1

    3,5

    Il-Latvja

    5,1

    5,7

    5,2

    3,8

    5,5

    6,1

    L-Ungerija

    6,3

    6,5

    6,3

    5,3

    5,3

    5,1

    Malta

    3,8

    4,2

    3,8

    3,3

    3,8

    3,1

    L-Awstrija

    3,1

    3,3

    3,6

    3,3

    3,4

    3,3

    Il-Polonja

    4,3

    4,5

    4,1

    4,0

    4,1

    4,2

    Is-Slovenja

    3,8

    4,1

    4,7

    5,2

    6,1

    5,0

    Is-Slovakkja

    3,6

    3,4

    3,1

    3,3

    4,9

    4,1

    Il-Finlandja

    4,4

    4,8

    4,2

    4,1

    4,5

    4,4

    p.m.: Stati Membri mhux ikkunsidrati f’dan ir-rapport

     

     

    Id-Danimarka

    3,2

    3,6

    3,4

    3,1

    3,3

    3,2

    L-Irlanda

    2,3

    2,3

    2,0

    2,0

    2,0

    2,0

    Il-Greċja

    2,5

    3,1

    3,6

    3,5

    3,9

    4,6

    Il-Kroazja

    4,3

    5,5

    4,7

    3,8

    4,7

    4,6

    Ċipru

    2,5

    2,8

    2,7

    2,6

    3,0

    2,8

    Il-Litwanja

    3,1

    4,4

    3,1

    3,0

    3,6

    3,6

    Il-Lussemburgu

    4,1

    4,7

    4,1

    4,1

    4,3

    4,3

    In-Netherlands

    3,4

    3,7

    3,4

    3,2

    3,3

    3,3

    Il-Portugall

    1,8

    2,3

    2,6

    2,5

    3,1

    3,2

    L-Iżvezja

    4,9

    5,0

    4,8

    4,9

    4,9

    4,8

    Ir-Rumanija*

    3,5

    4,6

    4,2

    4,2

    5,2

    4,4

    (*) Fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-2020.

    Sors: Eurostat u t-tbassir tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni 

    Filwaqt li t-taqsimiet speċifiċi għall-pajjiż jinkludu informazzjoni ewlenija dwar il-pożizzjoni makroekonomika fuq terminu medju, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet għat-tkabbir, u dwar il-pożizzjonijiet baġitarji u tad-dejn fuq terminu medju, aktar dettall dwar il-prospett fiskali jista’ jinstab fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni. Aktar informazzjoni rigward il-miżuri baġitarji, il-pożizzjoni fiskali 24 u l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn diskussi għal kull Stat Membru hawn taħt hija inkluża fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li jipprevedu Opinjonijiet dwar il-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza 2023 u t-Tabelli Statistiċi Fiskali ta’ akkumpanjament, kif ukoll fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2023.  25  

    4.2.1.Il-Belġju

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 5,4 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’6,3 % fl-2021 u b’3,2 % fl-2022. L-ekonomija hija mistennija li tikber b’1,2 % fl-2023 u b’1,4 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-konsum privat u mill-investiment. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 9 % tal-PDG fl-2020 għal 5,5 % tal-PDG fl-2021 u 3,9 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jikber għal 5 % u 4,7 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 2,7 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern baqa’ stabbli fl-2021 u fl-2022. Huwa proġettat li jilħaq 2,9 % tal-PDG fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’-2 % tal-PDG. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Belġju kompla jappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,2 % tal-PDG fl-2022 (0,2 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fuq livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Belġju ppreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif rakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 1,9 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali kienet dovuta parzjalment biss għall-miżuri ta’ politika fiskali biex jindirizzaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll il-kostijiet biex joffru protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna. Għalhekk, il-Belġju ma llimitatx biżżejjed it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra, fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni, li tkun espansjonarja (-1,1 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa attwali primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,7 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,1 % tal-PDG. Għalhekk, it-tkabbir tan-nefqa attwali primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali li taqbeż it-tkabbir tal-output potenzjali fuq terminu medju ma huwiex dovut għall-appoġġ immirat għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għall-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa attwali primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (nett minn miżuri ta’ dħul diskrezzjonali) huwa xprunat ukoll minn żidiet permanenti fil-pagi u l-benefiċċji soċjali tas-settur pubbliku (minħabba l-indiċjar tal-pagi u l-benefiċċji soċjali tas-settur pubbliku), in-nefqa attwali li qed tiżdied strutturalment li tirriżulta mit-tixjiħ demografiku, u riforma tat-tassazzjoni tal-kuntratti tal-enerġija residenzjali, u bi tnaqqis temporanju fil-kontribuzzjonijiet soċjali tad-ditta matul l-ewwel nofs tal-2023. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 0,3 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 97,6 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 112 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 105,1 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 106 % u għal 107,3 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali se jiżdied b’mod kontinwu għal madwar 126 % tal-PDG fl-2033. It-trajettorja tad-dejn ta’ linja bażi hija sensittiva għal skossi makroekonomiċi. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, huwa probabbli li l-proporzjon tad-dejn fl-2027 ikun ogħla milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Minn naħa, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda riċenti fir-rati tal-imgħax, mas-sehem tad-dejn fuq terminu qasir, mal-ħtiġijiet ta’ finanzjament grossi għoljin, mas-sehem kbir tad-dejn tal-gvern miżmum minn persuni mhux residenti u man-nuqqas ta’ koordinazzjoni fiskali fost il-livelli differenti tal-gvern, b’diversi entitajiet federali li juru vulnerabbiltajiet speċifiċi. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin, li jippermetti trasferiment gradwali tar-rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu fuq il-piż tad-dejn wara benefiċċju minn kostijiet tas-self storikament baxxi għal sorsi ta’ finanzjament relattivament stabbli fit-tul, (b’bażi ta’ investituri diversifikata u kbira), u d-dejn tal-gvern ikun kompletament iddenominat f’euro. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt in-Next Generation EU (NGEU)/il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jittaffew l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, il-Belġju pprovda fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri proġett tal-gvern għal riforma tas-sistema tat-taxxa u tal-benefiċċji li għandu l-għan li jagħti spinta lill-impjiegi u lill-attività ekonomika, u b’hekk irawwem is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, riforma tal-pensjonijiet (kif previst fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, RRP) biex tittejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tal-pensjonijiet, diversi inizjattivi biex titrawwem il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-implimentazzjoni ta’ rieżamijiet tal-infiq, u impenn biex jiżdied l-investiment pubbliku biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali (inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-RRP).

    4.2.2.Il-Bulgarija

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 4 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’7,6 % fl-2021 u bi 3,4 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,5 % fl-2023 u bi 2,4 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-konsum privat u pubbliku. Fl-2021, l-attività ekonomika marret lura għal-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern żdied minn 3,8 % fl-2020 għal 3,9 % tal-PDG fl-2021, qabel ma niżel għal 2,8 % fl-2022. Huwa pproġettat li jkun 4,8 % tal-PDG kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024. Dan it-tbassir iqis l-abbozz tal-baġit tal-Bulgarija għall-2023 u l-istrateġija fiskali fuq terminu medju , li jinkludu pjan baġitarju ta’ linja bażi mingħajr tibdil fil-politika xprunat minn miżuri leġiżlati fis-snin preċedenti bħal żidiet fil-pagi u fil-pensjonijiet u tnaqqis ta’ xi taxxi. Dawn id-dokumenti għadhom ma ġewx approvati mill-Parlament. L-investiment tal-gvern naqas minn 3,3 % fl-2020 għal 2,6 % tal-PDG fl-2021, qabel ma żdied għal 3 % fl-2022, u kien akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2022.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’-1,2 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Bulgarija kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,8 % tal-PDG fl-2022 (0,9 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,5 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Bulgarija ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,8 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri ta’ politika fiskali biex jiġi mitigat l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizjonali ta’ 0,9 % tal-PDG), kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,1 % tal-PDG). Għalhekk, il-Bulgarija żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun espansjonarja – 3,1 % tal-PDG, f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 1,9 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta iffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Bulgarija hija pproġettata li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,9 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 20 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 24,5 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 22,9 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 25 % u għal 28,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mill-Bulgarija fil-11 ta’ Mejju 2023. L-awtoritajiet tal-Bulgarija infurmaw ukoll li, bħala parti mid-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-abbozz tal-baġit għall-2023, il-partiti ewlenin irrappreżentati fil-Parlament impenjaw ruħhom pubblikament li jnaqqsu d-defiċit għal 3 % tal-PDG fl-2023.

    4.2.3.Iċ-Ċekja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 5,5 % fl-2020, l-ekonomija kibret bi 3,6 % fl-2021 u bi 2,5 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,2 % fl-2023 u b’2,6 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-investiment u mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2022, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 5,8 % tal-PDG fl-2020 għal 5,1 % tal-PDG fl-2021 u 3,6 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkun 3,6 % u 3 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 4,8 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 4,7 % tal-PDG fl-2021 u għal 4,6 % fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied għal 4,7 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2022 u fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet fil-parti l-kbira newtrali, b’-0,1 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, iċ-Ċekja kompliet tappoġġa l-irkupru inkluż b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,1 % tal-PDG fl-2022 (1,1 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fuq livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali. Għalhekk, iċ-Ċekja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+1,4 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 1,2 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,1 % tal-PDG. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet aktar baxxi biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,1 % tal-PDG). Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,6 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,5 punti perċentwali. Għalhekk, iċ-Ċekja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u ma huwiex previst li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 30 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 37,7 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 44,1 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 42,9 % u għal 43,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Iċ-Ċekja ma nstabitx li qed tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet huma relatati mal-kompetittività tal-prezzijiet u mal-prezzijiet tad-djar, iżda jidhru limitati aktar ’l quddiem peress li d-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa mrażżan u l-inflazzjoni hija mistennija li tonqos b’mod sinifikanti aktar malajr mill-medja tal-UE.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati miċ-Ċekja fid-9 ta’ Mejju 2023.

    4.2.4.Il-Ġermanja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 3,7 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’2,6 % fl-2021 u b’1,8 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,2 % fl-2023 u b’1,4 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2022, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 4,3 % tal-PDG fl-2020 għal 3,7 % tal-PDG fl-2021 u 2,6 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni jkun 2,3 % u 1,2 % tal-PDG fl-2022 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 2,7 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 2,6 % tal-PDG kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied għal 2,7 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’-2,7 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Ġermanja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,2 % tal-PDG fl-2022 (0,3 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fuq livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Ġermanja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 2,4 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri tal-politika fiskali biex jimmitigaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 1,2 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,1 % tal-PDG). Fl-istess ħin, it-tnaqqis fit-taxxa fit-tassazzjoni tal-introjtu naqqas id-dħul tal-gvern u kkontribwixxa wkoll (0,1 % tal-PDG) għat-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja netta. Il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti tan-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali kienet dovuta parzjalment biss għall-miżuri biex jindirizzaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll il-kostijiet biex joffru protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna. Għalhekk, il-Ġermanja ma kinitx qed iżżomm biżżejjed taħt kontroll it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+0,5 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi ż-żieda fil-kost tal-miżuri ta’ appoġġ immirati lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,2 % tal-PDG. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 0,2 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Ġermanja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija pproġettata li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 59,6 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 69,3 % tal-PDG fi tmiem l-2021. Dan kien 66,3 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 65,2 % u għal 64,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Il-Ġermanja għadha tesperjenza żbilanċi. Is-surplus persistenti kbir tal-kont kurrenti, li jirrifletti wkoll investiment imrażżan relattiv għall-iffrankar, li għandu rilevanza transfruntiera, tnaqqas gradwalment, l-aktar reċentement fost il-kriżi tal-enerġija, iżda huwa mistenni li jiżdied b’mod notevoli.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mill-Ġermanja fid-9 ta’ Mejju 2023. Il-Ġermanja kkonfermat ukoll li, abbażi tax-xejra attwali ta’ prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi, id-defiċit tal-2023 jista’ jkun aktar baxx minn kif ippjanat fil-Programm ta’ Stabbiltà.

    4.2.5.L-Estonja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 0,6 % fl-2020, l-ekonomija kibret bi 8 % fl-2021 u ristretta b’1,3 % fl-2022. Hija mistennija li tkompli tonqos b’0,4 % fl-2023 u li terġa’ lura għal tkabbir ta’ 3,1 % fl-2024. L-inventarji u l-esportazzjonijiet netti huma mistennija li jikbru fl-2023. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 5,5 % tal-PDG fl-2020 għal 2,4 % tal-PDG fl-2021 u 0,9 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkun 3,1 % u 2,7 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 5,7 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 5,6 % tal-PDG fl-2021 u 5,2 % fl-2022. Huwa mistenni li jkompli jonqos għal 5 % tal-PDG fl-2023, u li jibqa’ akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2022 u fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet restrittiva, b’1,3 % tal-PDG, li kienet xierqa f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, l-Estonja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif irrakkomandat mill-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,4 % tal-PDG fl-2022 (1,6 % tal-PDG fl-2021). It-tnaqqis fl-infiq iffinanzjat mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 kien dovut għaż-żieda rapida u mhux prevista fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,6 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, l-Estonja ma ppreżervatx l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, u dan ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,8 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali. Għalhekk, l-Estonja llimitat biżżejjed it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fuq livell nazzjonali.

    Fl-2023, fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra li tkun espansjonarja (-0,8 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 1,2 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,1 % tal-PDG. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet ogħla biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,1 % tal-PDG). Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (nett tal-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali) huwa prinċipalment xprunat mill-infiq soċjali, mill-pagi pubbliċi, mill-edukazzjoni u min-nefqa fuq id-difiża. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,8 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,3 punti perċentwali. Għalhekk, l-Estonja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u ma hijiex ipproġettata li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 8,5 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 18,5 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 18,4 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 19,5 % u għal 21,3 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji baxxi fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: L-Estonja ma nstabitx li qed tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mal-kompetittività u mal-iżviluppi fil-prezzijiet tad-djar dan l-aħħar żdiedu, iżda b’mod ġenerali jidhru li fil-preżent għadhom imrażżnin.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mill-Estonja fil-5 ta’ Mejju 2023.

    4.2.6.Spanja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara tnaqqis ta’ 11,3 % fl-2020, l-ekonomija żdiedet b’5,5 % fis-sena kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,9 % fl-2023 u b’2,0 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa prinċipalment xprunat mill-esportazzjonijiet netti u, sa ċertu punt, mill-investiment privat. Fl-2023, l-attività ekonomika hija mbassra terġa’ lura għal-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 10,1 % tal-PDG fl-2020 għal 6,9 % tal-PDG fl-2021 u 4,8 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni jkun 4,1 % u 3,3 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 2,6 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern żdied ulterjorment għal 2,7 % tal-PDG fl-2021 u għal 2,8 % fl-2022. Huwa mistenni li jilħaq 2,9 % fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’- 2,5 % tal-PDG. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, Spanja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,1 % tal-PDG fl-2022 (1,2 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, Spanja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 2,7 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti kienet tinkludi l-impatt addizzjonali tal-miżuri ta’ politika fiskali biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 1,5 % tal-PDG). Fl-istess ħin, infiq ogħla fuq il-konsum intermedju u t-trasferimenti soċjali in natura kkontribwew ukoll għat-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja netta. Għalhekk, Spanja ma llimitatx biżżejjed it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun espansjonarja (- 0,3 % tal-PDG). It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni newtrali b’mod wiesa’ ta’ 0,2 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-kontribuzzjoni newtrali b’mod wiesa’ mbassra tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali hija dovuta, fis-sustanza, għall-kostijiet netti mnaqqsa tal-miżuri ta’ appoġġ (immirati u mhux immirati) lill-unitajiet domestiċi u lid-ditti b’reazzjoni għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija (b’1,0 % tal-PDG). L-ixprunaturi ewlenin tat-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) huma ż-żieda fit-trasferimenti soċjali, xprunata mill-għaqid mill-ġdid tal-pensjonijiet mal-inflazzjoni tal-passat, u nfiq ogħla fuq il-konsum intermedju. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,6 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali. Għalhekk, Spanja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 98,2 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 120,4 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 113,2 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 110,6 % u għal 109,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jonqos xi ftit qabel ma jerġa’ jiżdied għal darba oħra għal madwar 106 % tal-PDG fl-2033. It-trajettorja tad-dejn hija sensittiva għal skossi makroekonomiċi. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, huwa probabbli li l-proporzjon tad-dejn ikun ogħla fl-2027 milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Minn naħa waħda, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax u mal-livell għoli ta’ dejn estern u privat, li jistgħu jamplifikaw l-impatt negattiv tal-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-unitajiet domestiċi u tad-ditti. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin, li jippermetti trasferiment gradwali tar-rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu fuq il-piż tad-dejn wara li jkunu bbenefikaw minn kostijiet tas-self storikament baxxi għal sorsi ta’ finanzjament twal u relattivament stabbli li juru bażi ta’ investituri diversifikata u kbira u d-denominazzjoni tal-munita tad-dejn. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Spanja għadha tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati ma’ dejn privat, tal-gvern u estern għoli, li għandhom rilevanza transfruntier, qed jonqsu iżda jibqgħu preżenti.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, Spanja pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri t-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija Spanjola li qed tagħti riżultati f’termini ta’ titjib sostnut: fir-rati tal-impjiegi (ir-reġistrazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tinsab fl-ogħla livell tagħha), fil-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta (u s-settur estern inġenerali, b’surplus fil-kont kurrenti għall-għaxar sena konsekuttiva) u fil-finanzi pubbliċi (b’żieda sinifikanti fid-dħul pubbliku sostnuta minn bidliet importanti fl-imġiba tal-aġenti ekonomiċi u l-miżuri meħuda).

    4.2.7.Franza

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 7,8 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’6,8 % fl-2021 u b’2,6 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,7 % fl-2023 u b’1,4 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-investiment u mill-konsum pubbliku. Fl-2022, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 9 % tal-PDG fl-2020 għal 6,5 % tal-PDG fl-2021 u 4,7 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkun 4,7 % u 4,3 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li fl-2020 baqa’ 3,7 % tal-PDG, l-investiment tal-gvern naqas għal 3,6 % tal-PDG fl-2021, biex jerġa’ jilħaq it-3,7 % fl-2022. Huwa mistenni li jibqa’ stabbli fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’- 2,0 % tal-PDG. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, Franza kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,6 % tal-PDG fl-2022 (0,7 % tal-PDG fl-2021). It-tnaqqis marġinali fl-infiq iffinanzjat mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 kien dovut għall-implimentazzjoni antiċipata tal-pjan matul l-ewwel sentejn tiegħu. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,1 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, Franza ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 1,7 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti kienet tinkludi l-impatt addizzjonali tal-miżuri ta’ politika fiskali biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 0,8 % tal-PDG). Fl-istess ħin, l-indiċjar tal-pensjonijiet, tal-benefiċċji soċjali u tal-pagi pubbliċi kkontribwixxa wkoll (0,4 % tal-PDG) għat-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja netta. Għalhekk, Franza ma llimitatx biżżejjed it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+0,5 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,6 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi ż-żieda fil-kost tal-miżuri ta’ appoġġ immirati lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,1 % tal-PDG. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,4 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, Franza qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u qed tippjana li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 97,4 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 114,6 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 111,6 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 109,6 % u għal 109,5 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali se jiżdied matul l-10 snin li ġejjin, u jilħaq madwar 125,6 % tal-PDG fl-2033. It-trajettorja tad-dejn hija sensittiva għal skossi makroekonomiċi. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, huwa probabbli li l-proporzjon tad-dejn ikun ogħla fl-2027 milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Min-naħa waħda, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax, maż-żieda mistennija fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament gross fuq terminu medju u r-riskji ta’ responsabbiltà kontinġenti li jirriżultaw mis-settur privat, inkluż permezz tal-materjalizzazzjoni possibbli ta’ garanziji mill-Istat mogħtija lil ditti u lil dawk li jaħdmu għal rashom matul il-kriżi tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin, li jippermetti trasferiment gradwali tar-rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu fuq il-piż tad-dejn wara li bbenefikaw minn kostijiet tas-self storikament baxxi għal sorsi ta’ finanzjament fit-tul u relattivament stabbli (b’bażi ta’ investituri diversifikata u kbira). Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Franza għadha tesperjenza żbilanċi. Vulnerabbiltajiet relatati ma’ dejn għoli tal-gvern, u kompetittività u tkabbir baxx fil-produttività, li għandhom rilevanza transfruntier, jippersistu iżda wrew xi sinjali ta’ tnaqqis.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, Franza pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri l-isforzi ta’ investiment implimentati mill-2021 biex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali flimkien mal-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll it-tnaqqis fit-taxxi fuq il-produzzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività tad-ditti.

    4.2.8.L-Italja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 9 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’7 % fl-2021 u b’3,7 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,2 % fl-2023 u b’1,1 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-investiment u mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2022, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 9,7 % tal-PDG fl-2020 għal 9 % tal-PDG fl-2021 u 8 % tal-PDG fl-2022. Kemm il-livelli tal-2021 kif ukoll tal-2022 jinkludu l-impatt li jżid id-defiċit tat-trattament statistiku l-ġdid ta’ xi krediti tat-taxxa għar-rinnovazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, li issa ġew irreġistrati bħala trasferimenti kapitali u dovuti l-aktar għall-2021-2022. Id-defiċit tal-gvern huwa pproġettat li jkun 4,5 % u 3,7 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 2,6 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern żdied ulterjorment għal 2,9 % tal-PDG fl-2021, qabel ma naqas għal 2,7 % fl-2022. Huwa pproġettat li jilħaq 3,1 % tal-PDG fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’- 3,2 % tal-PDG. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, l-Italja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,9 % tal-PDG fl-2022 (0,4 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fuq livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, l-Italja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (netta minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 2,4 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikantiinkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri tal-politika fiskali biex jimmitigaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 2,2 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,1 % tal-PDG). Għalhekk, l-Italja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+2,6 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,9 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-kontribuzzjoni restrittiva pproġettata tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali hija dovuta, fis-sustanza, għall-kostijiet imnaqqsa (b’1,5 punti perċentwali tal-PDG) tal-miżuri ta’ appoġġ (immirati u mhux immirati) għad-djar u d-ditti b’reazzjoni għaż-żidiet fil-prezz tal-enerġija. L-ixprunaturi ewlenin tat-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (netti minn miżuri ġodda ta’ dħul) huma ż-żieda fin-nefqa tal-pensjonijiet minħabba l-indiċjar għall-inflazzjoni tas-sena preċedenti u t-tnaqqis addizzjonali adottat reċentement għall-porzjon ta’ taxxa fuq ix-xogħol għal dawk li jaqilgħu introjtu baxx u medju. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,4 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali. Għalhekk, l-Italja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 134,1 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 154,9 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 144,4 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 140,4 % u għal 140,3 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jiżdied b’mod kontinwu, u jilħaq madwar 156,5 % tal-PDG fl-2033. It-trajettorja tad-dejn hija sensittiva għal skossi makroekonomiċi. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, hemm probabbiltà kbira li l-proporzjon tad-dejn ikun ogħla fl-2027 milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Minn naħa waħda, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax, mas-sehem tad-dejn tal-gvern għal perjodu qasir ta’ żmien u mar-riskji ta’ responsabbiltà kontinġenti li jirriżultaw mis-settur privat, inkluż permezz tal-possibbiltà ta’ materjalizzazzjoni tal-garanziji tal-Istat relatati mal-kriżi tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin, li jippermetti trasferiment gradwali tar-rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu fuq il-piż tad-dejn wara li jibbenefika minn kostijiet tas-self storikament baxxi għal sorsi ta’ finanzjament fit-tul, relattivament stabbli (b’bażi ta’ investituri diversifikata u kbira) u l-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta pożittiva. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: L-Italja għadha tesperjenza żbilanċi eċċessivi. Filwaqt li kien hemm xi titjib, vulnerabbiltajiet relatati ma’ dejn għoli tal-gvern u tkabbir dgħajjef fil-produttività, f’kuntest ta’ fraġilitajiet tas-suq tax-xogħol u xi dgħufijiet fis-swieq finanzjarji, li għandhom rilevanza transfruntier, jippersistu.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mill-Italja fil-11 ta’ Mejju 2023.

    4.2.9.Il-Latvja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 2,3 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’4,3 % fl-2021 u b’2,8 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,4 % fl-2023 u b’2,8 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-konsum privat u mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Wara li żdied minn 4,4 % fl-2020 għal 7,1 % tal-PDG fl-2021, id-defiċit tal-gvern naqas għal 4,4 % fl-2022. Huwa mistenni li jkun 3,8 % u 2,7 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 5,7 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 5,2 % tal-PDG fl-2021 u 3,8 % fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied għal 5,5 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet newtrali, li kienet xierqa fil-kuntest ta’ inflazzjoni għolja. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Latvja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,1 % tal-PDG fl-2022 (1,3 % tal-PDG fl-2021). Minħabba restrizzjonijiet ta’ kapaċità u żieda fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni, xi investimenti ffinanzjati minn għotjiet tal-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 ġew ittardjati, u dan wassal għal tnaqqis żgħir fin-nefqa. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 1,2 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Latvja ma ppreżervatx investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali u dan ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali. Għalhekk, il-Latvja żammet taħt kontroll it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun espansjonarja (- 0,9 % tal-PDG), fil-kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,5 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,4 % tal-PDG. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet ogħla biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,1 % tal-PDG). Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (nett mill-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali) huwa xprunat minn miżuri ta’ nefqa inklużi fil-pakkett baġitarju tal-2023, bħaż-żieda fil-pagi għall-persunal amministrattiv u mediku, in-nefqa kurrenti addizzjonali li tiffinanzja l-onkoloġija, ix-xjenza u r-riċerka u nefqa kurrenti diskrezzjonali oħra għall-amministrazzjoni nazzjonali kif ukoll infiq ogħla għall-pensjonijiet u gratifiki. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 2,2 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 1,0 punti perċentwali. Għalhekk, il-Latvja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 36,5 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 42,0 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 40,8 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 39,8 % u għal 40,5 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji baxxi fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Il-Latvja ma nstabitx li qed tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mas-self estern u mal-akkomodazzjoni għadhom ħfief; ir-riskji għall-kompetittività huma pertinenti, iżda b’mod ġenerali, fil-futur qarib jidhru li huma mrażżnin.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mil-Latvja fit-8 ta’ Mejju 2023.

    4.2.10.L-Ungerija

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 4,5 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’7,2 % fl-2021 u b’4,6 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,5 % fl-2023 u b’2,8 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 7,5 % tal-PDG fl-2020 għal 7,1 % tal-PDG fl-2021 u 6,2 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni jkun 4 % u 4,4 % tal-PDG fl-2022 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 6,5 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 6,3 % tal-PDG fl-2021 u 5,3 % fl-2022. Huwa mistenni li jkun 5,3 % tal-PDG ukoll fl-2023, u għalhekk akbar mid-defiċit tal-gvern ġenerali.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’- 0,4 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, l-Ungerija kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,5 % tal-PDG fl-2022 (2,1 % tal-PDG fl-2021). It-tnaqqis fin-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 kien dovut għal assorbiment aktar baxx tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,2 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, l-Ungerija ma ppreżervatx l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, u dan ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,6 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali. Għalhekk, l-Ungerija żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+4,2 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 2,2 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 2,3 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,6 punti perċentwali. Għaldaqstant, l-Ungerija qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, għalkemm ma huwiex previst li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 65,3 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 79,3 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 73,3 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 70,7 % u għal 71,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jistabbilizza matul il-5 snin li ġejjin. Madankollu, mill-2027, il-proporzjon tad-dejn jibda jiżdied, u jilħaq 72,5 % tal-PDG fl-2033. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, hemm probabbiltà kbira li l-proporzjon tad-dejn ikun ogħla fl-2027 milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Minn naħa waħda, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax, mal-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta negattiva tal-Ungerija, is-sehem dejjem akbar ta’ dejn għal żmien qasir u dak barrani, u mar-riskji ta’ responsabbiltà kontinġenti li jirriżultaw mis-settur privat, inkluż permezz tal-materjalizzazzjoni possibbli ta’ garanziji tal-Istat relatati mal-kriżi tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin u sorsi ta’ finanzjament relattivament stabbli. Barra minn hekk, il-miżuri taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jimmitigaw l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: L-Ungerija qiegħda tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati ma’ pressjonijiet qawwija ħafna fuq il-prezzijiet u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern u tal-gvern żdiedu u huma sinifikanti.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, l-Ungerija pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri li l-Ungerija qed tesperjenza żieda fil-primjums tar-riskju fis-swieq kapitali fid-dawl tal-inċertezza dwar meta l-Ungerija se tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tikseb aċċess sħiħ għall-fondi tal-UE.

    4.2.11.Malta

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara tnaqqis ta’ 8,6 % fl-2020, l-ekonomija kibret bi 11,8 % fl-2021 u b’6,9 % fl-2022. Hija mistennija li tikber bi 3,9 % fl-2023 u b’4,1 % fl-2024. It-tkabbir fl-2022 huwa xprunat prinċipalment mill-esportazzjonijiet netti u mill-konsum privat. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 9,7 % tal-PDG fl-2020 għal 7,8 % tal-PDG fl-2021 u 5,8 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkun 5,1 % u 4,5 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 4,2 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 3,8 % tal-PDG fl-2021 u 3,3 % fl-2022. Huwa mistenni li jkun 3,8 % tal-PDG fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet ġeneralment newtrali, b’- 0,2 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, Malta kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li jridu jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,9 % tal-PDG fl-2022 (1,1 % tal-PDG fl-2021). It-tnaqqis fl-infiq iffinanzjat mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 kien dovut għal assorbiment aktar baxx ta’ fondi oħra tal-UE. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,2 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk Malta ma ppreżervatx l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali u dan ma kienx konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,9 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Madankollu, din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri tal-politika fiskali biex jimmitigaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 1,9 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,1 % tal-PDG). Għalhekk Malta żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+ 0,4 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,8 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,6 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,3 punti perċentwali. Għalhekk, Malta qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, iżda ma hijiex mistennija li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 40,3 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 52,9 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 53,4 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 54,8 % u għal 56,1 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fil-5 ta’ Mejju 2023, Malta pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri l-kost imġarrab fl-2022 relatat mar-ristrutturar tal-linja tal-ajru nazzjonali u l-irtirar bikri tal-impjegati tagħha.

    4.2.12.L-Awstrija

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 6,5 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’4,6 % fl-2021 u b’5 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,4 % fl-2023 u b’1,6 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-konsum privat. Fl-2022, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 8 % tal-PDG fl-2020 għal 5,8 % tal-PDG fl-2021 u 3,2 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni jkun 2,4 % u 1,3 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 3,3 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern żdied ulterjorment għal 3,6 % tal-PDG fl-2021, qabel ma naqas għal 3,3 % fl-2022. Huwa mistenni li jilħaq 3,4 % fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern kemm fl-2022 kif ukoll fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, b’- 2,8 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat ukoll mill-Kunsill, l-Awstrija kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,2 % tal-PDG fl-2022 (0,2 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,1 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, l-Awstrija ma ppreżervatx l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, u dan ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 1,8 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri ta’ politika fiskali biex jiġi mitigat l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizjonali ta’ 1,5 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,2 % tal-PDG). Għalhekk, l-Awstrija żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija pproġettata fil-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun restrittiva (+ 1,0 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva ta’ 0,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi ż-żieda fil-kost tal-miżuri ta’ appoġġ immirati lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,2 % tal-PDG. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 0,3 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali. Għalhekk, l-Awstrija qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 70,6 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 82,9 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 78,4 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 75,4 % u għal 72,7 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji baxxi fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin imressqa mill-Awstrija fit-8 ta’ Mejju 2023.

    4.2.13.Il-Polonja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 2 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’6,9 % fl-2021 u b’5,1 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,7 % fl-2023 u b’2,7 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-esportazzjonijiet netti u mill-investiment. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas minn 6,9 % fl-2020 għal 1,8 % tal-PDG fl-2021, qabel ma żdied għal 3,7 % fl-2022. Huwa mistenni jkun 5 % u 3,7 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 4,5 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern espanda għal 4,1 % tal-PDG fl-2021 u 4 % fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied għal 4,1 % tal-PDG fl-2023, li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2021 u fl-2022, iżda mhux fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet espansjonarja, bi – 3,0 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Polonja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,0 % tal-PDG fl-2022 (1,3 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,2 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Polonja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 2,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri ta’ politika fiskali biex jiġi mitigat l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizjonali ta’ 1,9 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,5 % tal-PDG). Għalhekk, il-Polonja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra, fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni, li tkun espansjonarja (-0,8 % tal-PDG), fil-kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,8 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi ż-żieda fil-kost tal-miżuri ta’ appoġġ immirati lejn l-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,1 % tal-PDG. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet aktar baxxi biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,2 % tal-PDG). Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa primarja kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali huwa xprunat minn miżuri tal-enerġija mhux immirati, infiq ogħla fuq id-difiża u s-saħħa kif ukoll żidiet permanenti fil-pagi u l-benefiċċji soċjali tas-settur pubbliku. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 1,8 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni restrittiva għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,2 punti perċentwali. Għalhekk, il-Polonja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u ma hijiex mistennija li tippreżerva investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 45,7 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 57,2 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 49,1 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 50,5 % u għal 53 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, il-Polonja pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri żieda sinifikanti fin-nefqa ffokata fuq il-modernizzazzjoni tal-forzi armati minħabba l-gwerra fl-Ukrajna u fuq l-investimenti tal-gvern lokali. L-Att tal-11 ta’ Marzu 2022 dwar id-Difiża Interna żied in-nefqa fuq id-difiża nazzjonali mit-2,2 % tal-PDG ippjanat fl-2022 għal 3 % tal-PDG fl-2023. Minħabba ż-żieda fin-nefqa fuq id-difiża u fl-investimenti tal-gvern lokali (b’madwar 21 % sena wara sena f’termini nominali), id-dinamika tal-investimenti pubbliċi aċċellerat fl-2022 (b’14,3 % sena wara sena f’termini nominali) u fir-rigward tal-PDG laħqet il-livell ta’ 4,0 %. Huwa mistenni li tkompli tiżdied fl-2023, għal madwar 4,2 % tal-PDG.

    4.2.14.Is-Slovenja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 4,3 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’8,2 % fl-2021 u b’5,4 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,2 % fl-2023 u b’2,2 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa prinċipalment xprunat mid-domanda domestika. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 7,7 % tal-PDG fl-2020 għal 4,6 % tal-PDG fl-2021 u 3 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni jkun 3,7 % u 2,9 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li żdied għal 4,1 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern espanda ulterjorment għal 4,7 % tal-PDG fl-2021 u 5,2 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkompli jikber biex jilħaq 6,1 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern għat-tielet sena konsekuttiva mill-2021.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet waħda espansjonarja, b’-1,2 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, is-Slovenja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li se jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,7 % tal-PDG fl-2022 (0,8 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,7 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, is-Slovenja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,4 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Din il-kontribuzzjoni espansjonarja sinifikanti  inkludiet l-impatt addizzjonali ta’ miżuri tal-politika fiskali biex jimmitigaw l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (kost baġitarju nett addizzjonali ta’ 1,0 % tal-PDG) kif ukoll il-kostijiet biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (0,1 % tal-PDG). Għalhekk, is-Slovenja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra li tkun espansjonarja (-1,2 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,3 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan minkejja l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,5 % tal-PDG. Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (netti mill-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali) huwa xprunat minn sussidji ogħla u minn żieda fil-kont tal-pagi tas-settur pubbliku. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,6 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali. Għalhekk, is-Slovenja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 65,4 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 79,6 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 69,9 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 69,1 % u għal 66,6 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fit-8 ta’ Mejju 2023, is-Slovenja pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri l-aġġustament statutorju tal-pensjonijiet tal-2023 u t-trasferimenti soċjali bi tkabbir fil-pagi u fl-inflazzjoni fl-2022.

    4.2.15.Is-Slovakkja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 3,3 % fl-2020, l-ekonomija kibret b’4,9 % fl-2021 u b’1,7 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’1,7 % fl-2023 u bi 2,1 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-investiment u mill-konsum pubbliku. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit ġenerali tal-gvern naqas minn 5,4 % tal-PDG fl-2020 u l-2021 u għal 2 % fl-2022. Huwa mistenni jkun 6,1 % u 4,8 % tal-PDG fl-2023 u fl-2024, rispettivament. Wara li naqas għal 3,4 % tal-PDG fl-2020 u 3,1 % fl-2021, l-investiment tal-gvern żdied għal 3,3 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied ulterjorment għal 4,9 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern fl-2022, iżda mhux fl-2023.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet restrittiva, b’1,3 % tal-PDG, li kienet xierqa f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, is-Slovakkja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li jridu jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 1,2 % tal-PDG fl-2022 (1,3 % tal-PDG fl-2021). It-tnaqqis fin-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fl-2022 kien dovut għall-assorbiment baxx tal-fondi strutturali tal-UE u għall-posponiment tal-infiq realizzat mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,2 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, is-Slovakkja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni restrittiva ta’ 1,3 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali ġenerali. Għalhekk, is-Slovakkja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun espansjonarja (- 6,2 % tal-PDG), fil-kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 4,4 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kost imnaqqas tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għall-unitajiet domestiċi u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’0,2 % tal-PDG. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet aktar baxxi biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,1 % tal-PDG). Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma hijiex dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jkunu qed jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali (netti mill-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali) huwa xprunat minn miżuri tal-enerġija mhux immirati, żidiet permanenti fil-pagi għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u t-tnaqqis fir-rati tal-VAT fuq is-setturi tal-ikel u tad-divertiment. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE hija mbassra li tammonta għal 2,8 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali huwa mistenni li jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,1 punti perċentwali. Is-Slovakkja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE, u tipproġetta li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 48 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 61 % tal-PDG fi tmiem l-2021. Dan kien 57,8 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 58,3 % u għal 58,7 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament.

    Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji għoljin fuq terminu medju. Skont il-projezzjoni ta’ linja bażi ta’ 10 snin, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jiżdied b’mod kontinwu matul is-snin li ġejjin, u jilħaq 84,7 % tal-PDG fl-2033. Skont il-projezzjonijiet stokastiċi, li jissimulaw firxa kbira ta’ skossi temporanji possibbli għall-varjabbli makroekonomiċi, huwa probabbli li l-proporzjon tad-dejn ikun ogħla fl-2027 milli fl-2022.

    Hemm fatturi rilevanti oħra għal valutazzjoni ġenerali tas-sostenibbiltà tad-dejn. Minn naħa waħda, il-fatturi li jżidu r-riskju huma relatati maż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax, il-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta negattiva tas-Slovakkja, is-sehem tad-dejn tal-gvern għal żmien qasir miżmum minn persuni mhux residenti, u mar-riskji ta’ responsabbiltà kontinġenti li jirriżultaw mis-settur privat, inkluż permezz tal-materjalizzazzjoni possibbli tal-garanziji tal-Istat relatati mal-kriżi tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, il-fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskju jinkludu t-titwil tal-maturità tad-dejn f’dawn l-aħħar snin, li jippermetti trasferiment gradwali tar-rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu fuq il-piż tad-dejn wara li bbenefikaw minn kostijiet tas-self storikament baxxi għal sorsi ta’ finanzjament fit-tul u relattivament stabbli (b’bażi ta’ investituri diversifikata u kbira). Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Valutazzjoni skont il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi: Is-Slovakkja ma nstabitx li tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mal-kompetittività, mal-akkomodazzjoni, mad-dejn tal-familji u mal-bilanċ estern qed jiżdiedu, iżda b’mod ġenerali jidhru li huma mrażżna fil-futur qarib u huma mistennija li jonqsu hekk kif il-kundizzjonijiet ekonomiċi jinnormalizzaw.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: L-analiżi ppreżentata fit-taqsimiet preċedenti diġà tkopri l-fatturi ewlenin ippreżentati mill-Ġermanja fid-9 ta’ Mejju 2023.

    4.2.16.Il-Finlandja

    Pożizzjoni makroekonomika fit-terminu medju: Wara restrizzjoni ta’ 2,4 % fl-2020, l-ekonomija kibret bi 3 % fl-2021 u bi 2,1 % fl-2022. Hija mistennija li tikber b’0,2 % fl-2023 u b’1,4 % fl-2024. It-tkabbir fl-2023 huwa xprunat prinċipalment mill-esportazzjonijiet netti u mill-konsum pubbliku. Fl-2021, l-attività ekonomika qabżet il-livell annwali tagħha tal-2019.

    Pożizzjoni baġitarja fit-terminu medju, inkluż l-investiment: Id-defiċit tal-gvern naqas b’mod sostanzjali minn 5,6 % tal-PDG fl-2020 għal 2,8 % tal-PDG fl-2021 u 0,9 % tal-PDG fl-2022. Huwa mistenni li jkun 2,6 % kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024. Wara li żdied għal 4,8 % tal-PDG fl-2020, l-investiment tal-gvern naqas għal 4,2 % tal-PDG fl-2021 u 4,1 % fl-2022. Huwa mistenni li jiżdied għal 4,5 % tal-PDG fl-2023, u li jkun akbar mid-defiċit tal-gvern għal tielet sena konsekuttiva mill-2021.

    Skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fl-2022 kienet fil-parti l-kbira newtrali, b’-0,1 % tal-PDG, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Kif irrakkomandat mill-Kunsill, il-Finlandja kompliet tappoġġa l-irkupru b’investimenti li jridu jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,3 % tal-PDG fl-2022 (0,2 % tal-PDG fl-2021). L-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni newtrali ta’ 0,0 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Finlandja ppreżervat l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali, kif irrakkomandat mill-Kunsill. Fl-istess waqt, it-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri ġodda ta’ dħul) ipprovda kontribuzzjoni ġeneralment newtrali ta’ 0,1 punti perċentwali għall-pożizzjoni fiskali. Għalhekk, il-Finlandja żammet it-tkabbir fin-nefqa kurrenti ffinanzjata fil-livell nazzjonali biżżejjed taħt kontroll.

    Fl-2023, il-pożizzjoni fiskali hija mbassra fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni li tkun espansjonarja (-1,0 % tal-PDG), f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja. It-tkabbir fin-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fuq livell nazzjonali (nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ dħul) fl-2023 huwa pproġettat li se jipprovdi kontribuzzjoni espansjonarja ta’ 0,6 % tal-PDG għall-pożizzjoni fiskali. Dan jinkludi l-kostijiet ġeneralment stabbli tal-miżuri ta’ appoġġ immirati għad-djar u għad-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezz tal-enerġija. Dan jinkludi wkoll il-kostijiet ogħla biex tiġi offruta protezzjoni temporanja lil persuni spostati mill-Ukrajna (sa 0,2 % tal-PDG). Għalhekk, il-kontribuzzjoni espansjonarja tan-nefqa kurrenti primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali hija parzjalment dovuta għall-appoġġ immirat lejn l-unitajiet domestiċi u lejn id-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u lill-persuni li jaħarbu mill-Ukrajna. It-tkabbir espansjonarju fl-infiq kurrenti primarju ffinanzjat fil-livell nazzjonali (nett mill-miżuri tad-dħul diskrezzjonali) huwa xprunat ukoll mill-indiċjar tal-benefiċċji soċjali, mill-finanzjament tal-gvern ċentrali lill-awtoritajiet lokali, kif ukoll mill-infiq addizzjonali għad-difiża u mill-investimenti relatati mar-riċerka u l-iżvilupp. Fil-qosor, it-tkabbir ipproġettat tan-nefqa kurrenti primarja ffinanzjata fil-livell nazzjonali ma huwiex konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. In-nefqa ffinanzjata mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE ammontat għal 0,4 % tal-PDG fl-2023, filwaqt li l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali pprovda kontribuzzjoni espansjonarja għall-pożizzjoni fiskali ta’ 0,4 punti perċentwali. Għalhekk, il-Finlandja qed tippjana li tiffinanzja investiment addizzjonali permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u hija mistennija li tippreżerva l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali.

    Pożizzjoni tad-dejn fit-terminu medju: Id-dejn tal-gvern żdied minn 64,9 % tal-PDG fi tmiem l-2019 għal 74,7 % tal-PDG fi tmiem l-2020. Dan kien 73 % tal-PDG fi tmiem l-2022 u huwa pproġettat għal 73,9 % u għal 76,2 % fi tmiem l-2023 u l-2024, rispettivament. Kollox ma’ kollox, l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tindika riskji medji fuq terminu medju. Barra minn hekk, ir-riformi strutturali taħt l-NGEU/RRF, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, jista’ jkollhom impatt pożittiv ulterjuri fuq it-tkabbir tal-PDG fis-snin li ġejjin, u għalhekk jgħinu biex jiġu mmitigati l-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Fatturi oħra ppreżentati mill-Istat Membru: Fid-9 ta’ Mejju 2023, il-Finlandja pprovdiet fatturi rilevanti addizzjonali mhux imsemmija hawn fuq, jiġifieri l-fatt li, minħabba l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-Finlandja fit-2 ta’ April 2023, fit-23 ta’ Marzu 2023 ġie ppreżentat Programm ta’ Stabbiltà dwar l-ebda tibdil fil-politika. Il-gvern il-ġdid tal-Finlandja se jippreżenta l-mira tiegħu għall-finanzi pubbliċi fil-Programm ta’ Stabbiltà li għandu jiġi ppreżentat fil-ħarifa, flimkien mal-Abbozz tal-Pjan Baġitarju, bħala parti mill-Pjan Fiskali tal-Gvern Ġenerali.

    5.Konklużjonijiet

    15-il Stat Membru tal-UE qabżu l-valur referenzjarju tad-defiċit fl-2022 jew qed jippjanaw li jaqbżuh fl-2023: Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

    Fl-Awstrija, il-proporzjon tad-defiċit fl-2022 u l-proporzjon tad-defiċit ippjanat fl-2023 huma ogħla iżda qrib it-3 % tal-PDG. Għall-14-il Stat Membru li jifdal ikkunsidrati f’dan ir-rapport u li jaqbżu l-valur referenzjarju tat-Trattat dwar id-defiċit fl-2022 jew li qed jippjanaw li jaqbżuh fl-2023, id-defiċit kien, jew huwa ppjanat li jkun, ogħla u mhux qrib it-3 % tal-PDG.

    Fil-15-il Stat Membru kollha, l-eċċess fuq il-valur referenzjarju tat-Trattat huwa meqjus bħala eċċezzjonali kif definit mit-Trattat. Madankollu, għall-Belġju, għall-Bulgarija, għal Spanja, għal Franza, għall-Italja, għall-Ungerija, għal Malta, għall-Polonja u għas-Slovakkja, l-eċċess fuq il-valur referenzjarju ma huwiex mistenni li jkun temporanju.

    B’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha kif xieraq, l-analiżi f’dan ir-rapport turi li l-kriterju tad-defiċit kif definit fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 1467/1997 ma huwiex issodisfat mill-Belġju, mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mill-Ġermanja, mill-Estonja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja.

    Disa’ Stati Membri kellhom dejn gross tal-gvern ġenerali ta’ aktar minn 60 % tal-PDG fi tmiem l-2022: Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja. Fost dawn l-Istati Membri, il-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn ġie rispettat fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Spanja, fl-Ungerija, fl-Awstrija u fis-Slovenja, filwaqt li ma ġiex rispettat minn Franza, mill-Italja u mill-Finlandja.

    B’mod ġenerali, meta jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, l-analiżi f’dan ir-rapport turi li l-kriterju tad-dejn kif definit fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 1467/1997 ma huwiex issodisfat minn Franza, mill-Italja u mill-Finlandja. Madankollu, il-Kummissjoni tqis, fil-valutazzjoni tagħha tal-fatturi rilevanti kollha, li l-konformità mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn tista’ timplika sforz fiskali antiċipat impenjattiv wisq li jista’ jipperikola t-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konformità mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn ma hijiex iġġustifikata skont il-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti.

    Filwaqt li titqies l-inċertezza għolja persistenti għall-perspettiva makroekonomika u baġitarja f’dan l-istadju, f’Marzu 2023, il-Kummissjoni diġà ħabbret li ma kinitx se tipproponi l-ftuħ ta’ proċeduri ġodda ta’ defiċit eċċessiv fir-rebbiegħa tal-2023. Fl-istess ħin, il-monitoraġġ tal-iżviluppi tad-defiċit u tad-dejn se jkompli, u l-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex jiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv ibbażati fuq id-defiċit fir-rebbiegħa tal-2024 abbażi tad-data tal-eżitu għall-2023.

    (1)      ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6, kif emendata.
    (2)      Il-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn huwa stipulat fl-Artikolu 2(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, li jistipula li l-proporzjon tad-dejn tal-gvern jitqies li qed jonqos biżżejjed u li qed joqrob lejn is-60 % tal-valur referenzjarju tal-PDG b’pass sodisfaċenti jekk id-differenzjal fir-rigward tal-valur referenzjarju tkun naqset matul it-3 snin preċedenti li għalihom id-data hija disponibbli b’rata medja ta’ mill-inqas wieħed minn għoxrin fis-sena bħala parametru referenzjarju. Ir-rekwiżit jitqies ukoll li ġie ssodisfat jekk il-previżjonijiet baġitarji tal-Kummissjoni jindikaw li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenzjal se jseħħ matul il-perjodu ta’ 3 snin li jinkludi s-sentejn ta’ wara l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data.
    (3)      Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, is-sors għaċ-ċifri pprovduti f’dan ir-rapport huwa t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2023 tal-Kummissjoni (European Economy-Institutional Papers 173).
    (4)    L-Indikaturi tal-euro tal-Eurostat 47/2023 tal-21 ta’ April 2023. Il-Eurostat qed jesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-data rrapportata minn Franza għas-sena 2022. Il-Eurostat, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet statistiċi Franċiżi, qed jiċċara r-reġistrazzjoni taż-żieda fil-kapital mill-Istat fil-kumpanija pubblika tal-enerġija EDF (Électricité de France), kif ukoll l-applikazzjoni tat-test ta’ superdividend għad-dividendi mħallsa minn xi korporazzjonijiet pubbliċi lill-Istat Franċiż. Id-defiċit għall-2022 jista’ jiġi sottovalutat b’sa 0,2 punti perċentwali tal-PDG.
    (5)      Id-defiċit tal-gvern tar-Rumanija qabeż ukoll it-3 % tal-PDG fl-2022. Madankollu, ir-Rumanija ma hijiex koperta f’dan ir-rapport peress li l-Kunsill iddeċieda dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fir-Rumanija fit-3 ta’ April 2020.
    (6)      F’dawn il-każijiet kollha, id-defiċits għall-2023 huma ppjanati li jkunu wkoll ogħla minn 3 % tal-PDG.
    (7)      Għall-programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza ppreżentati mill-Istati Membri fir-rebbiegħa tal-2023, ara: https://commission.europa.eu/content/2023-european-semester-national-reform-programmes-and-stabilityconvergence-programmes_en.
    (8)    Il-klawżola, kif stabbilita fl-Artikoli 5(1), 6(3), 9(1) u 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1) u l-Artikoli 3(5) u 5(2) tar-Regolament (KE) 1467/97, jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-politiki baġitarji fi żminijiet ta’ reċessjoni ekonomika qawwija. Hija ma tissospendix il-proċeduri tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Madankollu, l-attivazzjoni tagħha tat flessibbiltà baġitarja lill-Istati Membri biex jittrattaw il-kriżi, billi ppermettiet ħruġ temporanju mill-perkors ta’ aġġustament fid-direzzjoni tal-objettiv baġitarju ta’ terminu medju ta’ kull Stat Membru, dment li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju.
    (9)    COM(2022) 600 final tat-23.5.2022, u COM(2023) 141 final tat-8.3.2023.
    (10)      Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal- 20 ta’ Lulju 2020 (2020/C 282/01 sa 2020/C 282/27), ĠU C 282, 26.8.2020, p. 1.
    (11)      Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2021 (2021/C 304/01 sa 2021/C 304/28, ĠU C 304, 29.7.2021, p. 1). Fil-każ tar-Rumanija, il-Kunsill adotta, fl-istess jum, Rakkomandazzjoni bil-ħsieb li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern (2021/C 304/24, 29.7.2021 p. 111-115). (2021/C 304/24, OJ C 304, 29.7.2021 p. 111).
    (12)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro, ĠU C 153, 7.4.2022, p. 1.
    (13)      Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 (2022/C 334/01 sa 2022/C 334/27, ĠU C 334, 1.9.2020, p. 1).
    (14)      https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/ecofin/2023/05/16/
    (15)      COM(2023) 141 final.
    (16)      Fil-Greċja, fil-Kroazja, f’Ċipru u fil-Portugall, id-dejn gross tal-gvern ġenerali qabeż ukoll is-60 % tal-PDG fi tmiem l-2022, iżda dawn l-Istati Membri ma humiex ikkunsidrati f’dan ir-rapport, minħabba li jirrispettaw il-kriterju tad-defiċit u l-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn.
    (17)      Fis-sens tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi prevista fir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8).
    (18)      Il-Programm Ġermaniż ta’ Stabbiltà jirrapporta defiċit ippjanat ta’ aktar minn 3 % tal-PDG fl-2023. It-tbassir tal-Kummissjoni, li sar wara, jipproġetta defiċit ta’ inqas minn 3 % fl-2023, filwaqt li jqis is-suppożizzjonijiet aktar aġġornati dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija.
    (19)      Jiġifieri, il-bidliet fil-prezzijiet relattivi tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet.
    (20)    Ara COM(2023) 600 final, 24.5.2023.
    (21)      Skont l-approċċ fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2021, il-pożizzjoni fiskali bħalissa hija mkejla bl-aħjar mod bħala l-bidla fin-nefqa primarja (netta mill-miżuri diskrezzjonali tad-dħul), bl-esklużjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza temporanji relatati mal-kriżi tal-COVID-19 iżda inkluża n-nefqa ffinanzjata minn appoġġ mhux ripagabbli (għotjiet) mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE, meta mqabbla ma’ tkabbir potenzjali ta’ terminu medju.
    (22)      Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
    (23)      Dan l-iżvilupp fl-2023 huwa xprunat mit-tnaqqis qawwi fid-defiċit tal-gvern tal-Italja bħala riżultat tat-trattament statistiku tal-krediti tat-taxxa (ara t-Taqsima 4.2.8).
    (24)      Il-pożizzjoni fiskali titkejjel bħala d-differenza bejn (i) it-tkabbir potenzjali fuq perjodu medju ta’ żmien u (ii) il-bidla fin-nefqa primarja netta mill-miżuri diskrezzjonali tad-dħul (u esklużi l-miżuri temporanji ta’ emerġenza relatati mal-kriżi tal-COVID-19) u inkluża n-nefqa ffinanzjata minn appoġġ (għotjiet) mhux ripagabbli mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-Unjoni. Sinjal negattiv (pożittiv) tal-indikatur jindika politika fiskali espansjonarja (restrittiva).
    (25)      L-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn ġiet aġġornata meta mqabbla mar-Rapport dwar is-Sostenibbiltà Fiskali 2021 (European Economy-Institutional Papers 171) billi tirrifletti t-tbassir tal-Kummissjoni l-aktar reċenti.    Ara l-Komunikazzjoni dwar l-elementi ewlenin tal-pakkett tar-Rebbiegħa 2023 tas-Semestru Ewropew (COM (2023) 600 final, 24.5.2023), u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill (COM(2023) 601 sa 626). Għall-valutazzjoni l-aktar reċenti mill-Kummissjoni tal-Istati Membri li qed jesperjenzaw żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi, ara r-rieżamijiet fil-fond rispettivi (SWD(2023) 628 sa 643). Għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà tad-dejn fl-Istati Membri kollha diskussi f’dan ir-rapport, ara l-annessi dwar l-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn fir-rapporti tal-pajjiżi (SWD(2023) 601 sa 626).
    Top