Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0545R(01)

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: It-triq ’il quddiem

    COM/2023/545 final/2

    Brussell, 19.9.2023

    COM(2023) 545 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: It-triq ’il quddiem







    Kontenut

    Akronimi    

    1.    Sommarju eżekuttiv    

    2.    Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-RRF    

    2.1. Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-RRPs    

    2.2. Aktar trasparenza fil-valutazzjoni tat-talbiet għall-pagament    

    2.3. Treġġigħ lura tal-istadji importanti u tal-miri skont l-RRF    

    2.4. Reviżjoni tal-RRPs    

    2.5. Is-sitwazzjoni kurrenti dwar il-finanzjament tal-RRF    

    2.6. Kontrolli u awditjar fl-implimentazzjoni tal-RRF    

    2.7. Sensibilizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni u t-trasparenza tal-RRP    

    3.    Il-kontribut tal-Faċilità għall-Objettivi tal-RRF    

    3.1. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għat-tranżizzjoni ekoloġika (jiġifieri l-Pilastru 1)    

    3.2. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għat-trasformazzjoni diġitali (jiġiferi l-Pilastru 2)    

    3.3. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (jiġifieri l-Pilastru 3)    

    3.4. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-koeżjoni soċjali u territorjali (jiġifieri l-Pilastru 4)    

    3.5. Il-kontribuzzjoni tal-Faċilità għas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bil-għan li, inter alia, tiżdied it-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet (jiġifieri l-Pilastru 5)    

    3.6. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet (jiġifieri l-Pilastru 6)    

    3.7. Il-kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-politika soċjali, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll it-tfal u ż-żgħażagħ    

    3.8. Kontribuzzjoni għal proġetti transfruntiera u multinazzjonali    

    3.9. Kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż    

    4.    REPowerEU    

    4.1. Miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU    

    4.2. Il-finanzjament tar-REPowerEU    

    5.    Konklużjoni    

    Illustrazzjonijiet:

    Illustrazzjoni 1: Progress tal-istadji importanti u tal-miri li kienu mistennija fil-passat, għall-Q1 2020 sal-Q1 2023    12

    Illustrazzjoni 2: Progress tal-istadji importanti u tal-miri li kienu mistennija fil-futur, għall-Q2 2023 sal-Q2 2024    12

    Illustrazzjoni 3: Progress tal-istadji importanti u tal-miri relatati mar-riformi u mal-investiment    12

    Illustrazzjoni 4: Progress tal-istadji importanti u tal-miri għal kull Pilastru RRF    13

    Illustrazzjoni 5: Tip ta’ stadji importanti u miri mdewma    14

    Illustrazzjoni 6: L-istat ta’ progress lejn l-indikaturi komuni    16

    Illustrazzjoni 7: L-evoluzzjoni tal-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja f’MWh fis-sena    16

    Illustrazzjoni 8: L-evoluzzjoni tal-għadd ta’ intrapriżi appoġġati    17

    Illustrazzjoni 9: L-evoluzzjoni tal-parteċipanti fl-edukazzjoni jew it-taħriġ    17

    Illustrazzjoni 10: Proċess għas-sospensjoni tal-pagamenti    19

    Illustrazzjoni 11: Il-firxa tal-akbar riċevituri finali għal kull Stat Membru    32

    Illustrazzjoni 12: Il-kontribuzzjoni tal-ammonti riċevuti u l-miżuri assoċjati li l-akbar 100 riċevitur finali jirċievu appoġġ għalihom għas-sitt pilastri ta’ politika33

    Illustrazzjoni 13: Is-sehem tal-fondi tal-RRF li jikkontribwixxi għal kull pilastru tal-politika    37

    Illustrazzjoni 14: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, għal kull qasam ta’ politika38

    Illustrazzjoni 15: Kontribuzzjoni għall-objettivi klimatiċi bħala sehem tal-allokazzjoni tal-RRP    39

    Illustrazzjoni 16: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 1 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika    40

    Illustrazzjoni 17: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali għal kull qasam ta’ politika    43

    Illustrazzjoni 18: Kontribuzzjoni għall-objettivi diġitali bħala sehem tal-allokazzjoni tal-RRP    44

    Illustrazzjoni 19: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 2 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika    44

    Illustrazzjoni 20: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għal kull qasam ta’ politika    48

    Illustrazzjoni 21: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 3 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika    49

    Illustrazzjoni 22: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa l-koeżjoni soċjali u territorjali għal kull qasam ta’ politika    52

    Illustrazzjoni 23: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 4 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika53

    Illustrazzjoni 24: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa s-saħħa u r-reżiljenza għal kull qasam ta’ politika    58

    Illustrazzjoni 25: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 5 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika    59

    Illustrazzjoni 26: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa l-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, għal kull qasam ta’ politika    65

    Illustrazzjoni 27: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 6 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika    65

    Illustrazzjoni 28: Sehem tan-nefqa soċjali tal-RRF skont il-kategoriji soċjali ewlenin    69

    Illustrazzjoni 29: Sehem (f’%) ta’ miżuri li jiffokaw fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-RRPs adottati    70

    Illustrazzjoni 30: Il-livell kurrenti ta’ implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2020    78

    Illustrazzjoni 31: Implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2022: valutazzjoni annwali f’kull sena konsekuttiva fil-konfront tal-implimentazzjoni sa issa    78

    Tabelli:

    Tabella 1: L-ipproċessar tat-talbiet għall-pagament    9

    Tabella 2: Is-sitwazzjoni kurrenti dwar l-implimentazzjoni tat-talbiet għall-pagament tal-RRF    10

    Tabella 3: L-għadd u l-perjodu medjan ta’ stadji importanti u miri b’data fil-mira tal-implimentazzjoni rrapportata mdewma jew kmieni, għar-riformi u l-investimenti    14

    Tabella 4: Preżentazzjoni tat-tabella ta’ ħarsa ġenerali tal-kapitoli mmodifikati tal-RRPs u tar-REPowerEU    21

    Tabella 5: Bażi legali użata mill-Istati Membri fil-modifika tal-RRPs tagħhom    22

    Tabella 6: Bidla fl-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament RRF    22

    Tabella 7: Self mitlub mill-Istati Membri sal-31 ta’ Awwissu 2023    23

    Tabella 8: Proġetti multinazzjonali relatati ma’ miżuri taħt il-pilastru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika    75

    Tabella 9. Proġetti diġitali multinazzjonali    76

    Tabella 10: Ħarsa ġenerali lejn il-kontenut tal-kapitoli adottati tar-REPowerEU80

    Tabella 11: Appoġġ addizzjonali mhux ripagabbli disponibbli għal kull Stat Membru    84

    Tabella 12: Trasferiment tal-allokazzjoni taħt il-BAR    85

    Akronimi

    BAR

    Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

    CIDs

    Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill

    COVID-19

    Marda tal-Coronavirus tal-2019

    CSRs

    Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

    ECEC

    Edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal

    KEF

    Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

    EPLOs

    Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew

    ETS

    Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

    EUR

    Euro (€)

    MWh

    Megawatt

    NGEU

    Next Generation EU

    R&I

    Riċerka u innovazzjoni

    RES

    Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

    RRF

    Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    RPPs

    Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    SMEs

    Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

    TSI

    Strument ta’ Appoġġ Tekniku

    1.Sommarju eżekuttiv 

    Sentejn u nofs wara l-bidu tagħha, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“RRF”) tibqa’ fil-qalba tar-rispons Ewropew biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Mill-pubblikazzjoni tal-aħħar rapport annwali (Marzu 2022), il-kuntest ekonomiku u ġeopolitiku nbidel b’mod sinifikanti. L-aggressjoni mhux ipprovokata tar-Russja kontra l-Ukrajna wasslet għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija fl-2022, u wriet il-vulnerabbiltajiet marbuta mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi, filwaqt li xprunat l-inflazzjoni għal livelli li ilhom ma jidhru għexieren ta’ snin u kkawżat kriżi tal-“għoli tal-ħajja” għal ħafna unitajiet domestiċi.

    F’dan il-kuntest, l-RRF kellha tadatta biex tindirizza dawn l-isfidi l-ġodda u tinkorpora l-esperjenza miksuba matul sentejn bl-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument innovattiv u bbażat fuq il-prestazzjoni. Illum, hekk kif qegħdin noqorbu lejn il-punt tan-nofs tal-ħajja qasira tal-Faċilità, dan ir-rapport iqis il-progress li sar fl-implimentazzjoni u fl-evoluzzjoni tal-Faċilità, mill-adozzjoni tar-Regolament RRF 1 fi Frar 2021, permezz tal-emenda għar-Regolament RRF fi Frar 2023 biż-żieda tal-kapitoli tar-REPowerEU mal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“RRPs”) 2 , sal-iżborż tal-aħħar pagamenti sal-1 ta’ Settembru 2023.

    Ir-rapport juri li sar progress kbir (i) fl-implimentazzjoni kontinwa tal-RRF, (ii) fiż-żieda fit-trasparenza madwar l-implimentazzjoni tagħha, u (iii) fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE billi jiżdiedu l-isforzi ta’ kontroll u awditjar.

    L-implimentazzjoni tal-RRF għaddejja sew, fir-restrizzjonijiet stretti minħabba t-tul tal-ħajja tagħha. Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet 31 talba għall-pagament minn 19-il Stat Membru u żborżat ammont totali ta’ EUR 153,4 biljun. Il-Kunsill adotta l-valutazzjoni pożittiva tal-pjanijiet inizjali tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-valutazzjoni pożittiva ta’ erba’ pjanijiet riveduti b’kapitoli tar-REPowerEU diġà ġiet adottata mill-Kunsill u 16-il pjan rivedut bħalissa qed jiġu vvalutati mill-Kummissjoni. Ir-rapport jagħti dettalji dwar diversi eżempji ta’ riformi u investimenti konkreti ffinanzjati mill-RRF, li jikkontribwixxu għas-sitt pilastri ta’ politika ddefiniti fir-Regolament RRF, inklużi t-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali.

    Fl-istess ħin, il-Kummissjoni qed tassisti lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-isfidi ta’ implimentazzjoni, fejn dawn jitfaċċaw. Xi Stati Membri qed jiffaċċjaw sfidi fl-amministrazzjoni tal-fondi, parzjalment minħabba kwistjonijiet ta’ kapaċità amministrattiva jew konġestjonijiet fl-investiment. Xi Stati Membri oħrajn qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-RRPs kif imfassla inizjalment minħabba ċirkostanzi ekonomiċi mibdula bħal inflazzjoni għolja jew konġestjonijiet fil-provvista. Il-Kummissjoni qed tappoġġa lill-Istati Membri kollha biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet tagħhom, anki permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 3 .

    Fl-2023, il-Kummissjoni għamlet sforzi sinifikanti biex iżżid iċ-ċarezza u t-trasparenza madwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Fil-21 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat il-metodoloġiji tagħha dwar (i) il-valutazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri u (ii) il-kalkolu tal-ammonti sospiżi f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ stadju importanti jew ta’ mira. Illum, b’mod konġunt ma’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tippubblika l-qafas tagħha biex tittratta sitwazzjonijiet potenzjali fejn stadji importanti u miri inizjalment ivvalutati bħala milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni kienu sussegwentement imreġġa’ lura mill-Istat Membru.

    Barra minn hekk, l-emendi fir-Regolament RRF jirrikjedu li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammonti ta’ finanzjament mill-RRF. Il-Kummissjoni pprovdiet il-gwida meħtieġa malajr, u talbet lill-Istati Membri biex jagħmlu din id-data disponibbli mill-aktar fis possibbli u jaġġornawha darbtejn fis-sena, u kkonsolidat l-informazzjoni ppubblikata dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Din l-informazzjoni se tintuża wkoll biex timla l-mappa dwar il-proġetti ffinanzjati mill-RRF, li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fid-9 ta’ Marzu 2023 u hija aġġornata regolarment minn dak iż-żmien. Dawn l-elementi kollha meħuda flimkien isaħħu b’mod sinifikanti r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-RRF.

    Fl-2023, filwaqt li qieset ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kummissjoni kompliet issaħħaħ ir-robustezza tal-qafas ta’ kontroll tagħha biex tipprovdi assigurazzjoni addizzjonali dwar l-użu regolari tal-fondi tal-RRF u l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni wettqet 14-il awditu ex post ibbażat fuq ir-riskju dwar l-istadji importanti u l-miri biex tikseb assigurazzjoni addizzjonali li l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ilħuq sodisfaċenti tagħhom hija korretta (sebgħa fl-2022 u sebgħa fl-2023). Wara li vverifikat l-adegwatezza tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-mument tal-valutazzjoni tal-RRP, il-Kummissjoni wettqet ukoll 27 awditu tas-sistemi tal-Istati Membri (16 fl-2022 u 11 s’issa fl-2023) u se tkun awditjat lill-Istati Membri kollha mill-inqas darba sal-aħħar tal-2023. Mill-2023, saret enfasi speċifika fuq l-obbligi ta’ konformità tal-Istati Membri mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 22(2), il-punt (a) tar-Regolament RRF. Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-RRF, li tirriżulta minn dan il-qafas ta’ kontroll, ġiet allinjata bis-sħiħ ma’ dawk maħruġa minn DĠ oħrajn mill-2022.

    L-RRF dalwaqt se tidħol fit-tieni nofs tal-ħajja tagħha, bħala strument li wera l-kapaċità tiegħu li jinċentiva r-riformi strutturali, jamplifika l-impatt tal-investimenti u jżomm livell suffiċjenti ta’ flessibbiltà biex jadatta għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dawk il-kisbiet joriġinaw fil-karatteristika ewlenija bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Faċilità, li tgħaqqad l-iżborżi mal-implimentazzjoni gradwali tar-riformi u l-investimenti permezz ta’ stadji importanti u miri miftiehma. Dawk il-kisbiet ma kinux ikunu possibbli mingħajr is-sjieda u d-determinazzjoni tal-Istati Membri li jwettqu l-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza tagħhom, u l-kontribut ta’ istituzzjonijiet bħall-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-partijiet ikkonċernati soċjali u lokali.

    Madankollu, il-ħidma għadha ’l bogħod milli tintemm u għad hemm perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ sfida. Ir-reviżjoni li għaddejja tal-pjanijiet nazzjonali tibbenefika mill-esperjenza vasta li nġabret s’issa u se tikkontribwixxi biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-istrument. Aktar trasparenza fl-implimentazzjoni, ir-riżorsi addizzjonali tar-REPowerEU u enfasi fuq l-isfruttar tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri jħejju t-triq għal aktar aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni fl-2024, u snin wara, sa tmiem l-2026.

    2.Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-RRF

    Dan ir-rapport jippreżenta fid-dettall is-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-RRF (it-taqsima 2), il-kontribuzzjoni tal-faċilità għall-objettivi tal-RRF (it-taqsima 3) u s-sitwazzjoni attwali fil-kapitoli tar-REPowerEU (it-taqsima 4). Fl-anness, l-iskedi tal-pajjiżi jiddeskrivu l-progress għal kull RRP.

    L-informazzjoni pprovduta f’dan ir-rapport hija bbażata fuq il-kontenut tal-pjanijiet adottati, kif ivvalutati mill-Kummissjoni, fuq id-data rrapportata mill-Istati Membri sa April 2023 bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar biannwali tagħhom, fuq data mit-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza 4 mill-1 ta’ Settembru 2023 u fuq l-iżviluppi fl-implimentazzjoni tal-Faċilità sal-1 ta’ Settembru 2023 5 , sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

    2.1. Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-RRPs

    Adozzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    Mill-pubblikazzjoni tal-aħħar Rapport Annwali fl-1 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta l-ħames Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (CIDs) li jifdal dwar l-RRPs tal-Bulgarija u tal-Iżvezja fl-4 ta’ Mejju 2022, tal-Polonja fis-17 ta’ Ġunju 2022, tan-Netherlands fl-4 ta’ Ottubru 2022 u tal-Ungerija fis-16 ta’ Diċembru 2022. Il-Kummissjoni vvalutat kull pjan b’mod espedjenti, konsistenti u trasparenti, skont il-11-il kriterju stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament RRF. Matul il-proċess ta’ valutazzjoni, il-Kummissjoni kienet f’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri biex twettaq valutazzjoni komprensiva. Il-Kummissjoni appoġġat lill-Istati Membri biex iressqu pjanijiet ambizzjużi bi stadji importanti u miri ċari u realistiċi biex jimmonitorjaw il-progress tagħhom matul l-implimentazzjoni. Bl-RRPs kollha approvati u adottati, issa l-attenzjoni kollha hija diretta lejn l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u r-reviżjonijiet li hemm għaddejjin.

    Arranġamenti operazzjonali

    S’issa, il-Kummissjoni ffirmat arranġamenti operazzjonali ma’ 24 Stat Membru. F’konformità mar-Regolament RRF, dawn il-ftehimiet bilaterali jispeċifikaw aktar il-modalitajiet għall-monitoraġġ, il-kooperazzjoni u l-aspetti relatati mal-implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-arranġamenti operazzjonali jippreżentaw f’aktar dettall il-mekkaniżmu ta’ verifika għal kull stadju importanti u mira, u meta jkun meħtieġ, jinkludu passi ta’ monitoraġġ addizzjonali biex jingħata segwitu għall-implimentazzjoni tal-pjan. Biex tippromwovi t-trasparenza, il-Kummissjoni tagħmel l-arranġamenti operazzjonali disponibbli fuq is-sit web tagħha 6 .

    Il-konklużjoni u l-iffirmar tal-arranġamenti operazzjonali huma passi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-RRPs. Għalkemm arranġamenti operazzjonali ffirmati ma humiex meħtieġa biex wieħed jirċievi prefinanzjament, dawn huma prekundizzjoni għall-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta l-ewwel talba għall-pagament tiegħu. Skont il-qafas nazzjonali tal-Istat Membru, il-proċess għall-konklużjoni tal-arranġamenti operazzjonali jista’ jieħu aktar żmien milli f’każijiet oħrajn. Fl-1 ta’ Settembru 2023, tliet Stati Membri biss kienu għadhom fil-proċess li jiffinalizzaw l-arranġamenti operazzjonali tagħhom jew li dalwaqt kienu se jiffirmawhom (DE, NL, HU) 7 .

    Talbiet għall-pagament

    Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet 31 talba għall-pagament minn 19-il Stat Membru u żborżat ammont totali ta’ EUR 153,4 biljun. Dan jinkludi l-EUR 56,6 biljun fil-prefinanzjament tal-RRF mogħtija lil 21 Stat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2021. EUR 106,3 biljun mill-ammont totali żborżat lill-Istati Membri jikkonċernaw appoġġ mhux ripagabbli u EUR 47,1 biljun jikkonċernaw self. It-Tabella 1 u t-Tabella 2 jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-preżentazzjoni tat-talbiet għall-pagamenti mill-Istati Membri u l-iżborżi korrispondenti mill-Kummissjoni, wara valutazzjoni pożittiva tal-istadji importanti u l-miri koperti mit-talba għall-pagament rispettiva.

    Tabella 1: Proċessar tat-talbiet għall-pagament 8

    Ammont mitlub

    Għadd ta’ stadji importanti u miri

    Data tal-preżentazzjoni

    Data tal-iżborż

    Spanja

    EUR 10 biljun

    52

    il-11 ta’ Novembru 2021

    is-27 ta’ Diċembru 2021

    Franza

    EUR 7,4 biljun

    38

    is-26 ta’ Novembru 2021

    l-4 ta’ Marzu 2022

    Il-Greċja

    EUR 3,6 biljun

    15

    id-29 ta’ Diċembru 2021

    it-8 ta’ April 2022

    L-Italja

    EUR 21 biljun

    51

    it-30 ta’ Diċembru 2021

    it-13 ta’ April 2022

    Il-Portugall

    EUR 1,1 biljun

    38

    il-25 ta’ Jannar 2022

    id-9 ta’ Mejju 2022

    Il-Kroazja

    EUR 700 miljun

    34

    il-15 ta’ Marzu 2022

    it-28 ta’ Ġunju 2022

    Is-Slovakkja

    EUR 398,7 miljun

    14

    id-29 ta’ April 2022

    id-29 ta’ Lulju 2022

    Spanja

    EUR 12-il biljun

    40

    it-30 ta’ April 2022

    id-29 ta’ Lulju 2022

    Ir-Rumanija

    EUR 2,6 biljun

    21

    il-31 ta’ Mejju 2022

    is-27 ta’ Ottubru 2022

    Il-Latvja

    EUR 201 miljun

    9

    is-17 ta’ Ġunju 2022

    is-7 ta’ Ottubru 2022

    L-Italja

    EUR 21 biljun

    45

    id-29 ta’ Ġunju 2022

    it-8 ta’ Novembru 2022

    Ċipru

    EUR 85 miljun

    14

    it-28 ta’ Lulju 2022

    it-2 ta’ Diċembru 2022

    Il-Bulgarija

    EUR 1,37 biljun

    22

    il-31 ta’ Awwissu 2022

    is-16 ta’ Diċembru 2022

    Il-Kroazja

    EUR 700 miljun

    25

    id-19 ta’ Settembru 2022

    is-16 ta’ Diċembru 2022

    Il-Portugall

    EUR 1,8 biljun

    20

    it-30 ta’ Settembru 2022

    it-8 ta’ Frar 2023

    Il-Greċja

    EUR 3,56 biljun

    28

    it-30 ta’ Settembru 2022

    id-19 ta’ Jannar 2023

    Is-Slovenja

    EUR 49,6 miljun

    12

    l-20 ta’ Ottubru 2022

    l-20 ta’ April 2023

    Is-Slovakkja

    EUR 708,8 miljun

    16

    il-25 ta’ Ottubru 2022

    it-22 ta’ Marzu 2023

    Spanja

    EUR 6 biljun

    29

    il-11 ta’ Novembru 2022

    il-31 ta’ Marzu 2023

    Iċ-Ċekja

    EUR 928,2 miljun

    37

    il-25 ta’ Novembru 2022

    it-22 ta’ Marzu 2023

    Il-Litwanja

    EUR 542 miljun

    33

    it-30 ta’ Novembru 2022

    l-10 ta’ Mejju 2023

    Id-Danimarka

    EUR 301,5 miljun

    25

    is-16 ta’ Diċembru 2022

    is-26 ta’ April 2023

    Ir-Rumanija

    EUR 2,8 biljun

    51

    is-16 ta’ Diċembru 2022

    Valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni adottata

    Malta

    EUR 52,3 miljun

    19

    id-19 ta’ Diċembru 2022

    it-8 ta’ Marzu 2023

    L-Awstrija

    EUR 700 miljun

    44

    it-22 ta’ Diċembru 2022

    l-20 ta’ April 2023

    Il-Lussemburgu

    EUR 25 miljun

    26

    it-28 ta’ Diċembru 2022

    is-16 ta’ Ġunju 2023

    L-Italja

    EUR 19-il biljun

    55

    it-30 ta’ Diċembru 2022

    Valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni adottata

    Il-Greċja

    EUR 1,72 biljun

    42

    is-16 ta’ Mejju 2023

    Valutazzjoni tal-Kummissjoni għadha għaddejja

    L-Estonja

    EUR 286 miljun

    29

    it-30 ta’ Ġunju 2023

    Valutazzjoni tal-Kummissjoni għadha għaddejja

    Il-Kroazja

    EUR 700 miljun

    45

    l-24 ta’ Lulju 2023

    Valutazzjoni tal-Kummissjoni għadha għaddejja

    Franza

    EUR 10,3 biljun

    55

    il-31 ta’ Lulju 2023

    Valutazzjoni tal-Kummissjoni għadha għaddejja

    Nota: Id-data hija ppreżentata f’ordni kronoloġiku tad-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament u netta mill-prefinanzjament.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Tabella 2: Is-sitwazzjoni kurrenti dwar l-implimentazzjoni tat-talbiet għall-pagament tal-RRF

    BE

    BG

    CZ

    DK

    DE

    EE

    IE

    EL

    ES

    FR

    HR

    IT

    CY

    LV

    LT

    LU

    HU

    MT

    NL

    AT

    PL

    PT

    RO

    SI

    SK

    FI

    SE

    27 pjan approvati mill-Kummissjoni u adottati mill-Kunsill

    21 prefinanzjament żborżati (EUR 56,6 biljun)

    *

    24 Arranġamenti Operazzjonali ffirmati

    31 talba għall-pagament ippreżentati lill-Kummissjoni

    3x

    3x

    2x

    3x

    3x

    2x

    2x

    2x

    25 pagament żborżati (EUR 96,8 biljun)

    2x

    3x

    2x

    2x

    2x

    2x

    Nota: * L-Irlanda ma talbet l-ebda prefinanzjament. ▲ Bħala prerekwiżit għall-prefinanzjament, is-CID kellha tiġi adottata sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-RRPs hija ġeneralment fit-triq it-tajba, xi Stati Membri qed jiffaċċjaw sfidi fl-amministrazzjoni tal-fondi, parzjalment minħabba kapaċità amministrattiva limitata jew konġestjonijiet fl-investiment f l-iskedi ta’ żmien stretti tal-Faċilità. Ir-reviżjonijiet tal-RRPs u ż-żieda tal-kapitoli tar-REPowerEU affettwaw ukoll l-iskeda ta’ żborż tal-fondi tal-RRF, peress li l-ewwel nofs tal-2023 ra tnaqqis fil-preżentazzjonijiet tat-talbiet għall-pagament, bl-Istati Membri jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq ir-reviżjoni tal-pjanijiet u ż-żieda tal-kapitoli tar-REPowerEU. Aktar informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri, ibbażata fuq ir-rapportar biannwali, hija dettaljata fit-taqsima li jmiss.

    Il-Kummissjoni tkompli tissottolinja li l-ewwel prijorità tibqa’ l-implimentazzjoni rapida tal-RRPs, kif muri fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) tal-2023, u tinsab lesta li tappoġġa lill-Istati Membri hekk kif dawn iwettqu l-impenji miftiehma tagħhom ta’ riforma u investiment. Ir-reviżjoni b’suċċess tal-pjanijiet fl-2023 hija opportunità għall-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-kapaċità amministrattiva, iżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tal-fondi tal-RRF u jlaħħqu mal-iskeda ta’ żborż. Din tinvolvi l-introduzzjoni ta’ riformi u investimenti addizzjonali fl-RRPs immodifikati li għandhom l-għan li jindirizzaw ostakli regolatorji speċifiċi u ostakli għall-investiment identifikati fl-implimentazzjoni s’issa. Din tinkludi wkoll miżuri biex jittejbu l-organizzazzjoni, il-kapaċità u l-mezzi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali involuti direttament fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jiddependu fuq l-assistenza teknika mill-Kummissjoni pprovduta permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI). Tlieta u għoxrin Stat Membru rċevew, jew qed jirċievu, appoġġ ġenerali għall-aspetti orizzontali tal-implimentazzjoni tal-RRP, fosthom l-appoġġ għar-reviżjoni tal-pjanijiet, filwaqt li s-27 Stat Membru kollha qed jibbenefikaw mill-appoġġ tematiku marbut mal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-RRF 9 .

    Progress fl-implimentazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri

    F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament RRF, l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrapportaw darbtejn fis-sena fil-kuntest tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-RRPs tagħhom. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2106 jispeċifika aktar dan l-obbligu, u jistabbilixxi l-iskadenzi għar-rapportar biannwali sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April u mill-15 ta’ Ottubru. L-Istati Membri jirrapportaw il-progress tagħhom fil-kisba tal-istadji importanti u l-miri tagħhom li kienu mistennija fil-passat u li huma mistennija fi 12-il xahar fil-futur. Filwaqt li d-data hija rrapportata mill-Istati Membri nfushom u ma tiġix ivverifikata mill-Kummissjoni, din tipprovdi rendikont komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet kollha u tippermetti l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-RRPs.

    L-Istati Membri jkomplu jirrapportaw progress tajjeb fl-implimentazzjoni tagħhom tal-RRPs, b’minoranza ta’ stadji importanti u miri rrapportati li għadhom ma humiex lesti jew imdewma. Iċ-ċiklu ta’ rapportar biannwali jindika li l-maġġoranza l-kbira tal-istadji importanti u tal-miri dovuti sa April 2023 jew huma ssodisfati 10 jew huma rrapportati bħala lesti 11 (Illustrazzjoni 1). Il-progress tal-istadji importanti u tal-miri li ġejjin huwa wkoll inkoraġġanti, b’għadd sinifikanti ta’ stadji importanti u miri rrapportati fit-triq it-tajba 12 jew diġà lesti (Illustrazzjoni 2).

    Hemm bilanċ dejjem akbar bejn l-għadd ta’ riformi u investimenti rrapportati bħala milħuqa jew lesti. Il-progress tar-riformi – b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ testi legali u ta’ tħejjijiet ta’ politika rilevanti – kien aktar prominenti f’ċikli ta’ rapportar preċedenti, peress li r-riformi spiss kienu ġew antiċipati fl-RRPs tal-Istati Membri biex jibnu l-qafas għal proġetti ta’ investiment sussegwenti biex ikollhom impatt ogħla. Barra minn hekk, it-tlestija ta’ miri relatati mal-investiment bħal, pereżempju, il-bini tal-infrastruttura tirrikjedi xi żmien, u dawn il-miri tipikament ikunu inqas irrappreżentati fl-ewwel skedi tat-talbiet għall-pagament anke jekk l-implimentazzjoni reali tagħhom setgħet bdiet diġà. Madankollu, il-progress fuq l-investiment issa huwa aktar viżibbli b’aktar stadji importanti u miri relatati mar-riforma li jinsabu fit-triq it-tajba biex jitlestew fit-12-il xahar li ġejjin (l-Illustrazzjoni 3). Dan huwa żvilupp mistenni fl-RRF, hekk kif l-implimentazzjoni timxi gradwalment minn stadji importanti u miri aktar iffokati fuq ir-riforma għal dawk aktar iffokati fuq l-investiment.

    Illustrazzjoni 1: Il-progress tal-istadji importanti u tal-miri li kienu mistennija fil-passat, għall-Q1 2020 sal-Q1 2023

    Illustrazzjoni 2: Il-progress tal-istadji importanti u tal-miri dovuti fil-futur, għall-Q2 2023 sal-Q2 2024

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Illustrazzjoni 3: Il-progress tal-istadji importanti u tal-miri relatati mar-riformi u mal-investiment

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    L-istadji importanti u l-miri jidhru li huma implimentati b’mod komparabbli fis-sitt pilastri tal-politika tal-RRF kollha 13 , skont id-data ta’ rapportar biannwali. L-aktar progress ġie rrapportat għal miżuri li jikkontribwixxu għall-pilastru 3 dwar “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, il-pilastru 5 dwar “is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali” u l-pilastru 4 dwar “il-koeżjoni soċjali u territorjali” (l-Illustrazzjoni 4). Dawn il-pilastri – flimkien mal-pilastru 1 dwar “tranżizzjoni ekoloġika” – huma appoġġati mill-ogħla għadd ta’ miżuri, u għalhekk ma huwiex sorprendenti li jesperjenzaw l-aktar progress. 

    Illustrazzjoni 4: Il-progress tal-istadji importanti u tal-miri għal kull Pilastru RRF 

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Filwaqt li l-għadd ta’ stadji importanti u miri rrapportati bħala mdewma huwa ġeneralment żgħir, l-oqsma 14 tat-tħejjija tal-politika, tas-servizzi u l-proċessi pubbliċi ġodda, kif ukoll tat-titjib tal-infrastruttura jidhru li jesperjenzaw aktar dewmien fl-implimentazzjoni (l-Illustrazzjoni 5), abbażi tar-rapportar biannwali. Peress li dawn it-tliet oqsma jkopru għadd kbir ta’ stadji importanti u miri f’dan il-perjodu ta’ rapportar, id-dewmien jista’ ma jkunx sinifikanti jew mhux proporzjonat meta mqabbel mal-oqsma l-oħrajn.

    Meta pprovdew spjegazzjoni għad-dewmien, l-Istati Membri rrapportaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-iskadenza għall-iffirmar tal-kuntratti u dewmien mhux mistenni fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. B’mod ġenerali, l-Istati Membri ma pprovdewx b’mod konsistenti spjegazzjonijiet dettaljati għad-dewmien u ġeneralment ma qisuhx bħala sostanzjali.

    Filwaqt li d-dati indikattivi fil-mira ta’ xi stadji importanti u miri ġew imdewma, oħrajn tressqu ’l quddiem. Skont l-aħħar ċiklu ta’ data ta’ rapportar biannwali, id-dewmien fid-data fil-mira għall-implimentazzjoni rrapportat mill-Istati Membri jaffettwa l-aktar l-istadji importanti u l-miri li inizjalment kellhom jiġu implimentati fl-2022 (it-Tabella 3), b’perjodu medjan ta’ 181 jum ta’ dewmien irrapportat. L-istadji importanti u l-miri li inizjalment kienu ppjanati li jiġu implimentati fl-2023 jidhru, bħalissa, li qed jesperjenzaw inqas dewmien. Ta’ min jinnota wkoll li, għal diversi stadji importanti u miri, id-data fil-mira tal-implimentazzjoni tressqet ’il quddiem 15 .

    Illustrazzjoni 5: Tip ta’ stadji importanti u miri mdewma

    Nota: Il-klassifikazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri fl-illustrazzjoni ta’ hawn fuq ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea u ma hijiex irrapportata bħala tali mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta’ rapportar biannwali.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Tabella 3: L-għadd u l-perjodu medjan ta’ stadji importanti u miri b’data fil-mira tal-implimentazzjoni rrapportata mdewma jew kmieni, għar-riformi u l-investimenti

    Data fil-mira inizjali tal-implimentazzjoni

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Stadji importanti u miri li għalihom l-Istati Membri dewmu d-data fil-mira rrapportata tal-implimentazzjoni

    Riformi

    Għadd ta’ stadji importanti u miri

    8

    51

    135

    40

    2

    Perjodu medjan ta’ dewmien (f’jiem)

    48,5

    91

    181

    182,5

    320

    Investimenti

    Għadd ta’ stadji importanti u miri

    0

    32

    139

    59

    7

    Perjodu medjan ta’ dewmien (f’jiem)

    mhux applikabbli

    120

    181

    274

    275

    Stadji importanti u miri li għalihom l-Istati Membri ressqu ’l quddiem id-data fil-mira rrapportata tal-implimentazzjoni

    Riformi

    Għadd ta’ stadji importanti u miri

    5

    20

    20

    14

    1

    Perjodu medjan ta’ avvanz (f’jiem)

    115

    149

    246

    308

    366

    Investimenti

    Għadd ta’ stadji importanti u miri

    0

    7

    20

    21

    4

    Perjodu medjan ta’ avvanz (f’jiem)

    mhux applikabbli

    131

    318

    365

    458

    Nota: Din it-tabella hija bbażata fuq data rrapportata mill-Istati Membri nfushom ipprovduta fil-kuntest tar-rapportar biannwali, li fih l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-progress ta’ stadji importanti u miri li jħarsu ’l quddiem sal-Q2 2024. B’riżultat ta’ dan, ma hija disponibbli l-ebda data dwar dewmien potenzjali għall-istadji importanti u l-miri li għandhom jiġu implimentati fl-2025 u fl-2026. L-istadji importanti u l-miri jitqiesu li jiġu implimentati minn qabel meta jiġu implimentati fit-trimestru ta’ qabel dak inizjalment immirat.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Prestazzjoni tal-Faċilità bbażata fuq l-indikaturi komuni

    L-indikaturi komuni juru l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRPs lejn objettivi komuni u l-prestazzjoni ġenerali tal-RRF. Filwaqt li fil-qafas tal-RRF, l-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri jikkostitwixxi l-metrika ewlenija għall-implimentazzjoni ta’ kull RRP, l-indikaturi komuni jirrappreżentaw sett ta’ 14-il indikatur li ġew stabbiliti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2021/2106 16 fit-28 ta’ Settembru 2021 biex juru l-prestazzjoni u l-progress ġenerali tal-Faċilità lejn l-objettivi tagħha 17 .

    L-Istati Membri jirrapportaw darbtejn fis-sena dwar il-progress tagħhom lejn l-indikaturi komuni. Skont ir-Regolament Delegat 2021/2106, l-Istati Membri jirrapportaw sat-28 ta’ Frar (li jkopri l-perjodu ta’ rapportar ta’ Lulju u Diċembru tas-sena preċedenti) u sal-31 ta’ Awwissu (li jkopri l-perjodu ta’ rapportar ta’ Jannar sa Ġunju tal-istess sena). Il-Kummissjoni tippubblika d-data tal-indikaturi komuni dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza 18 , wara li twettaq ftit kontrolli tad-data biex tiżgura l-komparabbiltà tad-data 19 . F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni, fejn id-data tiġi ppubblikata fil-livell ta’ kull Stat Membru, dawn jiġu ppreżentati f’termini relattivi.

    Id-data rrapportata mill-Istati Membri s’issa turi li l-RRF diġà kisbet progress konsiderevoli lejn l-indikaturi komuni u fil-pilastri ta’ politika kollha. Sal-lum, id-data ta’ tliet ċikli ta’ rapportar ġiet rieżaminata u ppubblikata fuq it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, li tkopri l-progress miksub fil-perjodu minn Frar 2020 sa Diċembru 2022. Peress li l-indikaturi komuni huma mfassla biex jaqbdu l-progress miksub fil-prattika, stadji aktar bikrija tal-implimentazzjoni tal-miżuri fl-RRPs spiss ma jkunux riflessi fid-data. L-Illustrazzjoni 6 turi l-istat kurrenti tal-progress lejn l-indikaturi komuni, li jirrifletti kisbiet importanti lejn l-objettivi tal-Faċilità u l-prijoritajiet ewlenin tal-UE.

    Pereżempju, sa Diċembru 2022 diġà nkiseb iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija li jammonta għal madwar 22 miljun Megawatt (“MWh”) bis-saħħa tal-appoġġ mill-RRF (l-Illustrazzjoni 7). It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tagħna u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika huma fost il-prijoritajiet ewlenin tal-UE u prekundizzjoni għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-indikatur komuni (1) jaqbad it-tnaqqis fil-konsum annwali tal-enerġija primarja miksub b’appoġġ tal-RRF. Għall-kuntest, l-iffrankar tal-enerġija miksub s’issa jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għall-kapaċità tal-elettriku installata fil-Belġju. Eżempji huma t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fil-binjiet, fl-iskejjel, fl-isptarijiet jew fl-intrapriżi.

    Sa Diċembru 2022, l-RRF kienet għenet lil 1,43 miljun intrapriża permezz ta’ appoġġ monetarju jew in natura (l-Illustrazzjoni 8). Il-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt kbir fuq l-ekonomija kollha tal-UE u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) sofrew b’mod partikolari mill-kriżi. Meta wieħed iħares lejn l-appoġġ ipprovdut biex jagħti spinta lill-ekonomiji tal-UE u biex jgħin lill-intrapriżi, l-indikatur komuni (9) juri l-għadd ta’ intrapriżi appoġġati minn miżuri taħt l-RRF.

    Illustrazzjoni 6: L-istat ta’ progress lejn l-indikaturi komuni 20

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Illustrazzjoni 7: L-evoluzzjoni tal-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja f’MWh fis-sena

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Illustrazzjoni 8: L-evoluzzjoni tal-għadd ta’ intrapriżi appoġġati

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Fit-tieni nofs tal-2022, aktar minn 4 miljun persuna ġew imħarrġa b’appoġġ tal-RRF (Illustrazzjoni 9). Il-kriżi tal-COVID-19 fixklet ħafna wkoll is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-UE, u l-indikatur komuni (10) jirrifletti l-kontribut tal-RRF għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, billi juri l-għadd ta’ parteċipanti fl-edukazzjoni u t-taħriġ minħabba l-appoġġ riċevut permezz ta’ miżuri tal-RRF. Ir-riformi u l-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex iħejju liċ-ċittadini għall-isfidi tal-lum, b’mod partikolari t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, u biex jiżguraw li jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw il-ħiliet li jeħtieġu. Qed tingħata attenzjoni partikolari lit-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet diġitali, fid-dawl tal-importanza dejjem tikber tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

    Illustrazzjoni 9: L-evoluzzjoni tal-parteċipanti fl-edukazzjoni jew it-taħriġ

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    2.2. Aktar trasparenza fil-valutazzjoni tat-talbiet għall-pagament

    Il-fondi tal-RRF jistgħu jiġu żborżati biss bil-kundizzjoni li jintlaħqu b’mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri rilevanti koperti mit-talba għall-pagament, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament RRF. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istadji importanti u tal-miri hija karatteristika ewlenija tal-RRF u tirrikjedi analiżi dettaljata biex jiġi ddeterminat jekk l-Istati Membri laħqux l-obbligi tagħhom b’mod sodisfaċenti.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-anniversarju ta’ sentejn tal-RRF ippubblikata fil-21 ta’ Frar 2023 21 , il-Kummissjoni żiedet il-prevedibbiltà u t-trasparenza billi ppreżentat l-għodod ta’ implimentazzjoni użati matul il-valutazzjoni tat-talbiet għall-pagament. Il-Komunikazzjoni u l-annessi tagħha jipprovdu deskrizzjoni dettaljata kemm tal-qafas użat għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri kif ukoll tal-metodoloġija tas-sospensjoni tal-pagamenti.

    Qafas għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u l-miri skont ir-Regolament RRF

    Fi Frar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat il-qafas tagħha għall-valutazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri, biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku ġenerali, fil-fehim tagħhom ta’ kif l-implimentazzjoni tal-miżuri appoġġati mill-RRF tiġi evalwata qabel kull żborż.

    L-ilħuq b’mod sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri huwa vvalutat abbażi tas-CIDs li japprovaw l-RRPs. Il-Kummissjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-Istati Membri jridu jissodisfaw billi tibbaża ruħha fuq id-deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira fid-dawl tal-kuntest u l-iskop. Imbagħad, abbażi tal-ġustifikazzjonijiet dovuti pprovduti mill-Istati Membri, tistabbilixxi jekk stadju importanti speċifiku jew mira speċifika tkunx intlaħqet b’mod sodisfaċenti. F’għadd limitat ta’ ċirkostanzi u f’konformità mal-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis, jistgħu jiġu aċċettati devjazzjonijiet minimi marbuta mal-ammonti, mar-rekwiżiti formali, mal-ħin jew mas-sustanza. Il-metodoloġija sħiħa li tirrappreżenta l-qafas li l-Kummissjoni qed tibbaża fuqu biex twettaq il-valutazzjoni tat-talba għall-pagament hija ppreżentata fl-Anness I tal-Komunikazzjoni ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2023 22 .

    Proċess ta’ sospensjoni tal-pagamenti

    Fi Frar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll il-metodoloġija tagħha biex tiddetermina l-ammont li għandu jiġi sospiż jekk stadju importanti jew mira ma tintlaħaqx b’mod sodisfaċenti, b’rispett sħiħ tal-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-proporzjonalità. Ir-Regolament RRF jipprevedi ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-Istati Membri jistgħu jiffaċċjaw dewmien fl-implimentazzjoni ta’ miżuri, li jaffettwa t-twettiq f’waqtu ta’ xi stadji importanti u miri. Dawn is-sitwazzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu li jsiru l-pagamenti għal stadji importanti u miri li jkunu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti 23 . Għalhekk, ir-Regolament jipprevedi mekkaniżmu li jagħti lill-Istati Membri żmien addizzjonali (sa 6 xhur) biex jimplimentaw l-istadju importanti jew il-mira rilevanti. F’sitwazzjoni bħal din, ir-Regolament RRF jipprovdi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tissospendi l-pagamenti parzjalment jew kompletament, u b’hekk tiżgura wkoll il-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    Is-sospensjoni tal-pagament tippermetti lill-Istati Membri jippreżentaw talba għall-pagament anke jekk ma jkunux għadhom intlaħqu l-istadji importanti u l-miri kollha. Il-proċedura ta’ sospensjoni (l-Illustrazzjoni 10) tipprovdi żmien għall-Istati Membri biex jilħqu l-istadji importanti u l-miri rilevanti li jitqiesu li ma ntlaħqux fi żmien 6 xhur wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, jekk l-Istat Membru ma jkunx jista’ jilħaq l-istadju importanti jew il-mira rilevanti f’dan il-perjodu ta’ 6 xhur, il-kontribuzzjoni finanzjarja jew l-appoġġ għas-self tiegħu jitnaqqsu b’mod permanenti, f’konformità mal-Artikolu 24(6) tar-Regolament RRF. Il-metodoloġija sħiħa li tiddeskrivi l-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi sospiż hija ppreżentata fl-Anness II tal-Komunikazzjoni ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2023.

    Fl-2023, il-Kummissjoni ltaqgħet mal-ewwel każijiet ta’ lħuq mhux sodisfaċenti 24 . F’kull każ, f’ittra lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni spjegat ir-raġuni għaliex l-istadji importanti jew il-miri tqiesu bħala mhux milħuqa u l-ammont assoċjat li għandu jiġi sospiż f’konformità mal-proċeduri previsti fir-Regolament RRF. Hija l-prerogattiva tal-Istat Membru kkonċernat li jaqsam din l-informazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF). S’issa, l-Istati Membri kkonċernati qasmu l-ittra tagħhom mal-KEF.

    Illustrazzjoni 10: Proċess għas-sospensjoni tal-pagamenti

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    2.3. Treġġigħ lura tal-istadji importanti u tal-miri skont l-RRF

    F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF, “[i]t-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma’ stadji importanti u miri milħuqa preċedentement b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat”.

    Illum, flimkien ma’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tippubblika l-qafas tagħha għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (ara l-Anness II). Il-qafas jindirizza rakkomandazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri 25 u jipprovdi ċarezza legali u trasparenza dwar il-proċess li għandu jiġi segwit f’każ ta’ treġġigħ lura, filwaqt li jiżgura l-implimentazzjoni kontinwa tal-RRF u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina u temenda din il-metodoloġija tul il-proċess ta’ akkumulu ta’ esperjenza fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha. 

    2.4. Reviżjoni tal-RRPs

    Il-pjan REPowerEU jirrikonoxxi li l-RRF jista’ jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u nadifa u r-Regolament RRF emendat daħal fis-seħħ fi Frar 2023, bħala parti mir-rispons tal-Kummissjoni għall-iżviluppi reċenti fl-enerġija u fil-ġeopolitika. Għalhekk, ir-Regolament RRF ġie emendat biex jappoġġa riformi u investimenti ġodda jew mkabbra ddedikati għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija (b’mod partikolari l-fjuwils fossili), iżid l-iffrankar tal-enerġija, jaċċellera t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u fl-aħħar mill-aħħar iżid ir-reżiljenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni. Biex ikunu jistgħu jintużaw il-fondi addizzjonali, ir-Regolament RRF emendat jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-RRPs tagħhom biex iżidu riformi u investimenti ġodda jew “mkabbra” relatati mal-enerġija permezz ta’ “kapitolu dwar ir-REPowerEU” ddedikat. Ir-Regolament emendat jintroduċi wkoll sett ta’ objettivi tar-REPowerEU li dawn il-miżuri miżjuda għandhom jiksbu (ara l-Artikolu 21(c) tar-Regolament RRF emendat).

    L-implimentazzjoni rapida tal-RRPs tibqa’ l-ewwel prijorità u r-reviżjonijiet tal-RPPs u l-preżentazzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jirrispettaw l-iskedi ta’ żmien previsti fis-CIDs. L-Istati Membri għandhom ikomplu jwettqu l-isforzi kollha possibbli biex jippreżentaw it-talbiet għall-pagamenti fil-ħin u jiżguraw progress fir-riformi u l-investimenti, ħalli l-iżborż tal-fondi jsir bla telf ta’ żmien.

    Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament RRF emendat fi Frar 2023, 20 Stat Membru ppreżentaw l-RRPs modifikati tagħhom flimkien mal-kapitoli tar-REPowerEU, li se jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, iżidu l-effiċjenza enerġetika u jnaqqsu d-dipendenza tal-Ewropa fuq il-fjuwils fossili Russi.

    Is-sitwazzjoni kurrenti tal-modifika tal-RRPs u l-preżentazzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU

    L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba mmotivata lill-Kummissjoni biex jagħmlu proposta biex jemendaw jew jissostitwixxu l-RRPs eżistenti tagħhom taħt erba’ raġunijiet għar-reviżjonijiet 26 . L-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom jipproponu riformi u investimenti ġodda jew “imkabbra” relatati mal-enerġija permezz ta’ “kapitolu tar-REPowerEU” ddedikat. It-tieni, l-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikolu 18(2), jipproponu li jaġġustaw ’il fuq jew ’l isfel il-miżuri tagħhom sabiex jinkludu l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata ppubblikata fit-30 ta’ Ġunju 2022. It-tielet, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jitolbu emenda tal-pjan tagħhom jekk wieħed jew aktar mill-istadji importanti u l-miri fl-RRP tagħhom ma jibqgħux jistgħu jintlaħqu minħabba ċirkostanzi oġġettivi, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. Fl-aħħar, l-Istati Membri kellhom sal-31 ta’ Awwissu 2023 biex jitolbu appoġġ mill-komponent tas-self tal-RRF u biex jirrevedu l-pjanijiet tagħhom kif xieraq, billi jippreżentawhom għal valutazzjoni mill-Kummissjoni. Aktar informazzjoni dwar il-komponent tas-self hija pprovduta fit-taqsima li ġejja.

    Sal-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet 25 RRP immodifikati u 20 kapitolu tar-REPowerEU (Tabella 4). Tmien RRPs immodifikati (il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovakkja u l-Finlandja), li erbgħa minnhom jinkludu l-kapitoli tar-REPowerEU (l-Estonja, Franza, Malta u s-Slovakkja) kienu adottati mill-Kunsill. Fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali, il-Kummissjoni kienet qed tivvaluta l-modifiki proposti minn 16-il Stat Membru. It-Tabella 5 tiddeskrivi l-bażijiet legali użati mill-Istati Membri biex jemendaw l-RRPs tagħhom, f’konformità mar-Regolament RRF.

    Tabella 4: Tabella ta’ ħarsa ġenerali tal-preżentazzjoni tal-RRPs u l-kapitoli tar-REPowerEU modifikati 27

    Data tal-preżentazzjoni

    Il-Kapitolu tar-REPowerEU ppreżentat

    Data tal-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni

    Data tal-adozzjoni mill-Kunsill

    Il-Belġju

    l-20 ta’ Lulju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Bulgarija

    Iċ-Ċekja

    it-30 ta’ Ġunju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Id-Danimarka

    il-31 ta’ Mejju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Ġermanja

    id-9 ta’ Diċembru 2022

    Le

    is-17 ta’ Jannar 2023

    l-14 ta’ Frar 2023

    L-Estonja

    id-9 ta’ Marzu 2023

    Iva

    it-12 ta’ Mejju 2023

    is-16 ta’ Ġunju 2023

    L-Irlanda

    it-22 ta’ Mejju 2023

    Le

    is-26 ta’ Ġunju 2023

    l-14 ta’ Lulju 2023

    Il-Greċja

    il-31 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Spanja

    is-6 ta’ Ġunju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Franza

    l-20 ta’ April 2023

    Iva

    is-26 ta’ Ġunju 2023

    l-14 ta’ Lulju 2023

    Il-Kroazja

    il-31 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    L-Italja

    il-11 ta’ Lulju 2023

    Le

    it-28 ta’ Lulju 2023

    Għadu ma ġiex adottat

    is-7 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Ċipru

    l-1 ta’ Settembru 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Latvja

    Il-Litwanja

    it-30 ta’ Ġunju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Lussemburgu

    il-11 ta’ Novembru 2022

    Le

    id-9 ta’ Diċembru 2022

    is-17 ta’ Jannar 2023

    L-Ungerija

    il-31 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Malta

    is-26 ta’ April 2023

    Iva

    is-26 ta’ Ġunju 2023

    l-14 ta’ Lulju 2023

    In-Netherlands

    is-6 ta’ Lulju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    L-Awstrija

    l-14 ta’ Lulju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Polonja

    il-31 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Il-Portugall

    is-26 ta’ Mejju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Ir-Rumanija

    Is-Slovenja

    l-14 ta’ Lulju 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Is-Slovakkja

    is-26 ta’ April 2023

    Iva

    is-26 ta’ Ġunju 2023

    l-14 ta’ Lulju 2023

    Il-Finlandja

    is-26 ta’ Jannar 2023

    Le

    it-28 ta’ Frar 2023

    is-7 ta’ Marzu 2023

    L-Iżvezja

    l-24 ta’ Awwissu 2023

    Iva

    Valutazzjoni għadha għaddejja

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Tabella 5: Bażi legali użata mill-Istati Membri fil-modifika tal-RRPs tagħhom

    Żieda tal-kapitolu tar-REPowerEU (l-Artikolu 21c)

    Aġġustament wara l-aġġornament tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima (l-Artikolu 18(2))

    Emenda minħabba ċirkostanzi oġġettivi (l-Artikolu 21)

    Żieda ta’ miżuri biex jittieħed self addizzjonali tal-RRF (l-Artikolu 14)

    Il-Belġju

    Il-Bulgarija

    Iċ-Ċekja

    Id-Danimarka

    Il-Ġermanja

    L-Estonja

    L-Irlanda

    Il-Greċja

    Spanja

    Franza

    Il-Kroazja

    L-Italja

    Ċipru

    Il-Latvja

    Il-Litwanja

    Il-Lussemburgu

    L-Ungerija

    Malta

    In-Netherlands

    L-Awstrija

    Il-Polonja

    Il-Portugall

    Ir-Rumanija

    Is-Slovenja

    Is-Slovakkja

    Il-Finlandja

    L-Iżvezja

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Appoġġ mhux ripagabbli rivedut taħt l-RRF

    Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament RRF, l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw l-RRPs tagħhom biex jinkludu l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata ppubblikata fit-30 ta’ Ġunju 2022. L-Istati Membri li għandhom kontribuzzjoni finanzjarja massima mnaqqsa jistgħu jirrevedu l-pjanijiet tagħhom kif xieraq. L-Istati Membri li għandhom kontribuzzjoni finanzjarja massima akbar jistgħu jużaw dawn ir-riżorsi addizzjonali biex jiffinanzjaw l-investimenti u r-riformi inklużi fil-pjanijiet riveduti tagħhom jew fil-kapitolu tar-REPowerEU. It-Tabella 6 hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-bidla tal-Istati Membri fl-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli skont l-Artikolu 18.

    Tabella 6: Bidla fl-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament RRF

    Bidla fl-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli skont l-Artikolu 18 (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Il-Belġju

    -1 400 569 368

    Il-Bulgarija

    -578 533 524

    Iċ-Ċekja

    603 614 884

    Id-Danimarka

    -122 251 741

    Il-Ġermanja

    2 405 023 531

    L-Estonja

    -106 027 582

    L-Irlanda

    -74 597 916

    Il-Greċja

    -343 234 449

    Spanja

    7 701 317 190

    Franza

    -1 919 823 196

    Il-Kroazja

    -785 114 933

    L-Italja

    143 242 804

    Ċipru

    -90 187 539

    Il-Latvja

    -128 150 411

    Il-Litwanja

    -125 059 297

    Il-Lussemburgu

    -10 834 458

    L-Ungerija

    -1 363 094 805

    Malta

    -58 127 595

    In-Netherlands

    -1 253 935 169

    L-Awstrija

    289 454 205

    Il-Polonja

    -1 330 690 569

    Il-Portugall

    1 633 096 593

    Ir-Rumanija

    -2 119 187 698

    Is-Slovenja

    -285 970 648

    Is-Slovakkja

    -322 838 535

    Il-Finlandja

    -263 289 938

    L-Iżvezja

    -107 279 840

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Self taħt l-RRF

    Biex jiffinanzjaw investimenti u riformi ġodda inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli ħafna tas-self tal-RRF, li kellhom jitolbu sal-31 ta’ Awwissu 2023. It-Tabella 7 hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn it-talbiet (inkluż l-ammont ta’ self) ippreżentati mill-Istat Membru sal-iskadenza legali. Din l-informazzjoni ġiet kondiviża wkoll mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill fl-1 ta’ Settembru 2023.

    Tabella 7: Self mitlub mill-Istati Membri sal-31 ta’ Awwissu 2023 

    Ammont ta’ self impenjat taħt l-ewwel RRPs (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Ammont ta’ self addizzjonali mitlub b’reviżjoni tal-RRPs (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Ammont ta’ self totali li għandu jiġi impenjat* (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Li jintlaħaq jew jinqabeż il-limitu massimu ta’ 6,8 % tal-ING

    Il-Belġju

    264 200 000

    264 200 000

    Le

    Il-Bulgarija

    Le

    Iċ-Ċekja

    818 100 000

    818 100 000

    Le

    Id-Danimarka

    Le

    Il-Ġermanja

    Le

    L-Estonja

    Le

    L-Irlanda

    Le

    Il-Greċja

    12 727 538 920

    5 000 000 000

    17 727 538 920

    Iva

    Spanja

    84 267 050 000

    84 267 050 000

    Le

    Franza

    Le

    Il-Kroazja

    4 442 508 187

    4 442 508 187

    Iva

    L-Italja

    122 601 810 400

    122 601 810 400

    Iva

    Ċipru

    200 320 000

    200 320 000

    Le

    Il-Latvja

    Le

    Il-Litwanja

    1 722 000 000

    1 722 000 000

    Le

    Il-Lussemburgu

    Le

    L-Ungerija

    3 920 000 000

    3 920 000 000

    Le

    Malta

    Le

    In-Netherlands

    Le

    L-Awstrija

    Le

    Il-Polonja

    11 506 500 000

    23 034 803 518

    34 541 303 518

    Iva

    Il-Portugall

    2 699 000 000

    3 191 756 353

    5 890 756 353

    Le

    Ir-Rumanija

    14 942 153 000

    14 942 153 000

    Iva

    Is-Slovenja

    705 370 000

    587 000 000

    1 292 370 000

    Le

    Is-Slovakkja

    Le

    Il-Finlandja

    Le

    L-Iżvezja

    Le

    EU 27

    165 382 692 320

    127 247 418 058

    292 630 110 378

    Nota: *It-talbiet għal self ippreżentati sal-31 ta’ Awwissu 2023 għad iridu jiġu vvalutati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament RRF u l-pjanijiet riveduti li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill. Għalhekk, din it-tabella tagħti biss stampa preliminari ta’ x’jista’ jkun l-ammont totali ta’ self impenjat skont l-RRF.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Skont ir-REPowerEU, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jirċievu prefinanzjament f’żewġ segmenti, bejn l-2023 u l-2024. Dan se jkun possibbli wara l-preżentazzjoni tal-kapitolu tar-REPowerEU, dment li s-CIDs rilevanti jiġu adottati mill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2023. Għall-miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jitolbu prefinanzjament sa 20 % tas-sorsi ta’ finanzjament addizzjonali tar-REPowerEU mill-kwoti tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (Emissions Trading System, “ETS”) u t-trasferimenti mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (Brexit Adjustment Reserve, “BAR”), iż-żieda fl-allokazzjoni taħt l-RRF kif aġġornata sa Ġunju 2022, u taħt il-komponent tas-self tal-RRF li jifdal.

    2.5. Is-sitwazzjoni kurrenti dwar il-finanzjament tal-RRF

    Is-sitwazzjoni kurrenti tal-Finanzjament ta’ NextGenerationEU

    Taħt NextGenerationEU, il-Kummissjoni tista’ tiġbor sa EUR 806,9 biljun bejn nofs l-2021 u l-2026 permezz tal-ħruġ ta’ bonds tal-UE. Dan jagħmel lill-UE waħda mill-akbar emittenti ta’ dejn iddenominat f’euro f’dan il-perjodu. Minkejja l-volatilità tas-suq matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni setgħet tissodisfa fil-ħin l-impenji kollha tagħha ta’ żborż skont NextGenerationEU u tkompli ssegwi l-objettivi tagħha li tiġbor il-fondi fis-swieq b’mod effettiv u effiċjenti.

    F’Ġunju 2022, il-Kummissjoni ħabbret il-pjan ta’ finanzjament tagħha għall-perjodu minn Lulju sal-aħħar ta’ Diċembru 2022. F’konformità ma’ dan il-pjan ta’ finanzjament, il-Kummissjoni ġabret EUR 50 biljun addizzjonali f’finanzjament fit-tul għal NextGenerationEU, ikkomplementati minn ħruġ fuq terminu qasir ta’ Kambjali tal-UE. Il-bonds maħruġa kienu taħlita ta’ bonds konvenzjonali u ekoloġiċi, b’rispett sħiħ tal-qafas ta’ bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU. Dawn it-tranżazzjonijiet ġabu l-ammont pendenti totali tal-bonds tan-NextGenerationEU għal EUR 171 biljun, li minnhom EUR 36,5 biljun inġabru bil-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi. L-ammont totali ta’ Kambjali tal-UE pendenti fl-aħħar ta’ Diċembru kien ta’ EUR 17-il biljun 28 . 

    F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni ħabbret il-pjan ta’ finanzjament tagħha għall-perjodu ta’ bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju 2023, li kien magħmul minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fit-tul sa EUR 80 biljun. Eventwalment, inħarġu EUR 78 biljun f’Bonds tal-UE, b’maturità medja ta’ madwar 14-il sena. Fl-ewwel nofs tal-2023, il-Kummissjoni ħarġet ukoll Kambjali tal-UE ta’ 3 u 6 xhur permezz ta’ rkanti darbtejn fix-xahar biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu qasir, b’EUR 17,9 biljun f’Kambjali tal-UE pendenti fl-aħħar ta’ Ġunju 2023. Intużaw 12-il irkant biex jinħarġu 24 Kambjala tal-UE, b’daqs medju ta’ madwar EUR 1 biljun kull wieħed.

    Wara dan il-ħruġ ta’ suċċess, l-UE setgħet tkompli l-finanzjament bla xkiel tal-RRPs tal-Istati Membri permezz ta’ żborżi f’waqthom tar-rikavati. Il-Kummissjoni għamlet l-iżborżi kollha lill-Istati Membri taħt l-RRF hekk kif kienu dovuti, bħala medja fi żmien 6 ijiem tax-xogħol wara l-awtorizzazzjoni tal-iżborż. Ma kien hemm l-ebda dewmien.

    Qafas tal-Bonds Ekoloġiċi

    Fl-2020, il-Kummissjoni ħabbret li 30 % tal-bonds tan-NextGenerationEU (NGEU) se jinħarġu bħala bonds ekoloġiċi. Dan juri l-impenn tal-Kummissjoni għal finanzjament sostenibbli, billi ġabet assi ekoloġiku ġdid bi klassifikazzjoni għolja u likwidu fis-suq, biex tat aċċess għal investimenti ekoloġiċi għal firxa wiesgħa ta’ investituri, u saħħet ir-rwol tal-Unjoni Ewropea u tal-euro fis-swieq tal-finanzi sostenibbli.

    Ir-rikavati tal-bond ekoloġiku tan-NextGenerationEU jiffinanzjaw is-sehem tan-nefqa rilevanti għall-klima fl-RRF. Kull Stat Membru għandu jalloka mill-inqas 37 % tal-valur totali tal-RRP nazzjonali tiegħu għal investimenti u riformi rilevanti għall-klima. L-Istati Membri qabżu din il-mira, bin-nefqa klimatika stmata li issa tammonta għal madwar 40 %.

    Il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel bond ekoloġiku tagħha tan-NextGenerationEU f’Ottubru 2021. Permezz ta’ dan il-bond ta’ 15-il sena, il-Kummissjoni ġabret EUR 12-il biljun, li jagħmilha l-akbar tranżazzjoni ta’ bonds ekoloġiċi fid-dinja sal-lum.

    In-nefqa tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU s’issa hija relatata prinċipalment mal-effiċjenza enerġetika (47,6 % tal-infiq allokat) u t-trasport u l-infrastruttura nodfa (42 %). L-adattament għat-tibdil fil-klima huwa t-tielet l-akbar kategorija ta’ nefqa (b’5,6 % tal-infiq) fost disa’ kategoriji ta’ nfiq li għalihom jistgħu jiġu allokati r-rikavati mill-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU.

    2.6. Kontrolli u awditjar fl-implimentazzjoni tal-RRF

    L-RRF huwa strument ibbażat fuq il-prestazzjoni. Il-pagamenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma bbażati fuq l-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri predefiniti stabbiliti fl-RRPs. Għal kull RRP, is-CID tistabbilixxi s-sett assoċjat ta’ stadji importanti u miri u l-ammont rilevanti għal kull pagament rateali. B’riżultat ta’ dan, il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti skont l-RRF huma bbażati biss fuq l-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri. L-Istati Membri huma l-benefiċjarji tal-fondi tal-RRF, li, ladarba jiġu żborżati, jidħlu fil-baġit nazzjonali.

    Il-qafas ta’ kontroll tal-RRF huwa mfassal għan-natura unika tal-RRF bħala programm ta’ nfiq tal-UE u huwa mibni fuq żewġ pilastri ewlenin: minn naħa waħda, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li huma r-responsabbiltà ewlenija tal-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li r-responsabbiltà għaliha hija prinċipalment tal-Istati Membri iżda li fuqhom il-Kummissjoni twettaq ukoll kontrolli speċifiċi.

    Il-Kummissjoni kompliet issaħħaħ ir-robustezza tal-qafas ta’ kontroll tal-RRF, inkluża l-ħidma tal-awditjar tagħha. Ir-riżultati u l-osservazzjonijiet tal-awditjar ma jidentifikawx riskji kritiċi jew għoljin li jikkwalifikaw id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ ECFIN fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu 29 , li jkopri l-RRF.

    Kontrolli fuq il-legalità u r-regolarità tal-impenji u l-pagamenti

    L-ambjent ta’ kontroll tal-Kummissjoni jinkludi żewġ saffi: kontrolli ex ante qabel ma jsir il-pagament u awditi ex post minn hemm ’il quddiem.

    Meta talba għall-pagament tiġi ppreżentata minn Stat Membru, il-Kummissjoni tivvaluta fil-kontroll ex ante l-ilħuq sodisfaċenti ta’ kull stadju importanti u mira indikati bħala lesti mill-Istat Membru. Biex jiġi vverifikat jekk l-istadji importanti u l-miri ntlaħqux b’mod sodisfaċenti, l-evidenza pprovduta mill-Istat Membru tiġi vvalutata minn timijiet ddedikati ta’ pajjiżi mill-Kummissjoni kollha. Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali u tista’ tiddeċiedi li twettaq kontrolli addizzjonali sabiex tikseb l-aċċertament komplementari meħtieġ fuq l-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri qabel ma tagħmel il-pagament. Jekk xi wħud mill-istadji importanti u l-miri ma jintlaħqux b’mod sodisfaċenti, il-pagament jista’ jiġi sospiż parzjalment.

    Fl-2022, il-Kummissjoni vvalutat 13-il talba għall-pagament inklużi 366 stadju importanti u mira u kkonkludiet li l-istadji importanti u l-miri kollha kienu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. B’riżultat ta’ dan, ma kienet meħtieġa l-ebda sospensjoni jew tnaqqis tal-pagamenti fl-2022.

    Il-Kummissjoni twettaq ukoll awditi ex post ibbażati fuq ir-riskju dwar l-istadji importanti u l-miri biex tikseb assigurazzjoni addizzjonali li l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kienet korretta. F’konformità mal-istrateġija tal-awditjar tagħha, għall-2022 il-Kummissjoni wettqet seba’ awditi ex post dwar l-istadji importanti u l-miri fir-rigward tal-ewwel talbiet għall-pagament ippreżentati minn Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Kroazja u r-Rumanija kif ukoll it-tieni talba għall-pagament ippreżentata mill-Kroazja u minn Spanja. Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, ix-xogħol tal-awditjar kopra l-15-il stadju importanti u mira kollha identifikati bħala ta’ “riskju għoli” u 12 identifikati bħala ta’ “riskju medju”. Fl-2023, qed jitwettqu seba’ awditi oħrajn għal talbiet għall-pagamenti mill-Awstrija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Greċja, mil-Lussemburgu, mis-Slovakkja u minn Spanja. Abbażi tar-rapporti finali tal-awditjar maħruġa s’issa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istadji importanti u l-miri awditjati ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. Kieku l-Kummissjoni qieset ex post li stadju importanti jew mira ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti, hija kienet tibda korrezzjonijiet finanzjarji biex tirkupra l-parti mhux dovuta tal-pagament li jkun sar.

    Kontrolli biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bil-mod preskritt mill-Artikolu 22 tar-Regolament RRF

    Kull Stat Membru jrid jistabbilixxi u jżomm sistemi ta’ kontroll effettivi u effiċjenti u jieħu azzjoni xierqa biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Kull Stat Membru kellu jagħti dettalji dwar is-sistema nazzjonali ta’ kontroll tiegħu fl-RRP nazzjonali tiegħu u dawn is-sistemi jistgħu jiġu vvalutati mill-Kummissjoni bħala “adegwati” (A) jew “insuffiċjenti” (C). Kieku l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru ġew ivvalutati bħala insuffiċjenti, il-pjan ma kienx jiġi approvat. Meta vvalutat il-ħames RRPs approvati fl-2022, wara l-adozzjoni tar-rapport annwali preċedenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn kellhom sistema ta’ kontroll adegwata, bħal dawk tat-22 RRP l-oħrajn. Kif kien il-każ fil-valutazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni identifikat ukoll xi nuqqasijiet f’kull wieħed mill-ħames RRPs ivvalutati b’mod pożittiv fl-2022 u talbet lill-Istati Membri kkonċernati jieħdu miżuri ta’ rimedju addizzjonali billi jżidu stadji importanti speċifiċi dwar l-awditjar u l-kontroll fl-RRPs rispettivi tagħhom. L-istadji importanti u l-miri korrispondenti huma inklużi fl-Anness tas-CID u jridu jintlaħqu qabel ma jkun jista’ jsir kwalunkwe pagament regolari. Malli tirċievi t-talba għall-pagament korrispondenti, il-Kummissjoni tivvaluta l-ilħuq sodisfaċenti ta’ dawn l-istadji importanti speċifiċi dwar l-awditjar u l-kontroll u tanalizza d-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u s-sommarji tal-awditjar ippreżentati.

    Barra minn hekk, u f’konformità mal-istrateġija tal-awditjar tagħha, il-Kummissjoni twettaq awditi tas-sistema li jibbażaw fuq l-informazzjoni disponibbli fil-Kummissjoni u s-sommarji tal-awditjar u d-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni ppreżentati mill-Istati Membri, flimkien mat-talbiet għall-pagament tagħhom. Fil-kuntest tal-awditi tas-sistema, il-Kummissjoni tivverifika l-proċeduri fis-seħħ fl-Istati Membri biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitt ta’ interess, kif ukoll il-finanzjament doppju. Dan jinkludi wkoll iċċekkjar ibbażat fuq ir-riskju tas-sistemi biex tinġabar u tinħażen data dwar il-benefiċjarji, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tirkupra fondi jew tniedi korrezzjonijiet finanzjarji jekk ikunu ġew identifikati frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess u ma jkunux ġew korretti mill-Istati Membri jew f’każ li l-Istati Membri jikkommettu ksur serju tal-obbligi inklużi fil-ftehimiet ta’ finanzjament u ta’ self.

    Il-Kummissjoni wettqet 16-il awditu tas-sistema fl-2022 30 u 11 oħrajn fl-2023 s’issa 31 , u fejn rilevanti ħarġet rakkomandazzjonijiet bi skadenzi stretti ta’ implimentazzjoni, u se tkun awditjat l-Istati Membri kollha mill-inqas darba sal-aħħar tal-2023. Fil-kuntest ta’ dawn l-awditi, il-Kummissjoni tiċċekkja wkoll li s-sistemi tal-Istati Membri ġeneralment jipprevedu, u jiċċekjaw, il-konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali, fosthom elementi speċifiċi tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kummissjoni intensifikat aktar il-ħidma tal-awditjar tagħha biex tinkludi, pereżempju, awditi tas-sistema aktar immirati meta u fejn jinstabu dgħufijiet jew riskji.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed twettaq ukoll awditi fuq ix-xogħol li sar mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fl-Istati Membri. L-objettiv ta’ dawn l-awditi tal-konformità huwa li tiġi vvalutata l-affidabbiltà tal-ħidma mwettqa fil-livell nazzjonali, kemm fir-rigward tal-awditi fuq l-istadji importanti u l-miri kif ukoll l-awditi mwettqa fuq is-sistemi nazzjonali ta’ kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

    2.7. Sensibilizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni u t-trasparenza tal-RRP

    Djalogu interistituzzjonali u skambji

    Il-Kummissjoni ilha tinvolvi ruħha mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-RRF. Il-Kummissjoni tkompli tikkondividi mingħajr dewmien l-RRPs kollha u l-pjanijiet immodifikati ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll il-valutazzjonijiet preliminari kollha tat-talbiet għall-pagament, kemm mal-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Kunsill fuq termini ugwali. Dan jiżgura fluss trasparenti ta’ informazzjoni b’livell għoli ta’ involviment bejn l-istituzzjonijiet matul il-fażi ta’ implimentazzjoni.

    Fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni qed torganizza skambji regolari biex tiddiskuti suġġetti orizzontali li jikkonċernaw l-RRF. Mit-twaqqif tal-RRF, il-Kummissjoni ġiet mistiedna u pparteċipat fi 11-il Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ livell għoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinvolvi ruħha b’mod regolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Grupp ta’ Ħidma permanenti tal-Kumitati konġunti ECON-BUDG u ħadet sehem b’kollox fi 32 laqgħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija mistiedna fuq bażi regolari f’diversi kumitati oħrajn biex tiskambja fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mal-RRF, inklużi l-kumitati REGI, CONT u ENVI. Il-Kummissjoni tippubblika l-preżentazzjonijiet kollha mogħtija fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma permanenti, fuq sit web apposta 32 .

    Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll grupp informali ta’ esperti biex jiskambja mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-RRF u ta’ spiss qed torganizza skambji ta’ fehmiet u prattiki tajbin. Dan il-grupp huwa forum importanti biex jiġu diskussi fost l-esperti mill-Istati Membri kif ukoll l-aspetti trażversali tal-Kummissjoni dwar l-RRF. Is-suġġetti diskussi f’dan il-format juru varjetà kbira, li jvarjaw minn kwistjonijiet finanzjarji sa governanza u awditjar u kontroll, kif ukoll kwistjonijiet relatati ma’ oqsma speċifiċi ta’ politika. Bħala eżempju, id-19-il laqgħa f’Marzu 2023 kienet iddedikata biex tgħin lill-Istati Membri jinkludu u jintegraw kunsiderazzjonijiet ta’ ugwaljanza fil-kapitolu tar-REPowerEU u fl-RRPs riveduti. Il-kwistjonijiet tal-kapaċità amministrattiva ġew indirizzati wkoll fl-20 laqgħa f’Mejju 2023 u se jiġu diskussi aktar f’laqgħa oħra skedata għall-ħarifa tal-2023. Il-grupp ta’ esperti jiffaċilita u jippromwovi l-iskambju ta’ prattiki tajbin fir-rigward ta’ ħafna elementi tal-implimentazzjoni tal-RRF. Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha, bħal aġendi, minuti, rapporti, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u oħrajn, fuq sit web apposta 33 .

    Sal-lum, il-Kummissjoni organizzat 21 laqgħa tal-grupp ta’ esperti informali tal-RRF. F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni organizzat l-ewwel laqgħa fiżika ta’ ġurnata sħiħa mal-esperti kollha mill-Istati Membri. F’din is-16-il laqgħa tal-grupp, l-Istati Membri ppreżentaw il-prattiki tajbin tagħhom dwar tliet suġġetti: (1) ir-rwol tal-awtorità ta’ koordinazzjoni u l-governanza tal-implimentazzjoni tal-RRF, (2) l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-RRPs, u (3) l-aspetti ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà tal-RRF. Laqgħa fiżika oħra tal-grupp ta’ esperti hija mistennija fil-ħarifa tal-2023.

    Rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà

    Fir-rigward ta’ fondi oħrajn tal-Unjoni, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li r-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni taħt l-RRF jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 34(2) tar-Regolament RRF, kif operazzjonalizzat mill-Artikolu 10 tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jistabbilixxi għadd ta’ rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà. Dawn jinkludu l-istabbiliment ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni, li turi, fejn applikabbli, l-emblema tal-UE bid-dikjarazzjoni ta’ finanzjament xierqa u l-istabbiliment u ż-żamma ta’ spazju tal-web uniku. Minkejja dawn l-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà, ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2022 34 juru li, filwaqt li hemm għarfien tajjeb fost iċ-ċittadini tal-UE dwar l-eżistenza tal-RRPs għall-pajjiżi tagħhom (b’differenzi bejn l-Istati Membri), ma hemmx għarfien biżżejjed li l-RRPs huma ffinanzjati (kompletament jew parzjalment) mill-UE. Dan juri l-ħtieġa li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom. Il-Kummissjoni tkompli tieħu sehem f’diskussjonijiet mal-Istati Membri biex tiżgura l-konformità mal-obbligi tagħhom. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-komunikazzjoni hija wkoll sistematikament parti mill-awditi ex post tal-istadji importanti u tal-miri mwettqa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri permezz ta’ skambji bilaterali u permezz tan-network INFORM EU, li jgħaqqad flimkien il-komunikaturi mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-fondi kollha tal-UE, inkluż l-RRF. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tkompli wkoll tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni inklużi fl-RRPs. Tmien Stati Membri bħalissa qed jipparteċipaw fi proġett appoġġat mit-TSI multinazzjonali dwar il-bini ta’ kapaċitajiet għal komunikazzjoni effettiva dwar il-benefiċċji tal-RRPs.

    Mappa interattiva tal-proġetti appoġġati mill-RRF

    L-implimentazzjoni aċċellerata tal-RRF u t-twettiq effiċjenti tal-objettivi tagħha jirrikjedu livell għoli ta’ trasparenza dwar il-funzjonament tagħha u dwar l-użu konkret tal-finanzjament tal-RRF mill-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tippubblika regolarment informazzjoni fuq is-sit web iddedikat għall-RRF 35 (fosthom dwar l-RRPs individwali fil-paġni ddedikati tal-pajjiżi 36 ) u stabbiliet it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza 37 , li tipprovdi informazzjoni f’ħin reali dwar l-iżborżi u l-progress li jkun qed isir mill-Istati Membri, kif ukoll data, indikaturi u analiżijiet tematiċi addizzjonali.

    Biex tkompli żżid il-viżibbiltà u t-trasparenza tal-RRF, il-Kummissjoni nediet mappa interattiva ta’ proġetti 38  appoġġati mill-RRF f’kull Stat Membru. Il-mappa tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riformi u l-investimenti magħżula, tindika l-pożizzjoni ġeografika tagħhom u toffri informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tagħhom. Il-mappa tinkludi wkoll links għal riżorsi online li jipprovdu informazzjoni aktar iddettaljata, bħal siti web nazzjonali tal-RRF u, fejn disponibbli, is-siti web tal-proġetti speċifiċi ffinanzjati mill-RRF. Il-mappa tnediet uffiċjalment fil-31 ta’ Marzu 2023. Din se tiġi aġġornata u ppopolata b’mod regolari b’informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni. L-ewwel aġġornament sar fl-24 ta’ Mejju 2023, li ġab l-għadd totali ta’ proġetti murija f’dak il-punt għal aktar minn 430 madwar l-Istati Membri kollha.

    Mappa tal-proġetti appoġġati mill-RRF

    Riċevituri finali fl-RRF

    Ir-Regolament REPowerEU saħħaħ it-trasparenza rigward l-użu tal-fondi tal-RRF permezz tal-inklużjoni ta’ obbligu ġdid għall-Istati Membri li jippubblikaw data dwar ir-riċevituri finali. Fil-kuntest tal-RRF, riċevitur finali huwa mifhum bħala l-aħħar entità li tirċievi fondi taħt l-RRF li ma hijiex kuntrattur jew sottokuntrattur, pereżempju, ċittadini, awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew SMEs, u bħala tali tista’ tkun jew persuna ġuridika jew fiżika. L-Artikolu 25a l-ġdid tar-Regolament RRF emendat jirrikjedi li l-Istati Membri joħolqu portal disponibbli għall-pubbliku u faċli biex jintuża fejn jippubblikaw data dwar il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ miżuri taħt l-RRF, u li jaġġornaw dik id-data darbtejn fis-sena 39 . Il-Kummissjoni mbagħad tingħata l-kompitu li tiċċentralizza u tippubblika d-data flimkien mal-links għall-portali nazzjonali tal-Istati Membri dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Għal dan il-għan, il-Kummissjoni pprovdiet gwida lill-Istati Membri biex tiffaċilita l-pubblikazzjoni ta’ data dwar l-akbar 100 riċevitur finali u tiżgura l-komparabbiltà, il-konsistenza u t-trattament ugwali, anki fil-kuntest tal-20 u l-21 laqgħa tal-grupp ta’ esperti informali għall-implimentazzjoni tal-RRF. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kwalunkwe miżura inkluża fl-RRP fejn diġà kien hemm żborż lil riċevitur finali, irrispettivament minn jekk l-Istat Membru jkunx diġà ppreżenta talba għall-pagament u jkun irċieva finanzjament taħt il-Faċilità, peress li l-Istati Membri jirċievu pagamenti regolari ex post ladarba l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-istadji importanti u l-miri rilevanti jkunu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza fil-preżentazzjoni tad-data dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Istati Membri jipprovdu data strutturata permezz tal-għodda tal-IT tagħha għall-RRF, FENIX u mudell iddedikat.

    Sal-lum, 15-il Stat Membru pprovdew data dwar il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ miżuri fl-RRPs tagħhom, u din id-data ġiet ippubblikata wkoll fuq it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza 40 . Fil-gwida tagħha dwar l-RRPs fil-kuntest tar-REPowerEU ippubblikata fi Frar 2023, il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-ewwel eżerċizzju ta’ rapportar ta’ informazzjoni jseħħ b’mod parallel mar-rapportar biannwali ta’ April 2023. Ħafna Stati Membri segwew din il-gwida u diġà ppubblikaw data dwar l-akbar 100 riċevitur finali fuq il-portali nazzjonali tagħhom. Mis-16-il Stat Membru li pprovdew data, il-maġġoranza (12-il Stat Membru, jiġifieri l-Awstrija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iżvezja) ppubblikaw id-data fuq il-portali nazzjonali tagħhom u ppreżentaw data strutturata lill-Kummissjoni, filwaqt li tliet Stati Membri (l-Estonja, il-Finlandja u l-Polonja) ppubblikaw id-data fuq il-portal nazzjonali tagħhom. Peress li l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu li jippubblikaw u jaġġornaw id-data darbtejn fis-sena, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament REPowerEU fl-1 ta’ Marzu 2023, huwa mistenni li l-Istati Membri li jifdal se jsegwu u jippubblikaw data dwar l-akbar 100 riċevitur finali taħt l-RRP tagħhom fl-2023.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma ppreżentawx id-data dwar l-akbar 100 riċevitur finali biex jagħmlu dan mingħajr dewmien sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti legali tar-Regolament u biex jiżguraw it-trasparenza meħtieġa dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-RRF.

    L-analiżi tad-data dwar l-akbar riċevituri finali f’kull Stat Membru tista’ tipprovdi għarfien u tagħlimiet siewja għall-implimentazzjoni tal-RRF. Id-data tippermetti trasparenza mtejba fir-rigward ta’ fejn il-flussi ta’ finanzjament tal-RRF u l-impatt tal-RRF fuq il-post, u tkompli tikkomplementa d-data diġà disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-RRPs, pereżempju, rigward l-istadji importanti u l-miri milħuqa u l-iżborżi għal kull pilastru.

    Id-daqs tal-pagamenti lill-akbar 100 riċevitur finali jvarja b’mod sinifikanti fost dawk l-Istati Membri fejn id-data hija disponibbli. Dan huwa spjegat mill-allokazzjoni u min-natura eteroġena tal-RRPs tal-Istati Membri differenti. L-ogħla ammont riċevut minn riċevitur finali elenkat huwa ta’ aktar minn EUR 20 biljun, filwaqt li l-inqas ammont huwa ta’ EUR 2 450. Il-valur medju tal-ammonti kollha riċevuti huwa ta’ kważi EUR 49 miljun u l-valur medjan huwa ferm aktar baxx b’madwar EUR 3 miljun. F’kull Stat Membru, tista’ tiġi osservata varjetà simili fir-rigward ta’ kif il-finanzjament tal-RRF huwa mifrux fost l-akbar 100 riċevitur finali u l-ogħla u l-inqas ammonti rispettivi riċevuti (ara l-Illustrazzjoni 11).

    Illustrazzjoni 11: Il-firxa tal-akbar riċevituri finali għal kull Stat Membru 41 42

    Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni Ewropea stess ibbażat fuq id-data tar-riċevituri finali pprovduta mill-Istati Membri

    Il-maġġoranza tal-akbar 10 riċevituri finali huma entitajiet pubbliċi, u l-miżuri li rċevew finanzjament tal-RRF għalihom huma mifruxa relattivament b’mod ugwali fil-pilastri tal-politika tal-RRF. Skont l-estimi tal-Kummissjoni, bħala medja kważi żewġ terzi tal-akbar 10 riċevituri finali huma entitajiet pubbliċi u madwar 27 % huma entitajiet privati (in-natura tar-riċevituri finali li jifdal hija mħallta) 43 . B’mod ġenerali, is-sehem tal-fondi riċevuti mill-akbar 10 riċevituri finali f’kull Stat Membru (fis-16-il Stat Membru fejn id-data hija disponibbli) jirrappreżenta 12,7 % tal-fondi kollha tal-RRF riċevuti minn dawn is-16-il Stat Membru. Meta wieħed iħares speċifikament lejn l-entitajiet privati fost l-akbar 10 riċevituri, is-sehem tal-fondi li rċevew jirrappreżenta madwar 1,9 % tal-fondi tal-RRF kollha ta’ dawk is-16-il Stat Membru. Minbarra dawn ir-riċevituri, hemm ħafna aktar investimenti u skemi li għandhom fil-mira tagħhom lill-SMEs b’mod aktar speċifiku fl-RRPs kollha. Analiżi tal-miżuri assoċjati li r-riċevituri finali rċevew finanzjament għalihom tista’ tipprovdi wkoll indikazzjoni ċara dwar liema għanijiet ta’ politika u setturi wesgħin kienu appoġġati mill-finanzjament taħt l-RRF. Id-data disponibbli 44 għall-akbar 100 riċevitur finali turi li l-miżuri assoċjati huma mifruxa fuq is-sitt pilastri ta’ politika b’mod ġeneralment ibbilanċjat (ara l-Illustrazzjoni 12), li ssaħħaħ il-kunċett li l-RRF tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri li jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali. Id-data disponibbli s’issa turi wkoll li l-akbar riċevituri finali taħt l-RRF kienu involuti l-aktar fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali, segwiti mill-qrib minn investimenti fi tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fil-koeżjoni soċjali u territorjali u investimenti ekoloġiċi, li turi l-importanza li l-Istati Membri taw biex jixprunaw l-irkupru ekonomiku u soċjali wara l-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll biex iħejju l-ekonomiji, is-soċjetajiet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’komplementarjetà mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 45 .

    Illustrazzjoni 12: Il-kontribuzzjoni tal-ammonti riċevuti u l-miżuri assoċjati li l-akbar 100 riċevitur finali jirċievu appoġġ għas-sitt pilastri ta’ politika 46

    Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni Ewropea stess ibbażat fuq id-data tar-riċevituri finali pprovduta mill-Istati Membri

    L-akbar pagamenti huma marbuta ma’ proġetti infrastrutturali, id-diġitalizzazzjoni u l-mobbiltà, filwaqt li r-riċevituri finali ħafna drabi rċevew appoġġ finanzjarju għal miżuri fl-edukazzjoni u investimenti oħrajn fil-kapital uman. L-akbar ammonti ta’ finanzjament li r-riċevituri finali rċevew f’dawk l-Istati Membri fejn id-data hija disponibbli huma relatati ma’ investimenti fl-infrastruttura u s-servizzi territorjali, il-gvern elettroniku u s-servizzi pubbliċi diġitali, u l-mobbiltà sostenibbli, li jirrappreżentaw oqsma ta’ politika fejn l-investimenti huma tipikament kbar u aktar għaljin. Meta jitqies l-għadd ta’ miżuri assoċjati minflok is-somom riċevuti, jirriżulta li l-akbar 100 riċevitur finali ħafna drabi rċevew finanzjament tal-RRF għall-implimentazzjoni ta’ miżuri fl-oqsma tal-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja, tal-gvern elettroniku u tas-servizzi pubbliċi diġitali, tal-kapital uman fid-diġitalizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika. Dan jirrifletti l-enfasi li ħafna Stati Membri taw fil-pjanijiet tagħhom għal miżuri ta’ edukazzjoni u taħriġ u għal titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid lill-impjegati, lill-persuni qiegħda u lill-popolazzjoni usa’ għat-tranżizzjoni diġitali, kif ukoll biex ikomplu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

    B’ħarsa ’l quddiem, il-Kummissjoni se tkompli tirrevedi d-data disponibbli biex tkun tista’ tieħu tagħlimiet meħuda għall-implimentazzjoni tal-Faċilità. Id-data mill-akbar 100 riċevitur se tintuża wkoll biex tikkontribwixxi għall-mappa interattiva msemmija hawn fuq dwar il-proġetti tal-RRF.

    Avvenimenti Annwali tal-RRF

    L-Avvenimenti Annwali huma l-mument ewlieni ta’ komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-RRF fil-livell nazzjonali. Ir-rekwiżit li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti dwar il-finanzjament tal-RRF huwa stabbilit fl-Artikolu 34 tar-Regolament RRF u fl-Artikolu 10 tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament. Dawn l-avvenimenti jlaqqgħu flimkien istituzzjonijiet ewlenin, partijiet ikkonċernati (inklużi sħab soċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili) u riċevituri ta’ appoġġ tal-RRF, fost l-oħrajn, biex jiddiskutu l-progress fl-implimentazzjoni tad-diversi proġetti proposti mill-Istati Membri fl-RRPs nazzjonali tagħhom. L-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) fl-Istati Membri, ir-rappreżentanti nazzjonali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) huma mistiedna wkoll jipparteċipaw f’dawn l-avvenimenti.

    Sal-1 ta’ Settembru 2023, seħħew 22 Avveniment Annwali fi 22 Stat Membru. Il-kooperazzjoni dwar il-komunikazzjoni tal-RRF hija stabbilita sew bejn l-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew fir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. L-isforzi konġunti fl-organizzazzjoni tal-Avvenimenti Annwali ma’ rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni jżidu l-viżibbiltà tal-RRF. Dawn l-avvenimenti jipprovdu opportunitajiet eċċellenti għall-involviment tal-istampa, u b’hekk iwessgħu l-udjenza lil hinn mill-partijiet ikkonċernati regolari u jipprovdu ħidma biex jintlaħqu aktar nies. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti ġew trażmessi wkoll b’mod dirett b’reġistrazzjonijiet tal-avvenimenti, kif ukoll b’materjal ieħor ta’ komunikazzjoni, disponibbli fil-paġni tal-pajjiżi individwali fuq is-sit web iddedikat għall-RRF u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza. Aktar avvenimenti huma previsti aktar tard fl-2023 u s-sena d-dieħla hekk kif l-implimentazzjoni tal-RRPs, inklużi l-kapitoli tar-REPowerEU li għadhom kif ġew adottati, timxi ’l quddiem.

    Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

    L-Istati Membri ħadu approċċi differenti għall-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-RRPs rispettivi tagħhom. Ir-Regolament RRP jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu, bħala parti mill-RRPs tagħhom, sommarju tal-konsultazzjonijiet imwettqa mill-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Ir-Regolament RRF rivedut jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu sommarju ulterjuri tal-eżitu tal-proċess ta’ konsultazzjoni mwettaq mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, dwar il-miżuri inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU. Is-sommarju għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni ta’ kif id-disinn tal-miżuri tar-REPowerEU qies il-feedback riċevut u indikazzjoni ta’ kif se jkompli jitqies matul l-implimentazzjoni. B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati kkondividew feedback eteroġenu dwar il-proċessi ta’ konsultazzjoni fil-livell nazzjonali mal Kummissjoni, li jvarja minn konsultazzjonijiet regolari u granulari għal oħrajn aktar limitati. L-awtoritajiet lokali u reġjonali spiss sabu li l-involviment tagħhom fid-diversi miżuri ta’ politika li jinsabu fil-programmi ma huwiex uniformi. Dan huwa parzjalment dovut għall-pass differenti tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti u l-kumplessità u d-diversità tal-miżuri li jinsabu fl-RRPs f’xi Stati Membri. F’dan ir-rigward, l-inklużjoni tal-kapitolu tar-REPowerEU hija tabilħaqq opportunità biex twitti t-triq għal involviment akbar tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

    Fil-fażi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni ilha tappella u tkompli tistieden lill-Istati Membri kollha biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv u effettiv mas-sħab soċjali, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, b’mod partikolari rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, permezz ta’ skambji regolari. L-implimentazzjoni tal-RRPs hija opportunità biex ikun hemm involviment ukoll fl-aġenda usa’ ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, tal-impjiegi, soċjali u tas-sostenibbiltà u se tikkontribwixxi biex jiġu identifikati b’mod komuni l-isfidi u jiġu ddefiniti s-soluzzjonijiet. L-involviment effettiv huwa tabilħaqq kruċjali peress li l-input u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati se jgħinu biex jiġu żgurati s-solidità, is-suċċess u l-puntwalità tar-riformi u l-investimenti ppjanati. Barra minn hekk, l-atturi rilevanti involuti, li jservu bħala pjattaforma orizzontali biex jiskambjaw fehmiet dwar l-implimentazzjoni u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib. F’Jannar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni biex issaħħaħ id-djalogu soċjali fl-UE 47 , kif ukoll proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-rwol tad-djalogu soċjali li ġiet adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Ġunju 2023. Ir-rakkomandazzjoni tistieden lill-Istati Membri jinvolvu sħab soċjali b’mod sistematiku, sinifikattiv u f’waqtu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali u, meta rilevanti, tal-politiki ekonomiċi u pubbliċi oħrajn, anki fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

    Komunikazzjoni mal-istampa

    Il-Kummissjoni ilha tikkomunika b’mod estensiv dwar l-implimentazzjoni tal-RRF mal-istampa, sa mill-bidu tal-RRF. Il-Kummissjoni żgurat li tilħaq lill-korrispondenti nazzjonali u lill-ġurnalisti speċjalizzati biex tiżgura kopertura wiesgħa u fehim wiesa’ mill-pubbliku ġenerali tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-RRF u l-implimentazzjoni tagħha fil-prattika, bil-ħruġ ta’ aktar minn 200 stqarrija għall-istampa u materjal għall-istampa u l-organizzazzjoni ta’ diversi konferenzi tal-istampa u laqgħat ta’ informazzjoni teknika kemm fi Brussell kif ukoll fl-Istati Membri, bl-appoġġ tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll feedback estensiv u f’waqtu kemm bil-miktub kif ukoll bil-fomm lill-ġurnalisti nazzjonali u internazzjonali, fejn indirizzat l-interess għoli sostnut tagħhom fl-istrument.

    Attivitajiet ta’ komunikazzjoni addizzjonali tal-RRF mir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri

    Il-komunikazzjoni dwar il-benefiċċji tal-RRPs nazzjonali hija wkoll kompitu ewlieni ta’ komunikazzjoni tar-Rappreżentanzi kollha tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Minbarra l-“avvenimenti annwali”, bosta attivitajiet oħrajn ta’ sensibilizzazzjoni huma implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew u ma’ timijiet oħrajn fir-Rappreżentanzi. F’ħafna każijiet ukoll, il-partijiet ikkonċernati, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u sħab esterni oħrajn huma involuti fl-isforzi ta’ komunikazzjoni. Fl-okkażjoni tad-diskussjonijiet pubbliċi u l-avvenimenti tal-media, l-impatt tal-RRPs nazzjonali fuq l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini huwa diskuss b’mod wiesa’.

    3.Il-kontribut tal-Faċilità għall-Objettivi tal-RRF

    Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament RRF, ir-riformi u l-investimenti inklużi fl-RRPs għandhom jikkontribwixxu għas-sitt pilastri ta’ politika 48 li jiddefinixxu l-ambitu tal-Faċilità, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni u l-isfidi speċifiċi tal-Istati Membri. Ir-Regolament RRF jirrikjedi wkoll li kull Stat Membru jiddedika mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP tiegħu għal miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali għal objettivi diġitali, abbażi ta’ estimu tal-kostijiet ex ante ta’ dawn il-miżuri.

    Il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija biex tirrapporta dwar il-kontribuzzjoni ta’ kull pjan għas-sitt pilastri tal-Faċilità, fejn kull (sotto)miżura ġiet ittaggjata taħt qasam ta’ politika primarju u wieħed sekondarju (skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbiliti mill-Kummissjoni) li huma assoċjati ma’ wieħed mis-sitt pilastri, li jirrifletti li riforma jew investiment jista’ jkun relatat ma’ diversi pilastri. Sa fejn ikun possibbli, ir-rapportar tal-pilastru huwa konsistenti ma’ eżerċizzji oħrajn ta’ taggjar (nefqa klimatika, diġitali, soċjali). Is-sehem tal-fondi tal-RRF li jikkontribwixxu għal kull pilastru tal-politika huwa illustrat fl-Illustrazzjoni 13.

    Illustrazzjoni 13: Sehem tal-fondi tal-RRF li jikkontribwixxu għal kull pilastru tal-politika

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal tnejn mis-sitt pilastri ta’ politika, għalhekk il-kontribuzzjoni totali għall-pilastri kollha murija f’din iċ-ċart tammonta għal 200 % tal-fondi tal-RRF allokati lill-Istati Membri. Il-perċentwali murija għall-kontribuzzjoni għall-pilastri tat-tranżizzjoni ekoloġika u tat-trasformazzjoni diġitali huma differenti mill-perċentwali murija għall-kontribuzzjoni għall-objettivi klimatiċi u diġitali; dawn tal-aħħar huma kkalkolati skont metodoloġija differenti (iddettaljata fl-Annessi VI u VII tar-Regolament RRF). Il-partijiet (t’isfel) ta’ kulur blu jirrappreżentaw dawk il-miżuri li ġew ittaggjati u assenjati lill-pilastru bħala qasam ta’ politika primarju, filwaqt li l-partijiet (ta’ fuq) ta’ kulur aħmar jirrappreżentaw miżuri ttaggjati bħala qasam ta’ politika sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

    3.1. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għat-tranżizzjoni ekoloġika (jiġifieri l-Pilastru 1)

    L-RRF se tgħin biex jintlaħqu l-miri tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 u biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Il-miżuri appoġġati mill-RRF qed jikkontribwixxu biex tintlaħaq l-ambizzjoni klimatika tal-UE billi jippromwovu l-mobbiltà sostenibbli, iżidu l-effiċjenza enerġetika u jippromwovu użu ogħla ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dawn se jiżguraw ukoll il-progress lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u objettivi ambjentali oħrajn bħat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari jew ir-restawr u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Total ta’ EUR 254 biljun 49 – jew 50 fil-mija tal-allokazzjoni totali tal-Istati Membri s’issa – ġiet iddedikata għal miżuri li jikkontribwixxu għall-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika, li jista’ jinqasam fi 11-il qasam ta’ politika (ara l-Illustrazzjoni 14) 50 .

    Illustrazzjoni 14: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Ir-riformi u l-investimenti li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi fl-RRPs tal-Istati Membri qabżu l-mira ta’ 37 % tal-allokazzjoni totali stabbilita fir-Regolament RRF (Illustrazzjoni 15). In-nefqa totali stmata fuq il-klima fil-pjanijiet adottati tammonta għal EUR 204 biljun, li tirrappreżenta madwar 40 % tal-allokazzjoni totali tal-pjanijiet kif ikkalkolata skont il-metodoloġija tal-ittaggjar klimatiku 51 . 

    Illustrazzjoni 15: Kontribuzzjoni għall-objettivi klimatiċi bħala sehem tal-allokazzjoni tal-RRP

    Nota: L-RRPs kellhom jispeċifikaw u jiġġustifikaw sa liema punt kull miżura tikkontribwixxi bis-sħiħ (100 %), parzjalment (40 %) jew ma għandha l-ebda impatt (0 %) fuq l-objettivi klimatiċi. Il-kontribuzzjonijiet għall-objettivi klimatiċi ġew ikkalkolati bl-użu tal-Annessi VI u VII tar-Regolament RRF, rispettivament. Il-kombinazzjoni tal-koeffiċjenti mal-estimi tal-kostijiet ta’ kull miżura tippermetti l-kalkolu sa liema punt il-pjanijiet jikkontribwixxu għall-miri klimatiċi.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Ms-705 stadji importanti u miri li ntlaħqu 52 b’mod sodisfaċenti s’issa, 261 jikkontribwixxu għall-pilastru 1, inklużi l-246 stadju importanti u mira li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022, jiġifieri mill-aħħar rapport annwali tal-RRF. Mill-1 ta’ Marzu 2022, sar l-aktar progress fl-oqsma ta’ politika tal-effiċjenza enerġetika (63 stadju importanti u mira ssodisfati fi 52 miżura mill-1 ta’ Marzu 2022), tal-mobbiltà sostenibbli (60 stadju importanti u mira f’47 miżura), u tal-enerġija rinnovabbli u n-networks (40 stadju importanti u mira fi 30 miżura) meta jitqiesu l-oqsma ta’ politika primarji u sekondarji (l-Illustrazzjoni 16). Il-biċċa l-kbira tal-istadji importanti u tal-miri huma l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika. Ftit eżempji ta’ miżuri fil-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika implimentati mill-1 ta’ Marzu 2022 huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Illustrazzjoni 16: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 1 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika

    Riformi

    ØIs-Slovakkja approvat leġiżlazzjoni biex ittejjeb il-ġestjoni tal-iskart fis-settur tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni.

    ØIl-Greċja introduċiet riforma biex tissimplifika u tiddiġitalizza l-qafas ta’ liċenzjar għall-enerġija rinnovabbli u għaddiet liġi biex timplimenta s-sistema ta’ Garanziji tal-Oriġini li tappoġġa l-enerġija rinnovabbli għall-unitajiet domestiċi.

    ØId-Danimarka introduċiet riforma li tinvolvi tassazzjoni ogħla fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li tagħti inċentiv għal emissjonijiet aktar baxxi min-negozji Daniżi kif ukoll għal tnaqqis fit-taxxa li jrawwem investimenti ekoloġiċi.

    Investimenti

    ØIl-Bulgarija introduċiet investimenti biex tappoġġa servizzi tat-trasport pubbliku ekoloġiċi u effiċjenti kif ukoll riforma biex tkompli t-tranżizzjoni lejn enerġija ekoloġika. L-RRF tipprovdi EUR 110,5 miljun għall-kostruzzjoni ta’ parti mil-linja 3 tal-metro ta’ Sofija, għal tul totali ta’ 3 km li jkopru tliet stazzjonijiet, li se tipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku nadif, rapidu u effiċjenti lill-passiġġieri b’konnessjonijiet intermodali. L-investiment huwa mistenni li jippermetti t-trasport ta’ medja ta’ 7,6 miljun passiġġier fis-sena mill-2026 u li jwassal għal tnaqqis fil-gassijiet serra u fit-tniġġis tal-arja.

    Stazzjon tal-Università Medika fuq il-linja 3 tal-Metro

    Drittijiet tal-awtur: Awtoritajiet Bulgari

    ØIċ-Ċekja investiet fit-trasport sostenibbli billi lestiet proġetti ta’ sikurezza fit-toroq u fil-ferroviji u billi rrinnovat il-pontijiet u l-mini ferrovjarji.

    ØIl-Kroazja introduċiet investimenti għall-bini u r-rinnovazzjoni tan-networks pubbliċi tal-provvista tal-ilma.

    ØSpanja stabbiliet mekkaniżmi biex tappoġġa l-investimenti biex jintużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet u fil-proċessi industrijali u biex tappoġġa inizjattivi mwettqa mill-komunitajiet tal-enerġija.

    Mobbiltà Sostenibbli

    Il-miżuri li jappoġġaw il-mobbiltà sostenibbli jirrappreżentaw madwar terz tan-nefqa klimatika ffinanzjata mill-Faċilità, u b’hekk jikkostitwixxu l-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika l-aktar appoġġat (31 % tal-allokazzjoni jew EUR 79,4 biljun). Dawn il-miżuri jikkonsistu, fost l-oħrajn, f’investimenti f’vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi, f’investimenti fl-iżvilupp tat-trasport pubbliku urban, u f’investimenti fl-infrastruttura għall-iċċarġjar. L-investimenti fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja, inkluż ix-xiri ta’ vetturi ferrovjarji moderni, jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-finanzjament bi EUR 42 biljun. Xi RRPs jinkludu wkoll riformi ambizzjużi mmirati lejn l-istabbiliment ta’ reġimi ta’ tassazzjoni jew it-tibdil tal-ambjent regolatorju bil-għan li jippermettu t-tnedija ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero. Ir-riformi jindirizzaw il-qafas regolatorju ġenerali u jinkludu strateġiji biex jappoġġaw il-mobbiltà urbana sostenibbli u t-trasport kollettiv. Il-pjanijiet jinkludu wkoll riformi li jintroduċu l-kompetizzjoni fis-servizzi portwarji u jirriformaw is-settur marittimu u l-passaġġi fuq l-ilma interni.

    Effiċjenza Enerġetika

    L-effiċjenza enerġetika tirrappreżenta 29 % tal-infiq totali taħt il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika (b’kost totali ta’ EUR 72,8 biljun). L-Istati Membri inkludew fil-pjanijiet tagħhom investimenti kbar fir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija ta’ binjiet privati u pubbliċi u investimenti fil-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija. Il-maġġoranza tal-investimenti jikkonċernaw l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet residenzjali (b’EUR 31 biljun), li tipikament jimmiraw lejn tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja ta’ 30 % jew aktar. Lil hinn mill-binjiet, l-investimenti f’setturi oħrajn se jgħinu d-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni fl-SMEs, fl-intrapriżi akbar u fis-sistemi tat-tisħin distrettwali, pereżempju, billi jippromwovu l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji aktar nodfa u aktar effiċjenti għall-proċessi tal-manifattura u l-produzzjoni ċentralizzata tas-sħana (b’EUR 7 biljun). Għal dan il-għan, xi RRPs jinkludu wkoll riformi biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-effiċjenza enerġetika, bħal emendi għall-qafas regolatorju jew l-armonizzazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz.

    Enerġija Rinnovabbli u Networks

    Kollox ma’ kollox, in-nefqa totali stmata f’enerġija nadifa – enerġija rinnovabbli u networks – tirrappreżenta 14 % tal-infiq totali taħt il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika (b’kost totali ta’ EUR 35,3 biljun). Ħafna RRPs jinkludu miżuri ddedikati għall-enerġija nadifa, bħall-investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kemm f’teknoloġiji rinnovabbli diġà maturi kif ukoll f’soluzzjonijiet innovattivi. Madwar żewġ terzi tal-investiment globali f’dan il-qasam se jintefaq fuq teknoloġiji rinnovabbli (EUR 24 biljun), bl-ammont li jifdal ikun allokat għal investimenti f’networks u infrastruttura tal-enerġija (EUR 11-il biljun). Iż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli tirrikjedi wkoll aġenda ta’ riforma ambizzjuża. Għal dan il-għan, ir-riformi inklużi fil-pjanijiet għandhom l-għan li joħolqu ambjent regolatorju stabbli u sinerġiji xierqa bejn l-investiment pubbliku u privat, jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u jadottaw skemi ta’ appoġġ ġodda jew jestendu dawk eżistenti.

    3.2. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għat-trasformazzjoni diġitali (jiġiferi l-Pilastru 2)

    L-RRF tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali fl-Unjoni. Il-pjanijiet ikopru firxa ta’ miżuri, inkluż l-użu ta’ infrastrutturi diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss u teknoloġiji avvanzati, l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali għall-popolazzjoni u l-forza tax-xogħol, u appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi kif ukoll tas-servizzi pubbliċi. Total ta’ EUR 144 biljun se jikkontribwixxi għall-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali, u se jitqassam bejn l-oqsma ta’ politika diġitali kif muri fl-Illustrazzjoni 17 53 .

    Illustrazzjoni 17: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Ir-riformi u l-investimenti li jappoġġaw l-objettivi diġitali fl-RRPs tal-Istati Membri qabżu l-mira ta’ 20 % tal-allokazzjoni totali stabbilita fl-RRF (l-Illustrazzjoni 18). S’issa, in-nefqa diġitali stmata totali fil-pjanijiet tikkorrispondi għal EUR 130 biljun, madwar 26 % tal-allokazzjoni totali tal-pjanijiet, kif ikkalkolata skont il-metodoloġija tal-ittaggjar diġitali 54 .

    Fost is-705 stadji importanti u mira li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti s’issa, 184 stadju importanti u mira jikkontribwixxu għall-pilastru 2, inklużi 178 stadju importanti u mira milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022. L-aktar progress li sar fl-oqsma ta’ politika tal-gvern elettroniku, tas-servizzi pubbliċi diġitali u tal-ekosistemi diġitali lokali (85 stadju importanti u mira milħuqa fi 72 miżura mill-1 ta’ Marzu 2022), tal-kapital uman fid-diġitalizzazzjoni (40 stadju importanti u mira fi 30 miżura), u d-diġitalizzazzjoni tan-negozju (29 stadju importanti u mira f’20 miżura) (l-Illustrazzjoni 19). Xi eżempji minn talbiet għall-pagament li ġew ivvalutati b’mod pożittiv huma ppreżentati fil-kaxxa hawn taħt. Dawn jiffokaw fuq oqsma ewlenin marbuta mal-politika diġitali iżda oqsma oħrajn bħall-konnettività huma importanti wkoll.

    Illustrazzjoni 18: Kontribuzzjoni għall-objettivi diġitali bħala sehem mill-allokazzjoni tal-RRP

    Nota: L-RRPs kellhom jispeċifikaw u jiġġustifikaw sa liema punt kull miżura tikkontribwixxi bis-sħiħ (100 %), parzjalment (40 %) jew ma għandha l-ebda impatt (0 %) fuq l-objettivi klimatiċi. Il-kontribuzzjonijiet għall-objettivi diġitali ġew ikkalkolati bl-użu tal-Annessi VI u VII tar-Regolament RRF, rispettivament. Il-kombinazzjoni tal-koeffiċjenti mal-estimi tal-kostijiet ta’ kull miżura tippermetti l-kalkolu sa liema punt il-pjanijiet jikkontribwixxu għall-miri diġitali.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Illustrazzjoni 19: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 2 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika Sors: Il-Kummissjoni Ewropea 

     

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali

    Riformi

    ØIr-Rumanija adottat riforma biex taċċellera l-introduzzjoni nazzjonali tan-networks 5G, f’konformità mar-regolamenti dwar is-sigurtà, u biex tiġi pprovduta kopertura tal-broadband għaż-żoni bojod (muniċipalitajiet rurali żgħar, lokalitajiet iżolati, żoni abitati żvantaġġati), jiġi indirizzat id-distakk diġitali rurali-urban, jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu ssimplifikati l-proċeduri u t-tariffi, u jinħolqu l-prerekwiżiti għal aċċess ugwali għas-servizzi diġitali u għall-aċċess għall-internet.

    ØIs-Slovakkja approvat il-Kunċett Nazzjonali għall-Informazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika, li jistabbilixxi l-qafas għar-riformi diġitali f’konformità mal-RRP. B’mod partikolari, fil-kuntest tar-riforma taċ-ċibersigurtà, il-Kunċett Nazzjonali se jistabbilixxi l-qafas għall-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà filwaqt li jiċċara li se jkunu meħtieġa aktar azzjonijiet speċifiċi biex jiġu stabbiliti l-istandards tekniċi u proċedurali taċ-ċibersigurtà.

    ØIs-Slovenja stabbiliet il-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Informatika li għandu jaġixxi bħala forum ċentrali għall-amministrazzjoni pubblika għall-koordinazzjoni fil-livell operazzjonali relatata mal-investiment, mal-istandards u ma’ żviluppi teknoloġiċi oħrajn fit-teknoloġija tal-informazzjoni b’mod partikolari fejn il-kompatibbiltà tas-sistemi hija essenzjali għat-tħaddim u l-manutenzjoni effiċjenti tagħhom.

    Investimenti

    ØL-Awstrija introduċiet miżuri biex tappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel u l-edukazzjoni biex tipprovdi aċċess ġust u ugwali għall-ħiliet diġitali bażiċi. L-RRF tiffinanzja investiment ta’ EUR 171,7 miljun biex jipprovdi laptops u tablets lill-istudenti tas-sekondarja tal-ewwel livell. Dan l-investiment huwa akkumpanjat minn riforma mmirata lejn it-titjib tal-infrastruttura fid-diversi binjiet tal-iskejjel, sabiex jiġi żgurat użu ottimali tal-apparat diġitali pprovdut lill-istudenti.

    Skola f’Innsbruck (Tyrol, l-Awstrija) b’kompjuters appoġġati mill-RRF

    Drittijiet tal-awtur: Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Awstrija/APA-Fotoservice/ Hetfleisch

    ØId-Danimarka żviluppat u għamlet disponibbli soluzzjonijiet diġitali ġodda biex tagħmel is-sistema tal-kura tas-saħħa aktar konnessa wara l-pandemija tal-COVID-19. Is-soluzzjonijiet jinkludu l-użu ta’ teknoloġiji diġitali u konsultazzjonijiet bil-vidjow.

    ØSpanja investiet fid-diġitalizzazzjoni ta’ stabbilimenti kulturali ewlenin bħall-Mużew Nazzjonali ta’ Prado, il-Mużew Nazzjonali Centro de Arte Reina Sofía, il-Librerija Nazzjonali Spanjola kif ukoll assi oħrajn tal-librerija mill-amministrazzjonijiet tal-Istat jew minn entitajiet privati, sistemi tal-arkivji, inventarji u rekords ta’ wirt storiku, inkluż wirt awdjoviżiv.

    ØL-Italja tat kuntratti pubbliċi għall-ħames proġetti kollha ta’ konnettività li huma parti mill-investiment ta’ “Konnessjonijiet veloċi tal-internet”. Dawn il-kuntratti pubbliċi għandhom l-għan li jiksbu t-tlestija tan-network nazzjonali tat-telekomunikazzjoni ultraveloċi u 5G fit-territorju Taljan kollu.

    ØMalta bdiet l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u għodod diġitali siguri biex tappoġġa lill-utenti tas-settur tal-ġustizzja billi tissimplifika l-proċessi, iżżid l-aċċessibbiltà għall-ġustizzja (f’termini ta’ dokumentazzjoni iżda anke xhieda mill-bogħod) u ssaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja f’konformità mal-Istrateġija tal-Ġustizzja Diġitali.

    ØIl-Portugall nieda l-Akkademja Portugall Diġitali, pjattaforma online li tippermetti lill-utenti jivvalutaw il-ħiliet diġitali tagħhom u jirċievu korsijiet personalizzati ta’ taħriġ diġitali.

    Gvern elettroniku u servizzi pubbliċi diġitali

    Il-miżuri li jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u tal-gvern elettroniku jirrappreżentaw aktar minn terz tan-nefqa diġitali ffinanzjata mill-Faċilità, peress li dan huwa l-aktar qasam ta’ politika diġitali appoġġat (37 % tal-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali jew EUR 53 biljun). Dawn il-miżuri jfittxu li jimmodernizzaw u jtejbu l-proċessi tal-amministrazzjoni pubblika, sabiex jagħmluhom aktar faċli għall-utent, orjentati lejn iċ-ċittadin u interoperabbli u biex jagħtu spinta lill-aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali u l-adozzjoni tagħhom minn individwi u negozji. Ħafna RRPs jinkludu riformi mmirati lejn l-introduzzjoni jew it-titjib ta’ soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, bħall-użu tal-eID, biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-pjattaformi pubbliċi diġitali, kif ukoll biex jittejbu l-ġbir u l-ġestjoni tad-data. Għadd ta’ RRPs jinkludu wkoll investimenti mmirati lejn l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati (bħall-cloud tal-gvern) fil-proċessi tal-gvern, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità taċ-ċibersigurtà tas-settur pubbliku. Il-miżuri mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u tal-ġustizzja huma preżenti wkoll f’ħafna RRPs. 

    Id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tikkonċerna diversi oqsma ta’ politika u tipprovdi sinerġiji mal-ħames pilastri l-oħrajn appoġġati mill-Faċilità. Pereżempju, b’appoġġ għall-pilastru ekoloġiku, xi investimenti jirriflettu r-rwol ewlieni tad-diġitalizzazzjoni biex is-sistemi tat-trasport tal-UE jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti, pereżempju permezz ta’ teknoloġiji ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti (ntelligent transport systems, ITS), għodod għall-ġestjoni tal-mobbiltà urbana, ħruġ ta’ biljetti multimodali u sistemi ta’ informazzjoni multimodali għall-passiġġieri u estensjoni tal-kopertura tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Trasport Ferrovjarju.

    Diġitalizzazzjoni tan-negozji

    L-RRPs kollha jinkludu miżuri li jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tan-negozji, għal total ta’ EUR 27 biljun jew 19 % tal-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali. Il-miżuri f’dan il-qasam jinkludu riformi ewlenin, bl-aktar importanti jkunu dawk li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għan-negozji u li joħolqu l-pedament ta’ ambjent tan-negozju diġitali, b’azzjonijiet fil-qasam tal-ħolqien u r-reġistrazzjoni tan-negozju diġitali, il-fiduċja u ċ-ċibersigurtà. Dawn il-miżuri huma mistennija li jżidu l-livell ta’ fiduċja fl-adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali, b’effett pożittiv kemm fuq l-użu tagħhom kif ukoll fuq l-intensità tal-użu tagħhom. Ir-riformi relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-fatturazzjoni huma mistennija wkoll li jkollhom impatt pożittiv fuq id-diġitalizzazzjoni tan-negozji u jżidu t-trasparenza. Għadd ta’ pjanijiet jinkludu wkoll investimenti li jappoġġaw l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali avvanzati fil-proċessi ta’ produzzjoni tad-ditti (eż., l-awtomatizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali).

    Kapital uman

    L-RRPs jinkludu wkoll firxa wiesgħa ta’ miżuri li jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, għal kost totali stmat ta’ EUR 29 biljun, li jirrappreżentaw 20 % tal-pilastru tat-trasformazzjoni diġitali. Il-biċċa l-kbira tal-pjanijiet jinkludu miżuri biex jiżdiedu l-livelli tal-ħiliet diġitali fil-popolazzjoni ġenerali u fil-forza tax-xogħol. Xi pjanijiet jinkludu wkoll miżuri biex jitrawmu ħiliet diġitali avvanzati u biex jitħarrġu professjonisti tal-ICT, bl-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ f’teknoloġiji diġitali avvanzati għall-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni, u għadd ta’ RRPs jinkludu miżuri rilevanti.

    3.3. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (jiġifieri l-Pilastru 3)

    Is-27 RRP jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli (jiġifieri l-Pilastru 3) b’aktar minn 1 500 miżura għal madwar EUR 214,6-il biljun. Dawn il-miżuri jikkonċernaw oqsma diversi: mir-riformi għall-appoġġ tal-ambjent tan-negozju jew tal-kompetittività, għall-appoġġ lill-SMEs, għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, jew għas-settur kulturali (l-Illustrazzjoni 20).

    Illustrazzjoni 20: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

    Sal-lum, 350 stadju importanti u mira li jikkontribwixxu għall-pilastru 3 intlaħqu, bi 321 stadju importanti u mira milħuqa mill-1 ta’ Marzu 2022. Sar progress b’mod partikolari fl-oqsma ta’ politika ta’ bidliet regolatorji għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (85 stadju importanti u mira milħuqa f’67 miżura mill-1 ta’ Marzu 2022), riċerka, żvilupp u innovazzjoni (49 stadju importanti u mira fi 42 miżura), u ambjent tan-negozju/intraprenditorija (52 stadju importanti u mira f’37 miżura) (l-Illustrazzjoni 21).

    Illustrazzjoni 21: Għadd ta’ miżuri fil-pilastru 3 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Riċerka u żvilupp u innovazzjoni taħt il-pilastru 3

    Ħamsa u għoxrin RRP jinkludu miżuri relatati mal-qasam ta’ politika tar-“riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni” taħt il-pilastru 3, għal total ta’ EUR 38,1 biljun. L-ammont ta’ investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni taħt il-pilastru 3 tipikament jirrappreżenta bejn 4 % u 18 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli tal-RRF ta’ Stat Membru, bi ftit outliers taħt jew fuq din il-firxa u medja ta’ madwar 8 %.

    Miżuri ta’ riċerka u innovazzjoni taħt il-pilastru 3 għandhom firxa wiesgħa ta’ objettivi. Ir-riformi tar-riċerka u l-innovazzjoni taħt il-pilastru 3 għandhom l-għan li jnaqqsu l-frammentazzjoni tas-sistemi ta’ riċerka xjentifika, inaqqsu l-piż amministrattiv għall-aċċess għall-finanzjament pubbliku għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, jappoġġaw it-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija, ineħħu l-ostakli għall-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u n-negozju, u jtejbu l-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Għadd kbir ta’ RRPs fihom investimenti tematiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni taħt il-pilastru 3 li se jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fid-dawl tal-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u t-tisħiħ tar-reżiljenza, f’konformità mal-aġendi fil-livell tal-UE (madwar 27 % u 23 % tal-kost stmat tal-miżuri relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni ġew ittaggjati li jikkontribwixxu għall-objettivi ekoloġiċi u diġitali rispettivament).

    Sal-lum, 53 stadju importanti u mira relatati mal-qasam ta’ politika ta’ “riċerka, żvilupp u innovazzjoni” ġew milħuqa (minn total ta’ 705 stadji importanti u miri milħuqa), inklużi 49 milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022.

    Huwa importanti li jiġi enfasizzat li xi miżuri fil-pilastru 1 u fil-pilastru 2 jikkontribwixxu wkoll għar-riċerka u l-iżvilupp 55 . L-investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b’mod ġenerali (jiġifieri inklużi dawk il-miżuri rilevanti ttaggjati taħt il-pilastru 1, il-pilastru 2, u l-pilastru 3) jikkontribwixxu għal total stmat ta’ EUR 48 biljun, li jirrappreżenta bħala medja madwar 10 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli tal-RRF ta’ Stat Membru.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (qasam ta’ politika tar-“riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni”)

    Riformi:

    ØIs-Slovakkja introduċiet emendi ta’ żewġ atti leġiżlattivi għat-trasformazzjoni tal-Akkademja Slovakka tax-Xjenza f’organizzazzjoni pubblika tar-riċerka, sabiex tippermetti finanzjament minn diversi sorsi u kooperazzjoni msaħħa mas-settur privat biex isegwu proġetti konġunti u jippromwovu t-trasferiment tar-riċerka u t-teknoloġija.

    Investimenti:

    ØL-Italja tat kuntratti biex tappoġġa l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ mill-inqas 30 infrastruttura/istituzzjoni tar-riċerka ta’ rilevanza strateġika identifikati fil-Pjan Nazzjonali għall-Infrastrutturi tar-Riċerka 2021-2027 u l-infrastrutturi tal-innovazzjoni relatati.

    L-għan tal-miżura huwa li jiġu żviluppati faċilitajiet ta’ riċerka, jiġu appoġġati l-proċessi ta’ innovazzjoni u trasferiment tat-teknoloġija kif ukoll jiġu promossi sħubijiet pubbliċi-privati.

    ØSpanja appoġġat 68 kumpanija (39 kbar u 29 SMEs) li għandhom proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni f’karozzi sostenibbli sabiex iżżid il-kapaċità teknoloġika tal-kumpaniji f’għadd ta’ oqsma fosthom: l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ħżin tal-enerġija b’emissjonijiet baxxi ħafna u b’riċiklabbiltà għolja, sistemi ta’ mobbiltà tal-idroġenu b’effiċjenza għolja, sewqan awtonomu u mobbiltà konnessa jew adattament ta’ ambjenti produttivi b’sistemi sikuri u robusti għall-interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni fl-ambjent tal-manifattura intelliġenti.

    Appoġġ għall-intrapriżi (inklużi l-SMEs, l-aċċess għall-finanzi u l-istrumenti finanzjarji)

    Il-biċċa l-kbira tal-RRPs jinkludu miżuri li jipprovdu appoġġ dirett lill-SMEs, b’total ta’ EUR 45 biljun li jirrappreżentaw madwar 22 % tan-nefqa totali stmata għall-pilastru 3. B’kollox, 159 miżura jipprovdu appoġġ lill-SMEs, b’332 stadju importanti u mira.

    L-ambitu tal-miżuri tal-SMEs inklużi fl-RRPs ikopri firxa wiesgħa ta’ oqsma, mit-titjib tal-ambjent tan-negozju u l-aċċess għall-akkwist pubbliku, għad-diġitalizzazzjoni tal-SMEs u t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Għadd ta’ miżuri għandhom ukoll l-għan li jtejbu t-tkabbir u r-reżiljenza tal-SMEs permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-finanzi, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-impjegati tagħhom jew it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp.

    Sal-lum, 51 mill-istadji importanti u l-miri relatati mal-miżuri li jappoġġaw lill-SMEs intlaħqu (minn total ta’ 705 stadji importanti u miri milħuqa), inklużi 49 milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (il-qasam ta’ politika “appoġġ għall-SMEs”)

    Investimenti:

    ØIl-Kroazja stabbiliet strument finanzjarju biex tappoġġa l-investiment minn intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, tħeġġeġ l-investiment f’teknoloġiji ġodda, ix-xiri ta’ makkinarju modern, tagħmir u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u tas-servizz, kif ukoll miżuri ta’ tranżizzjoni ekoloġika.

    ØIl-Greċja nediet is-sejħiet għal proposti għall-finanzjament ta’ skema ta’ vawċer għal investimenti mmirati lejn teknoloġiji u servizzi biex titrawwem id-diġitalizzazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (bħal applikazzjonijiet ta’ pagament elettroniku, bejgħ elettroniku u fatturazzjoni elettronika, għodod għar-reklamar diġitali, titjib tal-ħiliet diġitali, sistemi taċ-ċibersigurtà, infrastrutturi u servizzi tal-cloud, eċċ.).

    ØL-Italja stabbiliet strument finanzjarju għall-finanzjament ta’ negozji ġodda, bl-iffirmar tal-ftehim bejn il-gvern u s-sieħeb ta’ implimentazzjoni Cassa Depositi e Prestiti (CDP).

    3.4. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-koeżjoni soċjali u territorjali (jiġifieri l-Pilastru 4)

    L-Istati Membri inkludew għadd sinifikanti ta’ miżuri biex jappoġġaw il-koeżjoni soċjali u territorjali, speċjalment billi jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-kapitoli ddedikati tiegħu dwar l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. B’mod aktar preċiż, is-27 RRP adottati mill-Kunsill se jappoġġaw il-pilastru 4 b’madwar EUR 220,6 biljun. L-analiżi tan-nefqa fil-pilastru tidher fl-Illustrazzjoni 22.

    Fost is-705 stadji importanti u miri li ntlaħqu s’issa, 253 jikkontribwixxu għall-pilastru 4, inklużi l-237 li ntlaħqu mill-aħħar rapport annwali f’Marzu 2022. L-aktar progress sar fl-oqsma ta’ politika tal-infrastruttura u s-servizz territorjali (106 stadji importanti u miri milħuqa f’84 miżura mill-1 ta’ Marzu 2022), tal-protezzjoni soċjali (58 stadju importanti u mira fi 52 miżura), u tal-apprendiment għall-adulti (41 stadju importanti u mira f’27 miżura) (Illustrazzjoni 23). Ta’ min jenfasizza li 149 mill-istadji importanti u l-miri milħuqa taħt il-pilastru 4 sa mill-bidu tal-RRF jappoġġaw l-objettivi soċjali fis-sens wiesa’ 56 , u dan juri impenn qawwi mill-Istati Membri biex iwettqu d-dimensjoni soċjali mill-istadji inizjali tal-implimentazzjoni tal-RRPs. Dawn il-miżuri se jikkontribwixxu wkoll għall-ilħuq tal-miri ewlenin tal-UE għall-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar.

    Illustrazzjoni 22: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa l-koeżjoni soċjali u territorjali għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika. Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif iddefinita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. F’dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Illustrazzjoni 23: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 4 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif iddefinita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. F’dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Protezzjoni soċjali, inklużjoni, akkomodazzjoni soċjali u infrastruttura soċjali

    L-RRPs kollha jinkludu riformi jew investimenti li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tal-Istati Membri. Aktar minn 300 miżura jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ sfidi, b’mod partikolari dawk enfasizzati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż. Il-miżuri li jappoġġaw il-protezzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni soċjali jammontaw għal madwar EUR 28,8 biljun. B’mod partikolari, il-miżuri jiffokaw fuq l-effettività, il-kwalità u r-reżiljenza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Il-maġġoranza tal-investimenti tal-protezzjoni soċjali taħt l-RRF huma relatati mal-aġġornament, l-espansjoni jew it-titjib tan-network u l-faċilitajiet tas-servizzi soċjali pprovduti minn istituzzjonijiet soċjali pubbliċi u privati. Dawn jinkludu wkoll miżuri speċifiċi li jindirizzaw, pereżempju, l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, iż-żieda fl-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-benefiċċji soċjali, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-anzjani li jeħtieġu l-kura. Għadd ta’ Stati Membri jinkludu wkoll investimenti importanti biex tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjoni soċjali u infrastruttura soċjali lil gruppi żvantaġġati, l-aktar bl-użu ta’ self. Fl-RRPs tagħhom, xi Stati Membri inkludew ukoll passi għar-riforma tas-sistemi tal-introjtu minimu u tal-pensjonijiet biex iżidu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tagħhom.

    Sal-lum, 72 stadju importanti u mira relatati mal-oqsma ta’ politika tal-protezzjoni soċjali u tal-akkomodazzjoni soċjali ntlaħqu (minn total ta’ 705 stadji importanti u miri), inklużi 67 mill-1 ta’ Marzu 2022.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru ta’ koeżjoni soċjali u territorjali (l-oqsma ta’ politika “protezzjoni soċjali” u “akkomodazzjoni soċjali”)

    Riformi:

    ØIs-Slovakkja kkonsolidat is-setgħat ta’ superviżjoni tal-kura soċjali biex titnaqqas il-frammentazzjoni u tittejjeb l-effiċjenza tal-kura soċjali u tittejjeb il-kwalità tal-kura fis-servizzi soċjali u fl-unitajiet domestiċi.

    ØSpanja adottat riforma tas-sistema tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom biex gradwalment ibiddlu s-sistema tal-kontribuzzjoni biex tkun ibbażata fuq introjtu reali, biex tiżgura li dawk li jaħdmu għal rashom ikunu jistgħu jirċievu introjtu tal-pensjoni aktar adegwat fil-futur.

    Investimenti:

    ØGħall-ħolqien ta’ servizz ġdid ta’ mentoraġġ soċjali li għandu l-għan li jiżgura kapaċità umana suffiċjenti biex jitwettqu servizzi soċjali, il-Kroazja ħarrġet 220 professjonist ta’ mentoraġġ soċjali li se jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ aktar individwalizzat u ta’ abilitazzjoni.

    ØFranza appoġġat ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fl-akkomodazzjoni soċjali billi allokat għotjiet lil aktar minn 20 000 abitazzjoni soċjali.

    Appoġġ għall-impjiegi, modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol u edukazzjoni u taħriġ għall-adulti għal gruppi fil-mira għajr iż-żgħażagħ

    Il-maġġoranza tal-Istati Membri inkludew firxa komprensiva ta’ riformi u investimenti fl-RRPs tagħhom biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi, u l-modernizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol tagħhom. B’kollox, il-miżuri li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika tal-“impjiegi mhux taż-żgħażagħ” u tal-“modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol” jammontaw għal madwar EUR 11,2-il biljun. Dawn il-miżuri jindirizzaw direttament ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-appoġġ għall-impjiegi u t-titjib fis-suq tax-xogħol. Il-politiki dwar l-impjiegi u s-suq tax-xogħol attiv jidhru b’mod prominenti kważi fl-RRPs kollha. Il-pjanijiet jinkludu investimenti u riformi mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-gruppi żvantaġġati, jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tranżizzjoni lejn setturi u okkupazzjonijiet emerġenti. Dawn il-miżuri huma mfassla wkoll biex jistimulaw l-impjiegi u jtejbu l-prestazzjoni, il-funzjonament u r-reżiljenza tas-swieq tax-xogħol.

    L-RRPs nazzjonali kollha jinkludu miżuri dwar il-ħiliet u l-apprendiment għall-adulti, spiss marbuta ma’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol. Dawn jinkludu, pereżempju, strateġiji nazzjonali tal-ħiliet, riformi biex jittejbu l-intelliġenza u l-governanza tal-ħiliet, inklużi r-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet, kif ukoll investimenti mmirati fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-impjegati, għall-persuni qiegħda u għall-popolazzjoni usa’. Ir-riformi u l-investimenti relatati mal-apprendiment għall-adulti, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi, u r-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet, inklużi fl-RRPs nazzjonali jammontaw għal madwar EUR 17,7-il biljun.

    S’issa, 83 stadju importanti u mira relatati mal-oqsma ta’ politika tal-“impjieg mhux taż-żgħażagħ”, tal-“modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol” u tal-“apprendiment għall-adulti” ġew milħuqa, fosthom 73 mill-aħħar rapport annwali tal-RRF f’Marzu 2022. L-istadji importanti u l-miri milħuqa huma relatati, pereżempju, mal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ vawċers għal programmi ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, programmi mmirati għall-iżvilupp tal-ħiliet għall-persuni qiegħda, aġġornamenti tal-kurrikuli tat-taħriġ kif ukoll l-adozzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tal-ħiliet u pjanijiet ta’ azzjoni.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tal-koeżjoni soċjali u territorjali (“impjieg mhux taż-żgħażagħ”, “modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol” u tal-qasam ta’ politika “apprendiment għall-adulti” )

    Riformi:

    ØIl-Kroazja introduċiet sistema ta’ vawċers li tintuża biex tiffinanzja l-parteċipazzjoni fi programmi edukattivi li jiżviluppaw ħiliet ekoloġiċi u diġitali. Huma involuti mill-inqas 25 programm edukattiv. Is-sistema fiha katalgu tal-ħiliet li jidentifika l-ħiliet eżistenti u meħtieġa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll applikazzjoni tal-IT għall-ġestjoni u għall-għoti ta’ vawċers.

    Is-sistema Kroata ta’ vawċers hija ta’ benefeiċċju għal persuni impjegati u qiegħda, b’enfasi partikolari fuq gruppi vulnerabbli (persuni qiegħda fit-tul, persuni inattivi jew żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)).

    ØL-Awstrija implimentat miżura li għandha l-għan li tipprovdi appoġġ immirat biex il-persuni qiegħda fit-tul li qed jiffaċċjaw diversi ostakli jerġgħu lura għas-suq tax-xogħol. L-appoġġ ikkoordinat huwa mistenni li jgħin biex jiġu indirizzati dawk l-ostakli multipli u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kwalifiki u għat-taħriġ.

    ØSpanja implimentat riforma tas-suq tax-xogħol biex tindirizza kwistjonijiet strutturali li ilhom jeżistu bħad-duwalità u r-rata għolja ta’ impjieg temporanju. Fl-istess ħin, il-qafas legali ġie adattat biex jippermetti lid-ditti jadattaw b’mod aktar flessibbli għax-xokkijiet. Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tar-riforma ttrattat il-menu tal-kuntratt tax-xogħol, u naqqset diversi forom għal tliet tipi biss u għamlet kuntratti miftuħa l-għażla awtomatika.

    Infrastruttura u servizzi territorjali, żvilupp ta’ żoni rurali u remoti (inklużi gżejjer)

    Għadd sostanzjali ta’ riformi u investimenti huma mmirati lejn it-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi territorjali fil-livell lokali u t-tnaqqis tad-distakk bejn iż-żoni urbani, rurali u remoti. Dawn jagħtu spinta lill-ekonomija lokali, iżidu l-kompetittività reġjonali u nazzjonali, u għandhom impatt pożittiv dirett fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum. Ħafna mir-riformi u l-investimenti jikkonċernaw il-promozzjoni u t-titjib tal-mobbiltà u t-trasport sostenibbli, prinċipalment il-modernizzazzjoni tal-ferroviji u tal-portijiet, u proġetti ta’ mobbiltà sostenibbli oħrajn, bħal għall-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport pubbliku u l-bini ta’ korsiji għaċ-ċikliżmu. L-RRPs jinkludu wkoll għadd ta’ miżuri biex itejbu l-użu tar-riżorsi naturali u jippreservaw l-ambjent fil-livell lokali. Dan ikopri riformi u investimenti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma mormi fosthom fuq il-gżejjer, biex jiġu estiżi s-sistemi tat-trattament tal-ilma u n-networks tat-tisqija, biex tiżdied is-sostenibbiltà tas-settur agrikolu u biex jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ konsorzji f’żoni rurali funzjonali. Il-miżuri huma mmirati wkoll lejn tipi oħrajn ta’ infrastruttura u servizzi territorjali, bħall-varar tal-infrastruttura tal-broadband u tas-servizzi soċjali u tal-infrastruttura f’żoni remoti. Barra minn hekk, ir-riformi u l-investimenti jgħinu biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell lokali billi jsaħħu l-kapaċità tal-muniċipalitajiet li jipprovdu servizzi ta’ kwalità tajba.

    Il-miżuri li jappoġġaw l-infrastruttura u s-servizzi territorjali jammontaw għal madwar EUR 151,2 biljun, filwaqt li miżuri speċifiċi li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ żoni rurali u remoti jammontaw għal madwar EUR 16,0-il biljun. S’issa, 124 stadju importanti u mira relatati ma’ dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika ntlaħqu, inklużi 121 mill-aħħar rapport annwali tal-RRF f’Marzu 2022

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tal-koeżjoni soċjali u territorjali (oqsma ta’ politika tal-“infrastruttura u servizzi territorjali” u tal-“iżvilupp ta’ żoni rurali u remoti”)

    Riformi:

    ØIl-Bulgarija tejbet l-involviment dirett tal-livell reġjonali u lokali fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE billi saħħet ir-rwol tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji u proġetti territorjali integrati.

    ØIl-Kroazja tejbet is-sistemi ta’ ristrutturar u konsolidazzjoni tal-art agrikola billi ssimplifikat il-proċeduri ta’ konsolidazzjoni u żgurat monitoraġġ kontinwu tal-art agrikola. Dan jikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti tal-art agrikola, jgħin fil-preservazzjoni tal-ambjent u jtejjeb il-ħajja fiż-żoni rurali. 

    ØL-Italja tejbet il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-proġetti fis-settur lokali tas-sistemi tat-trasport pubbliku u fis-settur tat-trasport rapidu tal-massa billi ddefinixxiet b’mod ċar ir-responsabbiltajiet fl-approvazzjoni tal-proġetti lokali tat-trasport pubbliku u ssimplifikat il-proċedura ta’ pagament.

    ØSpanja stabbiliet l-Istitut għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, li huwa responsabbli għall-identifikazzjoni u l-adozzjoni ta’ miżuri li jiggarantixxu t-trattament ekwu tal-ħaddiema u t-territorji affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jimminimizzaw l-impatti negattivi fuq dawn it-territorji u jottimizzaw l-opportunitajiet tal-proċess ta’ trasformazzjoni.

    3.5. Il-kontribuzzjoni tal-Faċilità għas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bil-għan li, inter alia, tiżdied it-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet (jiġifieri l-Pilastru 5)

    L-RRPs tal-Istati Membri jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-saħħa u għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bil-għan li, inter alia, tiżdied it-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet. Aktar minn 1 100 miżura u sottomiżura għal madwar EUR 84,1 biljun, inklużi fis-27 RRP, jikkontribwixxu għall-pilastru tal-politika tas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali. Dawn il-miżuri jkopru oqsma ta’ politika li jvarjaw minn kura tas-saħħa u fit-tul għall-effettività tas-sistemi ġudizzjarji u s-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus. L-analiżi tan-nefqa fl-oqsma ta’ politika differenti fil-pilastru huwa muri fl-Illustrazzjoni 24 57 . 

    Fost is-705 stadji importanti u miri li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti s’issa, 296 jikkontribwixxu għall-pilastru 5, inklużi 274 stadju importanti u mira li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022. L-aktar progress sar fl-oqsma ta’ politika tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u tas-sistemi nazzjonali (141 stadju importanti u mira milħuqa f’95 miżura mill-1 ta’ Marzu 2022), tal-kura tas-saħħa (40 stadju importanti u mira f’35 miżura), u tal-prevenzjoni tal-frodi (36 stadju importanti u mira fi 22 miżura) (l-Illustrazzjoni 25).

    Illustrazzjoni 24: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa s-saħħa u r-reżiljenza għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika. Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif iddefinita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. F’dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Kura tas-saħħa u kura fit-tul

    Qed tiġi implimentata firxa wiesgħa ta’ proġetti ta’ investiment u riforma fis-saħħa taħt l-RRF, fosthom fil-qasam tal-kura primarja, il-kura tal-outpatients, is-saħħa diġitali flimkien ma’ miżuri orjentati lejn l-effiċjenza biex itejbu l-governanza, il-kosteffettività, l-aċċess u l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa. Ir-riformi reċenti tas-saħħa jindirizzaw l-isfidi li ħolqot il-pandemija, bħat-titjib tal-kapaċitajiet tas-saħħa pubblika. Il-pandemija mexxiet ukoll il-politika lejn il-prevenzjoni. Ir-riformi u l-investimenti mfassla speċifikament għall-kura tas-saħħa mentali u reviżjoni komprensiva tal-istrateġiji nazzjonali tas-saħħa qed jitwettqu minn diversi Stati Membri. Pereżempju, l-Italja, il-Litwanja u l-Portugall qed jorganizzaw mill-ġdid is-sistemi tas-saħħa tagħhom biex itejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa fil-livell lokali u l-Latvja, il-Lussemburgu, il-Polonja, Malta u n-Netherlands qed ifittxu li jsaħħu l-forza tax-xogħol tas-saħħa. B’mod ġenerali, fost is-27 RRP nazzjonali aktar minn EUR 43,0 biljun (jew 8,7 % tal-appoġġ u s-self finanzjarju totali mhux ripagabbli taħt l-RRF) huma allokati għal miżuri relatati mal-kura tas-saħħa. Madwar terz ta’ dan l-ammont huwa ddedikat għall-investimenti u r-riformi biex jixprunaw id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa li jgħinu fit-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa.

    Illustrazzjoni 25: Għadd ta’ miżuri fil-pilastru 5 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif iddefinita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. F’dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Diversi Stati Membri jiffinanzjaw riformi u investimenti fil-kura fit-tul taħt l-RRF. L-aċċess għal servizzi ta’ kura fit-tul ta’ kwalità għolja affordabbli huwa importanti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-kura tal-popolazzjoni li qed tixjieħ kif ukoll dawk tal-persuni b’diżabilità. L-RRF hija konformi mal-iżviluppi tal-politika tal-kura fit-tul li għaddejjin bħalissa fil-qasam, b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropea għall-Kura, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kura fit-tul 58 . Ir-riformi huma li jittejbu l-inċentivi għall-kura fid-djar u għall-kura bbażata fil-komunità, anki billi tiġi deistituzzjonalizzata l-provvista tal-kura. B’mod ġenerali, total ta’ EUR 7,3 biljun huwa allokat għal 18-il Stat Membru għal total ta’ 52 (sotto)miżura (22 riforma u 30 investiment).

    Sal-lum, 50 stadju importanti u mira relatati mal-oqsma ta’ politika tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul intlaħqu mill-1 ta’ Marzu 2022.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali (oqsma ta’ politika tal-“kura tas-saħħa” u tal-“kura fit-tul”)

    Riformi:

    ØIl-Bulgarija adottat l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali taċ-Ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija 2021-2030 u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Dan il-pass huwa parti minn riforma li għandha l-għan li tipprovdi l-bażi strateġika tal-investimenti u r-riformi futuri fil-qasam tal-kura tas-saħħa billi tidentifika r-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet rilevanti. Bħala tali, ir-riforma tinkludi l-adozzjoni ta’ għadd ta’ strateġiji u pjanijiet, li jkopru oqsma rilevanti tal-kura tas-saħħa.

    ØIċ-Ċekja approvat il-Programm Onkoloġiku Nazzjonali 2022-2030 f’konsultazzjoni ma’ atturi u partijiet ikkonċernati ewlenin u t-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-programm. L-istadju importanti huwa marbut mar-riforma li għandha l-għan li żżid ir-reżiljenza tas-sistema tal-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer fiċ-Ċekja, li tirrifletti l-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer.

    ØId-Danimarka ħarġet rapport dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet ta’ mediċini kritiċi mill-Aġenzija Daniża għall-Mediċini. Dan l-istadju importanti huwa relatat mal-miżura li għandha l-għan li żżomm u tiżgura l-istokk ta’ mediċini kritiċi fis-settur tas-saħħa sekondarja tad-Danimarka filwaqt li tevita sitwazzjonijiet kritiċi b’nuqqas ta’ mediċini importanti. Id-Danimarka kisbet ukoll stadju importanti ieħor billi ħejjiet evalwazzjoni dwar is-soluzzjonijiet tat-telemediċina ta’ ansjetà tas-saħħa relatata mal-pandemija tal-COVID-19 biex tkompli tiżviluppa u żżid l-użu tat-telemediċina u l-involviment tal-pazjenti. L-istadju importanti jifforma parti minn miżura li għandha l-għan li tiżviluppa soluzzjonijiet diġitali ġodda u trawwem l-użu mifrux tat-teknoloġiji diġitali, l-involviment tal-pazjenti u t-telemediċina.

    ØFl-Italja, daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprevedi d-definizzjoni ta’ mudell organizzazzjonali ġdid ta’ network ta’ assistenza territorjali għall-kura tas-saħħa. Dan l-istadju importanti huwa marbut ma’ riforma li tistabbilixxi mudell ġdid ta’ assistenza territorjali għall-kura tas-saħħa u toħloq struttura istituzzjonali ġdida tal-prevenzjoni tas-Saħħa-Ambjent-Klima.

    ØIl-Portugall żgura d-dħul fis-seħħ tad-Digriet-Liġi l-ġdid dwar is-Saħħa Mentali, li jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida għall-organizzazzjoni, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali. Dan l-istadju importanti jikkostitwixxi wieħed mill-pilastri ewlenin tar-riforma tas-saħħa mentali li għandha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni tas-saħħa mentali fil-Portugall billi toħloq kundizzjonijiet ta’ qafas aktar favorevoli għad-deistituzzjonalizzazzjoni ta’ pazjenti b’mard mentali, l-espansjoni ta’ servizzi ta’ kura kontinwa lokali u integrati fil-qasam tas-saħħa mentali, l-organizzazzjoni ta’ servizzi psikjatriċi forensiċi u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet tas-saħħa reġjonali għad-dimenzja.

    Investiment

    ØL-Awstrija adottat u ppubblikat il-linji gwida dwar il-finanzjament għall-istabbiliment ta’ unitajiet tal-kura tas-saħħa primarja ġodda u għal proġetti li jtejbu l-unitajiet tal-kura tas-saħħa primarja diġà eżistenti. Dan il-pass huwa parti mill-investiment li għandu l-għan li jtejjeb is-sostenibbiltà u r-reżiljenza fil-kura tas-saħħa billi jsaħħaħ is-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa primarja.

    Reżiljenza istituzzjonali

    L-implimentazzjoni ta’ miżuri li jsaħħu r-reżiljenza istituzzjonali għadha għaddejja wkoll. Diversi Stati Membri adottaw riformi sinifikanti tal-istat tad-dritt, pereżempju, it-titjib tal-kwalità tal-proċess leġiżlattiv jew it-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura. Sar ukoll progress konsiderevoli biex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji, b’miżuri ddedikati li jvarjaw minn bidliet organizzazzjonali tal-proċedimenti għar-riforma tal-istruttura tal-qrati. L-isforzi tal-Istati Membri ppermettew ukoll li jżidu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jtejbu s-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ politika nazzjonali bħal pjanijiet ta’ azzjoni u strateġiji.

    Diġà ġew implimentati diversi miżuri mmirati lejn il-kisba ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi moderni u aġli li jaqdu liċ-ċittadini u lin-negozji tal-UE. Dawn ivarjaw mill-investimenti ddedikati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-RRPs għar-riformi mfassla biex jissimplifikaw l-amministrazzjoni pubblika u jneħħu l-ostakli amministrattivi. Bħalissa għaddejjin diversi miżuri ta’ diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, pereżempju fil-Lussemburgu u fil-Kroazja. Xi Stati Membri ffokaw fuq il-kapaċitajiet tas-servizz ċivili, b’mod aktar preċiż, fuq sistemi ta’ reklutaġġ aktar trasparenti u fuq it-tnaqqis tal-impjiegi temporanji fl-amministrazzjoni pubblika.

    Il-maġġoranza tal-miżuri ta’ tħejjija u ta’ rispons għall-kriżijiet li diġà ġew implimentati skont l-RRF huma mmirati għall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-kura tas-saħħa u t-teknoloġija diġitali. Bħalissa għaddejjin miżuri mmirati lejn infrastrutturi kritiċi diġitali effiċjenti, siguri u kondiviżi, inkluża sistema sigura ta’ komunikazzjoni mobbli għall-impjegati tal-gvern. Saru sforzi sinifikanti fil-ġestjoni tal-foresti u fil-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti u fit-tnaqqis tal-impatt tagħhom. Fil-kura tas-saħħa, filwaqt li l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati għadha għaddejja, l-użu tat-telemediċina żdied, u dan jgħin biex jittaffa t-tfixkil fit-twassil tas-servizzi tas-saħħa kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali (qasam ta’ politika tal-“effettività tal-amministrazzjoni pubblika”)

    Riformi:

    ØL-Att dwar il-Fond għad-Diġitalizzazzjoni daħal fis-seħħ fl-Awstrija. L-Att se jaċċellera d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni federali, u jtejjeb is-servizzi għaċ-ċittadini u għan-negozji.

    ØIl-Bulgarija adottat Pjan Direzzjonali għall-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    ØIl-Kroazja adottat strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021-2030. Din għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas istituzzjonali u normattiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ittejjeb it-trasparenza u l-ftuħ tal-ħidma tal-awtoritajiet pubbliċi, issaħħaħ l-integrità u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, issaħħaħ il-potenzjal kontra l-korruzzjoni fis-sistema tal-akkwist pubbliku u tqajjem is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-ħsara li ġġib magħha l-korruzzjoni, il-ħtieġa li jiġu rrapportati l-irregolaritajiet u ssaħħaħ it-trasparenza.

    ØLiġi li tipproteġi lill-informaturi li jirrapportaw frodi u korruzzjoni minn sanzjonijiet interni daħlet fis-seħħ f’Ċipru. Flimkien mad-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi l-Awtorità Indipendenti kontra l-Korruzzjoni u mad-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-Trasparenza fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u Kwistjonijiet Relatati, din tipprovdi koerenza akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    ØIl-Greċja nediet l-introduzzjoni tas-sistema tal-pagi bbażata fuq il-prestazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika billi adottat il-leġiżlazzjoni primarja għall-fażi pilota.

    ØMalta saħħet l-indipendenza tal-ġudikatura tagħha permezz ta’ riforma tal-metodu ta’ ħatriet u sensji tal-imħallfin u tal-maġistrati. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Ħatriet Ġudizzjarji issa għandu jkun magħmul l-aktar minn membri tal-ġudikatura biex jitnaqqsu r-riskji ta’ interferenza politika. Issa jridu jinħarġu sejħiet pubbliċi għal postijiet vakanti fil-ġudikatura li jżidu t-trasparenza fil-proċess tal-ħatra.

    Il-Kompożizzjoni tal-Kumitat Malti għall-Ħatriet Ġudizzjarji nbidlet

    Drittijiet tal-awtur: Il-gvern Malti

    ØMalta implimentat ukoll sett komprensiv ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni, inkluża pubblikazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni u l-għoti ta’ tisħiħ statutorju lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex tiżgura li r-rapporti tagħha jiġu trażmessi direttament lill-Avukat Ġenerali.

    ØIs-Slovakkja organizzat mill-ġdid il-mappa ġudizzjarja tagħha, u ddefiniet sistema ġdida ta’ qrati. L-għan tar-riforma huwa li jiġu organizzati u strutturati aħjar id-diversi aġendi tal-qorti u l-post fiżiku tagħhom, kif ukoll l-allokazzjoni (mill-ġdid) tal-imħallfin għall-aġendi u d-distretti tal-qorti, u b’hekk jinħoloq ambitu għal deċiżjonijiet tal-qorti aktar effettivi u aktar rapidi.

    Reżiljenza fiskali u tassazzjoni

    Diversi Stati Membri diġà implimentaw miżuri importanti taħt l-RRF biex itejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, kemm fid-dħul kif ukoll fuq in-naħa tan-nefqa. Bosta miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-ġbir tat-taxxa u jiskoraġġixxu l-evażjoni tat-taxxa, fosthom billi jrawmu d-diġitalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet, il-ġbir tat-taxxa u l-għażla għall-awditi. Dawn il-miżuri huma mistennija jappoġġaw id-dħul nazzjonali, jiġġieldu l-ekonomija sotterranja u jnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għall-kontribwenti. Xi Stati Membri nedew ukoll riformi komprensivi tas-sistemi tat-taxxa tagħhom, immirati lejn l-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku u t-titjib tal-ġustizzja. Fir-rigward tan-nefqa pubblika, ittieħdu diversi passi f’għadd ta’ Stati Membri biex jitnedew rieżamijiet tal-infiq, jiġu integrati fil-proċess baġitarju nazzjonali, jew, fejn dan diġà nkiseb, jittejjeb it-tfassil tagħhom u tissaħħaħ il-governanza tagħhom. Xi Stati Membri ħadu wkoll miżuri mmirati lejn it-titjib tal-ġestjoni tal-intrapriżi tal-Istat, it-titjib tal-għodod tat-tbassir baġitarju u r-raffinar tal-qafas kontabilistiku.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa taħt il-pilastru tas-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali (l-oqsma ta’ politika tal-“politika fiskali u l-governanza fiskali” u tal-“miżuri tat-taxxa”)

    Riformi:

    ØL-Italja implimentat sett komprensiv ta’ miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa, immirati biex jinkoraġġixxu l-konformità u jtejbu l-kontrolli. L-immirar tal-awditi tat-taxxa ġie rfinut bis-saħħa ta’ tekniki ta’ apprendiment awtomatiku u settijiet tad-data interkonnessi, li issa jinkludu wkoll data korporattiva dwar tranżazzjonijiet elettroniċi. L-Italja estendiet ukoll l-użu obbligatorju tal-fatturazzjoni elettronika għal setturi li qabel kienu eżentati, ħeġġet aktar il-pagamenti elettroniċi u tejbet il-lotterija tar-riċevuti biex tiskoraġġixxi n-nuqqas ta’ fatturazzjoni.

    ØSpanja stabbiliet unità permanenti fl-Awtorità Indipendenti għar-Responsabbiltà Fiskali (AIReF) biex twettaq rieżamijiet tal-infiq u biddlet l-istruttura organizzazzjonali tal-Ministeru għall-Finanzi biex issegwi b’mod sistematiku r-rakkomandazzjonijiet tar-rieżamijiet tal-infiq. Dawn ir-riformi għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-infiq pubbliku. Spanja rrevediet ukoll il-Liġi kontra l-Evażjoni u l-Frodi tat-Taxxa u aġġornat il-lista Spanjola ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx fi kwistjonijiet tat-taxxa. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jiksbu konformità tat-taxxa ogħla u li jagħmlu s-sistema tat-taxxa aktar ġusta.

    Investimenti:

    ØIr-Rumanija implimentat investiment li għandu l-għan li jtejjeb l-amministrazzjoni tat-taxxa permezz tal-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tar-riskju. L-investiment huwa mistenni li jkollu impatt fuq il-livell ta’ konformità tat-taxxa u l-kisba tad-dħul tal-baġit, filwaqt li jiżgura ambjent tas-suq kompetittiv u jżid l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa. Din il-miżura speċifika tipprevedi li mill-inqas 150 000 reġistru tal-flus ikunu konnessi mas-sistema elettronika tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali. Il-konnessjoni sħiħa għandha tindirizza b’mod partikolari l-frodi fil-qasam tal-kummerċ u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diskrepanza fil-VAT.

    3.6. Kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet (jiġifieri l-Pilastru 6)

    Il-miżuri taħt il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ jiffokaw primarjament fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, kif ukoll miżuri li jappoġġaw l-impjieg taż-żgħażagħ. Is-27 RRP adottati mill-Kunsill jappoġġaw il-pilastru 6 b’madwar EUR 54,9 biljun. Madwar tliet kwarti tan-nefqa totali relatata mal-pilastru 6 jikkontribwixxu għall-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja. Il-25 % li jifdal huma maqsuma kważi b’mod ugwali bejn l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, u l-appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ. L-analiżi tan-nefqa fil-pilastru tidher fl-Illustrazzjoni 26.

    Mis-705 stadji importanti u miri li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti s’issa, 64 jikkontribwixxu għall-pilastru 6, inklużi 61 stadju importanti u mira li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-1 ta’ Marzu 2022. Mill-1 ta’ Marzu 2022, twettqu 56 stadju importanti u mira f’45 miżura fil-qasam ta’ politika tal-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja (l-Illustrazzjoni 27). L-istadji importanti u l-miri fil-pilastru 6 huma assoċjati ma’ miżuri li jrawmu l-kwalità, itejbu l-aċċess u l-inklużività tas-sistemi edukattivi, isaħħu l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali fl-edukazzjoni, jipprovdu taħriġ u appoġġ għall-għalliema, iżidu l-modernizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll jipprovdu appoġġ għall-edukazzjoni għolja u l-kooperazzjoni mal-amministrazzjoni pubblika u n-negozji.

    Illustrazzjoni 26: Analiżi tan-nefqa li tappoġġa l-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Din iċ-ċart turi analiżi tal-kontribuzzjoni stmata għall-pilastru tal-politika skont lista ta’ oqsma ta’ politika stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea. Il-perċentwal huwa relatat mas-sehem ġenerali tal-pjan ittagjat taħt dan il-pilastru ta’ politika. Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif definita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. F’dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Illustrazzjoni 27: L-għadd ta’ miżuri fil-pilastru 6 bi stadji importanti u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-aħħar rapport annwali tal-RRF, għal kull qasam ta’ politika

    Nota: Il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali, kif iddefinita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, hija allinjata u integrata bis-sħiħ fil-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa taħt is-sitt pilastri. Taħt dan il-pilastru, l-oqsma ta’ politika mmarkati b’asterisk (*) jintużaw għall-metodoloġija tan-nefqa soċjali.

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Edukazzjoni Ġenerali, Vokazzjonali u Għolja: Aċċessibbiltà, Affordabbiltà, Kwalità u Inklużività, Inklużi d-Diġitalizzazzjoni u l-Infrastruttura

    L-investimenti u r-riformi li jammontaw għal aktar minn EUR 43,2 biljun fl-edukazzjoni ġenerali tal-iskejjel se jappoġġaw titjib fil-kwalità u fl-inklużività. Xi Stati Membri se joffru appoġġ individwalizzat lil skejjel u studenti żvantaġġati, fosthom mentoraġġ, anki bil-ħsieb li jingħelbu d-diskrepanzi fl-apprendiment u jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Miżuri oħrajn jinkludu investimenti biex iżidu l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħlim u jippermettu l-edukazzjoni ta’ jum sħiħ. Diversi miżuri jindirizzaw kwistjonijiet bħall-implimentazzjoni ta’ riformi kurrikulari, ir-riforma tal-mekkaniżmi ta’ reklutaġġ tal-għalliema, it-titjib tal-edukazzjoni għal tfal bi bżonnijiet speċjali, l-appoġġ għal studenti bi prestazzjoni baxxa, it-titjib tal-evalwazzjoni esterna tal-iskejjel jew l-appoġġ għad-desegregazzjoni.

    Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jippjanaw li jinvestu fl-infrastruttura diġitali u l-konnettività tal-iskejjel, spiss b’enfasi fuq skejjel żvantaġġati u rurali. Dawn l-investimenti jinkludu t-trasformazzjoni tal-klassijiet f’ambjenti ta’ apprendiment flessibbli u konnessi u li l-istudenti u l-għalliema jiġu mgħammra b’apparat diġitali biex jitnaqqas id-distakk diġitali. Il-kompetenzi diġitali tal-istudenti se jittejbu permezz tal-adattament tal-kurrikuli tal-iskejjel u l-iżvilupp tar-riżorsi diġitali u l-kontenut diġitali. Ħafna Stati Membri jinkludu t-taħriġ tal-għalliema dwar l-edukazzjoni diġitali fil-pjanijiet tagħhom.

    Xi Stati Membri se jużaw l-RRF biex jappoġġaw it-trasformazzjoni tal-edukazzjoni għolja tagħhom b’firxa wiesgħa ta’ miżuri. Il-miżuri jinkludu l-immodernizzar ta’ programmi ta’ studju, l-espansjoni ta’ postijiet ta’ studju, it-tnedija ta’ korsijiet ġodda ta’ studju, ir-reviżjoni ta’ mudelli ta’ finanzjament fl-edukazzjoni għolja, l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ governanza, l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja. Barra minn hekk, it-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni għolja se jiġi ffinanzjat minn għadd ta’ Stati Membri bħal, pereżempju, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja u l-Iżvezja.

    Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal: Aċċessibbiltà, Affordabbiltà, Kwalità u Inklużività, Inklużi d-Diġitalizzazzjoni u l-Infrastruttura

    L-investimenti u r-riformi li jammontaw għal aktar minn EUR 8 biljun fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal inklużivi ta’ kwalità huma mistennija li jżidu r-rati ta’ parteċipazzjoni, b’mod partikolari fost il-gruppi żvantaġġati, u b’hekk inaqqsu l-inugwaljanzi u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal 59 . Aktar minn nofs l-Istati Membri inkludew miżuri biex itejbu l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (early childhood education and care, ECEC) billi espandew il-kapaċitajiet, l-inklużività u/jew il-kwalità tagħhom. Il-forniment ta’ ECEC affordabbli ta’ kwalità jiffaċilitaw, minn naħa waħda, opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku tagħhom, u, min-naħa l-oħra, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jindukraw, ta’ spiss nisa, it-tnaqqis tar-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. L-investimenti fil-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-infrastruttura spiss ikunu akkumpanjati minn riformi. Pereżempju, il-pajjiżi qed jippjanaw li jbaxxu l-età tal-edukazzjoni obbligatorja tal-iskola preprimarja, jintroduċu intitolament legali għal post, jirrieżaminaw il-mudell ta’ finanzjament, inaqqsu t-tariffi tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal, itejbu d-dijanjożi bikrija u l-appoġġ għat-tfal b’diżabilità, jirrieżaminaw is-sistema ta’ reklutaġġ għall-persunal tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal u jadottaw il-qafas legali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-taħriġ u l-opportunitajiet għal aktar professjonalizzazzjoni tal-persunal.

    Appoġġ għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ u Ħolqien tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ, Inklużi Inċentivi għall-Impjegar u għat-Tranżizzjoni tal-Impjiegi u Appoġġ għal Dawk li Jaħdmu għal Rashom

    Il-miżuri li jappoġġaw l-impjieg taż-żgħażagħ jinkludu sussidji għall-apprendistati, investimenti għall-adattament tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg għaż-żgħażagħ, it-titjib tal-ikkowċjar taż-żgħażagħ u gwida individwali lejn l-impjiegi u l-awtonomija, u skemi li jinċentivaw ir-reklutaġġ taż-żgħażagħ mis-settur privat li jammontaw għal madwar EUR 6,1 biljun.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa skont il-politiki għall-pilastru tal-ġenerazzjoni li jmiss

    Riformi:

    ØIl-Bulgarija laħqet tliet stadji importanti li għandhom l-għan li jtejbu l-effettività tas-sistema tal-edukazzjoni fil-livelli kollha – l-iskola preprimarja, l-iskola u l-edukazzjoni għolja. Dawn jinkludu emendi fl-Att dwar l-Edukazzjoni tal-Iskola Preprimarja u fl-Iskejjel u fil-leġiżlazzjoni sekondarja relatata, fosthom li l-edukazzjoni tal-iskola preprimarja ssir obbligatorja mill-età ta’ erba’ snin, emendi għall-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja biex tiġi introdotta sistema ta’ akkreditazzjoni riveduta għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u l-adozzjoni ta’ Mappa Nazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja.

    Il-Bulgarija tejbet l-effettività tas-sistema tal-iskejjel tagħha

    ØIċ-Ċekja laħqet diversi stadji importanti u miri fil-qasam tal-edukazzjoni. Riforma rrevediet il-kurrikuli tal-iskejjel primarji, sekondarji tal-ewwel livell u tat-tieni livell bil-ħsieb li tippromwovi l-litteriżmu diġitali u ħiliet avvanzati tal-IT bħall-ipproċessar u l-immudellar tad-data, il-kodifikazzjoni u l-programmazzjoni, ir-robotika, u r-realtà virtwali/awmentata. Barra minn hekk, mill-inqas 20 università ntgħażlu biex jingħataw appoġġ fl-iżvilupp tagħhom ta’ programmi ta’ studju ġodda li jiffokaw fuq it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid.

    ØL-Italja rat id-dħul fis-seħħ tar-riforma dwar il-professjoni tat-tagħlim. Ir-riforma tikkonsisti f’erba’ punti: i) it-titjib u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-kompetizzjoni pubblika; ii) it-tisħiħ tal-kwalifika meħtieġa għall-aċċess għall-professjoni tat-tagħlim; iii) l-istabbiliment ta’ qafas ta’ mobilità aktar effettiv għall-għalliema fl-interess tal-kontinwità tat-tagħlim; u iv) l-istabbiliment ta’ progressjoni fil-karriera marbuta mal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-iżvilupp professjonali kontinwu.

    Investimenti:

    ØIċ-Ċekja pprovdiet 74 000 apparat diġitali (tablets, laptops, mowbajls, eċċ.) lil 4 102 skejjel primarji u sekondarji għall-apprendiment mill-bogħod.

    3.7. Il-kontribuzzjoni tal-Faċilità għall-politika soċjali, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll it-tfal u ż-żgħażagħ

    Politika soċjali

    L-Istati Membri inkludew għadd sinifikanti ta’ miżuri fl-RRPs tagħhom li jrawmu l-politika soċjali, inkluż dawk relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll it-tfal u ż-żgħażagħ, u b’hekk jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Mill-2 042 stadju importanti u mira li jrawmu l-politika soċjali, intlaħqu 213-il stadju importanti jew mira, inklużi l-199 li ntlaħqu mill-1 ta’ Marzu 2022 (ara t-taqsima 3.4, 3.5 u 3.6 għal analiżi mmirata tal-miżuri li jikkontribwixxu għall-impjiegi u l-ħiliet, għall-edukazzjoni u għall-kura bikrija tat-tfal, is-saħħa u l-kura fit-tul kif ukoll il-politiki soċjali).

    Total ta’ madwar EUR 139,8 biljun allokati mill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-infiq soċjali 60 , li jirrappreżenta madwar 28 % tan-nefqa totali stmata. Madwar terz ta’ dan l-ammont huwa ddedikat għall-infiq fuq l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, terz ieħor fuq is-saħħa u l-kura fit-tul, filwaqt li l-bqija huwa maqsum bejn l-infiq fuq l-impjiegi u l-ħiliet, u l-politiki soċjali (l-Illustrazzjoni 28).

    Illustrazzjoni 28: Sehem tan-nefqa soċjali tal-RRF skont il-kategoriji soċjali ewlenin

    Nota: Din l-illustrazzjoni turi l-analiżi tal-infiq soċjali stmat fl-RRPs kollha approvati. Il-kategoriji soċjali huma ddefiniti u applikati skont il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri fir-Regolament Delegat 2021/2105.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

    Ugwaljanza bejn il-ġeneri

    L-RRPs tal-Istati Membri jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri b’diversi modi. Is-27 pjan adottati fihom 134 (sotto)miżura b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u ħafna riformi u investimenti li huma mmirati b’mod espliċitu biex jikkontribwixxu għal opportunitajiet indaqs b’mod ġenerali. L-analiżi tal-miżuri rilevanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għal kull Stat Membru hija pprovduta fl-Illustrazzjoni 29 61 62 .

    Illustrazzjoni 29: Sehem (f’%) ta’ miżuri li jiffokaw fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-RRPs adottati 

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

    Minbarra l-miżuri li jikkontribwixxu b’mod espliċitu għall-opportunitajiet indaqs, l-Istati Membri inkludew riformi u investimenti oħrajn fil-pjanijiet tagħhom li jintegraw il-kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza. Dan xi drabi jinvolvi sottomiri espliċiti jew dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw li l-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi jitqiesu f’oqsma ta’ politika oħrajn. Fl-istess ħin, anke jekk il-miżuri fl-oqsma tas-suq tax-xogħol, tal-akkomodazzjoni, tal-enerġija, tat-trasport u tad-diġitalizzazzjoni inizjalment jistgħu ma jitqisux bħala politiki li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom jista’ jkollha kontribut sinifikanti għat-trawwim ta’ opportunitajiet indaqs. Pereżempju, ir-riformi u l-investimenti fl-infrastruttura, fit-trasport pubbliku jew fil-konnettività diġitali setgħu ma kinux imfassla għall-finijiet ta’ opportunitajiet indaqs iżda jista’ jkollhom impatt pożittiv f’termini ta’ aċċess għal edukazzjoni mill-bogħod, servizzi u utilitajiet essenzjali (tas-saħħa) jew billi n-nies b’mobbiltà limitata jew li jgħixu f’żoni remoti jitħallew jipparteċipaw f’attivitajiet ekonomiċi u fil-ħajja soċjali.

    L-Istati Membri qed jagħmlu progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Mill-134 (sotto)miżura b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-27 RRP, 25 (sotto)miżura fihom stadji importanti jew miri li huma milħuqa, inklużi 20 mill-1 ta’ Marzu 2023. Eżempji ta’ miżuri b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bi stadji importanti u miri milħuqa huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

    Riformi:

    ØIl-Kroazja adottat liġi tax-xogħol ġdida li tinkludi dispożizzjonijiet għal aktar flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol u fil-post tax-xogħol, kif ukoll dispożizzjonijiet li jnaqqsu d-differeza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa. Il-flessibbiltà addizzjonali tippermetti b’mod speċjali lill-ġenituri u lill-fornituri tal-kura jagħmlu aktar użu mill-arranġamenti tax-xogħol part-time.

    ØSpanja introduċiet leġiżlazzjoni ġdida biex tiżgura paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz tal-obbligu ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, filwaqt li trawwem it-trasparenza fil-pagi biex tidentifika u tevita d-diskriminazzjoni u tiżviluppa strumenti biex jikkonformaw mal-prinċipju tat-trasparenza fil-pagi.

    Investimenti:

    ØL-Italja implimentat investiment li jappoġġa l-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi mmexxija min-nisa, billi stabbiliet fond ġdid u saħħet tnejn oħrajn eżistenti mill-2021. L-istadju importanti relatat intlaħaq b’mod sodisfaċenti bħala parti mill-ewwel talba għall-pagament. L-ewwel 700 ditta huma mistennija li jkunu intitolati għal appoġġ minn Lulju 2023 u, skont id-data nazzjonali, sa Ġunju 2023 intgħażlu uffiċjalment aktar minn 1 000 ditta. L-Italja stabbiliet ukoll sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex tħeġġeġ u tinċentiva prattiki korporattivi li jwasslu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

    Tfal u żgħażagħ

    L-425 (sotto)miżura b’enfasi fuq it-tfal u ż-żgħażagħ huma mifruxa fuq għadd ta’ oqsma ta’ politika, primarjament fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Analiżi ddedikata dwar il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, pereżempju fil-qasam tal-edukazzjoni u t*-taħriġ, tista’ tinstab fit-taqsima 3.6. 

    Mill-miżuri b’enfasi fuq iż-żgħażagħ u t-tfal fis-27 RRP, 83 (sotto)miżura fihom stadji importanti jew miri li ntlaħqu, inklużi 79 (sotto)miżura bi stadju importanti u mira milħuqa mill-1 ta’ Marzu 2022. Għadd kbir ta’ Stati Membri bdew b’riformi u investimenti li jappoġġaw lit-tfal u liż-żgħażagħ. Eżempji ta’ miżuri li jappoġġaw lit-tfal u liż-żgħażagħ bi stadji importanti u miri milħuqa huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa b’enfasi fuq it-tfal u ż-żgħażagħ

    Riformi:

    ØL-Awstrija introduċiet pakkett ta’ edukazzjoni ta’ rimedju u miżuri ta’ appoġġ relatati ffokati b’mod partikolari fuq studenti żvantaġġati, inkluż il-forniment ta’ riżorsi għal lezzjonijiet ta’ appoġġ, diviżjonijiet tal-grupp/klassi, miżuri ta’ appoġġ individwali u lezzjonijiet supplimentari matul il-vaganzi tas-sajf. Diġà seħħew ħafna lezzjonijiet ta’ appoġġ addizzjonali, bl-għan li jikkumpensaw għad-defiċits akkumulati fl-apprendiment u għat-telf potenzjali fl-edukazzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19.

    ØIl-Bulgarija implimentat l-ewwel parti tar-riforma tal-edukazzjoni tal-iskola preprimarja u tal-iskola u tal-apprendiment tul il-ħajja, inkluż obbligu ġdid għat-tfal biex jattendu l-edukazzjoni tal-iskola preprimarja mill-età ta’ erba’ snin. Emendi oħrajn għall-Att kienu jinkludu aġġornament tal-kurrikuli ewlenin tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u opportunitajiet addizzjonali ta’ apprendiment mill-bogħod.

    ØIl-Litwanja bdiet tirriforma s-sistema ta’ gwida vokazzjonali tagħha, b’enfasi fuq il-konsulenza għall-karriera u l-apprendiment tul il-ħajja, biex tgħaqqad aħjar il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol. L-ewwel passi lesti stabbilew il-qafas u l-ġestjoni tas-sistema, ir-rekwiżiti ta’ kompetenza tal-professjonisti tal-karriera, is-sistema ta’ finanzjament għas-servizzi pprovduti, l-ambitu tal-involviment tal-istituzzjonijiet u tas-sħab soċjali.

    ØMalta bdiet timplimenta riforma biex ittejjeb l-edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità, b’mod partikolari billi stabbiliet unitajiet għall-awtiżmu ġodda fl-iskejjel medji, li huma ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ fuq l-ispettru tal-awtiżmu li issa għandhom aċċess għal tagħmir li jakkomoda l-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tagħhom.

    Investimenti:

    ØFranza appoġġat l-impjieg taż-żgħażagħ b’aktar minn 337 000 sussidju għar-reklutaġġ fl-ewwel nofs tal-2021 għaż-żgħażagħ taħt l-età ta’ 26 sena. Is-sussidji tħallsu lill-impjegatur għall-konklużjoni ta’ kuntratt għal terminu fiss (ta’ mill-inqas 3 xhur) jew kuntratt għal żmien indefinit għaż-żgħażagħ taħt is-26 sena, f’impjiegi li jeħtieġu kwalifiki moderati jew f’livell ta’ dħul.

    Gruppi żvantaġġati

    L-RRPs ta’ diversi Stati Membri jinkludu wkoll miżuri biex tiġi indirizzata l-integrazzjoni ekonomika u soċjali ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll il-protezzjoni u l-integrazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati oħrajn, bħal persuni bi sfond ta’ migrazzjoni jew Rom. Minbarra diversi miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ b’enfasi fuq gruppi żvantaġġati kif deskritt hawn fuq, l-Istati Membri jintroduċu pereżempju inċentivi għall-impjegaturi biex jimpjegaw persuni b’diżabilità u biex jappoġġaw l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jew jagħmlu sforzi mmirati biex ineħħu l-ostakli fil-binjiet pubbliċi u biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fl-edukazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà.

    Mill-1 ta’ Marzu 2022, diversi Stati Membri (eż. l-Awstrija, il-Kroazja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja) lestew jew bdew riformi u/jew investimenti importanti li jippromwovu l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati, bħal persuni b’diżabilità, persuni bi sfond etniku ta’ migrazzjoni jew ta’ minoranza. Dawn il-miżuri xi drabi jindirizzaw b’mod espliċitu l-popolazzjoni tar-Rom. Barra minn hekk, xi Stati Membri wettqu riformi u investimenti biex itejbu u/jew jiddiġitalizzaw is-sistema ta’ akkoljenza għall-migranti u għar-refuġjati. Eżempji ta’ miżuri li jappoġġaw l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati bi stadji importanti u miri milħuqa huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa b’enfasi fuq gruppi żvantaġġati

    Riformi:

    ØIs-Slovakkja introduċiet skema ġdida u aċċellerata tal-viża, immirata lejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin li jkunu qed ifittxu impjieg, billi tippermettilhom jibdew jaħdmu immedjatament abbażi ta’ viża nazzjonali.

    ØIl-Greċja introduċiet liġi li tippermetti t-tranżizzjoni lejn kura bbażata fil-komunità għad-diżabilità u nediet l-ewwel pass ta’ fażi pilota għal skema ta’ assistenza personali.

    ØIl-Kroazja implimentat it-taħriġ ta’ 256 professjonist tal-mentoraġġ soċjali, permezz ta’ 15-il modulu f’disat ibliet: Varaždin, Karlovac, Zagreb, Slavonski Brod, Split, Osijek, Zadar, Rijeka u Pula. L-għan tat-taħriġ kien li jissaħħu l-kompetenzi tal-professjonisti fis-sistema tal-benesseri soċjali biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ servizz ta’ mentoraġġ soċjali b’suċċess kemm jista’ jkun meta ssir ħidma ma’ individwi f’pożizzjoni marġinalizzata fis-soċjetà jew f’riskju.

    ØL-Italja appoġġat proġetti mmirati biex iżidu l-awtonomija tal-persuni b’diżabilità. Il-proġetti jikkonsistu fir-rinnovazzjoni tal-ispazji domestiċi u l-għoti ta’ informazzjoni u ta’ apparat ta’ komunikazzjoni lil persuni b’diżabilità, akkumpanjati minn taħriġ dwar il-ħiliet diġitali. Fi tmiem l-2022, aktar minn 500 proġett kienu diġà ġew ikkonsenjati lil persuni b’diżabilità mid-distretti soċjali responsabbli. L-objettiv ġenerali huwa li jintlaħqu mill-inqas 5 000 persuna b’diżabilità sal-aħħar ta’ Marzu 2026 madwar il-pajjiż kollu.

    Proġett inawgurat f’Casa Vitinia, Ruma fi tmiem l-2022, li jikkonsisti fit-twassil ta’ dar rinnovata u opportunitajiet ta’ taħriġ relatati mal-ħiliet diġitali lil 12-il persuna b’diżabilità

    Drittijiet tal-awtur: Il-gvern Taljan

    Investiment:

    ØIl-Latvja pprovdiet aċċess għal kontenut ta’ apprendiment u biex tippermetti lil gruppi soċjalment vulnerabbli jipparteċipaw fl-apprendiment mill-bogħod. Fl-2021 ġie approvat qafas għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ apprendiment mill-bogħod fl-istituzzjonijiet edukattivi. L-investiment fl-RRP jikkonsisti fix-xiri ta’ tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ġenerali, b’appoġġ immirat għall-istudenti minn gruppi soċjalment vulnerabbli, għalliema u l-ħolqien ta’ “librerija tal-kompjuter” fl-istituzzjonijiet edukattivi.

    3.8. Kontribuzzjoni għal proġetti transfruntiera u multinazzjonali

    L-RRF tappoġġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fi proġetti transfruntiera, bl-ippjanar ta’ riformi u investimenti li jsir fl-istess ħin b’mod koordinat. Filwaqt li kull RRP jirrifletti s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru, xi sfidi komuni jirrikjedu riformi u investimenti kkoordinati. Il-kollaborazzjoni bejn diversi pajjiżi tista’ tippermetti l-appoġġ għal proġetti kbar li Stat Membru wieħed ma setax jiżviluppa waħdu u tippermetti li jinġabru r-riżorsi, u b’hekk jiżdied l-impatt u jinkisbu ekonomiji ta’ skala u sinerġiji.

    Matul it-tħejjija tal-pjanijiet, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jipparteċipaw fi proġetti multinazzjonali ewlenin, li jsaħħu l-koordinazzjoni għal investimenti kritiċi f’setturi strateġiċi – u jipprovdu benefiċċji tanġibbli għas-Suq Uniku. L-importanza ta’ proġetti multinazzjonali kompliet tissaħħaħ fl-emenda tar-Regolament RRF, li jirrikjedi permezz ta’ kriterju ta’ valutazzjoni addizzjonali li tingħata attenzjoni qawwija lill-miżuri kollha introdotti taħt il-kapitolu tar-REPowerEU biex jikkontribwixxu għal proġetti transfruntiera jew multinazzjonali.

    Tranżizzjoni ekoloġika

    Aktar minn nofs l-RRPs jinkludu miżuri li jikkontribwixxu għal proġetti multinazzjonali jew inizjattivi transfruntiera relatati ma’ miżuri taħt il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika (ara t-Tabella 8 hawn taħt): B’kollox, aktar minn 38 miżura huma rilevanti għal proġetti ekoloġiċi multinazzjonali jew transfruntiera.

    ·Il-proġetti multinazzjonali bl-ogħla użu fl-RRPs huma l-miżuri “Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni” (IPCEI) dwar l-idroġenu (inklużi f’disa’ miżuri ta’ sitt Stati Membri). Il-proġetti multinazzjonali relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika jinkludu wkoll żewġ interkonnetturi elettriċi (EUR 0,3 biljun) u l-interkonnettur ferrovjarju bejn Verona u Brenner (EUR 0,9 biljun).

    ·Għadd ta’ proġetti transfruntiera se jrawmu l-interoperabbiltà ferrovjarja tal-UE, b’dimensjoni transfruntiera sinifikanti. Xi ftit minn dawn il-proġetti jirrigwardaw l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (European Rail Traffic Management System, ERTMS) (ħames RRPs, tmien proġetti, EUR 3,4 biljun). L-ERTMS hija dwar l-interoperabbiltà, id-diġitalizzazzjoni u s-sikurezza tas-servizzi ferrovjarji u hija kruċjali biex it-traffiku jiġi ttrasferit mit-triq għall-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq rotot transfruntiera. Il-ħtiġijiet ta’ investiment f’termini ta’ senjalar ferrovjarju madwar l-UE kollha huma sinifikanti, peress li 11 % biss tal-kurituri tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) huma mgħammra b’mod adegwat. Barra minn hekk, l-RRF se tiffinanzja l-implimentazzjoni tal-kurituri ferrovjarji tat-TEN-T (eż., RailBaltica, il-Mediterran (Spanja-Franza), l-Iskandinavja-il-Mediterran (it-taqsima Taljana), il-Baħar tat-Tramuntana-il-Mediterran (il-Belġju-il-Lussemburgu)) għal ammont li jaqbeż -EUR 24,9 biljun (li jirrappreżenta 11-il RRP, 17-il miżura u aktar minn 40 stadju importanti u mira). 

    Mill-aħħar rapport annwali tal-RRF f’Marzu 2022, ħames stadji importanti u miri relatati ma’ proġetti ekoloġiċi transfruntiera u/jew multinazzjonali, minn total ta’ 10, intlaħqu b’mod sodisfaċenti. Barra minn hekk, minħabba r-reviżjoni tal-RRPs, miżura waħda fuq il-kurituri tat-TEN-T tneħħiet abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, filwaqt li ġiet miżjuda miżura oħra fuq l-interkonnessjoni ferrovjarja abbażi tal-Artikolu 21. Barra minn hekk, il-Kummissjoni approvat il-kapitoli tar-REPowerEU li jinkludu miżuri b’natura transfruntiera mill-Istati Membri li ġejjin: l-Estonja, Franza, is-Slovakkja u Malta (għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima 4.2: REPowerEU).

    Tabella 8: Proġetti multinazzjonali relatati ma’ miżuri taħt il-pilastru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika

    BE

    BG

    CZ

    DK

    DE

    EE

    IE

    EL

    ES

    FR

    HR

    IT

    CY

    LV

    LT

    LU

    HU

    MT

    NL

    AT

    PL

    PT

    RO

    SI

    SK

    FI

    SE

    Total

    IPCEI Idroġenu

    7

    Interkonnettur elettriku

    2

    Interkonnettur ferrovjarju

    2

    ERTMS

    5

    Kurituri TEN-T

    11

    Sors: Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tas-27 Stat Membru kollha

    Tranżizzjoni diġitali

    Il-biċċa l-kbira tal-RRPs jinkludu wkoll miżuri li jikkontribwixxu għal proġetti multinazzjonali jew inizjattivi transfruntiera relatati mat-tranżizzjoni diġitali, b’21 minn 27 pjan jinkorporaw dawn il-proġetti. B’kollox, aktar minn 50 (sotto)miżura jikkontribwixxu għal proġetti multinazzjonali jew transfruntiera.

    L-RRPs se jikkontribwixxu, permezz tal-proġetti diġitali multinazzjonali, għall-prijoritajiet tal-UE. Kontribuzzjonijiet għall-proġett multinazzjonali dwar il-mikroelettronika, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività tal-UE fit-teknoloġiji tas-semikondutturi, huma inklużi fi 12-il RRP. Tmien Stati Membri jinkludu fl-RRPs tagħhom l-appoġġ għan-Network Ewropew taċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali, li se jgħin biex titrawwem id-diġitalizzazzjoni fl-SMEs. Bosta RRPs jinkludu wkoll appoġġ għal proġetti multinazzjonali li jappoġġaw l-iżvilupp u l-użu ta’ kurituri 5G transfruntiera, ta’ infrastruttura u servizzi tal-cloud, kapaċitajiet fil-qasam tal-mikroelettronika, infrastruttura ta’ komunikazzjoni kwantistika u computing ta’ prestazzjoni għolja, fost l-oħrajn. Tabella 9 tiġbor fil-qosor il-proġetti diġitali multinazzjonali fis-27 RRP adottati.

    Mill-bidu tal-RRF, 13-il stadju importanti u mira relatati ma’ proġetti diġitali transfruntiera u/jew multinazzjonali ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. (Barra minn hekk, minħabba r-reviżjoni tal-RRPs, tneħħew ċerti miżuri, abbażi tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF).

    Tabella 9. Proġetti diġitali multinazzjonali

    BE

    BG

    CZ

    DK

    DE

    EE

    IE

    EL

    ES

    FR

    HR

    IT

    CY

    LV

    LT

    LU

    HU

    MT

    NL

    AT

    PL

    PT

    RO

    SI

    SK

    FI

    SE

    Total

    Mikroelettronika

     

     

     

     

     

     

     

    12

    Ċentri Ewropej

    tal-Innovazzjoni

    Diġitali

     

     

     

     

     

     

     

     

    8

    Kurituri 5G

    7

    Cloud

    7

    Infrastruttura tal-Komunikazzjoni Kwantistika Ewropea

    4

    Euro High Perf. Computing

    3

    Amministrazzjoni pubblika konnessa

    3

    Ġenoma tal-Ewropa

    3

    Kejbils sottomarini

    2

    Blockchain (EBSI)

    2

    Ċentri ta’ Operazzjoni

    ta’ Sigurtà

    2

    Oħrajn

    9

    Sors: Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tas-27 Stat Membru kollha

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri milħuqa fi proġetti transfruntiera u multinazzjonali

    Riformi:

    ØIċ-Ċekja nediet iċ-Ċentru tal-Osservatorju Ewropew tal-Media DiġitaliĊentrali. L-Osservatorju huwa parti mill-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali u għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online fil-livell nazzjonali, tranżnazzjonali u Ewropew.

    ØFranza ppubblikat strateġiji nazzjonali mmirati lejn iż-żieda tal-investiment f’teknoloġiji diġitali ewlenin inklużi teknoloġiji kwantistiċi, ċibersigurtà, 5G u soluzzjonijiet futuri tat-telekomunikazzjoni u tal-cloud, u tinkludi kontribuzzjonijiet għal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs), li għandhom l-għan li jibnu kapaċitajiet Ewropej f’teknoloġiji avvanzati importanti.

    ØL-Italja adottat att legali nazzjonali li jalloka l-finanzjament meħtieġ biex jipprovdi appoġġ lill-parteċipanti għall-IPCEIs, filwaqt li jispeċifika l-proċeduri u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ proġetti u r-rekwiżiti ta’ aċċess ta’ benefiċjarji potenzjali.

    Investimenti

    ØL-Awstrija għażlet proġetti biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ mikroelettronika u teknoloġiji ta’ konnettività innovattivi, li jikkontribwixxu għall-IPCEI dwar il-mikroelettronika u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni.

    ØIl-Portugall għażel il-konsorzji taċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali bħala inkubaturi/aċċelleraturi biex titrawwem l-ekosistema tal-intraprenditorija fuq it-tranżizzjoni diġitali. Iċ-ċentri se jkunu parti min-network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali.

    3.9. Kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

    Ġie rreġistrat progress għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs), b’tal-inqas xi progress li sar fi 68 % tas-CSRs tal-2019-2020 (l-Illustrazzjoni 30). Il-valutazzjoni tas-CSR ippubblikata bħala parti mill-pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew tal-2023 turi żieda kostanti fl-implimentazzjoni kemm tas-CSRs tal-2019 ta’ natura strutturali kif ukoll tas-CSRs tal-2020 aktar orjentati lejn il-kriżi. Dan juri b’mod ċar l-inċentivi pprovduti mill-RRF mill-2021, li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u l-enfasi tagħhom fuq ir-riformi mistennija jkomplu jsaħħu l-implimentazzjoni tas-CSR fis-snin li ġejjin. L-Istati Membri għamlu l-akbar progress mill-2019 fl-aċċess għall-finanzi u s-servizzi finanzjarji, segwiti mill-funzjonament tas-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ambjent tan-negozju. Fl-istess ħin il-progress kien inqas viżibbli fl-oqsma tas-suq uniku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, l-akkomodazzjoni, il-kura fit-tul u s-sistemi tal-pensjonijiet.

    Illustrazzjoni 30: Livell kurrenti ta’ implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2020

    Sors: Il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2023

    Illustrazzjoni 31: Implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2022: valutazzjoni annwali f’kull sena konsekuttiva fil-konfront tal-implimentazzjoni sa issa

    Sors: Il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2023

    Il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet adottati fl-2022 kien sostanzjali wkoll, b’mill-inqas xi progress fi kważi 52 % tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri f’Lulju 2022 (l-Illustrazzjoni 31). Il-biċċa l-kbira tal-progress b’mod ġenerali nkiseb fil-qafas baġitarju u fil-governanza fiskali, segwiti mit-trasport, mill-ambjent tan-negozju u mill-effiċjenza enerġetika. B’kuntrast għal dan, sar inqas progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-politika tat-tassazzjoni.

    4.REPowerEU

    Sa mill-istabbiliment tar-Regolament RRF fi Frar 2021, avvenimenti ġeopolitiċi mingħajr preċedent fixklu l-ekonomiji u s-swieq tal-enerġija Ewropej u globali. L-Istati Membri kienu qed jiffaċċjaw diversi sfidi ġodda minn prezzijiet għoljin tal-enerġija, kapaċità amministrattiva mgħobbija żżejjed, tfixkil fil-ktajjen tal-provvista jew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Bi tweġiba għal dawn l-avvenimenti reċenti, il-Kummissjoni stabbiliet il-pjan REPowerEU, bl-għan li l-UE ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi qabel l-2030. Ir-REPowerEU tiffoka fuq id-diversifikazzjoni tal-importazzjonijiet tal-gass u twettaq l-aġġustamenti relatati għall-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li taċċellera wkoll il-penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli u tippermetti l-iffrankar tal-enerġija fl-ekonomija kollha.

    Il-Pjan REPowerEU, propost f’Mejju 2022 bħala r-rispons tal-UE għall-kriżi globali tal-enerġija, irrikonoxxa r-rwol tal-RRF, flimkien ma’ strumenti oħrajn tal-UE inklużi fondi tal-politika ta’ koeżjoni 63 , għall-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u ekoloġika. Skont ir-REPowerEU, l-RRF se tappoġġa lill-Istati Membri biex iressqu riformi u investimenti addizzjonali biex jintlaħqu l-objettivi tar-REPowerEU, inkluż it-tneħħija gradwali rapida tad-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi, l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, l-appoġġ tat-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-appoġġ tal-ktajjen tal-valur fil-materja prima kritika u t-teknoloġiji marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika. Dawn il-miżuri ġodda jew estiżi, li għandhom jiġu inklużi fil-kapitoli ddedikati tar-REPowerEU, se jiżdiedu mal-aġenda ekoloġika diġà ambizzjuża tal-RRPs eżistenti. Dawn jistgħu jiddependu fuq l-assistenza teknika mill-Kummissjoni pprovduta permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI). Sbatax-il Stat Membru rċevew jew bħalissa qed jirċievu appoġġ rilevanti għar-REPowerEU 64 . Xi wħud minn dawn il-miżuri se jkollhom ukoll dimensjoni diġitali (bħad-diġitalizzazzjoni tal-enerġija).

    Kif diskuss fit-taqsima 2.3., il-Kummissjoni rċeviet 25 RRP modifikati u 20 kapitolu tar-REPowerEU. It-taqsima li ġejja tiddiskuti f’aktar dettall il-kontenut tal-kapitoli tar-REPowerEU li ġew adottati mill-Kunsill tal-UE fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.

    4.1. Miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU

    Il-kapitoli tar-REPowerEU adottati jindirizzaw direttament l-objettivi tar-Regolament RRF emendat. Il-kapitoli adottati jinkludu miżuri li jindirizzaw direttament l-objettivi tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u tal-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika taħt l-umbrella tal-Pjan Industrijali Ekoloġiku. Dawn jinkludu miżuri għat-titjib tal-proċessi ta’ permessi għall-enerġija rinnovabbli, għat-titjib tal-ħiliet ekoloġiċi tal-forza tax-xogħol, u għall-appoġġ tal-ktajjen tal-valur fil-materja prima kritika u fit-teknoloġiji marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika. Ħarsa ġenerali lejn il-kapitoli tar-REPowerEU ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill hija pprovduta fit-Tabella 10.

    Tabella 10: Ħarsa ġenerali lejn il-kontenut tal-kapitoli adottati tar-REPowerEU

    Għadd ta’ investimenti u riformi ġodda u mtejba

    Kontribuzzjoni għall-klima

    Kost totali stmat (f’miljuni ta’ EUR)

    Objettivi tar-REPowerEU li ġew issodisfati mill-kapitolu tal-Istati Membri

    L-Estonja

    żewġ investimenti ġodda

    riforma estiża waħda

    100 % 

    Total: 90 

    ETS: 83,3

    BAR: 6,6 

    (b) L-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli (“RES”), infrastruttura kritika tal-enerġija, industrija tal-organizzazzjoni, l-użu ta’ bijometan sostenibbli 

    (e) L-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tal-RES

    Franza

    tliet investimenti ġodda

    tliet riformi ġodda

    investiment estiż wieħed

    91,6 %

    Total: 2 825 

    ETS: 2 321 

    BAR: 504

    (b) It-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet li jaċċellera l-użu tal-RES u l-industrija tad-dekarbonizzazzjoni

    (d) L-inċentivi għat-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija

    (e) L-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tal-RES, l-appoġġ għall-ħżin tal-elettriku, l-appoġġ għat-trasport b’emissjonijiet żero.

    Malta

    riforma ġdida waħda

    investiment ġdid wieħed

    100 %

    Total: 70 

    ETS: 30 

    BAR: 40 

    (b) L-aċċellerazzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet

    (e) L-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-appoġġ għat-trasport b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura tiegħu

    Is-Slovakkja

    sitt riformi ġodda

    sitt investimenti ġodda

    żewġ investimenti estiżi

    85,26 %

    Total: 402,7

    ETS: 366,4

    BAR: 36,3

    (b) L-aċċellerazzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet

    (c) L-indirizzar tal-faqar enerġetiku

    (e) L-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-appoġġ għat-trasport b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura tiegħu

    (f) Ir-rikwalifikazzjoni aċċellerata tal-forza tax-xogħol lejn ħiliet diġitali ekoloġiċi u relatati

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

    Kapitolu tar-REPowerEU: L-Estonja 

    Il-kapitolu Estonjan tar-REPowerEU jikkonsisti f’riforma waħda mtejba u żewġ investimenti ġodda fil-qasam tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-produzzjoni kif ukoll l-użu ta’ bijometan sostenibbli, li jammontaw għal kost stmat ta’ EUR 90 miljun. Kemm l-investimenti kif ukoll ir-riforma għandhom dimensjoni transfruntiera u 100 fil-mija tal-kostijiet stmati huma ttaggjati għall-klima. Il-lista li ġejja tiġbor fil-qosor ir-riforma u l-investimenti tal-kapitolu:

    ·Riforma dwar l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli. B’komplementarjetà ma’ riforma eżistenti fl-RRP Estonjan, din il-miżura tikkontribwixxi għaż-żieda fl-introduzzjoni ta’ proġetti tar-riħ billi tnaqqas l-ostakli leġiżlattivi għall-iżviluppaturi tal-enerġija mir-riħ. Barra minn hekk, ir-riforma ssaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali fi proċeduri amministrattivi meħtieġa għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ.

    ·Investiment biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Dan l-investiment se jtejjeb il-kapaċità tan-networks ta’ distribuzzjoni b’160 MW addizzjonali u b’hekk jippermetti aċċess ulterjuri tal-produtturi rinnovabbli għan-network.

    ·Investiment fuq iż-żieda fil-produzzjoni u l-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli. L-għan ta’ din il-miżura huwa li tingħata spinta lill-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli f’konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“RED II”) 65 u li titħaffef l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. L-investiment jikkonsisti f’sottoinvestimenti fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet regolatorji, organizzazzjonali u finanzjarji meħtieġa biex jiżdied l-użu ta’ bijogass sostenibbli u bijometan sostenibbli u t-tieni sottoinvestiment fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-bini.

    Kapitolu tar-REPowerEU: Franza

    Il-kapitolu Franċiż tar-REPowerEU jikkonsisti fi tliet riformi ġodda, tliet investimenti ġodda u investiment wieħed imtejjeb li jammontaw għal kost stmat ta’ EUR 2,82 biljun. Mill-kostijiet stmati tal-kapitolu, 91,2 fil-mija huma allokati għal investimenti transfruntiera u 91,6 fil-mija tal-kostijiet stmati huma ttagjati għall-klima. Il-lista li ġejja tiġbor fil-qosor ir-riformi u l-investimenti fil-kapitolu:

    ·Bħala parti mill-kapitolu Franċiż tar-REPowerEU, se tiġi implimentata riforma dwar l-aċċellerazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u titħaffef il-pjanfikazzjoni tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Dan isir billi jiġu indirizzati l-konġestjonijiet li bħalissa jxekklu l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

    ·Riforma dwar “il-moderazzjoni fil-politika dwar l-enerġija”: li għandha l-għan li tikseb tnaqqis ta’ 10 % fil-konsum tal-enerġija fis-setturi kollha sas-sena 2024, meta mqabbel mal-perjodu tax-xitwa tal-2018-2019. Ir-riforma tikkonsisti fi proposti għal azzjonijiet għall-promozzjoni tat-tnaqqis fl-enerġija f’diversi setturi, inklużi l-akkomodazzjoni, it-trasport u l-industrija.

    ·Riforma dwar l-istabbiliment ta’ Segretarjat Ġenerali għall-Ippjanar Ekoloġiku: L-objettiv primarju tas-Segretarjat Ġenerali se jkun li jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika. Dan se jinvolvi l-mobilizzazzjoni ta’ diversi Ministeri u partijiet ikkonċernati, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet implimentati f’dawk l-oqsma.

    ·Investiment fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija. Il-miżura għandha l-għan li tappoġġa l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tas-sħana industrijali, tal-effiċjenza enerġetika u tat-tibdil fil-proċess fl-industrija biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fossili u għalhekk jittaffew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

    ·Investiment fil-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu rinnovabbli u mingħajr fossili permezz tal-finanzjament ta’ erba’ proġetti tal-IPCEI dwar l-idroġenu. L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb is-settur industrijali billi tqis aspetti ekoloġiċi, teknoloġiċi u ekonomiċi, filwaqt li timminimizza fl-istess ħin l-emissjonijiet u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ ħżin tal-enerġija għall-industriji.

    ·Investiment fir-rinnovazzjonijiet enerġetiċi tal-binjiet pubbliċi u miżura ta’ titjib fir-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ akkomodazzjoni privata. L-objettiv primarju huwa li tiġi pprovduta assistenza finanzjarja għar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija ta’ binjiet pubbliċi u privati, li tirriżulta fi tnaqqis fil-konsum tal-enerġija fis-settur tal-bini fuq medda qasira ta’ żmien, kif ukoll tnaqqis fid-dipendenza fuq il-fjuwils fossili.

    Kapitolu tar-REPowerEU: Malta

    Il-kapitolu Malti tar-REPowerEU jikkonsisti f’riforma waħda u investiment wieħed li jammontaw għal kost stmat ta’ EUR 70 miljun. Mija fil-mija tal-kostijiet stmati tal-kapitolu huma allokati għal investimenti transfruntiera u 100 fil-mija tal-kostijiet stmati huma ttaggjati għall-klima.

    ·Riforma tas-sistemi eżistenti ta’ permessi. Din għandha l-għan li taċċellera l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli u tintroduċi obbligu li jiġu installati pannelli solari ta’ fuq il-bejt fuq binjiet ġodda. Ir-riforma l-ġdida tikkomplementa l-komponent wieħed u tnejn tal-RRP ta’ Malta li jiffokaw fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet u t-trasport u parzjalment fuq iż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

    ·Investiment fil-grilja tal-elettriku. L-objettiv ewlieni huwa li jissaħħaħ u jitwessa’ n-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku permezz ta’ investimenti fil-grilja, fis-servizzi ta’ distribuzzjoni u fil-ħżin tal-batteriji.

    Kapitolu tar-REPowerEU: Is-Slovakkja 

    Il-kapitolu Slovakk tar-REPowerEU jikkonsisti f’sitt riformi ġodda, f’sitt investimenti ġodda u f’żewġ investimenti mtejba li jammontaw għal kost stmat ta’ EUR 402,7 miljun. Mill-kostijiet stmati tal-kapitolu, 91,2 fil-mija huma allokati għal investimenti transfruntiera u 64,1 fil-mija tal-kostijiet stmati huma ttaggjati għall-klima. Il-lista li ġejja tiġbor fil-qosor ir-riformi u l-investimenti taħt l-erba’ oqsma tematiċi tal-kapitolu li huma akkumpanjati minn investiment li jipprovdi komunikazzjoni u koordinazzjoni mmirati għall-implimentazzjoni:

    ·Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, grilji u proċessi ta’ awtorizzazzjoni: Is-sottomiżuri f’dan il-qasam jiffokaw fuq l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi ambjentali, it-titjib tal-użu tal-enerġija ġeotermali u l-appoġġ għall-użu ta’ pompi tas-sħana. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tat-trajettorji għall-użu u l-provvista sostenibbli tal-bijomassa u l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bijometan huma appoġġati. Se jiġu stabbiliti żoni “go-to” għall-enerġija mir-riħ, flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni għall-istrateġija nazzjonali tal-idroġenu u miżuri li jrawmu l-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli fil-grilja tal-elettriku. L-investimenti huma diretti lejn il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku, inkluż it-tnedija ta’ Ċentru tad-Data dwar l-Enerġija.

    ·Effiċjenza enerġetika fil-binjiet: Tinkludi l-ħolqien ta’ pjattaforma unika ta’ data diġitali biex tinġabar informazzjoni dwar ir-rendiment tal-binjiet pubbliċi u privati kollha fl-użu tal-enerġija u riforma biex tittejjeb il-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet tal-gvern tal-istat. L-investimenti se jirriżultaw fl-iffrankar tal-enerġija għall-binjiet pubbliċi u tal-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar enerġetiku u se jinkludu assistenza lil gruppi vulnerabbli fid-definizzjoni tas-sett it-tajjeb ta’ miżuri u fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal għotja.

    ·Trasport sostenibbli: Din iż-żona żżid il-miżuri eżistenti tal-RRP Slovakk biex tkompli tiġi żviluppata infrastruttura tat-trasport b’emissjonijiet żero u jiġi promoss it-trasport tal-passiġġieri li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

    ·Ħiliet Ekoloġiċi: Ir-riforma u l-investiment sottostanti jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kurrikulu aġġornat għall-iskejjel tal-edukazzjoni vokazzjonali u programm ta’ taħriġ ġdid għall-persunal li jgħallem. Il-miżuri jappoġġaw aktar programm ta’ edukazzjoni akkreditat għall-edukazzjoni tal-adulti b’enfasi fuq il-ħiliet ekoloġiċi u l-provvista ta’ tagħmir fiżiku u tekniku.

    4.2. Il-finanzjament tar-REPowerEU

    Filwaqt li l-RRPs inizjali kienu ffinanzjati biss mis-self taħt l-NGEU, il-kapitoli tar-REPowerEU jistgħu jiġu ffinanzjati minn varjetà ta’ sorsi. Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament RRF emendat (UE) 2021/241, kwalunkwe RRP immodifikat b’kapitolu tar-REPowerEU jista’ jitlob appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-forma ta’ riżorsi mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“ETS”), trasferimenti mir-Riżerva ta’ Aġġustament tal-Brexit (“BAR”) u fondi strutturali, u/jew self. Barra minn hekk, wara l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 18, xi Stati Membri raw żieda fl-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli tagħhom u dawn jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament tal-kapitoli tagħhom tar-REPowerEU. L-appoġġ finanzjarju addizzjonali relatat mal-kapitolu tar-REPowerEU se jiġi żborżat flimkien mal-bqija tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-RRF u, fejn applikabbli, mal-appoġġ fil-forma ta’ self skont skeda komuni ta’ pagamenti parzjali.

    B’mod ġenerali, il-kapitoli tar-REPowerEU se jiġu ffinanzjati b’EUR 20 biljun mill-irkant tal-kwoti tal-ETS u EUR 2,1 biljun mit-trasferimenti mill-BAR. Barra minn hekk, kif imsemmi fit-taqsima 2.3., appoġġ addizzjonali mhux ripagabbli tal-RRF skont l-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u self addizzjonali tal-RRF skont l-Artikolu 14 jista’ jiffinanzja wkoll miżuri fil-kapitoli tar-REPowerEU.

    Dħul mill-irkant tal-kwoti tal-ETS

    F’konformità mal-Artikolu 21a tar-Regolament dwar l-RRF emendat, EUR 20 biljun qed isiru disponibbli bħala appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli taħt l-RRF. Dan id-dħul assenjat esternament jikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni billi titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jgħin biex jiġu ddiversifikati l-provvisti tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni. Dan jista’ jintuża esklużivament biex jiffinanzja miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU u bl-eċċezzjoni ċara ta’ riformi u investimenti li huma mmirati lejn it-titjib tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-enerġija biex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista għall-gass u għaż-żejt.

    L-EUR 20 biljun addizzjonali se jinġabru permezz tal-irkant ta’ kwoti skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), skont id-distribuzzjoni li ġejja:

    ·60 % (jiġifieri EUR 12-il biljun) se jiġu mill-irkant tal-kwoti taħt il-Fond għall-Innovazzjoni; u

    ·40 % (jiġifieri EUR 8 biljun) se jiġu mill-bejgħ antiċipat tal-kwoti tal-ETS tal-Istati Membri.

    L-irkant tal-kwoti tal-ETS beda t-Tnejn, 3 ta’ Lulju 2023. Sal-1 ta’ Settembru 2023, inġabru EUR 931 miljun, bl-irkant ta’ 5,88 miljun kwota mill-Fond għall-Innovazzjoni u 4,98 kwota mill-kwoti tal-ETS tal-Istati Membri. Is-suċċess ripetut ta’ dan il-ħruġ juri li s-swieq finanzjarji jappoġġaw l-objettivi tar-REPowerEU u huma lesti li jinvestu fi proġetti tar-REPowerEU. Ir-ritmu u d-dħul tal-irkant jinsabu fit-triq it-tajba biex jippermettu implimentazzjoni u finanzjament bla xkiel tal-kapitoli tar-REPowerEU.

    L-appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli jitqassam fost l-Istati Membri abbażi ta’ skema ta’ allokazzjoni aġġornata (it-Tabella 11). L-iskema tqis id-dipendenza tal-Istati Membri fuq il-fjuwils fossili u ż-żieda fil-prezz tal-prodotti ta’ investiment. Dan jippermetti li jiġu koperti aħjar il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u b’hekk jippermetti l-allokazzjoni ta’ aktar fondi lill-Istati Membri l-aktar affettwati.

    Tabella 11: Appoġġ addizzjonali mhux ripagabbli disponibbli għal kull Stat Membru

    Ammont ta’ appoġġ nett disponibbli mhux ripagabbli finali (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Il-Belġju

    281 716 188

    Il-Bulgarija

    479 327 545

    Iċ-Ċekja

    680 543 170

    Id-Danimarka

    130 714 933

    Il-Ġermanja

    2 086 423 922

    L-Estonja

    83 297 553

    L-Irlanda

    89 428 389

    Il-Greċja

    768 069 923

    Spanja

    2 582 276 223

    Franza

    2 317 477 900

    Il-Kroazja

    269 037 883

    L-Italja

    2 755 867 236

    Ċipru

    52 408 822

    Il-Latvja

    123 797 035

    Il-Litwanja

    193 729 642

    Il-Lussemburgu

    29 955 009

    L-Ungerija

    700 513 718

    Malta

    29 955 027

    In-Netherlands

    454 359 575

    L-Awstrija

    210 304 520

    Il-Polonja

    2 755 862 361

    Il-Portugall

    703 364 724

    Ir-Rumanija

    1 397 228 597

    Is-Slovenja

    116 734 327

    Is-Slovakkja

    366 409 448

    Il-Finlandja

    112 766 671

    L-Iżvezja

    198 429 659

    EU27

    19 970 000 000

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Ir-riżorsi ttrasferiti mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u r-Riżerva ta’ Aġġustament tal-Brexit (“BAR”)

    Bħala parti mill-possibbiltajiet eżistenti skont ir-Regolament RRF u r-Regolament dwar id-Dispożizzjoni Komuni, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali tagħhom taħt il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni lill-RRF. Mill-1 ta’ Settembru, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talba ta’ trasferiment bħal din. Barra minn hekk, l-Istati Membri, skont ir-Regolament tar-REPowerEU, jistgħu jużaw sa 7,5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali tagħhom taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond ta’ Koeżjoni biex jappoġġaw l-objettivi tar-REPowerEU, f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fond.

    Minbarra dik il-possibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu volontarjament l-allokazzjoni proviżorja kollha tagħhom jew parti minnha taħt il-BAR lill-RRF għall-finanzjament tal-investimenti u r-riformi inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU. Sal-1 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jittrasferixxu l-fondi tal-BAR lill-RRF. Dawn il-fondi jiġu ttrasferiti lill-RRF u jiġu impenjati ladarba jiġi adottat is-CID li japprova l-RRP rivedut b’kapitolu tar-REPowerEU. It-Tabella 12 tipprovdi l-ammonti totali ttrasferiti mill-BAR għall-RRF għal kull Stat Membru.

    Tabella 12: Trasferiment tal-allokazzjoni taħt il-BAR

    Ammont totali ttrasferit (f’EUR, prezzijiet kurrenti)

    Il-Belġju

    228 850 088

    Il-Bulgarija

    6 000 000

    Iċ-Ċekja

    54 918 029

    Id-Danimarka

    66 026 588

    Il-Ġermanja

    219 739 187

    L-Estonja

    6 615 616

    L-Irlanda

    150 000 000

    Il-Greċja

    25 600 000

    Spanja

    58 000 000

    Franza

    504 000 000

    Il-Kroazja

    7 190 532

    L-Italja

    0

    Ċipru

    52 056 350

    Il-Latvja

    10 946 343

    Il-Litwanja

    4 700 000

    Il-Lussemburgu

    128 475 124

    L-Ungerija

    0

    Malta

    40 000 000

    In-Netherlands

    280 000 000

    L-Awstrija

    0

    Il-Polonja

    0

    Il-Portugall

    81 358 359

    Ir-Rumanija

    43 162 623

    Is-Slovenja

    5 257 380

    Is-Slovakkja

    36 307 747

    Il-Finlandja

    14 242 037

    L-Iżvezja

    66 000 000

    EU27

    2 089 446 003

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    5.Konklużjoni

    L-RRF ġiet stabbilita matul il-kriżi tal-COVID-19 iżda evolviet f’kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel u li kellu impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni. L-instabbiltà globali, l-interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista, il-kriżi tal-enerġija u l-inflazzjoni qegħdin ipoġġu pressjoni fuq l-awtoritajiet nazzjonali, u jagħmlu l-implimentazzjoni tal-RRPs aktar diffiċli f’kalendarju ristrett. Madankollu, fl-istess ħin, dawn jagħmlu wkoll l-implimentazzjoni b’suċċess u f’waqtha ta’ dawk il-pjanijiet saħansitra aktar kruċjali fil-ħajja limitata tal-Faċilità.

    Ir-reviżjoni tal-pjanijiet u ż-żieda tal-kapitoli tar-REPowerEU huma opportunità biex titqies l-esperjenza miksuba matul l-ewwel snin u titħaffef l-implimentazzjoni tal-RRF. Il-pjan REPowerEU li tnieda f’Mejju 2022 irrikonoxxa li l-RRF jista’ jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u nadifa. Billi tipprovdi finanzjament addizzjonali tal-UE u tippermetti r-reviżjonijiet tal-RRPs u l-inklużjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU, l-RRF tgħin lill-Istati Membri jagħmlu r-riformi kritiċi u l-investiment meħtieġa biex isaħħu malajr ir-reżiljenza tal-enerġija tagħhom. Fl-istess ħin, huma opportunità għall-Istati Membri biex ineħħu l-konġestjonijiet u l-ostakli għall-implimentazzjoni.

    Sentejn u nofs wara l-istabbiliment tal-RRF, l-Istati Membri jkomplu jwettqu l-impenji tagħhom ta’ riforma u investiment hekk kif l-implimentazzjoni tal-RRF timxi ’l quddiem. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu bl-implimentazzjoni rapida tal-RRPs tagħhom u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-pagament.

    Hekk kif il-Faċilità tidħol fit-tieni nofs tal-ħajja tagħha, il-Kummissjoni li taħdem flimkien mal-Istati Membri u s-sħab ewlenin kollha, se żżomm il-fokus tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-RRPs. Il-Kummissjoni se tħeġġeġ u se tgħin lill-aħjar sforzi tal-Istati Membri biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mill-RRF biex iwettqu malajr l-investimenti u r-riformi li jindirizzaw l-isfidi ewlenin ta’ żminijietna biex ikomplu jsaħħu r-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea u jiżguraw irkupru li jibqa’ validu għall-futur wara l-pandemija tal-COVID-19.

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ĠU L 57, 18.2.2021, p.17.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1.

    (3)

      https://commission.europa.eu/funding-tenders/find-funding/eu-funding-programmes/technical-support-instrument_en  

    (4)

      https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=en  

    (5)

    Id-data fit-taqsima 3 ta’ dan ir-rapport annwali tirrifletti l-aħħar pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Estonja u għal Franza adottati fis-16 ta’ Ġunju 2023 u fl-14 ta’ Lulju 2023 rispettivament, iżda mhux l-aħħar pjanijiet għal Malta u għas-Slovakkja adottati fl-14 ta’ Lulju 2023 peress li d-data għal dawn iż-żewġ Stati Membri kienet għadha ma hijiex disponibbli bis-sħiħ.

    (6)

      https://commission.europa.eu/business-economy-euro/economic-recovery/recovery-and-resilience-facility/country-pages_mt  

    (7)

     Għall-Ġermanja, l-arranġamenti operazzjonali ġew iffirmati mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Settembru. Għall-Ungerija, il-firma hija mistennija fil-Q3 2023. Għan-Netherlands, il-firma se sseħħ biss ladarba tiġi adottata reviżjoni tal-pjan.

    (8)

     Data limitu tal-1 ta’ Settembru 2023

    (9)

      https://reform-support.ec.europa.eu/what-we-do/recovery-and-resilience-plans_en  

    (10)

    L-istadji importanti u l-miri li diġà ġew ivvalutati milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ talba għall-pagament għandhom l-istatus “milħuqa”.

    (11)

    L-istatus tal-progress ta’ kull stadju u mira li jħarsu lura (jiġifieri dawk ippjanati li jintlaħqu sat-trimestru qabel id-data tar-rapportar) jista’ jkun jew “lest” jew “mhux lest”.

    (12)

    L-istatus ta’ stadji importanti u miri li jħarsu ’l quddiem (jiġifieri dawk ippjanati li jintlaħqu fit-trimestru tad-data tar-rapportar u t-tliet trimestri ta’ wara) jista’ jkun “lest”, “fit-triq it-tajba” jew “imdewwem”.

    (13)

    Din iċ-ċart turi l-għadd stmat ta’ stadji importanti u miri bbażati fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri għat-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Abbażi tal-metodoloġija tal-Kummissjoni, kull miżura tiġi ttaggjata taħt qasam ta’ politika primarju u sekondarju wieħed, abbażi ta’ lista ta’ oqsma ta’ politika, marbuta mas-sitt pilastri. Konsegwentement, kull stadju importanti u mira huma relatati ma’ diversi pilastri.

    (14)

    Il-klassifikazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri f’dan il-paragrafu ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea u ma hijiex irrapportata bħala tali mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta’ rapportar biannwali.

    (15)

    Id-data fil-mira tal-implimentazzjoni rrapportata ta’ dawn l-istadji importanti u miri hija mill-inqas trimestru wieħed (jiġifieri 91 jum) qabel inizjalment previst fis-CID tal-Istat Membru.

    (16)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2106 tat-28 ta’ Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza billi jistabbilixxi l-indikaturi komuni u l-elementi dettaljati tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza.

    (17)

    Dawn ikopru elementi li huma komuni għall-biċċa l-kbira tal-RRPs, iżda ma humiex imfassla biex ikopru l-aspetti kollha tal-pjanijiet, fid-dawl tal-eteroġeneità sinifikanti u l-għadd limitat tagħhom.

    (18)

    Ara https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html  

    (19)

    Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda bażi biex tawditja jew tivverifika l-kwalità tad-data ppreżentata mill-Istati Membri u lanqas biex tbiddel jew tiċħad ir-rapportar speċifiku mill-Istati Membri.

    (20)

    Id-data fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt tikkorrispondi mad-data pprovduta mill-Istati Membri fiċ-ċiklu ta’ rapportar ta’ Frar 2023, li jkopri l-perjodu minn Frar 2020 sa Diċembru 2022. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

    (21)

    Ara COM(2023) 99 final .

    (22)

    Ara COM(2023) 99 final .

    (23)

    Is-sospensjoni parzjali ma hijiex possibbli f’każ li ma jintlaħqux l-istadji importanti jew il-miri relatati mas-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru, li huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Każ bħal dan dejjem iwassal għas-sospensjoni tal-pagament rateali komplut u tal-pagamenti rateali kollha fil-futur, sakemm jinstab rimedju għan-nuqqas ta’ lħuq.

    (24)

    Għat-talba għall-pagament tal-Litwanja, ara https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_23_1286 .

    (25)

     Ir-Rapport speċjali 07/2023: It-tfassil tas-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni għall-RRF 

    (26)

    Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-modifika tal-pjanijiet eżistenti u l-modalitajiet għat-tħejjija tal-kapitoli tar-REPowerEU, ara l-Gwida ta’ Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest tar-REPowerEU ( 2023/C 80/01 )

    (27)

    Data limitu tal-1 ta’ Settembru 2023 (inklużiva).

    (28)

     Il-Bonds tal-UE huma l-istrument ta’ finanzjament ewlieni tal-Kummissjoni skont l-approċċ ta’ finanzjament unifikat tagħha. Dawn għandhom maturitajiet ta’ 3 snin u aktar. Il-Kummissjoni toħroġ Bonds tal-UE b’maturitajiet referenzjarji (3, 5, 7, 10, 15, 20, 25, 30 sena) biex jiġi implimentat il-pjan ta’ finanzjament tagħha. Il-Kummissjoni bdiet toħroġ il-Kambjali tal-UE, titoli b’maturità iqsar ta’ inqas minn sena, f’Settembru 2021. Il-programm tal-Kambjali tal-UE jagħti aktar flessibbiltà lill-Kummissjoni bħala emittent, u qed jappoġġa l-likwidità tat-titoli tagħha. Il-Kambjali tal-UE għandhom maturitajiet ta’ bejn 3 u 6 xhur

    (29)

    Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2022 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, disponibbli fuq https://commission.europa.eu/publications/annual-activity-report-2022-economic-and-financial-affairs_en  

    (30)

    Li jkopru l-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

    (31)

    Li jkopru l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

    (32)

      Informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (europa.eu)

    (33)

      Reġistru ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn (europa.eu)

    (34)

      https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2653  

    (35)

      https://commission.europa.eu/business-economy-euro/economic-recovery/recovery-and-resilience-facility_mt  

    (36)

    Il- paġni tal-pajjiżi ġew imġedda fid-19 ta’ Settembru 2023 biex jirriflettu r-rwol li kellha l-RRF fl-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU kif ukoll biex jitqiesu bidliet oħrajn fl-RRPs tal-Istati Membri.

    (37)

      https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

    (38)

      https://commission.europa.eu/business-economy-euro/economic-recovery/recovery-and-resilience-facility_mt#map

    (39)

    Ir-Regolament jispeċifika wkoll liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Istati Membri, jiġifieri l-isem sħiħ tar-riċevitur, in-numru tal-VAT jew ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (jew identifikatur uniku differenti) fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-ammont riċevut u l-miżuri assoċjati li għalihom ir-riċevitur ikun irċieva finanzjament.

    (40)

      https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/disbursements.html?table=finalRecipientByCountry  

    (41)

    Il-boxplot turi l-medjan, żewġ hinges u żewġ whiskers ta’ distribuzzjoni varjabbli kontinwa. Il-hinges ta’ isfel u ta’ fuq jikkorrispondu għall-ewwel u għat-tielet kwartili (il-25 u l-75 perċentili). Il-whiskers ta’ fuq (ta’ isfel) jestendu mill-hinge għall-akbar valur mhux aktar minn 1,5 (l-aktar) mill-medda interkwartili (IQR). Barra minn hekk, il-markaturi medji huma inklużi biex jindikaw il-firxa tad-distribuzzjoni.

    (42)

    Minħabba l-allokazzjoni finanzjarja akbar tagħha skont l-RRF, il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammonti skont l-RRP Taljan irċevew ammonti li huma ferm akbar minn dawk tal-Istati Membri l-oħrajn fejn id-data hija disponibbli. Għalhekk, u sabiex tiżdied il-leġġibbiltà tal-illustrazzjoni, ir-riċevituri finali skont il-pjan Taljan jintwerew separatament.

    (43)

    Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament RRF emendat, l-Istati Membri ma humiex meħtieġa jipprovdu data li tiddistingwi bejn ir-riċevituri finali li huma entitajiet pubbliċi jew privati. Iċ-ċifri ppreżentati hawn huma bbażati fuq l-estimi tal-Kummissjoni stess.

    (44)

    Din teskludi data dwar ir-riċevituri finali fl-Estonja, fil-Finlandja u fil-Polonja, fejn data strutturata marbuta mal-pilastri ta’ politika u l-oqsma ta’ politika relatati ma tkunx saret disponibbli għall-Kummissjoni.

    (45)

    Il-politika ta’ koeżjoni tkopri tipi simili ta’ investimenti, li joperaw f’sinerġija mal-RRF. Sa mill-bidu tal-pandemija, il-politika ta’ koeżjoni żborżat EUR 217,3 biljun biex tappoġġa, fost l-oħrajn, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u biex ittejjeb ir-reżiljenza tal-Istati Membri.

    (46)

    Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri żviluppata għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn kull miżura fl-RRPs tiġi attribwita għal qasam ta’ politika primarju u sekondarju biex jiġi rifless li l-miżuri jistgħu jikkontribwixxu għal aktar minn objettiv ta’ politika wieħed. Is-sitt pilastri ta’ politika huma: it-tranżizzjoni ekoloġika; it-trasformazzjoni diġitali; it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; il-koeżjoni soċjali u territorjali; ir-reżiljenza tas-saħħa u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali; politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss.

    (47)

    Il-Komunikazzjoni Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea: nisfruttaw il-potenzjal kollu tiegħu biex niksbu tranżizzjonijiet ġusti, il-25 ta’ Jannar 2023, COM/2023/40 final u proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea, il-25 ta’ Jannar 2023, COM/2023/38 final.

    (48)

     Is-sitt pilastri huma: (i) it-tranżizzjoni ekoloġika, (ii) it-trasformazzjoni diġitali, (iii) it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) b’saħħithom, (iv) il-koeżjoni soċjali u territorjali, (v) is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali bil-għan li, inter alia, jiżdiedu t-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet, u (vi) l-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet.

    (49)

    Fit-taqsima 3, ir-referenzi għall-ammonti ta’ EUR iddedikati għal miżuri li jikkontribwixxu għall-pilastri tal-RRF huma bbażati fuq in-nefqa stmata ex ante.

    (50)

    Din l-illustrazzjoni turi n-nefqa stmata bbażata fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza u tikkorrispondi għall-miżuri allokati għall-pilastru tat-tranżizzjoni Ekoloġika bħala pilastru primarju jew sekondarju.

    (51)

     L-RRPs kellhom jispeċifikaw u jiġġustifikaw sa liema punt kull miżura tikkontribwixxi bis-sħiħ (100 %), parzjalment (40 %) jew ma għandha l-ebda impatt (0 %) għall-objettivi klimatiċi, bl-użu tal-Anness VI tar-Regolament RRF. Il-kombinazzjoni tal-koeffiċjenti mal-estimi tal-kostijiet ta’ kull miżura tippermetti l-kalkolu sa liema punt il-pjanijiet jikkontribwixxu għall-mira klimatika. Jekk jogħġbok innota li l-kontribuzzjoni għall-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika hija ogħla mill-kontribuzzjoni għall-objettivi klimatiċi kif iddefiniti fl-Anness VI tar-Regolament RRF, peress li l-metodoloġiji jvarjaw. Id-differenzi jinħolqu prinċipalment minħabba li l-miżuri koperti kollha jitqiesu li jikkontribwixxu b’100 % tal-kost stmat tagħhom għall-pilastru, filwaqt li xi wħud jikkontribwixxu biss b’40 % tal-kost stmat tagħhom għall-objettivi klimatiċi kif iddefiniti fl-Anness VI tar-Regolament. Barra minn hekk, il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika jinkludi wkoll koeffiċjenti għall-objettivi ambjentali li huma usa’ mill-objettivi klimatiċi skont l-Anness VI tar-Regolament RRF.

    (52)

     Stadju importanti u mira jistgħu jikkontribwixxu għal aktar minn pilastru wieħed.

    (53)

    Din l-illustrazzjoni turi n-nefqa stmata bbażata fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza u tikkorrispondi għall-miżuri allokati għall-pilastru tat-Trasformazzjoni diġitali ” bħala pilastru primarju jew sekondarju.

    (54)

    L-RRPs kellhom jispeċifikaw u jiġġustifikaw sa liema punt kull miżura tikkontribwixxi bis-sħiħ (100 %), parzjalment (40 %) jew ma għandha l-ebda impatt (0 %) għall-objettivi diġitali, bl-użu tal-Anness VII tar-Regolament RRF. Il-kombinazzjoni tal-koeffiċjenti mal-estimi tal-kostijiet ta’ kull miżura tippermetti l-kalkolu sa liema punt il-pjanijiet jikkontribwixxu għall-mira diġitali.

    (55)

    Il-pilastru 1 dwar it-tranżizzjoni ekoloġika jinkludi miżuri ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni speċifiċi għall-ambjent ikkategorizzati fil-qasam ta’ politika “riċerka, żvilupp u innovazzjoni f’attivitajiet ekoloġiċi” u l-pilastru 2 dwar it-trasformazzjoni diġitali jinkludi miżuri ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni speċifiċi għall-aspett diġitali kkategorizzati fil-qasam ta’ politika “miżuri relatati mal-aspett diġitali fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni”.

    (56)

    Dawn l-istadji importanti u l-miri huma marbuta ma’ miżuri li jikkontribwixxu għall-kategoriji soċjali, kif iddefiniti mir-Regolament Delegat 2021/2105.

    (57)

    Jekk jogħġbok innota li f’xi oqsma ta’ politika (bħall-Politika fiskali u l-governanza fiskali jew ir-riformi tal-Istat tad-Dritt) il-miżuri rilevanti huma fil-biċċa l-kbira riformi mingħajr nefqa assoċjata

    (58)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja 2022/C 476/01.

    (59)

    Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill (UE) 2021/1004.

    (60)

    Minħabba l-importanza tal-infiq soċjali wara l-pandemija tal-COVID, ir-Regolament RRF ta s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta att delegat li jistabbilixxi metodoloġija għar-rapportar dwar in-nefqa soċjali, inkluż fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, taħt l-RRF (l-Artikolu 29(4)b). Il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni tikklassifika n-nefqa kollha ffinanzjata mill-Faċilità relatata mar-riformi u l-investimenti fid-disgħa qasam ta’ politika wiesa’, li mbagħad jiġu aggregati f’erba’ kategoriji soċjali: (1) l-impjiegi u l-ħiliet, 2) l-edukazzjoni u l-kura tat-tfal, 3) is-saħħa u l-kura fit-tul, u 4) l-politiki soċjali. Jekk jogħġbok ara r- Regolament Delegat 2021/2105 .

    (61)

    Iċ-ċifri huma illustrattivi, maħsuba biex jintużaw għal analiżi kwalitattiva, u ma jikkostitwixxux valutazzjoni komparattiva tal-RRPs tal-Istati Membri. L-għadd u l-istruttura tal-miżuri f’kull pjan nazzjonali jvarjaw ħafna, kif ukoll l-approċċ li jirrifletti l-impenji għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Analiżi aktar dettaljata tista’ tinstab fid-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal adottati mill-Kummissjoni Ewropea għal kull pjan approvat, kif ukoll fl-Analiżi Tematika dwar l-Ugwaljanza  fit- Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF .

    (62)

    Skont il-metodoloġija għar-rapportar tan-nefqa soċjali kif stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2105, il-Kummissjoni indikat miżuri li jinkludu enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni applikat din il-metodoloġija mhux biss għal miżuri ta’ natura soċjali, iżda anke għall-miżuri l-oħrajn kollha inklużi fl-RRPs adottati b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sabiex din tinqabad aħjar fil-pjanijiet kollha. Din ma kellhiex għalfejn tkun il-fokus ewlieni tal-miżuri kkonċernati. Il-miżuri li ma humiex immarkati bħala tali jista’ jkollhom ukoll impatt fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Iċ-ċifri ppreżentati hawn jikkostitwixxu l-għadd u s-sehem tal-miżuri ġenerali b’dan il-fokus, u mhux il-kostijiet relatati magħhom.

    (63)

    Il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jikkontribwixxu biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija aktar sigura u sostenibbli. Barra minn hekk, l-inizjattiva SAFE (Appoġġ għall-Enerġija Affordabbli) tippermetti lill-Istati Membri jużaw fondi ta’ koeżjoni tal-2014-2020 mhux minfuqa biex jappoġġaw lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs li qed jiffaċċjaw żieda fil-kostijiet tal-enerġija.

    (64)

      https://reform-support.ec.europa.eu/what-we-do/green-transition/supporting-repowereu-affordable-secure-and-sustainable-energy-europe_en  

    (65)

    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

    Top

    Brussell, 19.9.2023

    COM(2023) 545 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: It-triq ’il quddiem


    1 ANNESS 1 – Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri tal-UE

    Il-Belġju

    Il-Belġju ppreżenta l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (recovery and resilience plan, RRP) attwali tiegħu fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 5,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Belġju ġiet aġġornata wkoll fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal EUR 4,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Belġju ppreżenta RRP emendat lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Lulju 2023 biex iqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex jindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex jitlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-mobbiltà sostenibbli. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Belġju għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Belġju għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mal-mobbiltà u x-xogħlijiet pubbliċi, il-produttività, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni, u l-inklużjoni diġitali u soċjali. Dan jikkonsisti f’35 riforma u 105 investimenti li huma appoġġati b’EUR 5,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 1,2 % tal-PDG. Ġew adottati pjanijiet ta’ rkupru komplementari f’livelli differenti tal-gvern. Il-Kummissjoni żborżat EUR 770 miljun lill-Belġju fi prefinanzjament fit-3 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Belġju tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ dewmien li qed jiżdied. Il-Belġju għadu ma ppreżentax talba għall-pagament. Se tkun meħtieġa governanza effettiva biex tippermetti implimentazzjoni rapida u kostanti.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Belġjan.

    Il-Borża ta’ Brussell ibbenefikat mill-appoġġ tal-RRF għar-rinnovazzjoni tagħha li tlestiet dan l-aħħar, li se tirriżulta fi ffrankar sinifikanti tal-enerġija.

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Federali tal-Belġju 

    Illustrazzjoni1: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — il-Belġju

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni2: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Belġju

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Il-Bulgarija

    Il-Bulgarija ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fil-15 ta’ Ottubru 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-7 ta’ April 2022 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-28 ta’ April 2022 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 6,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Bulgarija ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 5,7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli. Ma ġiet ippreżentata l-ebda reviżjoni tal-pjan fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Bulgarija għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-ambjent tan-negozju, inkluż l-istat tad-dritt, l-inklużjoni soċjali, l-aċċess għal edukazzjoni, taħriġ u kura tas-saħħa ta’ kwalità. Dan jikkonsisti f’47 riforma u 56 investiment li huma appoġġati b’EUR 6,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li rrappreżentaw madwar 10,2 % tal-PDG fl-2019.

    L-RRP tal-Bulgarija jinsab għaddej, iżda b’riskju dejjem akbar ta’ dewmien. Il-Bulgarija ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 22 stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 1,37 biljun fis-16 ta’ Diċembru 2022. It-22 stadju importanti relatati jkopru l-ewwel passi importanti fir-riformi u l-investimenti lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, il-promozzjoni tal-użu fuq skala kbira tal-infrastruttura diġitali, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, id-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku, it-tisħiħ tal-adegwatezza u l-kopertura tal-iskema ta’ introjtu minimu. Ġew inklużi wkoll miżuri biex jiġi żgurat li s-sistema ta’ awditjar u kontroll għall-implimentazzjoni tal-RRF tilħaq l-istandard. Livell għoli ta’ instabbiltà governattiva wassal għal dewmien fir-riformi leġiżlattivi ewlenin, bħal dawk dwar l-akkwist pubbliku, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u r-responsabbiltà tal-prosekutur ġenerali. In-nuqqas ta’ stabbiltà politika u kapaċità amministrattiva ssarraf ukoll fi tnaqqis fir-ritmu tal-ħidma ta’ implimentazzjoni fuq diversi investimenti importanti fl-enerġija u t-trasport u d-dubji dwar aspetti ewlenin tal-pjan, jiġifieri dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. Il-gvern il-ġdid stabbilixxa l-implimentazzjoni tal-pjan bħala prijorità. It-tieni talba għall-pagament ittardjat u issa hija ppjanata għall-ħarifa tal-2023. Madankollu, hemm riskju sinifikanti li fiż-żmien tal-preżentazzjoni ma jitwettqux diversi stadji importanti u miri relatati ma’ riformi ewlenin. Il-ħidma fuq l-addendum tal-pjan u l-kapitolu REPowerEU għadha għaddejja iżda jenħtieġ li tiġi aċċellerata, filwaqt li tinżamm l-enfasi fuq l-implimentazzjoni. Għadu mhux ċar meta din il-ħidma tista’ tiġi ffinalizzata minħabba s-sitwazzjoni politika.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Bulgarija u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Bulgarija

    ØRiforma

    Il-Bulgarija nediet riforma, li għandha l-għan li ttejjeb l-adegwatezza u l-kopertura tal-iskema ta’ introjtu minimu tagħha. Permezz tal-adozzjoni tal-emendi leġiżlattivi rilevanti, bejn l-2022 u l-2024 il-Bulgarija introduċiet żieda gradwali tal-livelli limitu tal-introjtu għall-benefiċjarji potenzjali kollha tal-iskema ta’ introjtu minimu. Dan huwa pass importanti fl-indirizzar tal-isfidi soċjali li ilhom jeżistu fil-pajjiż.

    ØInvestiment

    Il-Bulgarija bdiet il-kostruzzjoni ta’ sezzjoni tal-Linja 3 tal-metro ta’ Sofija għal tul totali ta’ 3 km li jkopri tliet stazzjonijiet. Se tipprovdi servizz tat-trasport pubbliku nadif, rapidu u effiċjenti għall-passiġġieri b’konnessjonijiet intermodali. L-investiment huwa mistenni li jippermetti t-trasport ta’ 7,6 miljun passiġġier fis-sena bħala medja mill-2026. Bit-tisħiħ tat-trasport pubbliku għall-abitanti tal-belt, dan il-proġett huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis fil-gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja, u tnaqqis fl-għadd ta’ karozzi li jiċċirkolaw fil-belt. Il-kuntratti dwar ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġew iffirmati u l-implimentazzjoni għadha għaddejja. 

    L-Istazzjon tal-Università Medika fuq il-Linja 3 tal-metro

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Bulgaru

    Illustrazzjoni3: Żborż għal kull pilastru — il-Bulgarija

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni4: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Bulgarija

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni5: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Bulgarija

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Iċ-Ċekja

    Iċ-Ċekja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fl-1 ta’ Ġunju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-8 ta’ Settembru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għaċ-Ċekja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 7,7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, iċ-Ċekja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-infrastruttura ferrovjarja. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni taċ-Ċekja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) taċ-Ċekja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-trasformazzjoni diġitali, it-tranżizzjoni ekoloġika, l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, l-amministrazzjoni pubblika, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-kura tas-saħħa. Dan jikkonsisti f’37 riforma u 85 investiment li huma appoġġati b’aktar minn EUR 7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżenta aktar minn 3 % tal-PDG fl-2021 biex il-pajjiż jiġi megħjun jindirizza sfidi soċjali u ekonomiċi. Il-Kummissjoni żborżat EUR 915-il miljun liċ-Ċekja fi prefinanzjament fit-28 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP taċ-Ċekja tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ xi dewmien. Iċ-Ċekja ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 37 stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 928 miljun fit-22 ta’ Marzu 2023. Is-37 stadju importanti u miri relatati jkopru r-riformi tal-kurrikuli tal-iskejjel biex jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u l-ħiliet diġitali, l-eSaħħa, is-sistema ta’ awditjar u kontroll tal-pajjiż għall-implimentazzjoni tal-RRF u l-liġi dwar ir-reġistrazzjoni tas-sidien benefiċjarji, kif ukoll investimenti għar-rikostruzzjoni ta’ tliet pontijiet ferrovjarji, 45 passaġġ invell ferrovjarju aktar sikuri u għodod diġitali għall-edukazzjoni. Hemm bżonn ta’ aktar titjib fil-kapaċità amministrattiva u l-prijoritizzazzjoni tar-riformi u l-investimenti ewlenin għall-implimentazzjoni f’waqtha tal-pjan.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu miċ-Ċekja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għaċ-Ċekja

    ØRiforma

    Fl-aħħar ta’ Settembru 2021 daħal fis-seħħ Att ġdid dwar il-Kostruzzjoni fiċ-Ċekja. Dan l-istadju importanti huwa parti minn riforma li għandha l-għan li ġġib livell għoli ta’ diġitalizzazzjoni fil-proċess ġenerali tal-permessi tal-kostruzzjoni. Permezz tad-diġitalizzazzjoni, il-liġi aċċellerat il-proċess tal-permessi tal-bini u naqqset l-għadd ta’ awtoritajiet regolatorji involuti. B’hekk, huwa inqas probabbli li n-negozji tal-kostruzzjoni jkollhom jinvestu ammont sproporzjonat ta’ ħin u riżorsi sabiex jirċievu permess. It-tnaqqis fl-għadd ta’ awtoritajiet regolatorji jgħin ukoll biex jiġu stabbiliti raġunijiet għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u għodod diġitali ġodda fil-ħidma tagħhom.

    ØInvestiment

    Iċ-Ċekja ilha timplimenta investiment kbir biex tipprevjeni l-esklużjoni diġitali billi tiżgura l-aċċessibbiltà tat-tagħmir diġitali għall-istudenti kollha. Ipprovdiet finanzjament għat-tagħmir tal-ICT (informazzjoni u komunikazzjoni) għall-apprendiment mill-bogħod lill-iskejjel sabiex tippermetti l-apprendiment mill-bogħod. Għan ewlieni ieħor ta’ dan l-investiment huwa li l-iskejjel jiġu mgħammra b’teknoloġiji diġitali bażiċi u avvanzati biex jappoġġaw il-litteriżmu diġitali u t-tagħlim modern. L-iskejjel se jirċievu wkoll assistenza teknika permezz ta’ sit web apposta, webinars, u network ġdid ta’ riferenti tal-IT.

    Kważi 10 000 kindergarten u skola se jiġu mgħammra b’teknoloġiji bħal għodod ta’ realtà awmentata u virtwali, tagħmir tar-robotika, u printers 3D

    Illustrazzjoni6: Żborż għal kull pilastru — iċ-Ċekja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni7: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — iċ-Ċekja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni8: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – iċ-Ċekja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Id-Danimarka

    Id-Danimarka ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 1,55 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għad-Danimarka ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 1,43 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, id-Danimarka ppreżentat it-talba tagħha biex jiżdied kapitolu REPowerEU mal-RRP tagħha fil-31 ta’ Mejju 2023, b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u t-tkomplija tas-sostituzzjoni tal-berners taż-żejt u l-fran tal-gass. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tad-Danimarka għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tad-Danimarka għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur tal-kura tas-saħħa. Dan jikkonsisti f’10 riformi u 42 investiment li huma appoġġati b’EUR 1,43 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,46 % tal-PDG.  Il-Kummissjoni żborżat EUR 202 miljun lid-Danimarka fi prefinanzjament fit-2 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tad-Danimarka tinsab fi stadju avvanzat. Id-Danimarka ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 25 stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 301 miljun fis-27 ta’ April 2023. It-23 stadju importanti u ż-żewġ miri relatati jkopru r-riformi u l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-agrikoltura, id-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa, ir-riforma tat-taxxa ekoloġika, it-taxxi fuq l-emissjonijiet għall-industrija, it-tassazzjoni tal-vetturi, il-mobbiltà sostenibbli, kif ukoll ir-riċerka, l-iżvilupp, u l-innovazzjoni. Lil hinn mill-ewwel talba għall-pagament, l-implimentazzjoni tal-pjan tinsab fit-triq it-tajba, li se tirriżulta fil-preżentazzjoni tat-tieni pagament skedat sa tmiem l-2023.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mid-Danimarka u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għad-Danimarka

    ØRiforma

    Riforma tat-taxxa ekoloġika għandha l-għan li tagħti ħajja ġdida lill-investiment kummerċjali ekoloġiku permezz ta’ inċentivi fiskali. Se żżid it-tassazzjoni fuq l-enerġija u eventwalment tintroduċi taxxa uniformi fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-inċentivi addizzjonali rigward it-taxxa fuq l-investiment tan-negozju u t-tassazzjoni ogħla sussegwenti mħabbra fuq l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirrappreżentaw inċentivi qawwija biex jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

    ØInvestiment

    Id-Danimarka waqqfet skema ta’ sussidji biex tissostitwixxi l-berners taż-żejt u l-fran tal-gass fl-unitajiet domestiċi privati b’pompi tas-sħana elettriċi jew tisħin distrettwali. L-iskema ta’ sussidji tkopri parti mill-kostijiet tas-sostituzzjoni tal-berners taż-żejt/fran tal-gass eżistenti fl-unitajiet domestiċi privati u tal-installazzjoni tal-pompi tas-sħana elettriċi jew l-aċċess għat-tisħin distrettwali minflok. Dan jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili (żejt u gass) filwaqt li jħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika lejn użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija sostenibbli (bħar-riħ jew ix-xemx jew it-tisħin distrettwali).

    Installazzjonijiet lil hinn mill-kosta li jwasslu enerġija sostenibbli appoġġati minn miżuri tal-RRP

    Drittijiet tal-awtur: il-Kummissjoni Ewropea

    Illustrazzjoni9: Żborż għal kull pilastru — id-Danimarka

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni10: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — id-Danimarka

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni11: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – id-Danimarka

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Ġermanja

    Il-Ġermanja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fit-28 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 25,6 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Ġermanja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 28 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Ġermanja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Diċembru 2022 biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li għamluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-aġġornament tal-pjan tal-Ġermanja kien ta’ natura teknika. Dan kien jikkonċerna żewġ miżuri fil-pjan tal-Ġermanja, waħda relatata mad-diġitalizzazzjoni tal-ferroviji (minħabba dewmien eċċezzjonali fil-kostruzzjoni, id-data tat-tlestija tagħha kellha tiġi posposta), u l-oħra mar-riċerka u l-iżvilupp ta’ vaċċini kontra s-SARS-CoV-2 (emenda tal-istadji importanti minħabba l-inċertezza fl-eżiti tar-riċerka u l-iżvilupp). L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kunsill fl-14 ta’ Frar 2023 għal allokazzjoni totali ta’ EUR 26,4 biljun. Ma ġie ppreżentat l-ebda Kapitolu REPowerEU fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP attwali tal-Ġermanja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, biex titjieb is-sistema edukattiva, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tagħha. Dan jikkonsisti fi 15-il riforma u 25 investiment li huma ffinanzjati b’EUR 26,4 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,8 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 2,25 biljun lill-Ġermanja fi prefinanzjament fis-26 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 9 % tal-allokazzjoni finanzjarja (inizjali).

    L-RRP Ġermaniż jgħin liċ-ċittadini jaqilbu għal vetturi elettriċi nodfa billi jagħti appoġġ finanzjarju għax-xiri ta’ aktar minn 560 000 vettura dekarbonizzata

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Ġermanja tinsab għaddejja, iżda b’dewmien sinifikanti. Ir-riżorsi limitati marbuta mal-implimentazzjoni tal-pjan u l-prijoritizzazzjoni insuffiċjenti wasslu biex il-Ġermanja taqa’ lura fir-rigward tal-proċess ta’ implimentazzjoni. Il-Ġermanja għadha kif iffirmat l-arranġamenti operazzjonali tagħha u waslet biex tippreżenta l-ewwel talba għall-pagament tagħha. Din it-talba tkopri 36 stadju importanti u miri li jsegwu l-progress fil-komponenti kollha tal-RRP, li potenzjalment iwasslu għal żborż ta’ massimu ta’ EUR 4 biljun.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Ġermaniż.

    Illustrazzjoni12: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — il-Ġermanja

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni13: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Ġermanja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    L-Estonja

    L-Estonja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fit-18 ta’ Ġunju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fil-5 ta’ Ottubru 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fid-29 ta’ Ottubru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 969,3 miljun f’għotjiet mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Estonja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 863,5 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Estonja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Marzu 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li għamluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP modifikat inkluda wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riforma addizzjonali waħda tas-sistema ta’ permessi għall-enerġija rinnovabbli u żewġ investimenti ġodda biex tissaħħaħ il-grilja elettrika u jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass u tal-bijometan sostenibbli. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Mejju 2023 u mill-Kunsill fis-16 ta’ Ġunju 2023.

    L-RRP attwali tal-Estonja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi l-effiċjenza enerġetika u t-trasport sostenibbli, it-tranżizzjoni diġitali fis-settur pubbliku u privat, u s-saħħa u l-protezzjoni soċjali. Dan jikkonsisti fi 28 investiment u 17-il riforma li huma appoġġati b’EUR 953 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli u madwar 3,03 % tal-PDG. Sa issa ġew żborżati EUR 126,01 miljun lill-Estonja mill-RRF fi prefinanzjament fis-17 ta’ Diċembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja inizjali.

    Kostruzzjoni għaddejja tal-linja tat-tramm tal-Port Antik ta’ Tallinn iffinanzjata mill-RRF

    Drittijiet tal-awtur: il-Kummissjoni Ewropea

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Estonja tinsab għaddejja. Minħabba l-inflazzjoni għolja u t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista kkawżati mill-gwerra fl-Ukrajna, ftit investimenti ddewmu jew twaqqfu, li rriżulta fir-reviżjoni tal-pjan inizjali. Fit-30 ta’ Ġunju 2023, l-Estonja ppreżentat l-ewwel talba għall-pagament magħmul mill-ewwel u t-tieni pagamenti parzjali u li jikkorrispondi għal 29 stadju importanti u mira waħda fil-pjan. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-talba għall-pagament għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Estonjan.

    Illustrazzjoni14: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — l-Estonja

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni15: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — l-Estonja

    L-Irlanda

    L-Irlanda ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fil-25 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-8 ta’ Settembru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 989 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Irlanda ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 914-il miljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Irlanda ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Mejju 2023 biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li għamluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-aġġornament tal-pjan tal-Irlanda kien ta’ natura teknika u ġie adottat mill-Kunsill fl-14 ta’ Lulju 2023. Ma ġie ppreżentata l-ebda Kapitolu REPowerEU fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP attwali tal-Irlanda għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u li jtejjeb l-irkupru soċjali u ekonomiku. Dan jikkonsisti f’disa’ riformi u 16-il investiment li huma appoġġati b’EUR 914-il miljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,21 % tal-PDG tal-2021.

    Mogħdija għaċ-ċiklisti li għadha kif inbniet appoġġata mill-RRF 

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Irlanda tinsab għaddejja, iżda b’dewmien sinifikanti. Ir-riżorsi limitati u l-prijoritizzazzjoni insuffiċjenti wasslu biex l-Irlanda waqgħet lura fir-rigward tal-proċess ta’ implimentazzjoni. L-ewwel talba għall-pagament, li tikkorrispondi għal 41 stadju importanti u miri fil-pjan, qed titħejja.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Irlandiż.

    Illustrazzjoni16: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — l-Irlanda

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Il-Greċja

    Il-Greċja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fis-27 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 17,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 12,7 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Greċja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 17,4 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Greċja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Awwissu 2023 biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-utilitajiet, il-ħolqien ta’ suq għall-idroġenu rinnovabbli, il-bijometan u l-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju, iż-żieda fil-penetrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, b’miżuri li jippromwovu l-ħżin tal-enerġija, kif ukoll riformi li jippromwovu r-riħ lil hinn mill-kosta u t-tranżizzjoni lejn grilja intelliġenti u l-kondiviżjoni tal-enerġija. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Greċja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Greċja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-impjiegi, il-ħiliet u l-koeżjoni soċjali, l-investiment privat u t-trasformazzjoni ekonomika u istituzzjonali. Dan jikkonsisti fi 68 riforma u 106 investimenti li huma appoġġati bi EUR 17,4 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 12,7 biljun f’self, li jirrappreżentaw 14,5 % tal-PDG fl-2022. Il-Kummissjoni żborżat EUR 3,96 biljun lill-Greċja fi prefinanzjament fid-9 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Greċja sa issa tinsab fi stadju avvanzat, iżda qed tiffaċċja xi sfidi fil-futur. Il-Greċja ppreżentat tliet talbiet għall-pagament għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u żewġ talbiet għall-pagament għal appoġġ fil-forma ta’ self, li jikkorrispondu għal 85 stadju importanti u miri fil-pjan. It-tielet talba għall-pagament għal EUR 1,72 biljun ġiet ippreżentata fis-16 ta’ Mejju 2023 u qed tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali. Sal-lum, il-Greċja rċeviet żborż globali ta’ EUR 7,1 biljun għal żewġ talbiet għall-pagament approvati, eskluż il-prefinanzjament. Filwaqt li l-Greċja bdiet bit-tajjeb, hemm riskji sostanzjali għall-futur, li jiġġustifikaw sforzi kontinwi biex jinżamm u jissaħħaħ il-momentum tal-implimentazzjoni. Il-pjan fih għadd sinifikanti ta’ riformi u investimenti li d-daqs tagħhom jirrappreżenta piż amministrattiv kbir. F’dan l-istadju, l-implimentazzjoni tal-pjan qed tilħaq fażi li se tiddependi fuq l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, li l-kapaċità amministrattiva u ta’ implimentazzjoni tagħhom hija ġeneralment dgħajfa. It-tlestija ta’ għadd ta’ miżuri fil-pjan teħtieġ sensiela ta’ passi preparatorji, inklużi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. L-iżgurar ta’ progress f’waqtu ma’ dawn se jirrikjedi koordinazzjoni b’saħħitha kontinwa ta’ korpi ta’ implimentazzjoni lokali u reġjonali u assistenza lilhom.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Greċja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Greċja

    ØRiforma

    Il-Greċja adottat riforma mmirata lejn is-simplifikazzjoni tal-qafas ta’ liċenzjar għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż is-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri, ħinijiet tar-rispons amministrattivi iqsar u vinkolanti u proċeduri ta’ responsabbiltà għal dewmien bla bżonn, filwaqt li jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-proċeduri meħtieġa. Ir-riforma tinkludi l-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz taħt il-Ministeru għall-Ambjent bil-kompitu li jżomm is-sorveljanza tal-proċess kollu tal-liċenzjar. Barra minn hekk, pjattaforma diġitali se tgħaqqad id-diversi subsistemi u bażijiet tad-data tal-korpi involuti fl-għoti ta’ permessi, u tippermettilhom jikkomunikaw aħjar bejniethom u mal-investituri. Ir-riforma se tgħin lill-Greċja tnaqqas iż-żmien medju ta’ liċenzjar għall-enerġija rinnovabbli minn 5 snin għal 14-il xahar u tiżviluppa mill-inqas 3,5 GW ta’ ħżin tal-enerġija sal-2030.

    Il-kapaċità fotovoltajka ġdida se tiżdied fil-Greċja bis-saħħa tar-riforma tal-permessi għall-enerġija rinnovabbli appoġġata mill-RRF

    ØInvestiment

    L-RRP Grieg jagħmel disponibbli EUR 12,7 biljun f’self biex jipprovdi finanzjament lill-kumpaniji u jappoġġa l-investiment privat fl-oqsma tat-tranżizzjoni ekoloġika, id-diġitalizzazzjoni, iż-żieda fil-kapaċità tal-esportazzjoni, l-ekonomiji ta’ skala u l-innovazzjoni. Sabiex dan il-finanzjament jiġi dirett lejn is-settur privat, il-Greċja stabbiliet il-Faċilità ta’ Self. Dan twettaq permezz tal-adozzjoni tal-qafas ta’ governanza tagħha, kif ukoll ftehimiet iffirmati ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u sejħiet lil banek kummerċjali, li huma s-sħab ta’ implimentazzjoni. Dan il-qafas jipprevedi salvagwardji robusti biex tiġi żgurata l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpanija mutwatarja, il-vijabbiltà finanzjarja tal-proġetti, ir-ripagament tal-fondi u l-konformità mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-RRP Grieg. Il-Faċilità ta’ Self tipprovdi likwidità sostanzjali lis-settur privat bl-impenn li l-istituzzjonijiet finanzjarji jinvestu mill-inqas 38,5 % tal-fondi biex jappoġġaw it-tranżizzjoni klimatika u mill-inqas 20,8 % tal-fondi biex jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali. Bl-iffirmar ta’ kuntratti ta’ self b’valur ta’ mill-inqas EUR 586,4 miljun bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-investituri, il-Greċja laħqet l-ewwel mira mill-Faċilità ta’ Self qabel iż-żmien skedat.

    Illustrazzjoni17: Żborż għal kull pilastru — il-Greċja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni18: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Greċja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self żborżat sa issa mill-RRF. Is-self huwa kontribuzzjoni finanzjarja ripagabbli. L-ammont totali ta’ self mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat mill-valutazzjoni tat-talba għas-self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 % tal-ING tal-2019 tiegħu.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni19: Self totali żborżat mill-RRF – il-Greċja

     

    Illustrazzjoni20: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Greċja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Spanja

    Spanja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 69,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal Spanja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 77,2 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, Spanja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali li għandhom l-għan li jkomplu jaċċelleraw id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tagħha. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni ta’ Spanja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.

    L-RRP inizjali (u attwali) ta’ Spanja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, it-tranżizzjoni diġitali, u li jtejjeb l-irkupru soċjali u ekonomiku. Dan jikkonsisti f’102 riformi u 112-il investiment li huma appoġġati b’EUR 69,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 6,5 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 9 biljun lil Spanja fi prefinanzjament fis-17 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP ta’ Spanja sa issa tinsab fi stadju avvanzat, iżda qed tiffaċċja xi sfidi fil-futur. Spanja ppreżentat tliet talbiet għall-pagament, li tikkorrispondi għal 121 stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 28 biljun. Il-miżuri tal-RRP implimentati sa issa jinkludu riformi fis-suq tax-xogħol, l-ewwel sett ta’ riformi tal-pensjonijiet, il-modernizzazzjoni tal-Aġenzija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u l-prevenzjoni tal-frodi tat-taxxa, l-approvazzjoni tal-Istrateġija tas-Saħħa Pubblika, u rieżami tal-Liġi dwar l-Insolvenza, il-Liġi dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni, il-Liġi dwar is-Sistema ta’ Taħriġ Vokazzjonali integrata u l-liġi ġenerali dwar il-Komunikazzjoni Awdjoviżiva. Abbażi tad-data ppubblikata mill-awtoritajiet Spanjoli, l-investimenti appoġġati mill-RRP jinsabu fi stadju avvanzat, u 76 % ta’ aktar minn EUR 50 biljun ta’ finanzjament tal-RRF ibbaġitjat fl-2021 u fl-2022 kien ġie impenjat sa tmiem l-2022. Ġew ittrasferiti EUR 20,6 biljun lir-reġjuni biex jimplimentaw investimenti mill-RRP. Filwaqt li Spanja kienet fost l-Istati Membri l-aktar avvanzati fl-implimentazzjoni tal-pjan, issa qed tistenna li tirrevedih għal aktar mid-doppju tad-daqs tiegħu. Jenħtieġ li dan ikun akkumpanjat minn kapaċità amministrattiva suffiċjenti msaħħa biex jiġi żgurat l-assorbiment effettiv u effiċjenti tal-irkupru u r-reżiljenza u fondi oħra tal-UE u nazzjonali disponibbli.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu minn Spanja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal Spanja

    ØRiforma

    Spanja emendat il-leġiżlazzjoni tagħha skont l-RRP bl-objettiv li tillimita l-użu ta’ kuntratti temporanji għal każijiet debitament ġustifikati u li tiġġeneralizza l-użu ta’ kuntratti indefiniti. Is-suq tax-xogħol Spanjol huwa kkaratterizzat minn livelli għoljin ta’ impjiegi temporanji. Ir-riforma tas-suq tax-xogħol approvata f’Diċembru 2021 qed tgħin biex jitnaqqas l-impjieg temporanju fis-settur privat. Kuntratti ġodda ffirmati matul l-2022 jindikaw tnaqqis mifrux fis-sehem ta’ kuntratti b’terminu fiss, li b’mod ġenerali niżel għal 62 %, li jindika tnaqqis minn 90 % fl-2019. Is-sehem ta’ impjegati temporanji fis-settur privat naqas għal 14,8 % fil-Q4 tal-2022, li jindika tnaqqis minn 23,9 % fil-Q4 tal-2021.

    ØInvestiment

    Spanja approvat programm għat-titjib tal-kompetenza fl-edukazzjoni diġitali (imsejjaħ #CompDigEdu) u programm għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema edukattiva. Dawn il-programmi se jgħammru minimu ta’ 240 000 klassi, iħarrġu 700 000 għalliem u jħejju jew jirrevedu l-istrateġija diġitali għal mill-inqas 22 000 ċentru tal-iskejjel pubbliċi u ssussidjati pubblikament, u jipprovdu 300 000 apparat diġitali konness (laptops, tablets) fi skejjel pubbliċi u ssussidjati pubblikament, f’kooperazzjoni mal-Komunitajiet Awtonomi.

    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Vokazzjonali Tknika huwa appoġġat mill-RRF

    Drittijiet tal-awtur: il-Kummissjoni Ewropea

    Illustrazzjoni21: Żborż għal kull pilastru — Spanja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni22: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — Spanja

     

    Illustrazzjoni23: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – Spanja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Franza

    Franza ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fid-29 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 39,4 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal Franza ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 37,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, Franza ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fl-20 ta’ April 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut inkluda wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-industrija b’emissjonijiet żero netti u l-idroġenu rinnovabbli. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2023 u mill-Kunsill fl-14 ta’ Lulju 2023.

    L-RRP attwali ta’ Franza għandu l-għan li jaċċellera t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, iżid il-potenzjal tat-tkabbir u jsaħħaħ il-koeżjoni. Il-pjan jikkonsisti f’24 riforma u 73 investiment li se jkunu appoġġati b’EUR 40,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli (1,6 % tal-PDG). Il-Kummissjoni żborżat EUR 5,1 biljun lil Franza fi prefinanzjament f’Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP ta’ Franza tinsab għaddejja. Franza ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 38 stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 7 400 000 fl-4 ta’ Marzu 2022. Dawn ikopru riformi fl-oqsma tal-finanzi pubbliċi, it-tibdil fil-klima, l-akkomodazzjoni, il-mobbiltà, is-suq tax-xogħol, il-ħiliet u s-saħħa. Diversi miri jikkonċernaw investimenti kbar fl-oqsma tar-rinnovazzjoni enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, il-vetturi nodfa, ir-riċerka, l-impjieg taż-żgħażagħ, u l-edukazzjoni. Franza ppreżentat ukoll it-tieni talba għall-pagament ta’ aktar minn EUR 10,3 biljun fil-31 ta’ Lulju 2023, li jikkorrispondi għal 55 stadju importanti u miri fil-pjan. Il-Kummissjoni qed tivvaluta t-tieni talba għall-pagament ta’ Franza fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu minn Franza u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Rinnovazzjoni termali ta’ bini storiku ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti fis-Cité Internationale Universitaire f’Pariġi.

    Drittijiet tal-awtur: il-Kummissjoni Ewropea

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal Franza

    ØRiforma

    Franza introduċiet Liġi dwar il-Klima u r-Reżiljenza, adottata fl-20 ta’ Lulju 2021, biex tikkonforma mal-mira tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030. Din ir-riforma hija mistennija li tikseb tnaqqis stmat ta’ bejn 56 u 74 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 b’kollox.

    ØInvestiment

    Franza tintroduċi sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema għaż-żgħażagħ taħt is-26 sena. L-RRF qed tiffinanzja 84 % tas-sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema għaż-żgħażagħ taħt is-26 sena. L-impjegaturi li jimpjegaw żgħażagħ taħt is-26 sena jirċievu sa EUR 4 000 fis-sena għal kuntratt full-time. Fil-kuntest tal-RRP Franċiż, 337 000 żagħżugħ kienu bbenefikaw mill-iskema sa nofs l-2021. Din l-iskema ta’ appoġġ hija waħda mill-miżuri ewlenin tal-pjan għaż-żgħażagħ “1 jeune, 1 solution” li tnieda fis-sajf tal-2020 biex kull persuna żagħżugħa fil-pajjiż tingħata soluzzjoni adegwata li tindirizza l-ħtiġijiet tagħha, kemm fl-edukazzjoni, it-taħriġ jew l-impjiegi, l-ikkowċjar jew appoġġ finanzjarju.

    Illustrazzjoni24: Żborż għal kull pilastru — Franza

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni25: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — Franza

     

    Illustrazzjoni26: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – Franza

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Kroazja

    Il-Kroazja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fl-14 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-8 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-28 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 6,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Kroazja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 5,51 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Kroazja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Awwissu 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali u fuq skala akbar relatati mas-sigurtà tal-enerġija, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, it-trasport, u l-idroġenu rinnovabbli. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Kroazja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Kroazja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mal-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, it-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika u soċjali, u l-bini ta’ amministrazzjoni pubblika aktar effiċjenti. Dan jikkonsisti f’76 riforma u 146 investiment li huma appoġġati b’EUR 5,51 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 9,5 % tal-PDG tal-2021. Il-Kummissjoni żborżat EUR 818,4 miljun lill-Kroazja fi prefinanzjament fit-28 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Kroazja tinsab fi stadju avvanzat. Il-Kroazja ppreżentat tliet talbiet għall-pagament, li jikkorrispondu għal 104 stadji importanti u miri fil-pjan. Sa issa ġew approvati żewġ talbiet għall-pagament li jikkorrispondu għal 59 stadju importanti u miri, li jirriżultaw fi żborż ġenerali ta’ EUR 1,4 biljun. It-tielet talba għall-pagament għal EUR 700 miljun ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Lulju 2023 u qed tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali. F’dan l-istadju tal-implimentazzjoni tal-pjan, il-miżuri jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fl-adozzjoni ta’ dokumenti qafas strateġiċi nazzjonali (leġiżlazzjoni, strateġiji, programmi riveduti jew ġodda) biex titwitta t-triq għal infiq ta’ investiment effiċjenti mill-pagamenti parzjali futuri. Sehem sinifikanti mill-fondi tal-RRP diġà huwa disponibbli taħt sejħiet għal proġetti u programmi ta’ finanzjament immirati.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Kroazja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Kroazja

    ØRiforma

    Il-Kroazja adottat strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021–2030. Għandha l-għan li ssaħħaħ ir-regoli eżistenti u l-istituzzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li żżid it-trasparenza tal-ħidma tal-awtoritajiet pubbliċi. Se ttejjeb ukoll is-sistemi ta’ ġestjoni biex tipprevjeni l-kunflitti ta’ interess u tqajjem kuxjenza pubblika dwar il-ħsara kkawżata mill-korruzzjoni u l-ħtieġa li jiġu rrappurtati l-irregolaritajiet.

    ØInvestiment

    Il-Kroazja tat 75 kuntratt lil intrapriżi żgħar, medji u kbar, sabiex iżżid l-effiċjenza enerġetika fil-proċessi ta’ produzzjoni industrijali tal-industrija tal-manifattura intensiva fl-enerġija u żżid l-użu ta’ sorsi rinnovabbli. Fil-prattika, l-investimenti se jtejbu l-proċessi tal-produzzjoni fl-industriji tal-manifattura sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b’minimu ta’ bejn 20 % u 40 %, skont it-tip ta’ investiment.

    Pannelli fotovoltajċi ffinanzjati mill-RRF installati fuq is-saqaf ta’ SME f’Voćin, il-Kontea ta’ Virovitica-Podravina 

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja  

    Illustrazzjoni27: Żborż għal kull pilastru — il-Kroazja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni28: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Kroazja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni29: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Kroazja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    L-Italja

    L-Italja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 68,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 122,6 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Italja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 69 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Italja ppreżentat żewġ RRPs emendati lill-Kummissjoni, fil-11 ta’ Lulju 2023 u fis-7 ta’ Awwissu 2023 rispettivament. L-ewwel RRP emendat ġie ppreżentat biex jimmodifika sett speċifiku ta’ stadji importanti u miri inklużi fir-raba’ talba għall-pagament, minħabba ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jinkisbu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-ewwel aġġornament tal-pjan tal-Italja kien ta’ natura teknika u ġie approvat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2023 u ġie ppreżentat lill-Kunsill għall-approvazzjoni. It-tieni RRP emendat ġie ppreżentat biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex jiġu indirizzati ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. It-tieni RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, il-ħiliet ekoloġiċi, l-effiċjenza enerġetika u l-infrastruttura tal-elettriku. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-tieni preżentazzjoni tal-Italja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRF se tiffinanzja EUR 191,6 biljun ta’ investiment fl-Italja matul il-perjodu 2022–2026 (10,7 % tal-PDG). L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Italja jikkonsisti f’132 investiment u 58 riforma. L-Italja hija l-akbar benefiċjarju tal-RRF f’termini assoluti. Il-Kummissjoni żborżat EUR 24,89 biljun lill-Italja fi prefinanzjament fit-13 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Italja tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ dewmien li qed jiżdied. L-Italja ppreżentat tliet talbiet għall-pagament, li jikkorrispondu għal 151 stadju importanti u miri fil-pjan u li jirriżultaw fi żborż ġenerali ta’ EUR 42 biljun (b’referenza għaż-żewġ talbiet għall-pagament ippreżentati). Fit-30 ta’ Diċembru 2022, l-Italja ppreżentat it-tielet talba għall-pagament tagħha, li l-valutazzjoni preliminari tagħha ġiet approvata mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2023. Il-proċediment rapidu bl-implimentazzjoni tal-pjan u n-negozjar tal-emenda tiegħu huwa essenzjali minħabba n-natura temporanja tal-RRF fis-seħħ sal-2026.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Italja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Italja

    ØRiforma

    L-Italja kompliet tagħmel sforz biex tirriforma l-amministrazzjoni pubblika billi tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti kollha dwar ir-riforma tal-impjiegi pubbliċi. Il-leġiżlazzjoni primarja ġiet adottata fl-2022. L-atti ta’ implimentazzjoni kollha issa daħlu fis-seħħ. Dan il-pass se jikkontribwixxi għal ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tal-forza tax-xogħol pubblika fl-amministrazzjoni pubblika Taljana, mir-reklutaġġ sal-progressjoni tal-karriera. L-atti ta’ implimentazzjoni huma partikolarment rilevanti biex jiżguraw introduzzjoni effettiva tar-riforma u biex jikkontribwixxu għal implimentazzjoni omoġenja fl-amministrazzjonijiet pubbliċi. Ta’ min jinnota li l-Italja diġà antiċipat xi atti sekondarji, li ġew adottati ferm qabel l-iskadenza prevista tagħhom, biex tfassal aħjar id-dispożizzjonijiet inkorporati fil-leġiżlazzjoni primarja u minħabba r-rilevanza tagħhom għall-implimentazzjoni konkreta tar-riforma.

    ØInvestiment

    L-Italja lestiet b’suċċess it-tfassil, it-tħejjija, l-istabbiliment u l-ittestjar ta’ erba’ ċentri tad-data, li jikkostitwixxu l-qalba ta’ infrastruttura tal-clouds nazzjonali ġdida, imsejħa “Polo Strategico Nazionale” (PSN), iddedikata biex tospita s-sistemi ta’ informazzjoni, id-data u l-applikazzjonijiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-fażijiet li jmiss tal-investiment se jikkonċernaw il-migrazzjoni lejn l-infrastruttura tal-clouds tas-settijiet tad-data u l-applikazzjonijiet ta’ mill-inqas 280 Amministrazzjoni Pubblika Ċentrali u Awtoritajiet Lokali tal-Kura tas-Saħħa.

    L-RRF se tappoġġa investimenti fiċ-ċentri tad-data biex tiżdied il-kapaċità tal-cloud tal-Italja.

     

    Illustrazzjoni30: Żborż għal kull pilastru — l-Italja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni31: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — l-Italja 

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self żborżat sa issa mill-RRF. Is-self huwa kontribuzzjoni finanzjarja ripagabbli. L-ammont totali ta’ self mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat mill-valutazzjoni tat-talba għas-self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 % tal-ING tal-2019 tiegħu.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni32: Self totali żborżat mill-RRF – l-Italja  

    Illustrazzjoni33: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – l-Italja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Ċipru

    Ċipru ppreżenta l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tiegħu fis-17 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-8 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-28 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 0,2 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal Ċipru ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 916-il miljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, Ċipru ppreżenta RRP emendat lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Settembru 2023 biex iqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex jindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali u fuq skala akbar relatati mal-effiċjenza enerġetika fil-bini, l-elettrifikazzjoni tat-trasport, u r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni ta’ Ċipru għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) ta’ Ċipru għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni doppja (ekoloġika u diġitali), is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ċivili, u li jagħti spinta lir-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tiegħu. Dan jikkonsisti f’75 investiment u 58 riforma li huma appoġġati b’EUR 916-il miljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 200 miljun f’self, li jirrappreżentaw 4,1 % tal-PDG fl-2022 wara l-aġġornament tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima. Il-Kummissjoni żborżat EUR 157 miljun lil Ċipru fi prefinanzjament f’Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP ta’ Ċipru tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ xi dewmien. Ċipru ppreżenta talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 14-il stadju importanti fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 85 miljun fit-2 ta’ Diċembru 2022. L-14-il stadju importanti jkopru miżuri fis-settur finanzjarju u fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fl-oqsma tas-suq tal-elettriku, l-effiċjenza enerġetika, l-ekonomija ċirkolari, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-trasparenza, il-ħiliet diġitali u l-awditjar u l-kontroll baġitarju. L-RRP Ċiprijott huwa relattivament kbir u kumpless fin-natura tiegħu. Governanza b’saħħitha u monitoraġġ kontinwu tal-RRP huma essenzjali biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ dewmien.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu minn Ċipru u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal Ċipru

    ØRiforma

    F’Ċipru daħlet fis-seħħ liġi li tipproteġi lill-informaturi li jirrapportaw frodi u korruzzjoni minn sanzjonijiet interni. Flimkien mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi li tistabbilixxi l-Awtorità Indipendenti kontra l-Korruzzjoni u mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-Trasparenza fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u Kwistjonijiet Relatati, din tipprovdi koerenza akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    Ir-riforma appoġġata mill-RRF se ttejjeb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’Ċipru

    ØInvestiment

    Ċipru ppubblika sejħa għal proposti għal skema ta’ appoġġ għall-promozzjoni ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika b’mod partikolari fl-SMEs u fl-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija primarja b’mill-inqas 30 % u l-emissjonijiet tas-CO2 fil-bini u/jew fil-faċilitajiet. L-interventi tal-effiċjenza enerġetika se jiġu implimentati bis-sħiħ sa tmiem l-2025.

    Illustrazzjoni34: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – Ċipru

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni35: Żborż għal kull pilastru — Ċipru

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni36: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — Ċipru

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni37: Self totali żborżat mill-RRF – Ċipru

    Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self żborżat sa issa mill-RRF. Is-self huwa kontribuzzjoni finanzjarja ripagabbli. L-ammont totali ta’ self mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat mill-valutazzjoni tat-talba għas-self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 % tal-ING tal-2019 tiegħu.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Il-Latvja

    Il-Latvja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 1,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal-Latvja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 1,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli. Ma ġiet ippreżentata l-ebda reviżjoni tal-pjan fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Latvja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-inugwaljanzi reġjonali u soċjali, il-kura tas-saħħa, it-trasformazzjoni ekonomika u l-istat tad-dritt. Dan jikkonsisti f’24 riforma u 61 investiment li huma appoġġati b’EUR 1,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 5,58 % tal-PDG tal-Latvja fl-2021. Il-Kummissjoni żborżat EUR 237,4 miljun lil-Latvja fi prefinanzjament fl-10 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja inizjali.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Latvja tinsab fi stadju avvanzat. Il-Latvja ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal disa’ stadji importanti fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 201 miljun fis-7 ta’ Ottubru 2022. Id-disa’ stadji importanti relatati jkopru riformi u investimenti ewlenin fl-oqsma tas-sistema ta’ appoġġ għall-introjtu minimu, l-infrastruttura tal-broadband, l-infrastruttura tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-apprendiment mill-bogħod. Oqsma oħra koperti huma l-akkwist pubbliku, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tal-proliferazzjoni, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet b’kera baxxa. It-tieni talba għall-pagament hija dovuta fl-2023 u se tkopri 49 stadju importanti u miri.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mil-Latvja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal-Latvja

    ØRiforma

    Il-Latvja tejbet il-kundizzjonijiet tar-riforma tal-introjtu minimu billi adottat qafas strateġiku għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistema ta’ appoġġ għall-introjtu minimu. L-objettiv ġenerali ta’ din ir-riforma huwa li tnaqqas l-inugwaljanza, ittejjeb ix-xibka ta’ sikurezza soċjali, trawwem l-integrazzjoni soċjali u l-inklużjoni fil-Latvja. Ir-riforma tirrevedi l-limitu minimu tal-introjtu minimu billi tistabbilih għal mhux inqas minn 20 % tal-introjtu medjan u tipprevedi proċedura għal indiċjar pożittiv li għandu jsir fuq bażi annwali. Qabel, is-sistema ta’ introjtu minimu kellha limiti f’termini nominali u ġiet rieżaminata darba fi tliet snin. Il-qafas strateġiku kien jikkonsisti f’erba’ partijiet, adottati bejn Awwissu 2021 u Marzu 2022. 

    ØInvestiment

    Il-Latvja pprovdiet aċċess għall-kontenut tat-tagħlim u ppermettiet lill-gruppi soċjalment vulnerabbli jipparteċipaw fl-apprendiment mill-bogħod. Fl-2021 ġie approvat qafas għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-apprendiment mill-bogħod fl-istituzzjonijiet edukattivi. L-investiment fl-RRP jikkonsisti fix-xiri ta’ apparat tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ġenerali, b’appoġġ immirat għall-istudenti minn gruppi soċjalment vulnerabbli, għalliema u l-ħolqien ta’ “librerija tal-programmi tal-kompjuter” fl-istituzzjonijiet edukattivi. Il-Latvja diġà adottat ir-regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri li jistabbilixxu l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni u t-twettiq tal-apprendiment mill-bogħod biex jiġi żgurat li l-apprendiment mill-bogħod jiġi organizzat u implimentat fl-istituzzjonijiet edukattivi u l-livelli tal-edukazzjoni Latvjani kollha. Fis-snin li ġejjin, il-Latvja se tipprovdi tagħmir tal-ICT lill-istudenti vulnerabbli.

    Bl-appoġġ tal-RRF, fl-2021 ġie approvat qafas għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-apprendiment mill-bogħod fl-istituzzjonijiet edukattivi

    Illustrazzjoni38: Żborż għal kull pilastru — il-Latvja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni39: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Latvja  

    Illustrazzjoni40: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Latvja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    (1)

    Għall-fini ta’ dan l-anness, id-data u ċ-ċifri kollha huma ppreżentati b’data limitu tal-1 ta’ Settembru 2023, għalkemm l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri għadha l-istess mir-Rapporti tal-Pajjiżi ppubblikati fil-pakkett tas-Semestru Ewropew tar-rebbiegħa 2023.

    Top

    Brussell, 19.9.2023

    COM(2023) 545 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: It-triq ’il quddiem


    Il-Litwanja

    Il-Litwanja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fl-14 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-2 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-28 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 2,2 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal-Litwanja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 2,1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Litwanja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-espansjoni tal-produzzjoni tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u l-appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-binjiet b’abitazzjonijiet multipli, u l-espansjoni tat-trasport ta’ merkanzija tqila fuq passaġġi tal-ilma interni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Litwanja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Litwanja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali, l-innovazzjoni u x-xjenza, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-konformità mar-regoli tat-taxxa, il-protezzjoni soċjali u l-impjiegi. Dan jikkonsisti f’27 riforma u tliet investiment li huma appoġġati b’EUR 2,2 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 4 % tal-PDG tal-Litwanja fl-2021. Il-Kummissjoni żborżat EUR 289 miljun lil-Litwanja f’Awwissu 2021 bħala prefinanzjament mill-RRF.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Litwanja tinsab fi stadju avvanzat. Fit-30 ta’ Novembru 2022, il-Litwanja ppreżentat talba għall-iżborż ta’ EUR 649,5 miljun, dwar l-ewwel pagament parzjali ta’ appoġġ mhux ripagabbli. Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari pożittiva fit-28 ta’ Frar 2023 għal 31 minn 33 stadju importanti li jkopru sitta mis-seba’ komponenti tal-pjan, filwaqt li żewġ stadji importanti relatati mar-riformi tat-taxxa ġew ivvalutati li mhumiex issodisfati b’mod sodisfaċenti. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ewwel passi li diġà ttieħdu mil-Litwanja biex tissodisfa dawn l-istadji importanti pendenti, għalkemm għad irid isir xogħol sinifikanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni attivat il-proċedura ta’ “sospensjoni tal-pagamenti” li tagħti lil-Litwanja żmien addizzjonali biex twettaq dawn l-istadji importanti, filwaqt li rċeviet pagament parzjali ta’ EUR 542.3 miljun (nett mill-prefinanzjament) marbut mal-istadji importanti li twettqu b’mod sodisfaċenti.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mil-Litwanja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal-Litwanja

    ØRiforma

    Il-Litwanja nediet riforma, li għandha l-għan li tiddefinixxi r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u tal-protezzjoni ta’ tipi differenti ta’ vetturi nodfa. Permezz tad-dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi rilevanti, il-Litwanja introduċiet żieda gradwali sa tmiem l-2025, u tmiem l-2030, fl-għadd ta’ vetturi nodfa akkwistati fil-Litwanja. Dan huwa pass importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mis-settur tat-trasport.

    ØInvestiment

    Il-Litwanja nediet sistema tal-IT li tagħmel monitoraġġ tas-sehem tal-fjuwils rinnovabbli fornuti fis-settur tat-trasport. Dan l-istrument jattribwixxi kwoti għall-provvista ta’ fjuwils (rinnovabbli) fil-Litwanja, bl-għan li jiġu ssodisfati l-obbligi tal-fjuwil. B’sistema bħal din, l-objettiv huwa li maż-żmien tiżdied il-provvista ta’ fjuwils rinnovabbli u jinkiseb livell ogħla ta’ sostenibbiltà fis-settur tat-trasport.

    Il-Litwanja se tappoġġa l-fjuwils rinnovabbli bis-saħħa tal-RRF

    Illustrazzjoni41: Żborż għal kull pilastru — il-Litwanja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni42: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Litwanja

     

    Illustrazzjoni43: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Litwanja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Lussemburgu

    Il-Lussemburgu ppreżenta l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tiegħu fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 93,4 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal-Lussemburgu ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 82,7 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Lussemburgu ppreżenta RRP emendat lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Novembru 2022 biex iqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF. Minħabba l-kontribuzzjoni finanzjarja mnaqqsa tiegħu, il-Lussemburgu ppropona li jneħħi mill-pjan il-programm ta’ taħriġ fil-ħiliet diġitali mmirat lejn il-ħaddiema fuq skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, filwaqt li spjega li ma laħaqx l-aspettattivi inizjali f’termini ta’ domanda. Dan huwa prinċipalment spjegat minn irkupru aktar b’saħħtu milli mistenni tal-ekonomija tal-Lussemburgu fir-rebbiegħa tal-2021, b’għadd kbir ta’ benefiċjarji jirritornaw għal kuntratti full-time aktar kmieni milli mistenni. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2022 u mill-Kunsill fis-17 ta’ Jannar 2023. Ma ġie ppreżentat l-ebda Kapitolu REPowerEU fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP attwali tal-Lussemburgu għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mal-ħiliet, il-klima, id-diġitalizzazzjoni, is-saħħa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Dan jikkonsisti f’10 riformi u 11-il investiment li huma appoġġati bi EUR 83 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,11 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 12,1 miljun fi prefinanzjament fit-3 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Lussemburgu tinsab għaddejja. Il-Lussemburgu ppreżenta l-ewwel talba għall-pagament tiegħu fit-28 ta’ Diċembru 2022, li tikkorrispondi għal 26 stadju importanti u miri u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 25 miljun fis-16 ta’ Ġunju 2023. L-istadji importanti u l-miri vvalutati b’mod pożittiv juru passi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-pjan tal-Lussemburgu. Dan jinkludi d-dħul fis-seħħ tar-riforma tal-“Patt ta’ Akkomodazzjoni 2.0”, bil-għan li tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjoni għall-kiri affordabbli offruta mill-muniċipalitajiet, investimenti għad-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku u għall-iżvilupp ta’ komunikazzjoni ultrasigura, it-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol bit-tnedija tal-programm “FutureSkills”, kif ukoll riforma għall-akkwist ta’ vetturi nodfa.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mil-Lussemburgu u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal-Lussemburgu

    ØRiforma

    Liġi li tistabbilixxi n-“Naturpakt” (parks naturali) daħlet fis-seħħ fil-Lussemburgu. Il-muniċipalitajiet jistgħu jiffirmaw kuntratt mal-Istat, fejn jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw azzjonijiet għall-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, magħżula minn sett definit minn qabel ta’ azzjonijiet possibbli, għall-perjodu sal-2030, u jirċievu appoġġ finanzjarju u tekniku mill-gvern. Din ir-riforma ssaħħaħ il-protezzjoni tal-ekosistemi u l-progress lejn l-objettivi ambjentali.

    ØInvestiment

    Il-Lussemburgu implimenta verżjoni għall-mobiles tas-sit web “MyGuichet.lu”: pjattaforma għall-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji mal-amministrazzjoni pubblika. L-app tippermetti li l-proċeduri amministrattivi jitlestew bil-mobile. “MyGuichet” huwa kontribut importanti għad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

    L-app MyGuichet għal proċeduri amministrattivi, appoġġata mill-RRF 

    Drittijiet tal-awtur: ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu

    Illustrazzjoni44: Żborż għal kull pilastru — il-Lussemburgu

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni45: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — Il-Lussemburgu

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

     

    Illustrazzjoni46: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Lussemburgu

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    L-Ungerija

    L-Ungerija ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-12 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-30 ta’ Novembru 2022 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fil-15 ta’ Diċembru 2022 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 5,811 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. F’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istati Membri kollha ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022. Minħabba li l-Kunsill approva l-RRP tal-Ungerija wara dan l-aġġornament, l-ammont aġġornat ta’ EUR 5,811 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli ġie inkorporat fl-RRP.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Ungerija ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Awwissu 2023 biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali u fuq skala akbar relatati mal-espansjoni tal-kapaċità tal-ħżin tal-enerġija, biex tingħata spinta lill-kapaċità tas-sistema tal-enerġija tal-pajjiż li tintegra s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tan-network tal-elettriku, u biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi, tal-kumpaniji, u tas-settur pubbliku. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Ungerija għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP Ungeriż jinkludi programm ta’ monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Ungeriż  

    L-RRP Ungeriż huwa sinifikanti. Approvat f’Diċembru 2022, b’total ta’ EUR 5,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, dan jirrappreżenta madwar 3,8 % tal-PDG tal-Ungerija fl-2021. Il-pjan jinkludi miżuri sinifikanti biex titħaffef it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, kif ukoll biex tingħata spinta lir-reżiljenza ekonomika, istituzzjonali u soċjali, inkluż it-tisħiħ tal-istat tad-dritt. B’dan il-mod, jindirizza subsett sinifikanti tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Ungerija fil-passat. Il-pjan ġie approvat bil-kundizzjoni li jiġu implimentati b’mod sħiħ u effettiv il-miżuri ta’ rimedju li ħadet l-Ungerija fil-proċedura skont ir-Regolament (KE, Euratom) 2020/2092 u l-istadji importanti biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Flimkien ma’ riformi oħra tal-istat tad-dritt relatati mal-indipendenza ġudizzjarja, dawn il-miżuri ġew tradotti f’27 “stadju importanti ħafna”.

    Minħabba l-adozzjoni tardiva tiegħu f’Diċembru 2022, l-implimentazzjoni tal-RRP tal-Ungerija ddewmet b’mod sinifikanti. Sa issa ma ġie żborżat l-ebda fond lill-Ungerija mill-RRF billi għad trid tippreżenta l-ewwel talba għall-pagament tagħha. Implimentazzjoni rapida u kostanti tal-pjan tkun teħtieġ it-twettiq ta’ 27 stadju importanti relatati mat-tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja u s-salvagwardja tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-ebda pagament skont il-pjan ma huwa possibbli sakemm dawn l-istadji importanti jiġu implimentati bis-sħiħ u b’mod korrett.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Ungeriż.

    Illustrazzjoni47: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — l-Ungerija

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Malta

    Malta ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fit-13 ta’ Lulju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Settembru 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fil-5 ta’ Ottubru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 316-il miljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal Malta ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 258 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, Malta ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ April 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut inkluda wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2023 u mill-Kunsill fl-14 ta’ Lulju 2023.

    L-RRP attwali ta’ Malta għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mal-klima u l-enerġija, it-tranżizzjoni diġitali, is-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet, il-politiki soċjali, il-ġustizzja, it-tassazzjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. L-RRP jikkonsisti f’31 riforma u 16-il investiment li huma appoġġati bi EUR 328,2 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 2,2 % tal-PDG ta’ Malta fl-2021. Il-Kummissjoni żborżat EUR 41,1 miljun lil Malta fi prefinanzjament fis-17 ta’ Diċembru 2021, ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP ta’ Malta tinsab fi stadju avvanzat. Malta ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 19-il stadju importanti u miri fil-pjan u li rriżultat fi żborż ġenerali ta’ EUR 52,3 miljun (f’appoġġ mhux ripagabbli) fit-8 ta’ Marzu 2023. Id-19-il stadju importanti u miri jkopru miżuri importanti bħall-adozzjoni ta’ strateġija biex jitnaqqas l-iskart permezz tar-riċiklaġġ fis-settur tal-kostruzzjoni, l-istabbiliment ta’ faċilitajiet tal-uffiċċju li jippermettu li l-impjegati taċ-ċivil jaħdmu mill-bogħod fil-pajjiż kollu, riformi biex tingħata spinta lir-riċerka u l-investimenti industrijali, strateġija nazzjonali kontra l-frodi u l-korruzzjoni u riformi għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja. Kważi l-istadji importanti u l-miri kollha marbuta mal-ewwel talba għall-pagament ta’ Malta huma kkomplementati minn impenji futuri fl-RRP. Dawn se jiġu vvalutati skont talbiet għall-pagament sussegwenti.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu minn Malta u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għal Malta

    ØRiforma

    Malta adottat riforma ewlenija bl-għan li tiżviluppa forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati fl-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni u ttejjeb ir-regolamentazzjoni tas-settur. Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni stabbilixxa Regolatur għall-Bini: dan se jkun responsabbli għall-ħruġ u l-infurzar, il-politiki, u l-provvediment ta’ uffiċċju ċentralizzat għall-wasla u l-ipproċessar tal-ilmenti. Se jagħmel monitoraġġ ukoll tal-prestazzjoni, is-sikurezza u l-kwalità tal-bini u tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, ir-riforma żżid id-disponibbiltà ta’ persunal kwalifikat billi testendi l-miżuri ta’ taħriġ f’ħiliet u ta’ titjib tal-ħiliet u tintroduċi karta tal-ħiliet għal kategoriji professjonali ġodda meħtieġa għall-proġetti ta’ rinnovazzjoni tal-bini.

    ØInvestiment

    Malta lestiet awditi tar-rendiment tal-enerġija ta’ żewġ binjiet ta’ skejjel pubbliċi (l-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq, il-Kulleġġ San Benedittu f’Malta u l-Iskola Primarja tan-Nadur, il-Kulleġġ ta’ Għawdex) biex tistabbilixxi l-klassi tar-rendiment tal-enerġija tagħhom u tidentifika l-miżuri applikabbli tal-effiċjenza enerġetika. Ir-rinnovazzjonijiet għadhom għaddejjin u se jitlestew sa nofs l-2024. Minbarra l-immodernizzar tal-faċilitajiet, ladarba jiġu implimentati l-miżuri kollha għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, l-iskejjel se jużaw 60 % inqas enerġija u jarmu 60 % inqas diossidu tal-karbonju minn qabel.

    Skola primarja fin-Nadur (Għawdex) li għaddejja minn rinnovazzjoni għall-effiċjenza enerġetika bl-RRF

     Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Malti

    Illustrazzjoni48: Żborż għal kull pilastru — Malta

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni49: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-R RF — Malta

     

    Illustrazzjoni50: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – Malta

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    In-Netherlands

    In-Netherlands ippreżentaw il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħhom fit-8 ta’ Lulju 2022. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-8 ta’ Settembru 2022 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fl-4 ta’ Ottubru 2022 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 4,7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. F’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji massimi għall-Istati Membri kollha ġew aġġornati fit-30 ta’ Ġunju 2022. Minħabba li n-Netherlands ippreżentaw l-RRP tagħhom wara din ir-reviżjoni, l-awtoritajiet kienu diġà qiesu l-ammont aġġornat ta’ EUR 4,7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, in-Netherlands ippreżentaw RRP emendat lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Lulju 2023 biex jindirizzaw ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riforma addizzjonali u investiment fuq skala akbar relatat mal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tan-Netherlands għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tan-Netherlands għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, is-suq tal-akkomodazzjoni, is-suq tal-impjiegi tax-xogħol, il-pensjonijiet, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-indirizzar tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Dan jikkonsisti f’21 riforma u 28 investiment li huma appoġġati b’EUR 4,7 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,58 % tal-PDG.

    L-RRP Netherlandiż għandu l-għan li jiftaħ proġetti ta’ kostruzzjoni ġodda

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Netherlandiż

    Filwaqt li l-RRP tan-Netherlands ġie adottat biss fl-2022, l-implimentazzjoni tiegħu issa tinsab għaddejja. Għadu ma sar l-ebda żborż lin-Netherlands. Minħabba l-preżentazzjoni tardiva tal-RRP, in-Netherlands ma kinux eliġibbli għal prefinanzjament. L-iżborż tal-allokazzjoni għan-Netherlands se jiddependi fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan. Il-proċediment rapidu bin-negozjar tal-arranġamenti operazzjonali se jgħin fl-implimentazzjoni tal-pjan u huwa meħtieġ għall-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament li hija mistennija sa tmiem l-2023 u li tkopri 33 stadju importanti u miri li jsegwu l-progress fil-komponenti kollha tal-RRP, li potenzjalment iwasslu għal żborż ta’ massimu ta’ EUR 1,4 biljun. L-implimentazzjoni għadha għaddejja, u f’dan l-istadju, ir-riskji ta’ nuqqas ta’ assorbiment jidhru limitati minħabba l-allokazzjoni finanzjarja relattivament żgħira.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP tan-Netherlands.

    Illustrazzjoni51: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — in-Netherlands

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    L-Awstrija

    L-Awstrija ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 3,46 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul l-2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Awstrija ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 3,75 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Awstrija ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2023 biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jitwettqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi addizzjonali relatati mat-tħaffif tal-permessi tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli, strateġija nazzjonali mmirata lejn iż-żieda fil-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, u l-investiment f’installazzjonijiet fotovoltajċi u l-mobbiltà sostenibbli. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Awstrija għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Awstrija għandu l-għan li: (i) jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; u (ii) isaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali. Jinkludi riformi u investimenti f’oqsma kruċjali bħall-edukazzjoni, il-ħiliet, il-kura tas-saħħa, l-ambjent tan-negozju, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Jikkonsisti f’27 riforma u 32 investiment li huma appoġġati bi EUR 3,751 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,93 % tal-PDG.  Il-Kummissjoni żborżat EUR 450 miljun lill-Awstrija fi prefinanzjament fit-28 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja inizjali.

    Uffiċjali Awstrijaċi u tal-Kummissjoni jżuru sit ta’ kostruzzjoni li jgħaqqad il-Linja Ferrovjarja ta’ Koralm iffinanzjata mill-RRF. Din il-linja ferrovjarja b’żewġ binarji, elettrifikata u ta’ veloċità għolja se tgħaqqad il-bliet ta’ Graz u Klagenfurt

    Drittijiet tal-awtur: ir-Rappreżentanza permanenti tal-Kummissjoni Ewropea fl-Awstrija/APA-Fotoservice/Ferlin-Fiedler 

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Awstrija tinsab fi stadju avvanzat. L-ewwel talba għall-pagament tal-Awstrija ġiet ivvalutata b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, li wasslet għall-iżborż ta’ EUR 700 miljun f’appoġġ finanzjarju (nett mill-prefinanzjament) fl-20 ta’ April 2023. L-44 stadju importanti jkopru riformi fil-mobbiltà sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni, il-konnettività, il-ħiliet, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, is-suq tax-xogħol, it-tassazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Awstrija u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Awstrija

    ØRiforma

    F’Ottubru 2021 l-Awstrija introduċiet il-“KlimaTicket”, biljett staġunali b’rata fissa għat-trasport pubbliku kollu fil-pajjiż. L-utenti jistgħu jagħżlu bejn biljett validu madwar l-Awstrija, f’żewġ reġjuni jew f’reġjun wieħed. Sal-aħħar ta’ Jannar 2023, inbiegħu aktar minn 200 000 biljett klimatiku nazzjonali. Kollox ma’ kollox, aktar minn 13 % tan-nies kollha li jgħixu fl-Awstrija issa għandhom biljetti annwali tat-trasport pubbliku.

    ØInvestiment

    Permezz tal-programm “Raus aus Öl und Gas” (“Daqshekk żejt u gass”), l-unitajiet domestiċi jirċievu appoġġ finanzjarju biex jissostitwixxu s-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bil-fjuwils fossili b’teknoloġija tat-tisħin rinnovabbli bħal pompi tas-sħana, ħiters ibbażati fuq il-bijomassa jew konnessjonijiet mat-tisħin distrettwali. Permezz tal-ewwel pagament ġew appoġġati aktar minn 6 000 proġett bħal dan. Il-mira finali tal-RRP hija li jiġu appoġġati aktar minn 30 000 sistema tat-tisħin ġdida. Dan il-programm ta’ investiment jipprovdi kontribut importanti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja.

    Illustrazzjoni52: Żborż għal kull pilastru — l-Awstrija

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni53: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — l-Awstrija

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni

    https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni54: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – l-Awstrija

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Polonja

    Il-Polonja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-3 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fl-1 ta’ Ġunju 2022 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fis-17 ta’ Ġunju 2022 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 23,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 11,5 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2022-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Polonja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 22,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Polonja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Awwissu 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex titlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’investimenti addizzjonali u fuq skala akbar relatati mal-appoġġ għan-networks tat-trażmissjoni tal-elettriku, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija, il-karozzi tal-linja b’emissjonijiet baxxi u b’emissjonijiet żero, u l-parks eoliċi lil hinn mill-kosta; l-appoġġ għall-istituzzjonijiet li jimplimentaw il-miżuri tar-REPowerEU; l-iżvilupp ta’ networks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żoni rurali; l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-gass li tippermetti d-diversifikazzjoni tal-provvista fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi; kif ukoll riformi tal-komunitajiet tal-enerġija, aspetti regolatorji marbuta man-network tad-distribuzzjoni u miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġiji għat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Polonja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Polonja, approvat f’Ġunju 2022, jindirizza ħafna mill-isfidi ewlenin li l-pajjiż qed jiffaċċja. L-RRP fih miżuri strutturati madwar sitt oqsma ta’ politika ewlenin: it-tranżizzjoni ekoloġika; id-diġitalizzazzjoni; is-saħħa; il-kompetittività u l-innovazzjoni; it-trasport sostenibbli; u l-kwalità tal-istituzzjonijiet. Huwa stmat li l-impatt ekonomiku tal-fond NextGenerationEU fil-Polonja jista’ jwassal għal żieda fil-PDG ta’ bejn 1,1 % u 1,8 % sal-2026 u jissarraf f’105 000 impjieg addizzjonali.



    Permezz tal-RRF, il-Polonja appoġġat is-sostituzzjoni tal-arbli tal-pjantaġġuni għall-ħops li kienu jużaw preservattivi dannużi (il-krijożot).

    Minħabba l-adozzjoni tardiva tiegħu f’Ġunju 2022, l-implimentazzjoni tal-RRP tal-Polonja ddewmet b’mod sinifikanti. Għadu ma sar l-ebda żborż lill-Polonja. Minħabba l-preżentazzjoni tardiva tal-RRP, il-Polonja ma kinitx eliġibbli għal prefinanzjament. L-iżborż tal-allokazzjoni għall-Polonja se jiddependi fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan. It-tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u r-rimedju tas-sitwazzjoni tal-imħallfin milquta mid-deċiżjonijiet tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema f’każijiet dixxiplinari u ta’ immunità ġudizzjarja huma prekundizzjoni biex il-Kummissjoni tħallas kwalunkwe pagament lill-pajjiż u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b’hekk tippermetti implimentazzjoni rapida u kostanti tal-pjan. Il-Polonja bdiet timplimenta miżuri ewlenin fl-RRP, fosthom riformi fl-oqsma tal-qafas fiskali, il-kura tas-saħħa, it-tranżizzjoni diġitali, l-effiċjenza enerġetika u s-suq tax-xogħol.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Pollakk.



    Illustrazzjoni55: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — il-Polonja

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Portugall

    Il-Portugall ippreżenta l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tiegħu fit-22 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 13,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli (u EUR 2,7 biljun f’self) mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Portugall ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 15,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Portugall ippreżenta RRP emendat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Mejju 2023 biex iqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex jindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF, u biex jitlob għal self addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-ħiliet ekoloġiċi, l-effiċjenza enerġetika fil-bini, l-enerġija rinnovabbli u l-gassijiet rinnovabbli, it-trasport sostenibbli, il-grilja elettrika u l-industrija ekoloġika. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Portugall għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali tal-Portugall (u li għadu attwali) għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mas-servizzi soċjali, il-kura tas-saħħa, il-finanzjament tan-negozji, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, is-sostenibbiltà fiskali u t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Jikkonsisti fi 32 riforma u 83 investiment li huma appoġġati bi EUR 13,9 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 2,7 f’self, li jirrappreżentaw 7,9 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 2,1 biljun lill-Portugall fi prefinanzjament fit-3 ta’ Awwissu 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Portugall tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ xi dewmien. Il-Portugall ippreżenta żewġ talbiet għall-pagament, li jikkorrispondu għal 58 stadju importanti u miri fil-pjan u li jirriżultaw fi żborż ġenerali ta’ EUR 2,98 biljun. L-RRP Portugiż huwa ambizzjuż u kumpless fin-natura tiegħu. Governanza b’saħħitha u monitoraġġ kontinwu tal-pjan huma essenzjali biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ dewmien. L-istadji importanti u l-miri relatati ma’ investimenti kbar inkluż fis-saħħa, fl-akkomodazzjoni soċjali u fil-mobbiltà sostenibbli, se jiġu vvalutati fit-talbiet għall-pagament li jmiss. Il-miżuri adottati minn Diċembru 2021, li kienu jiffurmaw parti mit-tieni talba għall-pagament, jinkludu riformi fl-oqsma tal-ġestjoni tal-isptarijiet pubbliċi u t-tranżizzjoni diġitali fis-setturi privati u pubbliċi.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mill-Portugall u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għall-Portugall

    ØRiforma

    Il-Portugall qed jimplimenta sett ta’ miżuri biex iwieġeb aħjar għall-kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-gruppi l-aktar vulnerabbli. Adotta żewġ strateġiji nazzjonali kemm għall-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll biex jaċċellera l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà. Biex tiżdied l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà, se jiġu implimentati diversi miżuri, inkluża l-integrazzjoni tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fid-deċiżjonijiet u l-proġetti u l-estensjoni tal-Mudell ta’ Appoġġ għall-Għajxien Indipendenti, li jipprovdi assistenza personali u appoġġ għall-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà.

    Il-Portugall se jappoġġa l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà bis-saħħa tar-riformi tal-RRF

    ØInvestiment

    Il-Portugall qed jimplimenta diversi miżuri biex ineħħi l-ostakli għall-aċċess għal internet ta’ kwalità fl-ambjent tal-iskola u l-limitazzjonijiet għall-użu ta’ tagħmir teknoloġiku u diġitali. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jindirizzaw in-nuqqas ta’ tagħmir speċjalizzat biex jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali u l-użu insuffiċjenti tar-riżorsi edukattivi diġitali fil-proċess tal-apprendiment u fil-proċess ta’ valutazzjoni. Il-Portugall iffirma b’mod partikolari kuntratti biex jakkwista 600 000 laptop biex jitqassmu lill-istudenti u l-għalliema tal-primarja u tas-sekondarja fin-network tal-iskejjel pubbliċi Portugiżi.

    Illustrazzjoni56: Żborż għal kull pilastru — il-Portugall

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-għotjiet żborżati sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv. L-ammont totali tal-appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru huwa determinat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni57: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Portugall

    Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self żborżat sa issa mill-RRF. Is-self huwa kontribuzzjoni finanzjarja ripagabbli. L-ammont totali ta’ self mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat mill-valutazzjoni tat-talba għas-self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 % tal-ING tal-2019 tiegħu.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni58: Self totali żborżat mill-RRF – il-Portugall

    Illustrazzjoni59: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – il-Portugall

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Ir-Rumanija

    Ir-Rumanija ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fil-31 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-3 ta’ Novembru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 14,2 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 14,9 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għar-Rumanija ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 12,1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli. Għadha ma ġiet ippreżentata l-ebda reviżjoni tal-pjan fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tar-Rumanija għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u r-reżiljenza ekonomika u soċjali. Dan jikkonsisti f’64 riforma u 107 investimenti li huma appoġġati b’EUR 14,24 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 14,94 biljun f’self, li jirrappreżentaw 12,15 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat total ta’ EUR 3,79 biljun lir-Rumanija fi prefinanzjament fit-2 ta’ Diċembru 2021 (għall-appoġġ mhux ripagabbli) u fit-13 ta’ Jannar 2022 (għas-self), li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tar-Rumanija tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ dewmien li qed jiżdied. Ir-Rumanija ppreżentat żewġ talbiet għall-pagament, li jikkorrispondu għal 72 stadju importanti u miri fil-pjan u li jirriżultaw fi żborż ta’ EUR 2,6 biljun (nett mill-prefinanzjament) fis-27 ta’ Ottubru 2022 għall-ewwel talba għall-pagament. Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari pożittiva għal 49 minn 51 stadju importanti u miri koperti fit-tieni talba għall-pagament, filwaqt li żewġ stadji importanti relatati mal-investimenti fl-enerġija ġew ivvalutati li mhumiex issodisfati b’mod sodisfaċenti. Il-valutazzjoni finali kienet għadha ma ġietx adottata fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mir-Rumanija u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għar-Rumanija

    ØRiforma

    Ir-Rumanija adottat u bdiet timplimenta l-Programm Nazzjonali biex tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, li jinkludi Mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija fl-Edukazzjoni (MATE) għall-iskejjel kollha li huma parti mill-programm. Il-programm għandu l-għan li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, jikseb rati ogħla ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet nazzjonali u persentaġġ ogħla ta’ studenti li jtemmu l-edukazzjoni obbligatorja. L-għodda tal-IT (teknoloġija tal-informatika) tal-Mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija fl-Edukazzjoni (MATE) tippermetti li jiġu identifikati l-istudenti f’riskju ta’ tluq bikri mill-iskola u tappoġġa lill-iskejjel fil-ġbir tad-data, il-pjanijiet ta’ ħidma individwalizzati u t-taħriġ.

    Il-Mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija fl-Edukazzjoni li huwa ffinanzjat mill-RRF għandu l-għan li jtejjeb l-eżiti tal-evalwazzjoni

    ØInvestiment

    Ir-Rumanija bdiet l-implimentazzjoni ta’ investiment għat-titjib tal-proċessi tat-taxxa u tal-amministrazzjoni tat-taxxa, inkluża l-ġestjoni tar-riskji integrata. Jenħtieġ li l-investiment itejjeb il-konformità mat-taxxa u l-ġbir tat-taxxa, filwaqt li jiżgura ambjent tas-suq kompetittiv. Fl-ewwel pass tal-investiment, mill-inqas 150 000 cash register ġew konnessi mas-sistema elettronika tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali. L-enfasi qiegħda b’mod partikolari fuq il-frodi fil-qasam tal-kummerċ u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT tar-Rumanija li hija għolja ħafna.

    Illustrazzjoni 60: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – ir-Rumanija

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni 61: Żborż għal kull pilastru — ir-Rumanija

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni62: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — ir-Rumanija

    Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self żborżat sa issa mill-RRF. Is-self huwa kontribuzzjoni finanzjarja ripagabbli. L-ammont totali ta’ self mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat mill-valutazzjoni tat-talba għas-self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 % tal-ING tal-2019 tiegħu.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni63: Self totali żborżat mill-RRF – ir-Rumanija

    Is-Slovenja

    Is-Slovenja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-30 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-28 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 1,8 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 0,7 biljun f’self mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għas-Slovenja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 1,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, is-Slovenja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF, biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. Fil-31 ta’ Awwissu 2023, is-Slovenja talbet ukoll self addizzjonali u l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ self għal miżuri ta’ għargħar, li kienet ippjanat li tirrinunzja fir-reviżjoni ppreżentata fl-14 ta’ Lulju, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali relatati mal-enerġija rinnovabbli, il-mobbiltà sostenibbli, id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tas-Slovenja, u l-effiċjenza enerġetika. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tas-Slovenja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tas-Slovenja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni doppja, il-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul u s-suq tax-xogħol. Dan jikkonsisti fi 33 riforma u 50 investiment li huma appoġġati b’EUR 1,49 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 705 miljun f’self, li jirrappreżentaw 3,7 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 231 miljun lis-Slovenja fi prefinanzjament fis-17 ta’ Settembru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja inizjali tal-appoġġ mhux ripagabbli.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tas-Slovenja tinsab għaddejja, iżda b’riskju ta’ dewmien li qed jiżdied. Is-Slovenja ppreżentat talba għall-pagament waħda, li tikkorrispondi għal 12-il stadju importanti u miri fil-pjan u li tirriżulta fi żborż ġenerali ta’ EUR 49,6 miljun fl-20 ta’ April 2023. It-12-il stadju importanti relatati jkopru r-riformi fl-oqsma tat-tranżizzjoni diġitali, l-ambjent tan-negozju, l-istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti, u l-kura fit-tul. Biex tavvanza aktar malajr bl-implimentazzjoni tal-RRP tagħha fl-ambjent ta’ sfida attwali, huwa meħtieġ li jissaħħu l-istruttura ta’ governanza u l-kapaċità amministrattiva tas-Slovenja, kif ukoll jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu mingħajr dewmien. Dan jikkonċerna b’mod partikolari r-riformi strutturali tal-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul, il-pensjonijiet u t-tassazzjoni.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mis-Slovenja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għas-Slovenja

    ØRiforma

    Is-Slovenja adottat l-ewwel Att dwar id-Deburokratizzazzjoni, li għandu l-għan li jnaqqas l-ostakli amministrattivi għas-settur tan-negozju u ċ-ċittadini. B’mod ġenerali, l-Att jemenda 10 liġijiet nazzjonali oħra u jħassar aktar minn 200 liġi u liġi sekondarja. Dan naqqas l-acquis tas-Slovenja b’10 %. Irriżulta wkoll f’kost aktar baxx tal-proċeduri amministrattivi, li se jikkontribwixxi lejn iż-żieda fil-kompetittività tan-negozji fis-Slovenja.

    ØInvestiment

    Is-Slovenja nediet sejħa għal proposti għal espressjoni ta’ interess fi proġett ġdid dwar il-“cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss”. Dan il-proġett se jikkontribwixxi għall-proġett transfruntier u ta’ diversi pajjiżi dwar l-Infrastruttura u s-Servizzi tad-Data Komuni Ewropej.

    L-għan ġenerali tal-investiment fl-RRF huwa li jiżgura aċċess kompetittiv, ġust u sostenibbli għall-kapaċità tal-cloud minn kwalunkwe parti tal-UE

    Illustrazzjoni64: Żborż għal kull pilastru — is-Slovenja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni65: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — is-Slovenja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni66: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – is-Slovenja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Is-Slovakkja

    Is-Slovakkja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fid-29 ta’ April 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ġunju 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 6,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għas-Slovakkja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 6 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, is-Slovakkja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ April 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta tagħha f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF u biex tindirizza ċirkostanzi oġġettivi li jagħmluha impossibbli li jintlaħqu ċerti stadji importanti u miri fl-RRP f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut inkluda wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali li jkopru ħames oqsma tematiċi: l-enerġija rinnovabbli u l-grilji, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport, il-ħiliet ekoloġiċi u l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2023 u mill-Kunsill fl-14 ta’ Lulju 2023.

    L-RRP attwali tas-Slovakkja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-saħħa u l-kura fit-tul, l-amministrazzjoni pubblika u t-tranżizzjoni diġitali. Jikkonsisti f’64 riforma u 60 investiment li huma appoġġati b’EUR 6,4 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 6,4 % tal-PDG tas-Slovakkja fl-2021. Il-Kummissjoni żborżat EUR 822,7 biljun lis-Slovakkja fi prefinanzjament fit-13 ta’ Ottubru 2021, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tas-Slovakkja sa issa tinsab fi stadju avvanzat, iżda qed tiffaċċja xi sfidi fil-futur. Matul is-sena 2022, is-Slovakkja ppreżentat żewġ talbiet għall-pagament. Fid-29 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni żborżat EUR 398,7 miljun f’appoġġ mhux ripagabbli lis-Slovakkja, abbażi tal-kisba sodisfaċenti tal-pajjiż tal-ewwel 14-il stadju importanti tal-RRP. Fit-22 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni żborżat EUR 708,8 miljun oħra f’appoġġ mhux ripagabbli, wara li s-Slovakkja laħqet b’mod sodisfaċenti 14-il stadju importanti u żewġ miri. B’riżultat ta’ dan, is-Slovakkja kienet fost l-Istati Membri bl-aktar progress rapidu fl-implimentazzjoni tal-RRP, iżda b’ostakli potenzjali minħabba tfixkil fil-kapaċità amministrattiva.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sitwazzjoni attwali tal-istadji importanti u l-miri li għandhom jintlaħqu mis-Slovakkja u li sussegwentement jiġu vvalutati li twettqu b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni, filwaqt li eżempji ta’ miżuri bi stadji importanti u miri mwettqa huma inklużi fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

    Eżempji ta’ miżuri rilevanti bi stadji importanti u miri mwettqa għas-Slovakkja

    ØRiforma

    Is-Slovakkja introduċiet leġiżlazzjoni ġdida biex tirriforma l-għoti tal-kura primarja għall-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ, billi ttejjeb il-mod kif jiġi definit in-network tat-tobba tal-familja u tal-pedjatri. Hija tqis parametri speċifiċi, bħall-għadd ta’ persuni assigurati u l-għadd ta’ tobba li joperaw f’distrett partikolari. Ir-riforma se tgħin biex tkopri aħjar id-disponibbiltà tas-servizzi mediċi fl-oqsma u d-distretti kollha tas-Slovakkja.

    Il-prattikant ġenerali Dr Laurov li stabbilixxa uffiċċju mediku ġdid bl-assistenza tal-RRF fil-muniċipalità ta’ Zlaté Moravce

    Drittijiet tal-awtur: l-Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni (NICA) tar-Repubblika Slovakka. 

    ØInvestiment

    Is-Slovakkja implimentat proġett pilota għat-taħriġ tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u tal-persuni żvantaġġati biex ittejjeb il-ħiliet diġitali tagħhom. Il-proġett kien jikkonsisti fl-għoti ta’ programm ta’ taħriġ immirat għal 1 000 individwu, segwit mid-distribuzzjoni ta’ tagħmir diġitali. L-għan tal-proġett pilota kien li jivvaluta l-ħtiġijiet speċifiċi tal-grupp fil-mira, jivvalida l-attivitajiet ta’ taħriġ proposti u jivvaluta l-adegwatezza fiżjoloġika tat-tagħmir teknoloġiku.

    Illustrazzjoni67: Żborż għal kull pilastru — is-Slovakkja

    Nota: Kull żborż jirrifletti l-progress fl-implimentazzjoni tal-RRF, fis-sitt pilastri tal-politika. Din il-graff turi kif l-iżborżi mill-RRF (eskluż il-prefinanzjament) huma relatati mal-pilastri. L-ammonti ġew ikkalkulati billi l-istadji importanti u l-miri koperti minn żborż partikolari ġew marbuta mal-ittikkettar tal-pilastru (primarju u sekondarju) tal-miżuri rispettivi tagħhom.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    Illustrazzjoni68: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — is-Slovakkja

     

    Illustrazzjoni69: Status tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri – is-Slovakkja

    Nota: Din il-graff turi s-sehem ta’ stadji importanti u miri mwettqa b’mod sodisfaċenti. Stadju importanti jew mira twettqet b’mod sodisfaċenti ladarba Stat Membru jkun ipprovda evidenza lill-Kummissjoni li jkun laħaq l-istadju importanti jew il-mira u l-Kummissjoni tkun ivvalutatu b’mod pożittiv f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Il-Finlandja

    Il-Finlandja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) inizjali tagħha fis-27 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fl-4 ta’ Ottubru 2021 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fid-29 ta’ Ottubru 2021 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 2,1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Finlandja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 1.82 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, il-Finlandja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF. L-allokazzjoni għall-Finlandja tnaqqset b’EUR 263 miljun. Konsegwentement, il-Finlandja naqqset il-finanzjament b’mod proporzjonali fl-erba’ pilastri tal-pjan. It-tnaqqis kien jikkonċerna 20 miżura fil-pjan. L-RRP rivedut ġie approvat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Frar 2023 u mill-Kunsill fl-14 ta’ Marzu 2023. Ma ġie ppreżentata l-ebda Kapitolu REPowerEU fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP attwali tal-Finlandja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-kura tas-saħħa. Jikkonsisti fi 18-il riforma u 37 investiment li huma appoġġati b’EUR 1,82 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,7 % tal-PDG. Il-Kummissjoni żborżat EUR 271 miljun lill-Finlandja fi prefinanzjament fil-21 ta’ Jannar 2022, li huwa ekwivalenti għal 13 % tal-allokazzjoni finanzjarja inizjali.

    L-RRP tal-Finlandja jappoġġa t-teknoloġija ekoloġika u t-teknoloġija għall-ekoloġija, pereżempju billi jiffinanzja lill-kumpaniji ewlenin biex jagħtu spinta lill-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI) b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika.

    L-implimentazzjoni tal-RRP tal-Finlandja tinsab għaddejja. L-Arranġamenti Operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Finlandja ġew iffirmati fid-19 ta’ Ġunju 2023. Għadha ma ġiet ippreżentata l-ebda talba għall-pagament skont l-RRP, li jindika l-ħtieġa għal sforzi biex ilaħħqu mal-iskeda miftiehma tat-talbiet għall-pagament, iżda qed titħejja l-ewwel talba għall-pagament.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Finlandiż.

    Illustrazzjoni70: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — il-Finlandja

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Illustrazzjoni71: Total tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat mill-RRF — il-Finlandja

    Nota: Din il-graff turi l-ammont tal-appoġġ mhux ripagabbli żborżat sa issa mill-RRF, inkluż il-prefinanzjament. L-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mogħti lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-istima tal-kost totali tal-RRP rispettiv.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html

    L-Iżvezja

    L-Iżvezja ppreżentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) attwali tagħha fit-28 ta’ Mejju 2021. Il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2022 u l-approvazzjoni tal-Kunsill fl-4 ta’ Mejju 2022 wittew it-triq għall-iżborż ta’ EUR 3,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli mill-RRF matul il-perjodu 2021-2026. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tal-RRF, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Iżvezja ġiet aġġornata fit-30 ta’ Ġunju 2022 għal ammont ta’ EUR 3,18 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli.

    Fil-kuntest tal-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi attwali, l-Iżvezja ppreżentat RRP emendat lill-Kummissjoni fl-24 ta’ Awwissu 2023 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima riveduta f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament RRF. L-RRP rivedut jinkludi wkoll kapitolu REPowerEU ġdid b’riformi u investimenti addizzjonali u fuq skala akbar relatati mal-effiċjenza enerġetika tal-bini u s-simplifikazzjoni tal-proċessi ta’ awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-grilji elettriċi. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-preżentazzjoni tal-Iżvezja għadha għaddejja fiż-żmien tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali.

    L-RRP inizjali (u li għadu attwali) tal-Iżvezja għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, is-settur tal-akkomodazzjoni, is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Jikkonsisti fi 15-il riforma u 12-il investiment li huma appoġġati bi EUR 3,3 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli, li jirrappreżentaw 0,5 % tal-PDG. 

    L-RRP Żvediż jinkludi riforma tas-sistema ta’ taħriġ

    Drittijiet tal-awtur: il-Gvern Żvediż

    Filwaqt li l-RRP tal-Iżvezja ġie adottat biss fl-2022, l-implimentazzjoni tiegħu issa tinsab għaddejja. Sa issa, l-ebda fond ma ġie żborżat lill-Iżvezja mill-RRF. L-Iżvezja għadha ma ppreżentatx l-ewwel talba għall-pagament. Il-ftehim operazzjonali ġie ffirmat uffiċjalment f’Mejju 2023. L-implimentazzjoni tinsab fit-triq it-tajba minkejja kellha bidu kajman, u f’dan l-istadju, ir-riskji ta’ nuqqas ta’ assorbiment jidhru limitati minħabba l-allokazzjoni finanzjarja relattivament żgħira. L-Iżvezja mistennija tippreżenta l-ewwel talba għall-pagament tagħha li tgħaqqad żewġ pagamenti parzjali lejn tmiem l-2023. Din it-talba kkombinata tkopri 22 stadju importanti u miri li jsegwu l-progress fil-komponenti kollha tal-RRP, li potenzjalment iwasslu għal żborż ta’ massimu ta’ EUR 1,1 biljun.

    Il-graffs li ġejjin juru s-sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika fl-RRP Żvediż.

    Illustrazzjoni72: Sehem tal-fondi tal-RRF allokati għal kull pilastru tal-politika — l-Iżvezja

    Nota: Kull miżura tikkontribwixxi għal żewġ oqsma ta’ politika tas-sitt pilastri. Għaldaqstant, l-allokazzjoni totali għall-pilastri kollha li jidhru hawnhekk tammonta għal 200 % tal-kost stmat tal-RRP. Il-parti ta’ isfel tirrappreżenta l-ammont tal-pilastru primarju, il-parti ta’ fuq l-ammont tal-pilastru sekondarju.

    Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/country_overview.html  

    Top

    Brussell, 19.9.2023

    COM(2023) 545 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: It-triq ’il quddiem


    Anness II — Treġġigħ lura tal-Istadji Importanti u l-Miri mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 (“ir-Regolament RRF”) “[i]t-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma’ stadji importanti u miri milħuqa preċedentement b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat. Din in-nota tipprovdi qafas għall-applikazzjoni ta’ dan id-disponiment.  Tindirizza rakkomandazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri 1 u tipprovdi ċarezza legali u trasparenza dwar il-proċess li għandu jiġi segwit f’każ ta’ treġġigħ lura, filwaqt li jiżgura l-implimentazzjoni kontinwa tal-RRF. Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina u temenda din il-metodoloġija tul il-proċess ta’ akkumulu ta’ esperjenza fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha.

    1.    Ambitu tat-treġġigħ lura

    Ikun hemm treġġigħ lura ta’ stadju importanti jew mira meta stadju importanti jew mira li qabel kienu kkunsidrati b’mod korrett bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti (u l-Istat Membru jkun tħallas) ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti.

    Billi r-Regolament jirreferi għal nuqqas ta’ treġġigħ lura “mill-Istat Membru kkonċernat”, l-iskattar tal-Artikolu 24(3), it-tieni sentenza, ikopri biss treġġigħ lura li huwa imputabbli lill-Istat Membru, b’azzjoni jew b’ommissjoni 2 . Din is-sitwazzjoni mhijiex neċessarjament ekwivalenti għal sitwazzjoni fejn l-istadju importanti jew il-mira sempliċiment ma jibqgħux imwettqa. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jimplikax li l-istadji importanti u l-miri kollha jridu jinkisbu kontinwament matul il-ħajja tal-RRF, sabiex ma jitqisux bħala mreġġgħin lura. Minħabba dan, it-treġġigħ lura tal-istadju importanti jew tal-mira li mhumiex imputabbli lill-Istat Membru ma jitqiesx bħala bażi għall-iskattar tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF 3 .

    L-imputabbiltà tal-Istat Membru tista’ tirriżulta minn azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ organi tal-Istat, korpi pubbliċi u impriżi pubbliċi oħra għajr il-gvern biss 4 .

    Każijiet li għandhom jiġu distinti minn treġġigħ lura

    In-nuqqas ta’ Stat Membru li jimplimenta l-passi sussegwenti ta’ riforma jew investiment ma jindikax, prima facie, treġġigħ lura ta’ stadji importanti jew miri preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti iżda jista’ jaffettwa t-twettiq sodisfaċenti ta’ stadju importanti jew mira sussegwenti.

    Jenħtieġ li bidla ta’ riforma jew investiment li xorta tissodisfa r-rekwiżiti tal-istadju importanti jew tal-mira relatati ma titqiesx bħala treġġigħ lura. F’dan ir-rigward, il-bidliet fl-elementi li mhumiex meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-istadju importanti jew tal-mira rispettivi ma jistgħux ikunu bażi biex jiġi kkunsidrat stadju importanti jew mira mreġġgħin lura.

    Fis-sitwazzjoni speċifika fejn ksur tal-obbligu ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jirriżulta fit-treġġigħ lura ta’ stadju importanti jew mira, jenħtieġ li l-Istat Membru jieħu azzjoni biex jiżgura li l-istadju importanti jew il-mira jkunu għadhom qed jintlaħqu. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jieħu tali azzjoni fi żmien raġonevoli, dan in-nuqqas jiskatta l-Artikolu 24(3), it-tieni sentenza, tar-Regolament RRF.

    Treġġigħ lura ta’ stadju importanti jew mira mill-Istat Membru huwa distint minn sejba (ex post) li l-evidenza sottostanti għal talba għall-pagament ma kinitx korretta. Sejba mill-Kummissjoni, pereżempju permezz tal-awditi ex post tagħha, li l-evidenza sottostanti għal talba għall-pagament ma kinitx korretta tfisser li l-istadju importanti jew il-mira ma kellhomx jitqiesu bħala sodisfaċenti mill-bidu nett. Għal każijiet bħal dawn, l-irkupri jsiru abbażi tal-Artikolu 19(2)(a) tal-Ftehim ta’ Finanzjament.

    Riskju ta’ treġġigħ lura

    Filwaqt li kemm l-investimenti kif ukoll ir-riformi jistgħu jitreġġgħu lura mill-Istat Membru, ir-riskju li Stat Membru jkun responsabbli għat-treġġigħ lura ta’ stadju importanti/mira relatata ma’ riforma huwa akbar milli għal investiment. Ladarba investiment ikun fis-seħħ u jkun ġie vvalutat bħala ssodisfat b’mod sodisfaċenti, huwa improbabbli li l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex ireġġgħu lura investiment bħal dan. Dan huwa konformi mat-travaux préparatoires għal din id-dispożizzjoni, li ġiet introdotta fin-negozjati b’raġunament li jiżgura li r-riformi ma jitreġġgħux lura 5 .

    2.    Proċess biex jiġi identifikat it-treġġigħ lura

    Matul il-valutazzjoni preliminari ta’ kull talba għall-pagament, il-Kummissjoni se tqis jekk għandhiex xi evidenza li l-istadji importanti u l-miri treġġgħu lura mill-Istat Membru. Dan se jsir abbażi ta’:

    1.It-talba għall-pagament: F’konformità mal-mudell tat-talba għall-pagament, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonfermaw lill-Kummissjoni ma’ kull talba għall-pagament li l-istadji importanti u l-miri preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura. Jekk l-Istat Membru ma jkunx ikkonferma dan (jew ikun ikkonferma b’mod espliċitu li l-istadji importanti jew il-miri treġġgħu lura), dan ikun skattatur għal investigazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.

    2.Notifiki mill-Istat Membru: F’konformità mal-Klawżola 2.2 tal-Arranġamenti Operazzjonali, l-Istati Membri huma meħtieġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fid-dokumentazzjoni identifikata fil-mekkaniżmu ta’ verifika li fuqu tkun saret il-valutazzjoni, li tkun ta’ natura materjali biex taffettwa tali valutazzjoni jew il-valutazzjoni tal-istadji importanti u l-miri futuri.

    3.Kwalunkwe evidenza addizzjonali li l-Kummissjoni tista’ tikseb: Il-Kummissjoni tista’ tkun konxja permezz ta’ sorsi alternattivi (pereżempju, is-Semestru Ewropew, l-informazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jew l-awditi ex post) ta’ evidenza li l-istadji importanti u l-miri preċedentement milħuqa b’mod sodisfaċenti treġġgħu lura mill-Istat Membru.

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jekk fit-talba għall-pagament tiegħu l-Istat Membru jikkonferma li l-miżuri relatati mal-istadji importanti u l-miri preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura u l-Kummissjoni ma jkollhiex evidenza għall-kuntrarju, dan jiġi kkonfermat lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fil-valutazzjoni preliminari tat-talba għall-pagament rilevanti.

    Jekk il-Kummissjoni tqis li stadju importanti jew mira li qabel kienu meqjusa bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti setgħu treġġgħu lura mill-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Finanzjament, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni supplimentari u twettaq verifiki jew kontrolli fuq il-post sabiex tiddetermina jekk seħħx treġġigħ lura mill-Istat Membru.

    3.    Implikazzjonijiet ta’ treġġigħ lura imputabbli lill-Istat Membru

    F’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF, f’każ li l-Kummissjoni tqis li miżura relatata ma’ stadju importanti jew mira preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti tkun treġġgħet lura mill-Istat Membru, l-ebda stadju importanti jew mira ulterjuri ma titqies bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti, sakemm jiġi indirizzat it-treġġigħ lura.

    Stat Membru jista’ jindirizza treġġigħ lura ta’ stadju importanti jew mira billi jieħu azzjoni biex jiżgura li l-istadju importanti jew il-mira jerġgħu jitqiesu bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti.

    F’każ li l-Istat Membru ma jiħux azzjoni, il-Kummissjoni għandha tindirizza treġġigħ lura ta’ stadju importanti jew mira billi tqiegħed il-baġit tal-Unjoni fl-istess pożizzjoni daqslikieku dak l-istadju importanti jew il-mira qatt ma kienu tqiesu bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti.

    Il-Kummissjoni se tindirizza t-treġġigħ lura billi tissospendi l-pagament ta’ fondi mit-talbiet sussegwenti għall-pagament. Dan se jirriżulta f’sospensjoni – u, jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fi żmien 6 xhur, fi tnaqqis – ta’ ammont ugwali għall-ammont riċevut mill-Istat Membru li jista’ jiġi imputat għall-istadju importanti jew għall-mira li treġġgħet lura. Il-Kummissjoni se tuża l-metodoloġija ta’ sospensjoni parzjali għal dan l-għan, kif spjegat fl-Anness II tal-Komunikazzjoni “Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Sentejn wara, Strument uniku fil-qalba tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE” 6 tal-21 ta’ Frar 2023.

    F’konformità mal-metodoloġija ta’ sospensjoni parzjali, biex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-fondi tal-RRF u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ twettiq tal-istadji importanti jew tal-miri relatati mas-sistema ta’ awditjar u kontroll ta’ Stat Membru li kienu meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament RRF iwassal għas-sospensjoni tal-pagament parzjali sħiħ u l-pagamenti parzjali futuri kollha. Skont l-istess approċċ, f’każ li treġġigħ lura jikkonċerna tali stadji importanti jew miri, l-ebda stadju importanti jew mira oħra ma titqies bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti sakemm it-treġġigħ lura jkun ġie rettifikat mill-Istat Membru.

    4.    Qafas legali u proċedura f’każ ta’ treġġigħ lura imputabbli lill-Istat Membru

    F’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF, il-Kummissjoni se tqis it-treġġigħ lura potenzjali, meta tivvaluta t-talbiet għall-pagament li ġejjin ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat.

    L-Artikolu 24(6) tar-Regolament RRF jikkonċerna l-każ fejn il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri ma jkunux twettqu b’mod sodisfaċenti. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli wkoll f’każ fejn il-miżuri relatati mal-istadji importanti u l-miri preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti jkunu treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat, billi, anki f’dak il-każ, dawn l-istadji importanti jew il-miri ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti.

    Billi l-miżura relatata mal-istadju importanti jew mal-mira tiġi vvalutata bħala li ma għadhiex imwettqa b’mod sodisfaċenti, il-Kummissjoni se ssegwi l-proċedura tal-Artikolu 24(6) dwar valutazzjoni preliminari negattiva.

    Proċedura:

    -L-ewwel nett, il-Kummissjoni se tinforma lill-Istat Membru li stadju importanti jew mira jiġu vvalutati bħala li ma għadhomx imwettqa b’mod sodisfaċenti. Ir-raġunijiet għall-valutazzjoni preliminari negattiva se jiġu spjegati b’mod komprensiv lill-Istat Membru. It-tieni, l-Istat Membru jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. It-tielet, f’każ li l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunux biżżejjed biex ibiddlu l-valutazzjoni preliminari negattiva, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni ta’ sospensjoni. Fl-aħħar nett, f’konformità mal-Artikolu 24(6), it-tieni subparagrafu, f’każ li l-Istat Membru ma jsolvix it-treġġigħ lura billi jieħu azzjoni biex jiżgura li l-istadju importanti jew il-mira rilevanti jkunu jistgħu jiġu vvalutati bħala mwettqa b’mod sodisfaċenti f’perjodu ta’ 6 xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni se tipproċedi għal tnaqqis tal-fondi, f’konformità mal-Artikolu 24(8) tar-Regolament RRF.

    -Sabiex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi sospiż, il-Kummissjoni se tikkalkula l-valur tal-istadju importanti jew tal-mira li jkunu treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat u, għaldaqstant, ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala mwettaq b’mod sodisfaċenti, bl-użu tal-metodoloġija ta’ pagament parzjali 7 .

    -B’mod parallel, il-Kummissjoni se tipproċedi bil-valutazzjoni preliminari tagħha tat-twettiq b’mod sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri tat-talba għall-pagament u se tipprovdi s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

    -Bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni se ssolvi t-treġġigħ lura, billi tiżgura li l-baġit tal-Unjoni jkun protett billi jkun fl-istess pożizzjoni daqslikieku ma jkun sar l-ebda pagament għall-istadju importanti jew il-mira mreġġgħin lura. Minħabba li, wara s-sospensjoni, ma jiġi allokat l-ebda fond lill-Istat Membru għall-ebda stadju importanti jew mira li ma tkunx twettqet b’mod sodisfaċenti, it-treġġigħ lura jitqies solvut, f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF. Imbagħad, il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-istadji importanti u l-miri tat-talba għall-pagament u tawtorizza l-iżborż korrispondenti tal-pagament parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja jew tas-self (bl-esklużjoni tal-ammont li kien sospiż minħabba t-treġġigħ lura 8 ).

    Treġġigħ lura barra mill-kuntest ta’ talba għall-pagament

    Meta l-Kummissjoni ssir taf bi treġġigħ lura barra mill-kuntest ta’ talba għall-pagament, is-servizzi tal-Kummissjoni mhux se jistennew sakemm titressaq it-talba għall-pagament li jmiss u se jidħlu minnufih fi djalogu tekniku mal-Istat Membru kkonċernat biex jistabbilixxu jekk seħħx treġġigħ lura. Wara dan id-djalogu tekniku, f’każ li dawk l-ispjegazzjonijiet jikkonfermaw ir-riskji ta’ treġġigħ lura, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru bil-miktub li l-Kummissjoni tqis li seħħ (jew seta’ seħħ) treġġigħ lura u titlob għal osservazzjonijiet fi żmien xahar. Tali valutazzjoni barra mill-proċedura ta’ talba għall-pagament tipprovdi ż-żmien massimu lill-Istat Membru biex jindirizza t-treġġigħ lura. F’dan ir-rigward, l-Istat Membru jkun jaf il-fehmiet tal-Kummissjoni u sakemm ma jiħux azzjoni korrettiva qabel it-talba għall-pagament li jmiss, parti mill-pagament li jmiss tiġi sospiża f’konformità mal-proċedura msemmija hawn fuq.



    Appendiċi: Dispożizzjonijiet Legali

    L-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF:

    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi preliminari u mingħajr dewmien żejjed, u sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) ġewx imwettqa b’mod sodisfaċenti. It-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma’ stadji importanti u miri milħuqa preċedentement b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat.

    L-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Finanzjament:

    Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni supplimentari u/jew twettaq verifiki u kontrolli fuq il-post biex tivverifika t-tlestija tal-istadji importanti u l-miri, inkluż dwar in-nuqqas ta’ treġġigħ lura tal-istadji importanti u l-miri mwettqa preċedentement b’mod sodisfaċenti.

    Il-Klawżola 2.2 tal-Arranġamenti Operazzjonali:

    […] F’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament RRF, it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma’ stadji importanti u miri mwettqa preċedentement b’mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru. [L-Istat Membru] għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fid-dokumentazzjoni identifikata fil-mekkaniżmu ta’ verifika fl-Anness I li fuqu tkun saret il-valutazzjoni, li tkun ta’ natura materjali biex taffettwa tali valutazzjoni jew il-valutazzjoni tal-istadji importanti u l-miri futuri.

    Ittra ta’ talba għall-pagament mill-Istat Membru:

    Aħna nikkonfermaw li l-miżuri relatati mal-istadji importanti u l-miri preċedentement imwettqa b’mod sodisfaċenti ma treġġgħux lura.

    (1)

    Rapport Speċjali 07/2023: It-tfassil tas-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni għall-RRF.

    (2)

    Dan il-qari ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat huwa appoġġat minn verżjonijiet lingwistiċi oħra tar-Regolament RRF. Pereżempju, fit-test Franċiż: Le fait d’avoir atteint les jalons et cibles de manière satisfaisante présuppose que l'État membre concerné n’a pas annulé les mesures liées aux jalons et cibles précédemment atteints de manière satisfaisante.

    (3)

    Pereżempju, jekk diżastru naturali jeqred investiment fl-infrastruttura, filwaqt li l-istadju importanti jew il-mira jistgħu ma jibqgħux jitqiesu li twettqu b’mod sodisfaċenti, mhuwiex l-Istat Membru li kkawża dan it-treġġigħ lura. Bħala eżempju ieħor, jekk SME tidħol f’insolvenza wara li tirċievi sussidju, ma tkunx l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Istat Membru li jkun ikkawża dan.

    (4)

    Pereżempju, jekk stadju importanti kien jeħtieġ id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni u tqies bħala sodisfaċenti, jekk aktar tard il-leġiżlazzjoni tiġi annullata minn Qorti, dan jitqies bħala treġġigħ lura mill-Istat Membru fejn l-Istat Membru għandu jieħu azzjoni malajr biex jiżgura li tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida li tirrispetta r-rekwiżiti tal-istadju importanti.

    (5)

    Il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ treġġigħ lura huwa marbut man-novità tal-RRF, li tiffinanzja r-riformi tal-Istati Membri, flimkien mal-investimenti. B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni ġiet introdotta bil-loġika li l-impatt fit-tul tal-RRF huwa fil-biċċa l-kbira dipendenti fuq l-implimentazzjoni kontinwa tar-riformi, li jistgħu, minħabba n-natura u l-istabbiliment tal-proċess tat-tfassil tal-politika, jitreġġgħu lura, permezz ta’ azzjonijiet kontradittorji oħra meħuda mill-Istat Membru.

    (6)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52023DC0099&qid=1695126900117

    (7)

    F’konformità ma’ dik il-Komunikazzjoni, il-valur massimu ma jistax jaqbeż l-ammont sħiħ tal-pagament(i) parzjali li jkun fih(om) stadji importanti mreġġgħin lura, ħlief fil-każ li ma jitwettqux l-istadji importanti u l-miri relatati mas-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru.

    (8)

    Jekk ikun meħtieġ, l-ammonti jiġu sospiżi wkoll minn talbiet għall-pagament sussegwenti jekk l-ammont tal-pagament parzjali għat-talba għall-pagament li tkun għaddejja jkun inqas mill-valur li jenħtieġ li jiġi sospiż.

    Top