IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.6.2023
COM(2023) 309 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LIL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2023
1.
Introduzzjoni
Sistemi tal-ġustizzja effettivi huma essenzjali għall-applikazzjoni u għall-infurzar tad-dritt tal-UE u għaż-żamma tal-istat tad-dritt u ta’ valuri oħra li l-UE hija bbażata fuqhom u li huma komuni għall-Istati Membri. Il-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati tal-UE meta japplikaw id-dritt tal-Unjoni. Huma l-qrati nazzjonali li jiżguraw fl-ewwel lok li d-drittijiet u l-obbligi previsti skont id-dritt tal-UE jiġu eżegwiti b’mod effettiv (l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)).
Barra minn hekk, sistemi tal-ġustizzja effettivi huma essenzjali wkoll għall-fiduċja reċiproka u għat-titjib tal-klima tal-investiment u tas-sostenibbiltà tat-tkabbir fit-tul. Għal din ir-raġuni, it-titjib tal-effiċjenza, tal-kwalità u tal-indipendenza tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali huwa meqjus bħala waħda mill-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew – iċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE. L-istħarriġ annwali tal-2023 dwar it-tkabbir sostenibbli (
), li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-politika ekonomika u tal-impjiegi għall-UE, jikkonferma r-rabta bejn sistemi tal-ġustizzja effettivi u l-ambjent tan-negozju fl-Istati Membri, u ekonomija li taħdem għan-nies. Sistemi tal-ġustizzja li jaħdmu kif suppost u li jkunu kompletament indipendenti jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq l-investiment u huma essenzjali għall-protezzjoni tal-investiment, u għalhekk jikkontribwixxu għall-produttività u għall-kompetittività. Huma wkoll importanti sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni transfruntiera effettiva tal-kuntratti, tad-deċiżjonijiet amministrattivi u tas-soluzzjoni ta’ tilwim, li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku (
).
F’dan il-kuntest, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tippreżenta ħarsa ġenerali annwali lejn l-indikaturi li jiffukaw fuq il-parametri essenzjali ta’ sistemi tal-ġustizzja effettivi:
-l-effiċjenza;
-il-kwalità;
-l-indipendenza.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2023 tkompli tiżviluppa l-indikaturi għat-tliet aspetti kollha, inkluż dwar l-aċċessibbiltà għall-ġustizzja għal persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni u nies akbar fl-età, u għal darba oħra dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, li kellha rwol kruċjali fiż-żamma tal-funzjonament tal-qrati matul il-pandemija tal-COVID-19 u fl-appoġġ għall-irkupru tagħhom wara l-pandemija, kif ukoll b’mod aktar ġenerali, għall-promozzjoni ta’ sistemi tal-ġustizzja effiċjenti u aċċessibbli (
). Din l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja ssaħħaħ id-dimensjoni tan-negozju fit-tliet aspetti kollha billi tinkludi data ġdida dwar l-effiċjenza fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni(
), ċart aġġornata dwar is-salvagwardji legali fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi u tkompli tippreżenta d-data dwar il-fiduċja fil-protezzjoni tal-investiment. Fl-aħħar nett, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2023 tippreżenta kif is-sistemi tal-ġustizzja bdew l-irkupru tagħhom mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-effiċjenza ta’ dawn is-sistemi.
Iċ-Ċiklu Annwali tal-Istat tad-Dritt –
Kif imħabbar fil-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen, il-Kummissjoni stabbiliet Ċiklu Annwali tal-Istat tad-Dritt komprensiv sabiex tapprofondixxi l-monitoraġġ tagħha tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri. Iċ-Ċiklu tal-Istat tad-Dritt jaġixxi bħala għodda preventiva, li tapprofondixxi d-djalogu u s-sensibilizzazzjoni konġunta dwar kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt. Fiċ-ċentru taċ-ċiklu l-ġdid wieħed isib ir-Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt, li jipprovdi sinteżi ta’ żviluppi sinifikanti – kemm pożittivi kif ukoll negattivi – fl-Istati Membri kollha u fl-Unjoni kollha kemm hi. Ir-Rapporti, inkluża l-edizzjoni tiegħu tal-2022, ippubblikati fit-13 ta’ Lulju 2022, huma bbażati fuq diversi sorsi, inkluża t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE (
). Barra minn hekk, kif imħabbar mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha tal-2021 dwar l-Istat tal-Unjoni, ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 ġiet żviluppata ulterjorament biex tirrifletti l-ħtieġa ta’ informazzjoni komparattiva addizzjonali identifikata matul it-tħejjija tar-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt, sabiex tappoġġa r-Rapporti li ġejjin dwar l-Istat tad-Dritt, b’mod speċjali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
X’inhi t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda ta’ informazzjoni komparattiva annwali. L-iskop tagħha huwa li tassisti lill-UE u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali tagħhom billi tipprovdi data oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar għadd ta’ indikaturi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ (i) l-effiċjenza, (ii) il-kwalità u (iii) l-indipendenza tas-sistemi tal-ġustizzja fl-Istati Membri kollha. Ma tippreżentax klassifikazzjoni unika ġenerali. Iżda, tagħti ħarsa ġenerali lejn il-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja kollha, fuq il-bażi ta’ indikaturi li huma ta’ interess komuni u rilevanza għall-Istati Membri kollha.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni ma tippromwovi ebda tip partikolari ta’ sistema tal-ġustizzja u tittratta lill-Istati Membri kollha b’mod ugwali.
L-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza huma parametri essenzjali ta’ sistema tal-ġustizzja effettiva, ikun xi jkun il-mudell tas-sistema tal-ġustizzja nazzjonali jew it-tradizzjoni legali li fiha tkun ankrata. Jenħtieġ li l-illustrazzjonijiet dwar dawn it-tliet parametri jinqraw flimkien, għaliex it-tliet elementi spiss ikunu marbutin flimkien (inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu wieħed jistgħu jkollhom influwenza fuq ieħor).
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta prinċipalment indikaturi li jikkonċernaw kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi, kif ukoll, soġġett għad-disponibbiltà tad-data, ċerti kawżi kriminali (jiġifieri kawżi li jikkonċernaw il-ħasil tal-flus fil-qrati tal-prim’istanza), sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex joħolqu ambjent aktar effiċjenti favur l-investiment, in-negozju u ċ-ċittadini. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija għodda komparattiva li tevolvi waqt id-djalogu mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew (
). L-objettiv tagħha huwa li tidentifika l-parametri essenzjali ta’ sistema tal-ġustizzja effettiva u li tipprovdi data annwali rilevanti.
X’inhi l-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill Ewropew, li magħha l-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt sabiex twettaq studju annwali speċifiku, tipprovdi l-biċċa l-kbira tad-data kwantitattiva. Din id-data tkopri l-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2021, u ġiet ipprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-metodoloġija tas-CEPEJ. L-istudju jipprovdi wkoll kummenti dettaljati u skedi informattivi speċifiċi għall-pajjiż li jagħtu aktar kuntest. Jenħtieġ li dawn jinqraw flimkien mal-illustrazzjonijiet (
).
Id-data dwar it-tul tal-proċedimenti miġbura mis-CEPEJ turi d-“disposition time” – tul ikkalkulat tal-proċedimenti tal-qorti (ibbażat fuq proporzjon bejn il-kawżi pendenti u dawk solvuti). Id-data dwar l-effiċjenza tal-qrati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE f’oqsma speċifiċi turi li t-tul medju tal-proċedimenti kien joriġina mit-tul attwali tal-kawżi tal-qorti. Ta’ min jinnota li t-tul tal-proċedimenti tal-qorti jista’ jvarja sostanzjalment bejn iż-żoni fi ħdan Stat Membru, b’mod partikolari f’ċentri urbani fejn l-attivitajiet kummerċjali jistgħu jwasslu għal ammont akbar ta’ kawżi.
Sorsi oħra ta’ data, li jkopru l-perjodu mill-2012 sal-2022, huma: il-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali (
), in-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ) (
), in-Network tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE (NPSJC) (
), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-UE (ACA-Europe) (
), il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE) (
), in-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) (
), il-Kumitat tal-Komunikazzjoni (COCOM) (
), l-Osservatorju Ewropew tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (
), in-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) (
), il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (EGMLTF) (
), il-Eurostat (
), u n-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) (
), u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni (
).
Tul is-snin, il-metodoloġija għat-Tabella ta’ Valutazzjoni kompliet tiġi żviluppata u rfinata aktar f’kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt tal-Istati Membri dwar is-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ kwestjonarju (aġġornat ta’ kull sena) u l-ġbir ta’ data dwar ċerti aspetti tal-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja.
Id-disponibbiltà tad-data, b’mod partikolari għall-indikaturi dwar l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja, tkompli titjieb. Dan għaliex ħafna Stati Membri investew fil-kapaċità tagħhom li jipproduċu statistika ġudizzjarja aħjar. Fejn għad fadal diffikultajiet fil-ġbir jew fil-provvista tad-data, dan huwa dovut jew għal kapaċità statistika insuffiċjenti jew inkella għall-fatt li l-kategoriji nazzjonali li għalihom tinġabar id-data ma jikkorrispondux eżattament għal dawk użati għat-Tabella ta’ Valutazzjoni. Fi ftit każijiet biss hemm diskrepanza fid-data minħabba nuqqas ta’ kontributi mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ikomplu jnaqqsu din id-diskrepanza fid-data.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE kif tikkontribwixxi għas-Semestru Ewropew u kif hija relatata mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)?
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tipprovdi elementi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali. B’dan il-mod, għandha l-għan li tgħin lill-Istati Membri jagħmlu s-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali tagħhom aktar effettivi. Billi tqabbel l-informazzjoni dwar is-sistemi tal-ġustizzja, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tagħmilha aktar faċli sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u n-nuqqasijiet u sabiex jinżamm rendikont tal-isfidi u tal-progress li jkun sar. Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-valutazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż isiru permezz ta’ djalogu bilaterali mal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati. Fejn in-nuqqasijiet identifikati jkollhom sinifikat makroekonomiku, l-analiżi tas-Semestru Ewropew tista’ twassal sabiex il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għat-titjib tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali fl-Istati Membri individwali (
). L-RRF għamlet disponibbli aktar minn EUR 737 biljun f’self u f’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, li minnhom kull Stat Membru jkollu jalloka minimu ta’ 20 % għat-tranżizzjoni diġitali u minimu ta’ 37 % għal miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi. S’issa, ir-riformi u l-investimenti proposti mill-Istati Membri qabżu dawn il-miri, b’nefqa diġitali stmata ta’ 26 % u nefqa klimatika ta’ madwar 40 %. L-RRF toffri opportunità sabiex jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja u sabiex jiġu aċċellerati l-isforzi nazzjonali sabiex titlesta t-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tal-ġustizzja. Il-pagamenti lill-Istati Membri skont l-RRF ibbażata fuq il-prestazzjoni huma subordinati għar-realizzazzjoni tal-istadji importanti u l-miri. S’issa, ġew introdotti 6 000 stadju importanti u mira, li minnhom madwar żewġ terzi huma investimenti u terz huma riformi. F’dan il-kuntest, għalhekk il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) tal-Istati Membri humiex mistennija jikkontribwixxu biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi kollha jew għadd sinifikanti minnhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jew fl-isfidi identifikati f’dokumenti rilevanti oħrajn tal-Kummissjoni adottati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (
). Wara talbiet għal pagamenti mill-Istati Membri u valutazzjonijiet pożittivi mill-Kummissjoni dwar l-issodisfar sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rispettivi, ġew żborżati total ta’ EUR 144,08 biljun f’għotjiet u self tal-RRF lill-Istati Membri fl-aħħar snin. Madankollu, sa din id-data, l-issodisfar ta’ 92 % tal-istadji importanti u tal-miri għadu ma ġiex ivvalutat mill-Kummissjoni.
Għaliex sistemi tal-ġustizzja effettivi huma importanti għal ambjent tan-negozju li jippromwovi l-investiment?
Is-sistemi tal-ġustizzja effettivi li jipproteġu l-istat tad-dritt għandhom impatt ekonomiku pożittiv, li huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Meta s-sistemi ġudizzjarji jiggarantixxu l-eżekuzzjoni tad-drittijiet, ikun aktar probabbli li l-kredituri jsellfu l-flus, li n-negozji jkollhom aktar fiduċja u jżommu lura minn imġiba opportunistika, li jonqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u jkun ukoll aktar probabbli li n-negozji innovattivi jinvestu. Fil-fatt, sistema tal-ġustizzja effettiva hija vitali għal tkabbir ekonomiku sostnut. Dan jista’ jtejjeb il-klima tan-negozju, irawwem l-innovazzjoni, jattira l-investiment dirett barrani, jiżgura d-dħul mit-taxxa u jappoġġa t-tkabbir ekonomiku. Il-benefiċċji ta’ sistemi tal-ġustizzja nazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb għall-ekonomija huma kkonfermati minn firxa wiesgħa ta’ studji u letteratura akkademika, inkluż mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) (
), mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (
), min-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (
), mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (
), mill-Forum Ekonomiku Dinji (
), u l-Bank Dinji (
).
Studju sab korrelazzjoni b’saħħitha bejn tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti tal-qorti (imkejla f’ħin ta’ dispożizzjoni (
)) u r-rata ta’ tkabbir tal-għadd ta’ kumpaniji (
), u li perċentwal ogħla – b’1 % – ta’ kumpaniji li jipperċepixxu s-sistema tal-ġustizzja bħala indipendenti huwa korrelatat ma’ fatturat ogħla tad-ditti u ma’ tkabbir ikbar fil-produttività (
).
Barra dan, bosta stħarriġiet enfasizzaw l-importanza tal-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali għall-kumpaniji. Pereżempju, fi stħarriġ minnhom, 93 % tal-kumpaniji l-kbar wieġbu li huma jirrieżaminaw b’mod sistematiku l-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt (inkluża l-indipendenza tal-qrati) fuq bażi kontinwa fil-pajjiżi li jinvestu fihom (
). F’ieħor, aktar minn nofs l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) wieġbu li l-kost u t-tul eċċessiv tal-proċedimenti ġudizzjarji, rispettivament, kienu r-raġunijiet ewlenin talli ma fetħux proċedimenti ġudizzjarji dwar ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) (
). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar L-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ostakoli għas-Suq Uniku (
) u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tas-Suq Uniku (
) ukoll jipprovdu għarfien dwar l-importanza ta’ sistemi tal-ġustizzja effettivi għall-funzjonament tas-suq uniku, b’mod partikolari għan-negozji.
Il-Kummissjoni kif tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ riformi fil-ġustizzja tajba permezz ta’ appoġġ tekniku?
L-Istati Membri jistgħu jibbażaw fuq l-appoġġ tekniku tal-Kummissjoni li huwa disponibbli permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali (DĠ REFORM) taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) (
) li għandu baġit totali ta’ EUR 864,4 miljun għall-2021 sal-2027. Mill-2021, it-TSI ilu jappoġġa proġetti direttament marbuta mal-effettività tal-ġustizzja, bħad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, ir-riformi tal-mapep ġudizzjarji jew aċċess aħjar għall-ġustizzja. It-TSI jikkomplementa wkoll strumenti oħrajn, jiġifieri l-RRF, peress li jista’ jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. L-RRPs jinkludu azzjonijiet, fost l-oħrajn, relatati mal-fatt li l-ġustizzja ssir aktar effettiva: id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, it-tnaqqis tal-kawżi pendenti, u t-titjib tal-ġestjoni tal-qrati u tal-kawżi.
Il-programm dwar il-Ġustizzja kif jappoġġa l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja?
B’baġit totali ta’ madwar EUR 305 miljun għall-perjodu 2021–2027, il-programm dwar il-Ġustizzja jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja abbażi tal-istat tad-dritt, inklużi l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja, abbażi ta’ rikonoxximent reċiproku u fiduċja reċiproka, u dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja. Fl-2022, ġew ipprovduti madwar EUR 42,5 miljun sabiex jiġu ffinanzjati proġetti u attivitajiet oħra taħt it-tliet objettivi speċifiċi tal-programm:
·Ġew ipprovduti EUR 11,4 miljun sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali u sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni u l-infurzar effettivi u koerenti tal-istrumenti tal-UE kif ukoll sabiex jappoġġaw lill-Istati Membri għall-konnessjoni tagħhom mas-sistema ECRIS-TCN,
·Ġew ipprovduti EUR 16,6 miljun b’appoġġ għat-taħriġ tal-professjonisti tal-ġustizzja dwar il-liġi ċivili, kriminali u tad-drittijiet fundamentali tal-UE, is-sistemi legali tal-Istati Membri u l-istat tad-dritt,
·Ġew ipprovduti EUR 14,5 miljun biex jippromwovu l-aċċess għall-ġustizzja (inkluża l-Ġustizzja elettronika), id-drittijiet tal-vittmi u d-drittijiet ta’ persuni suspettati jew akkużati b’reat kif ukoll biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-użu ta’ għodod diġitali u ż-żamma u l-estensjoni tal-portal tal-Ġustizzja elettronika (f’komplementarjetà mal-Programm Ewropa Diġitali).
Għaliex il-Kummissjoni timmonitorja d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali?
Id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja hija kruċjali sabiex tiżdied l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja u hija għodda effiċjenti ħafna għat-titjib u għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-ġustizzja. Il-pandemija tal-COVID-19 poġġiet fuq quddiem nett il-ħtieġa li l-Istati Membri jaċċelleraw ir-riformi ta’ modernizzazzjoni f’dan il-qasam.
Mill-2013 ’il hawn, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE inkludiet ċerta informazzjoni komparattiva fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri, pereżempju fl-oqsma tal-aċċess online għas-sentenzi jew tal-preżentazzjoni u s-segwitu ta’ talba online.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea – Strumentarju ta’ opportunitajiet (
), adottata f’Diċembru 2020, tirrappreżenta strateġija li għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja permezz tat-teknoloġija. Kif deskritt fil-Komunikazzjoni, sa mill-2021 ġew inklużi għadd ta’ indikaturi addizzjonali fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE. L-għan huwa li jiġi żgurat monitoraġġ komprensiv u f’waqtu tal-oqsma ta’ progress u tal-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom lejn id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom.
2.
Kuntest: Żviluppi fir-riformi tal-ġustizzja fl-2022
Fl-2022, għadd kbir ta’ Stati Membri ssoktaw bl-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom. L-Illustrazzjoni 1 tippreżenta ħarsa ġenerali aġġornata lejn il-miżuri adottati u ppjanati f’diversi oqsma differenti tas-sistemi tal-ġustizzja fl-Istati Membri involuti f’attivitajiet ta’ riforma tas-sistemi tal-ġustizzja tagħhom.
Illustrazzjoni 1: Attività leġiżlattiva u regolatorja li tikkonċerna s-sistemi tal-ġustizzja fl-2022 (miżuri/inizjattivi adottati li qed jiġu nnegozjati f’kull Stat Membru) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
Fl-2022, il-liġi proċedurali kompliet tkun qasam ta’ prijorità partikolari f’ħafna Stati Membri b’ammont sinifikanti ta’ attività leġiżlattiva kurrenti jew ippjanata. Ir-riformi dwar l-istatus tal-imħallfin, ir-regoli għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja, kif ukoll ir-regoli għall-prosekuzzjoni, raw ukoll attività kbira. Wara l-proċess tal-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni għall-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) f’għadd ta’ Stati Membri fl-2021, fl-2022 ġew adottati għadd kbir tal-liġijiet proposti. Il-momentum mis-snin preċedenti ta’ miżuri li jikkonċernaw l-amministrazzjoni tal-qrati kompla fl-2022. Erba’ Stati Membri qegħdin jippjanaw li jużaw l-intelliġenza artifiċjali fis-sistemi tal-ġustizzja tagħhom, madankollu, ma ġiet adottata l-ebda leġiżlazzjoni fl-2022. Il-ħarsa ġenerali tikkonferma l-osservazzjoni li r-riformi tal-ġustizzja jieħdu ż-żmien − xi drabi bosta snin – mit-tħabbira tagħhom sal-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi u regolatorji u l-implimentazzjoni proprja tagħhom fil-prattika.
3.
Is-sejbiet ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023
L-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza huma l-parametri ewlenin ta’ sistema tal-ġustizzja effettiva, u għat-tlieta li huma t-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta indikaturi.
3.1. L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta indikaturi għall-effiċjenza tal-proċedimenti fl-oqsma wiesgħa tal-kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi u f’oqsma speċifiċi fejn l-awtoritajiet amministrattivi l-qrati japplikaw id-dritt tal-UE (
).
L-indikaturi relatati mal-effiċjenza fl-2021, b’mod partikolari l-għadd ta’ kawżi deħlin, ir-rata ta’ għeluq tal-kawżi u d-disposition time, juru l-ewwel sinjali ta’ rkupru mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, li affettwat lill-Istati Membri b’modi differenti (eż. f’termini ta’ twaqqit jew severità)(
).
3.1.1. Żviluppi fil-volum ta’ kawżi
Il-volum ta’ kawżi tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali naqas b’mod notevoli fi tliet Stati Membri, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li żdied f’erbgħa jew baqa’ stabbli f’14 oħra. B’mod ġenerali, dan għadu jvarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri (Illustrazzjoni 2). Dan juri l-importanza tal-attenzjoni kontinwa għall-iżviluppi fil-volum tal-kawżi sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja.
Illustrazzjoni 2: In-numru ta’ kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn fl-2012, 2019 – 2021 (*) (prim’istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ (
))
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tad-dritt amministrattiv u kawżi oħrajn mhux ta’ natura kriminali.
Illustrazzjoni 3: L-għadd ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi li deħlin fl-2019 – sal-2021 (*) (prim’istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, il-kawżi ċivili/kummerċjali kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn il-partijiet, eż. tilwim dwar kuntratti. Il-kawżi ċivili/kummerċjali mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, eż. ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Id-data għan-NL tinkludi l-kawżi mhux kontenzjużi.
Illustrazzjoni 4: L-għadd ta’ kawżi amministrattivi li deħlin fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, il-kawżi tad-dritt amministrattiv jikkonċernaw tilwim bejn l-individwi u l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali. Id-DK u l-IE ma jirreġistrawx il-kawżi amministrattivi separatament. It-tneħħija mill-proċedura ġudizzjarja ta’ xi proċeduri amministrattivi seħħet fir-RO fl-2018. Bidliet fil-metodoloġija fil-EL, fis-SK u fl-SE. Fl-SE, il-kawżi dwar il-migrazzjoni ġew inklużi mal-kawżi amministrattivi (applikati b’mod retroattiv għall-2017).
3.1.2. Data ġenerali dwar l-effiċjenza
L-indikaturi dwar l-effiċjenza tal-proċedimenti fl-oqsma wesgħin tal-kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi huma: (i) it-tul stmat tal-proċedimenti (disposition time), (ii) ir-rata tal-għeluq tal-kawżi, u (iii) l-għadd ta’ kawżi pendenti.
Tul stmat tal-proċedimenti –
It-tul tal-proċedimenti jindika ż-żmien stmat (f’jiem) meħtieġ sabiex tiġi riżolta kawża l-qorti, jiġifieri ż-żmien meħud mill-qorti sabiex tasal għal deċiżjoni fl-prim’istanza. L-indikatur tad-“disposition time” huwa n-numru ta’ kawżi mhux riżolti diviż bl-għadd ta’ kawżi riżolti sa tmiem is-sena mmultiplikat bi 365 (jum) (
). Hija kwantità kkalkulata li tindika ż-żmien minimu stmat li qorti tkun teħtieġ sabiex issolvi kawża filwaqt li żżomm il-kundizzjonijiet tax-xogħol attwali. Aktar ma jkun għoli l-valur, aktar ikun hemm probabbiltà li l-qorti tieħu aktar żmien sabiex tasal għal deċiżjoni. Prinċipalment, il-figuri jikkonċernaw proċedimenti fil-prim’istanza u jqabblu, fejn disponibbli, id-data għall-2012, 2019, 2020 u 2021 (
). L-Illustrazzjonijiet 7 u 9 juru l-ħin ta’ dispożizzjoni fl-2021 fil-kawżi ċivili u kummerjali kontenzjużi u l-kawżi amministrattivi fl-istanzi kollha tal-qorti.
Illustrazzjoni 5: Iż-żmien meħtieġ stmat sabiex jiġu solvuti kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/fi ġranet) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tad-dritt amministrattiv u kawżi oħrajn mhux ta’ natura kriminali. Bidliet fil-metodoloġija fis-SK. Il-kawżi pendenti jinkludu l-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis- SK. LV: it-tnaqqis f’salt huwa dovut għar-riforma tas-sistema tal-qorti, u għall-kontrolli tal-iżbalji u għat-tindif tad-data fis-sistema ta’ informazzjoni.
Illustrazzjoni 6: Iż-żmien meħtieġ stmat sabiex jiġu solvuti kawżi ċivil u kummerċjali kontenzjużi fl-prim’istanza fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/fi ġranet) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, il-kawżi ċivili/kummerċjali kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn il-partijiet, eż. tilwim dwar kuntratti. Il-kawżi ċivili/kummerċjali mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, eż. ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Kawżi pendenti jinkludu l-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis-SK. L-IT: it-tnaqqis temporanju fl-attività ġudizzjarja minħabba miżuri restrittivi stretti sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19 affettwa d-disposition time. Id-data għan-NL tinkludi l-kawżi mhux kontenzjużi.
Illustrazzjoni 7: Iż-żmien meħtieġ sabiex jissolvew kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi fl-istanzi kollha tal-qrati fl-2021 (*) (il-Prim’Istanza, is-sekond’istanza u t-terz’istanza/f’jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) L-ordni huwa ddeterminat skont l-istanza tal-qorti bl-itwal proċedimenti f’kull Stat Membru. Ma hemmx data disponibbli għall-qrati tal-prim’istanza u tas-sekond’istanza fil-BE u fil-BG, għall-qrati tas-sekond’istanza tal-qrati fin-NL, għall-qrati tas-sekond’istanza u t-terz’istanza fl-AT jew għall-qrati tat-terz’istanza fid-DE u fil-HR. Ma hemm l-ebda qorti tat-terz’istanza fil-DE u f’MT. IT: It-tnaqqis temporanju fl-attività ġudizzjarja minħabba miżuri restrittivi stretti biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19 affettwa d-disposition time. L-aċċess għal qorti tat-terz’istanza jista’ jkun limitat f’xi Stati Membri.
Illustrazzjoni 8: Iż-żmien meħtieġ stmat sabiex jiġu solvuti kawżi amministrattivi fil-prim’istanza fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Il-kawżi tad-dritt amministrattiv jikkonċernaw tilwim bejn l-individwi u l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali skont il-metodoloġija tas-CEPEJ. Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Il-kawżi pendenti jinkludu l-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis-SK. Id-DK u l-IE ma jirreġistrawx il-kawżi amministrattivi separatament. CY: fl-2018, in-numru ta’ kawżi solvuti żdied minħabba li l-kawżi ġew ipproċessati flimkien, ġew irtirati 2 724 kawża konsolidata u fl-2015 ġiet stabbilita qorti amministrattiva.
Illustrazzjoni 9: Iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu solvuti kawżi amministrattivi fl-istanzi kollha tal-qrati fl-2021 (*) (il-prim’istanza u, fejn applikabbli, is-sekond’istanza u t-terz’istanza/f’jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) L-ordni huwa ddeterminat skont l-istanza tal-qorti bl-itwal proċedimenti f’kull Stat Membru. L-ebda data disponibbli għall-qrati tas-sekond’istanza fil-BE, iċ-CZ, l-HU, MT, l-AT,ir- RO, is-SI, is-SK u l-FI, għall-qrati tat-terz’istanza f’CY, il-LT, il-LU, MT u l-PL. Il-qorti suprema jew l-ogħla qorti oħra, hija l-unika istanza ta’ appell fiċ-CZ, l-IT, CY, l-AT, is-SI u l-FI.. Ma hemm l-ebda qorti tat-terz’istanza għal dawn it-tipi ta’ kawżi fil-LT, il-LU u MT. L-ogħla Qorti Amministrattiva hija l-prim’istanza u l-unika istanza għal ċerti kawżi fil-BE. L-aċċess għall-qrati tat-terz’istanza jista’ jkun limitat f’xi Stati Membri. Id-DK u l-IE ma jirreġistrawx il-kawżi amministrattivi separatament.
Ir-rata tal-għeluq tal-kawżi –
Ir-rata tal-għeluq tal-kawżi hija l-proporzjon tal-għadd ta’ kawżi solvuti għall-għadd ta’ kawżi li deħlin. Din tkejjel jekk qorti tkunx qed tlaħħaq mal-volum ta’ kawżi li jkunu deħlin. Fejn ir-rata tal-għeluq tal-kawżi hija ta’ madwar 100 % jew aktar, dan ifisser li s-sistema ġudizzjarja hija kapaċi ssolvi tal-anqas il-kawżi kollha li jidħlu. Meta r-rata tal-għeluq tal-kawżi tkun ta’ anqas minn 100 %, din tfisser li l-qrati qegħdin isolvu anqas kawżi mill-għadd ta’ kawżi li jidħlu.
Illustrazzjoni 10: Ir-rata ta’ soluzzjoni ta’ kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’% — valuri ogħla minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti aktar kawżi milli jidħlu, filwaqt li valuri anqas minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti anqas kawżi milli jidħlu) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tad-dritt amministrattiv u kawżi oħrajn mhux ta’ natura kriminali. Bidliet fil-metodoloġija fis-SK. L-IE: minħabba l-metodoloġija, huwa mistenni li jkun irrapportat għadd anqas mill-għadd reali ta’ kawżi solvuti. IT: klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili introdotta fl-2013.
Illustrazzjoni 11: Ir-rata ta’ soluzzjoni tal-kawżi ċivil u kummerċjali kontenzjużi fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. L-IE: minħabba l-metodoloġija, huwa mistenni li jkun irrapportat għadd anqas mill-għadd reali ta’ kawżi solvuti. IT: klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili introdotta fl-2013. Id-data għan-NL tinkludi kawżi mhux kontenzjużi.
Illustrazzjoni 12: Ir-rata ta’ soluzzjoni tal-kawżi amministrattivi fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (il-prim’istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Il-valuri tal-passat għal xi Stati Membri tnaqqsu għall-finijiet tal-preżentazzjoni (CY fl-2018 = 219%; l-IT fl-2012=279,8 %); Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Id-DK u l-IE ma jirreġistrawx il-kawżi amministrattivi separatament. F’CY, l-għadd ta’ kawżi solvuti żdied minħabba li l-kawżi ġew ipproċessati flimkien, ġew irtirati 2 724 kawża konsolidata u ġiet stabbilita qorti amministrattiva fl-2015.
Kawżi pendenti –
L-għadd ta’ kawżi pendenti jindika l-għadd ta’ kawżi li għadhom ma ġewx deċiżi sal-aħħar tas-sena kkonċernata. Dan jaffettwa wkoll id-disposition time.
Illustrazzjoni13: L-għadd ta’ kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi u kawżi oħrajn pendenti fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ, din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet u tan-negozju mhux kontenzjużi, kawżi tar-reġistru oħrajn, kawżi mhux kontenzjużi oħrajn, il-kawżi tad-dritt amministrattiv u kawżi oħrajn mhux ta’ natura kriminali. Bidliet fil-metodoloġija fis-SK. Il-kawżi pendenti jinkludu l-kawżi quddiem il-qrati tal-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis-SK. L-IT: klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili introdotta fl-2013.
Illustrazzjoni 14: L-għadd ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi pendenti fl-2012, 2019 – 2021 (*) (prim’istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Tibdiliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Il-kawżi pendenti jinkludu l-kawżi quddiem il-qrati tal-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis-SK. L-IT: klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili introdotta fl-2013. Id-data għan-NL tinkludi kawżi mhux kontenzjużi.
Illustrazzjoni15: L-għadd ta’ kawżi amministrattivi pendenti fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/għal kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)
(*) Il-valuri tal-imgħoddi għal xi Stati Membri tnaqqsu għal skopijiet ta’ preżentazzjoni (il-EL fl-2012 = 3,5). Bidliet fil-metodoloġija fil-EL u fis-SK. Il-kawżi pendenti jinkludu l-kawżi quddiem il-qrati tal-istanzi kollha fiċ-CZ u, sal-2016, fis-SK. Id-DK u l-IE ma jirreġistrawx il-kawżi amministrattivi separatament.
3.1.3. L-effiċjenza f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE
Din it-taqsima tikkomplementa d-data ġenerali dwar l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u tippreżenta t-tul medju tal-proċedimenti (
) f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2023 tibni fuq id-data preċedenti dwar il-kompetizzjoni, il-komunikazzjoni elettronika, it-trademark tal-UE, il-liġi tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Jiżdied is-sitt qasam, biex tiġi inkluża data dwar il-proċedimenti kontra l-korruzzjoni, fid-dawl tal-proposta reċenti dwar dan is-suġġett(
). Dawk li issa saru sitt oqsma ntgħażlu minħabba r-rilevanza tagħhom għas-suq uniku u għall-ambjent tan-negozju. Din l-edizzjoni tkompli bil-ħarsa ġenerali lejn l-effiċjenza tal-awtoritajiet amministrattivi b’ċifri aġġornati dwar l-oqsma tal-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur. B’mod ġenerali, id-dewmien twil fil-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi jista’ jkollu konsegwenzi negattivi fuq id-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE, pereżempju meta rimedji adegwati ma jibqgħux disponibbli jew meta danni finanzjarji serji jsiru irrekuperabbli. B’mod partikolari fir-rigward tan-negozji, id-dewmien amministrattiv u l-inċertezza f’xi każijiet jistgħu jwasslu għal spejjeż sinifikanti u jimminaw investimenti ppjanati jew eżistenti (
).
– Il-kompetizzjoni –
L-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni hija essenzjali għal ambjent tan-negozju attraenti peress li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għan-negozji. Hija tinkoraġġixxi l-intraprenditorija u l-effiċjenza, toħloq għażla usa’ għall-konsumaturi u tgħin biex jitnaqqsu l-prezzijiet u titjieb il-kwalità. L-Illustrazzjoni 17 tippreżenta t-tul medju tal-kawżi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (
). L-Illustrazzjoni 18 tippreżenta t-tul medju tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.
Illustrazzjoni 16: Il-Kompetizzjoni: it-tul medju ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-2013, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea man-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni)
(*) L-IE u l-AT: ix-xenarju ma huwiex applikabbli minħabba li l-awtoritajiet ma għandhomx setgħat sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet rispettivi. AT: id-data tinkludi kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Akkordji li jinvolvu l-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, iżda li ma humiex ibbażati fuq appelli kontra l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. Għall-IT ntużat stima tat-tul. Kolonna vojta tindika li l-Istat Membru ma rrappurtax kawżi għal dik is-sena. L-għadd ta’ kawżi huwa baxx (inqas minn ħamsa fis-sena) f’ħafna Stati Membri. Dan jista’ jagħmel id-data annwali dipendenti fuq kawża waħda eċċezzjonalment twila jew qasira (dan huwa pereżempju l-każ ta’ MT li kellha kawża waħda biss).
Illustrazzjoni 17: Il-Kompetizzjoni: tul medju tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fl-2020-2021 (*) (f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea man-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni)
(*) F’10 Stati Membri l-għadd ta’ kawżi huwa limitat. Għandu jitqies li xi Stati Membri jgħoddu l-jiem għat-tul tal-proċedimenti minn punti tat-tluq differenti. Bi ftit eċċezzjonijiet hawn taħt, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jqisu kawża miftuħa meta l-investigazzjoni tkun miftuħa. Fin-NL, il-kawża titqies miftuħa meta tintbagħat id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjoni, filwaqt li fiċ-CZ u fis-SK kawża titqies miftuħa meta jinfetħu l-proċedimenti amministrattivi. F’dan l-aħħar każ, din hija fażi intermedja bejn il-ftuħ tal-investigazzjoni u meta tintbagħat id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet. Hemm ukoll għadd ta’ fatturi li jista’ jkollhom impatt fuq it-tul tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. Dawn jinkludu n-natura u l-kumplessità tal-kawża, iż-żmien meħtieġ biex tinġabar id-data ekonomika u l-konklużjoni tal-analiżi ekonomika, l-estensjonijiet tal-iskadenzi fuq talbiet tal-partijiet, ir-ripetizzjoni tas-seduti u azzjonijiet tal-qorti. Il-pandemija tal-COVID-19 ukoll kellha impatt fuq it-tul tal-proċedimenti.
– Il-komunikazzjonijiet elettroniċi –
L-objettiv tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa li żżid il-kompetizzjoni, tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq uniku u tiġġenera l-investiment, l-innovazzjoni u t-tkabbir. L-effetti pożittivi għall-konsumaturi jistgħu jinkisbu permezz ta’ infurzar effettiv ta’ din il-leġiżlazzjoni li tista’ twassal għal prezzijiet aktar baxxi għall-utenti aħħarin u servizzi ta’ kwalità aħjar. L-Illustrazzjoni 18 tippreżenta t-tul medju tal-kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japplikaw id-dritt tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi (
). Din tkopri firxa wiesgħa ta’ kawżi, li jvarjaw mill-istħarriġ aktar kumpless ta’ “analiżi tas-suq” għal kwistjonijiet aktar sempliċi iffukati fuq il-konsumatur.
Illustrazzjoni 18: Il-komunikazzjonijiet elettroniċi: it-tul medju ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-2013, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet)
(*) In-numru ta’ kawżi jvarja minn Stat Membru għal ieħor. Kolonna vojta tindika li l-Istat Membru ma rrapportax kawżi għal dik is-sena (ħlief għall-PT għall-2019 – 20, u għar-RO l-ebda data). F’xi każijiet, l-għadd limitat ta’ kawżi rilevanti (BG, CY, MT, NL, SK, FI, SE) jista’ jirrendi d-data annwali dipendenti fuq kawża waħda eċċezzjonalment twila jew qasira u jirriżulta f’varjazzjonijiet kbar minn sena għall-oħra. DK: korp semiġudizzjarju responsabbli mill-appelli fil-prim’istanza. l-EE: It-tul medju tal-kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-2013 kien ta’ 18-il jum. ES, l-AT, u l-PL: qrati differenti responsabbli skont is-suġġett.
– It-trademark tal-UE –
L-infurzar effettiv tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali huwa essenzjali sabiex jiġi stimulat l-investiment fl-innovazzjoni. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trademarks tal-UE (
) tagħti lill-qrati nazzjonali rwol sinifikanti, meta jaġixxu bħala qrati tal-UE u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suq uniku. L-Illustrazzjoni 19 turi t-tul medju tal-kawżi ta’ ksur tat-trademark tal-UE f’tilwim bejn partijiet privati.
Illustrazzjoni 19: It-Trademark tal-UE: it-tul medju tal-kawżi ta’ ksur tat-trademark tal-UE fl-2013, fl-2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mal-Osservatorju Ewropew tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali)
(*) FR, IT, LT, LU: kampjun ta’ kawżi użat għal data għal ċerti snin. DK: data mill-kawżi kollha dwar it-trademarks (mhux biss tal-UE) fil-Qrati Superjuri Kummerċjali u Marittimi; l-ebda data dwar it-tul medju għall-2018 u l-2019, dovut għal bidliet fis-sistema tal-ġbir tad-data. EL: data bbażata fuq it-tul medju ponderat minn żewġ qrati. ES: il-kawżi li jikkonċernaw titoli oħrajn tal-PI tal-UE huma inklużi fil-kalkolu tat-tul medju.
– Il-protezzjoni tal-konsumatur –
L-infurzar effettiv tal-liġi tal-konsumatur jiżgura li l-konsumaturi jibbenifikaw mid-drittijiet tagħhom u li l-kumpaniji li jiksru l-liġijiet tal-konsumatur ma jiksbu l-ebda vantaġġ inġust. L-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-qrati għandhom rwol ewlieni fl-infurzar tad-dritt tal-UE dwar il-konsumatur (
) fi ħdan id-diversi sistemi tal-infurzar nazzjonali. L-Illustrazzjoni 20 turi t-tul medju tal-kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur li japplikaw id-dritt tal-UE.
Għall-konsumaturi jew għall-kumpaniji, l-infurzar effettiv jista’ jinvolvi katina ta’ atturi, mhux biss il-qrati iżda anke l-awtoritajiet amministrattivi. Sabiex jinxteħet aktar dawl fuq din il-katina ta’ infurzar, qed jiġi ppreżentat it-tul tal-proċedimenti mill-awtoritajiet tal-konsumaturi. L-Illustrazzjoni 21 turi t-tul ta’ żmien medju meħtieġ għad-deċiżjonijiet amministrattivi mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur fl-2014, 2019 – 2021 mill-mument li tinfetaħ kawża. Id-deċiżjonijiet rilevanti jinkludu d-dikjarazzjoni ta’ ksur tar-regoli sostantivi, il-miżuri interim, l-ordnijiet ta’ waqfien u ebda tkomplija, il-bidu ta’ proċedimenti fil-qorti jew l-għeluq tal-kawżi.
Illustrazzjoni 20: Il-protezzjoni tal-konsumatur: it-tul medju tal-istħariġ ġudizzjarju fl-2013, 2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea man-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur)
(*) DE, LU, AT: ix-xenarju ma huwiex applikabbli minħabba li l-awtoritajiet tal-konsumatur ma għandhomx is-setgħa li jiddeċiedu fuq il-ksur tar-regoli rilevanti tal-konsumatur. L-għadd ta’ kawżi rilevanti għall-2020 huwa baxx (inqas minn ħamsa) fl-IE, fil-FI. Ġiet ipprovduta stima tat-tul medju mill-EL u mir-RO għal ċerti snin.
Illustrazzjoni 21: Il-protezzjoni tal-konsumatur: it-tul medju ta’ deċiżjonijiet amministrattivi mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur fl-2014, 2019 – 2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea man-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur)
(*) DE, LU, AT: ix-xenarju ma huwiex applikabbli minħabba li l-awtoritajiet tal-konsumatur ma għandhomx is-setgħa li jiddeċiedu fuq il-ksur tar-regoli rilevanti tal-konsumatur. Stima tat-tul ta’ żmien medju ngħatat mid-DK, mill-EL, minn FR, mir-RO u mill-FI għal ċerti snin.
– Il-Ħasil tal-flus –
Minbarra li ċċaħħad lill-kriminali minn riżorsi għat-twettiq tal-atti illegali tagħhom, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus hija kruċjali għas-sodezza, l-integrità u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju, il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku (
). Il-ħasil tal-flus jista’ jiskoraġġixxi l-investiment barrani, ifixkel il-flussi tal-kapital internazzjonali u jkollu konsegwenzi negattivi fuq il-prestazzjoni makroekonomika ta’ pajjiż, li jirriżultaw fi tnaqqis tal-benesseri u jieħdu r-riżorsi minn attivitajiet ekonomiċi aktar produttivi (
). Id-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus tirrikjedi li l-Istati Membri jżommu statistika dwar l-effettività tas-sistemi tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (
). F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, intuża kwestjonarju aġġornat sabiex tinġabar data dwar il-fażijiet ġudizzjarji tas-sistemi nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus. L-Illustrazzjoni 22 turi t-tul medju tal-kawżi tal-qorti tal-prim’istanza li jittrattaw reati ta’ ħasil tal-flus.
Illustrazzjoni 22: Il-ħasil tal-flus: it-tul medju tal-kawżi l-qorti fl-2014, 2019 – 2021(*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu)
(*) L-ebda data għall-2021: BE, DE, FR, HR, IT u RO. BG: It-tul ta’ żmien medju tal-kawżi jiġi kkalkulat mill-jum tal-ftuħ tal-kawża tal-qorti sal-jum tad-deċiżjoni tal-qorti f’xhur. PT: il-bażi tad-data ġiet iffiltrata, għal kull kontea ġudizzjarja, skont il-kriterji rilevanti biex tintlaħaq l-informazzjoni relatata mal-fajls dwar il-ħasil tal-flus; fir-rigward tal-għadd medju ta’ jiem, ġew ikkunsidrati d-dati tal-ksur u d-data tad-deċiżjoni finali jew tal-għeluq. CY: Kawżi serji, quddiem l-Assize Court, bħala medja jinstemgħu fi żmien sena. Reat anqas serji, quddiem il-Qrati Distrettwali, jieħdu aktar żmien biex jinstemgħu. SK*: id-data tikkorrispondi għat-tul medju tal-proċedimenti kollha, inkluż fil-qorti tal-appell.
– Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni –
Il-korruzzjoni hija impediment għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, billi tikkawża devjazzjoni tar-riżorsi minn eżiti produttivi, timmina l-effiċjenza tal-infiq pubbliku u tapprofondixxi l-inugwaljanzi soċjali. Din tfixkel il-funzjonament effettiv u bla xkiel tas-suq uniku, toħloq inċertezzi fit-twettiq tan-negozju u żżomm lura l-investiment. Il-korruzzjoni hija wkoll partikolarment kumplessa biex tiġi indirizzata peress li, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira tar-reati, iż-żewġ partijiet involuti f’każ ta’ korruzzjoni jkollhom interess li jżommu s-segretezza dwaru, u dan jikkontribwixxi għal diffikultà ġenerali biex jiġi kkwantifikat id-daqs tal-każijiet ta’ korruzzjoni fi kwalunkwe pajjiż. Il-korruzzjoni hija reat partikolarment serju b’dimensjoni transfruntiera indirizzat fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jista’ jiġi indirizzat b’mod effettiv biss permezz ta’ regoli minimi komuni madwar l-Unjoni Ewropea. Fit-3 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tal-liġi kriminali u komunikazzjoni konġunta dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (
) . Il-proposta għal direttiva taġġorna u tarmonizza r-regoli tal-UE dwar id-definizzjonijiet u l-penali għal reati ta’ korruzzjoni, biex jiġu żgurati standards għoljin kontra l-firxa sħiħa ta’ reati ta’ korruzzjoni (jiġifieri t-tixħim, iżda wkoll il-miżapproprjazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza, l-abbuż mill-funzjonijiet, kif ukoll it-tfixkil tal-ġustizzja u l-arrikkiment illeċitu relatat mar-reat ta’ korruzzjoni) biex tiġi evitata aħjar il-korruzzjoni u biex jittejjeb l-infurzar. F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, ġie żviluppat kwestjonarju ġdid biex tinġabar data dwar it-tul tal-proċedimenti tal-qorti quddiem il-qrati tal-prim’istanza li jittrattaw każijiet ta’ tixħim, li hija ppreżentata fl-Illustrazzjoni 23 hawn taħt(
) .
Illustrazzjoni 23: Korruzzjoni (tixħim): tul medju tal-kawżi l-qorti fl-2021 (*) (prim’istanza/f’jiem) (sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-korruzzjoni)
(*) L-ebda tweġiba dwar din il-mistoqsija minn MT u CY. Għall-BE, l-EE, il-DE, l-IE, il-EL, ES u l-IT, l-għadd eżatt ta’ jiem ma huwiex disponibbli. NL: Iż-żmien medju tal-ipproċessar għas-27 kawża huwa ta’ 443 jum. Madankollu, l-att ta’ akkuża/subpoena f’dan il-punt tat-tluq għadu ma huwiex finali, u spiss il-kawża tkun għadha ma hijiex lesta għall-proċess, u għalhekk tieħu xi żmien qabel ma tiġi appuntata għal seduta. Jekk il-punt tat-tluq ikun l-ewwel seduta u l-punt tat-tmiem ikun id-data tal-verdett finali (minn imħallef tal-prim’istanza), allura ż-żmien medju tal-ipproċessar għall-kawżi msemmija hawn fuq ikun ta’ 100 jum.
3.1.4. Sommarju dwar l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja
|
Sistema tal-ġustizzja effiċjenti timmaniġġja l-volum tal-kawżi u l-kawżi pendenti tagħha u tieħu deċiżjonijiet mingħajr dewmien żejjed. Għalhekk, l-indikaturi ewlenin użati mit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-monitoraġġ tal-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja huma t-tul tal-proċedimenti (iż-żmien stmat jew medju f’jiem meħtieġ sabiex tinqata’ kawża), ir-rata tal-għeluq tal-kawżi (il-proporzjon tal-għadd ta’ kawżi solvuti għall-għadd ta’ kawżi li jidħlu) u l-għadd ta’ kawżi pendenti (li għadhom iridu jiġu indirizzati fi tmiem is-sena).
Data ġenerali dwar l-effiċjenza
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2023 tinkludi data dwar l-effiċjenza li tkopri 10 snin (2012–2021). Dan il-perjodu ta’ żmien jippermetti li jiġu identifikati ċerti xejriet u jqis li ta’ spiss ikun jeħtieġ ħafna żmien sabiex jinħass l-effett tar-riformi tal-ġustizzja.
Id-data mill-2012 sal-2021 f’kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi tiżvela xejriet pożittivi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Wara t-tnaqqis fl-effiċjenza osservat fl-2020, possibbilment minħabba l-pandemija tal-COVID-19, fl-2021 qed naraw ritorn għal-livelli ta’ effiċjenza tal-2019. Dan juri l-effett tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jintroduċu tipi differenti ta’ arranġamenti ta’ ħidma ibridi jew online, sabiex il-qrati jibqgħu jiffunzjonaw minkejja l-pandemija tal-COVID-19 li kienet għaddejja fl-2021.
Jistgħu jiġu osservati żviluppi pożittivi fi wħud mill-Istati Membri li fil-kuntest tas-Semestru Ewropew ġew identifikati bħala li qed jiffaċċjaw sfidi speċifiċi (
).
·Mill-2012, u abbażi tad-data eżistenti għal dawn l-Istati Membri, u minkejja l-pandemija tal-COVID-19, fi 12-il Stat Membru, it-tul tal-proċedimenti tal-qorti tal-prim’istanza fil-kategorija wiesgħa “kawżi kollha” (Illustrazzjoni 5) u fil-kategorija “kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi” (Illustrazzjoni 6) kompla jonqos jew baqa’ stabbli. L-Illustrazzjonijiet 5 u 6 juru tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti għal 10 Stati Membri, f’xi każijiet għal anqas mil-livelli tal-2019. Fil-kawżi amministrattivi (Illustrazzjoni 8), it-tul tal-proċedimenti mill-2012 naqas jew baqa’ stabbli f’madwar sebgħa minn dawn l-Istati Membri. B’mod ġenerali, 15-il Stat Membru raw tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti f’kawżi amministrattivi fl-2021.
·It-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta data dwar it-tul tal-proċedimenti fl-istanzi kollha tal-qorti għall-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi (Illustrazzjoni 7) u għall-kawżi amministrattivi (Illustrazzjoni 9). Id-data turi li f’ħamsa mill-Istati Membri identifikati bħala li jiffaċċjaw sfidi bit-tul tal-proċedimenti fil-qrati tal-prim’istanza, il-qrati ta’ istanzi ogħla jaħdmu b’mod aktar effiċjenti. Madankollu, għal ħames Stati Membri oħra li qed jiffaċċjaw sfidi, it-tul medju tal-proċedimenti fil-qrati ta’ istanzi ogħla huwa saħansitra itwal milli fil-qrati tal-prim’istanza.
·Fil-kategorija wiesgħa “kawżi kollha”, u fil-kategorija tal-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi (Illustrazzjonijiet 10 u 11), l-għadd globali ta’ Stati Membri li fihom ir-rata ta’ għeluq tal-kawżi qabżet il-100 % mis-sena l-oħra, żdied b’mod sinifikanti mill-2020 ’l hawn. Fl-2021, 21 Stat Membru, inklużi dawk li qed jiffaċċjaw sfidi, irrapportaw rata għolja ta’ għeluq tal-kawżi (aktar minn 97 %). Dan ifisser li l-qrati ġeneralment jistgħu jlaħħqu mal-kawżi li jidħlu f’dawn il-kategoriji. F’kawżi amministrattivi (Illustrazzjoni 12), fl-2021, f’10 Stati Membri r-rata ta’ għeluq tal-kawżi baqgħet ġeneralment l-istess bħal fl-2020. Filwaqt li r-rata tal-għeluq tal-kawżi amministrattivi hija ġeneralment aktar baxxa milli għal kategoriji oħra ta’ kawżi, ħames Stati Membri għadhom qed jagħmlu progress. B’mod partikolari, seba’ Stati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi jirrapportaw żieda fir-rata ta’ għeluq tal-kawżi amministrattivi mill-2012 ’l hawn.
·Mill-2012, is-sitwazzjoni baqgħet stabbli jew kompliet titjieb f’ħames Stati Membri li jiffaċċjaw l-aktar sfidi sostanzjali bil-volum ta’ kawżi b’lura tagħhom, irrispettivament mill-kategorija tal-kawżi. Fl-2021, minkejja ż-żieda fin-numru ta’ kawżi pendenti, fl-Istati Membri n-numru ta’ kawżi pendenti fil-kawżi ċivili kif ukoll fil-kawżi kummerċjali kontenzjużi (Illustrazzjoni 14) u fil-kawżi amministrattivi (Illustrazzjoni 15) baqa’ stabbli. Madankollu, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri bi ftit kawżi pendenti u dawk b’għadd kbir ta’ kawżi pendenti.
L-effiċjenza f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE
Id-data dwar it-tul medju tal-proċedimenti f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE (Illustrazzjonijiet 16–23) tipprovdi għarfien dwar il-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja f’tipi konkreti ta’ tilwim relatat man-negozju.
Id-data dwar l-effiċjenza f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni tinġabar abbażi ta’ xenarji ddefiniti b’mod ristrett, u għalhekk l-għadd ta’ kawżi rilevanti jista’ jkun baxx. Madankollu, meta mqabbla mat-tul ikkalkulat tal-proċedimenti ppreżentat fid-data ġenerali dwar l-effiċjenza, dawn l-illustrazzjonijiet jipprevedu tul medju reali tal-kawżi kollha rilevanti f’oqsma speċifiċi f’sena. Ta’ min jinnota li l-Istati Membri li ma jidhrux li qegħdin jiffaċċjaw sfidi abbażi tad-data ġenerali dwar l-effiċjenza jirrapportaw tul medju ta’ kawżi ferm itwal f’oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE. Fl-istess ħin, it-tul tal-proċedimenti f’oqsma speċifiċi differenti jista’ wkoll ivarja b’mod konsiderevoli fl-istess Stat Membru.
Illustrazzjoni oħra introdotta din is-sena tiffoka fuq it-tul tal-proċedimenti kriminali, b’mod partikolari dawk li jinvolvu t-tixħim, li tiżvela l-livell ta’ effiċjenza f’dak il-qasam tad-dritt tal-Unjoni.
Fl-aħħar nett, it-Tabella ta’ valutazzjoni tal-2023 tibni fuq l-effiċjenza tal-katina ġenerali tal-infurzar. Pereżempju, fil-kawżi tad-dritt tal-kompetizzjoni, hemm ċart li tiffoka fuq it-tul tal-proċedimenti quddiem l-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni u tal-isħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet ta’ din l-awtorità. Dan huwa importanti għal ambjent pożittiv ta’ negozju u investiment, billi tiġi żgurata riżoluzzjoni f’waqtha tal-kawżi u l-infurzar tad-drittijiet.
L-illustrazzjonijiet għal oqsma speċifiċi tad-dritt tal-UE juru x-xejriet li ġejjin.
·Għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ kawżi dwar il-kompetizzjoni (Illustrazzjoni 16), billi l-volum kumplessiv ta’ kawżi ffaċċjat mill-qrati madwar l-UE żdied, it-tul tal-istħarriġ ġudizzjarju naqas jew baqa’ stabbli f’erba’ Stati Membri, filwaqt li żdied f’sebgħa. Minkejja x-xejra kemxejn pożittiva, sitt Stati Membri rrapportaw tul medju ta’ aktar minn 1 000 jum fl-2021. Għall-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, seba’ Stati Membri rrapportaw li l-proċedimenti ħadu inqas minn 1 000 jum. Fost l-Istati Membri msemmija li jesperjenzaw kwistjonijiet b’effiċjenza fl-istħarriġ ġudizzjarju tal-kawżi ta’ kompetizzjoni, tlieta huma fost l-aktar effiċjenti fir-rigward tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.
·Għall-komunikazzjonijiet elettroniċi (Illustrazzjoni 18), il-volum tal-kawżi li ffaċċjaw il-qrati naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti, u dan kompla x-xejra pożittiva rigward it-tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti osservata fl-2020. Fl-2021, 13-il Stat Membru rreġistraw tnaqqis fit-tul medju tal-proċedimenti jew iċ-ċifri baqgħu stabbli, meta mqabbla mal-2020, bi tnejn biss juru żieda.
·Għall-kawżi ta’ ksur tat-trademark tal-UE (Illustrazzjoni 19), il-volum globali ta’ kawżi naqas fl-2021. Madankollu, filwaqt li disa’ Stati Membri rnexxielhom ilaħħqu aħjar mal-volum ta’ kawżi tagħhom, billi rreġistraw tul iqsar jew stabbli tal-proċedimenti, tnejn raw żieda ċara fit-tul medju tal-proċedimenti.
·Fil-qasam tad-dritt tal-UE dwar il-konsumatur, jista’ jidher l-effett possibbli kkombinat tal-katina ta’ eżekuzzjoni li tikkonsisti kemm fi proċedimenti ta’ stħarriġ ġudizzjarju kif ukoll amministrattivi (Illustrazzjonijiet 20 u 21). Fl-2021, ħames Stati Membri rrapportaw li l-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur tagħhom bħala medja ħadu inqas minn tliet xhur sabiex joħorġu deċiżjoni f’kawża koperta mid-dritt tal-UE dwar il-konsumatur, filwaqt li f’disa’ Stati Membri oħra ħadu aktar minn sitt xhur. Fejn id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur ġew ikkontestati fil-qorti, fl-2021 ix-xejriet fit-tul tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni amministrattiva varjaw, b’żidiet f’seba’ Stati Membri u tnaqqis f’sitta oħra meta mqabbla mal-2020. F’żewġ Stati Membri, it-tul medju tal-istħarriġ ġudizzjarju għadu ta’ aktar minn 1 000 jum.
·Miżuri effettivi kontra l-ħasil tal-flus huma kruċjali sabiex tiġi protetta s-sistema finanzjarja, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u sabiex jiġu preklużi konsegwenzi ekonomiċi negattivi. Proċedimenti tal-qorti li jieħdu wisq fit-tul jistgħu jfixklu l-kapaċità tal-UE li tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus/tnaqqas l-effettività tal-isforzi f’dan il-qasam. L-Illustrazzjoni 22 tippreżenta data aġġornata dwar it-tul tal-proċedimenti ġudizzjarji li jittrattaw reati ta’ ħasil tal-flus. Din turi li, filwaqt li fi 15-il Stat Membru l-proċedimenti tal-qorti tal-prim’istanza jieħdu medja ta’ sena, dawn jieħdu medja ta’ sentejn f’seba’ Stati Membri, u f’żewġ Stati Membri jieħdu sa medja ta’ 3,5 snin (
).
·Il-korruzzjoni hija reat partikolarment serju b’dimensjoni transfruntiera. Din għandha konsegwenzi ekonomiċi negattivi u tista’ tiġi indirizzata b’mod effettiv biss permezz ta’ regoli minimi komuni madwar l-UE. It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ din is-sena tippreżenta l-ewwel sett ta’ illustrazzjonijiet dwar it-tul tal-proċedimenti ġudizzjarji li jittrattaw każijiet ta’ tixħim. L-Illustrazzjoni 23 turi livelli differenti ta’ disponibbiltà tad-data fost l-Istati Membri, u differenzi fit-tul medju tal-proċedimenti quddiem il-qrati kriminali tal-prim’istanza. Fi 12-il Stat Membru, il-proċedimenti jiġu konklużi bejn wieħed u ieħor fi żmien sena, filwaqt li fil-ħamsa l-oħra li jifdal fejn id-data hija disponibbli, il-proċedimenti jistgħu jdumu sa madwar erba’ snin. B’mod ġenerali, il-kumplessità tal-prosekuzzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet għar-reati ta’ tixħim tirrifletti n-natura serja tar-reat, li hija riflessa wkoll fit-tul tal-proċedimenti.
|
3.2. Il-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja
Ma hemmx mod wieħed ta’ kif titkejjel il-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2023 tkompli teżamina fatturi li ġeneralment huma aċċettati bħala rilevanti sabiex titjieb il-kwalità tal-ġustizzja. Dawn jaqgħu f’erba’ kategoriji:
1) l-aċċessibbiltà tal-ġustizzja għaċ-ċittadini u għan-negozji;
2) ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati;
3) l-implimentazzjoni ta’ għodod għall-valutazzjoni;
4) id-diġitalizzazzjoni.
3.2.1. Aċċessibbiltà
L-aċċessibbiltà hija meħtieġa matul il-katina kollha tal-ġustizzja sabiex tippermetti lin-nies jiksbu informazzjoni rilevanti – dwar is-sistema tal-ġustizzja, kif jippreżentaw talba u l-aspetti finanzjarji relatati, is-sitwazzjoni attwali tal-proċedimenti sat-tmiem tagħhom – u sabiex is-sentenza tiġi aċċessata online.
– Għajnuna legali, tariffi tal-qorti u l-onorarji legali–
L-ispiża tal-litigazzjoni hija fattur ewlieni għall-aċċess għall-ġustizzja. Spejjeż għoljin ta’ litigazzjoni, inklużi t-tariffi tal-qorti (
) u l-onorarji legali (
), jistgħu jfixklu l-aċċess għall-ġustizzja. L-ispejjeż tal-litigazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali ma humiex armonizzati fil-livell tal-UE. Dawn huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u, għalhekk, ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor.
L-aċċess għall-għajnuna legali huwa dritt fundamentali minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (
). Dan jippermetti aċċess għall-ġustizzja għal dawk in-nies li ma jkunux jistgħu jġarrbu jew iħallsu bil-quddiem l-ispejjeż ta’ litigazzjoni. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jagħtu l-għajnuna legali abbażi tal-introjtu tal-applikant (
).
L-Illustrazzjoni 24 turi d-disponibbiltà ta’ għajnuna legali sħiħa jew parzjali f’kawża speċifika ta’ konsumatur li tinvolvi talba ta’ EUR 6 000. Din tqabbel il-livelli limiti ta’ introjtu għall-għoti ta’ għajnuna legali, espressi bħala perċentwal tal-livell limitu tal-faqar tal-Eurostat f’kull Stat Membru (
). Pereżempju, jekk il-livell limitu għall-għajnuna legali jidher li huwa ta’ 20 %, dan ifisser li applikant b’introjtu ta’ 20 % aktar mil-livell limitu tal-faqar tal-Eurostat għall-Istat Membru tiegħu xorta jkun eliġibbli għall-għajnuna legali. Madankollu, jekk il-livell limitu għall-għajnuna legali jidher li huwa taħt iż-żero (0), dan ifisser li persuna b’introjtu taħt il-livell limitu tal-faqar tista’ ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna legali.
Disa’ Stati Membri jħaddmu sistema ta’ għajnuna legali li tipprevedi kopertura ta’ 100 % tal-ispejjeż marbuta mal-litigazzjoni (għajnuna legali sħiħa), ikkomplementata minn sistema li tkopri spejjeż parzjali (għajnuna legali parzjali), b’din tal-aħħar tapplika kriterji ta’ eliġibbiltà differenti minn dik ta’ qabel. Għaxar Stati Membri jħaddmu biss sistema ta’ għajnuna legali sħiħa jew parzjali. Fi tliet Stati Membri, il-qrati għandhom diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ għajnuna legali.
Illustrazzjoni24: Livell limitu tal-introjtu għall-għajnuna legali f’kawża speċifika ta’ konsumatur, 2022 (*) (id-differenzi f’% mil-livell limitu tal-faqar tal-Eurostat) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mal-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE) (
))
(*) Il-kalkoli huma bbażati fuq il-valuri tal-limitu tar-riskju ta’ faqar (AROP) tal-2021. BE, DE, ES, FR, HR, IE, IT, LT, LU, NL, SI, SK, FI: l-għajnuna legali trid tqis ukoll l-assi disponibbli tal-applikant. l-EE: id-deċiżjoni li tingħata għajnuna legali ma hijiex ibbażata fuq il-livell tar-riżorsi finanzjarji tal-applikant. EL: Il-benefiċjarju tal-għajnuna legali huwa l-persuna li l-introjtu annwali kapitali tagħha ma jaqbiżx iż-2/3 tas-salarji annwali l-aktar baxxi kif previst mil-leġiżlazzjoni eżistenti.
21 Stat Membru jirrikjedu li l-partijiet iħallsu tariffa tal-qorti meta jibdew proċedimenti ġudizzjarji. Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali spiss ikunu eżentati milli jħallsu t-tariffi tal-qorti. Huwa biss f’sitt Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Polonja u s-Slovenja) li l-benefiċjarji tal-għajnuna legali ma humiex awtomatikament eżenti milli jħallsu t-tariffi tal-qorti. Fiċ-Ċekja, il-qorti tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ jekk teżentax lil benefiċjarju tal-għajnuna legali milli jħallas it-tariffi tal-qrati. Fil-Lussemburgu, il-partijiet fil-kawża li jibbenefikaw minn għajnuna legali ma għandhomx għalfejn iħallsu t-tariffi tal-uffiċjal ġudizzjarju. L-Illustrazzjoni 25 tqabbel, f’żewġ xenarji, il-livell tat-tariffa tal-qorti ppreżentat bħala sehem tal-valur tat-talba. Jekk, pereżempju, fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt, it-tariffa tal-qorti tidher bħala 10 % ta’ talba ta’ EUR 6 000, il-konsumatur ikollu jħallas tariffa tal-qorti ta’ EUR 600 sabiex jibda l-proċedimenti ġudizzjarji. It-talba b’valur baxx hija bbażata fuq il-livell limitu tar-rata ta’ riskju ta’ faqar tal-Eurostat (AROP) għal kull Stat Membru.
Illustrazzjoni 25: It-tariffa tal-qorti sabiex jinbdew proċedimenti ġudizzjarji f’kawża speċifika ta’ konsumatur, 2022 (*) (l-ammont ta’ tariffa tal-qorti bħala proporzjon tal-valur tat-talba) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mal-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE) (
))
(*) Il-kalkoli huma bbażati fuq il-valuri tal-limitu tar-riskju ta’ faqar (AROP) tal-2021. “Talba ta’ valur baxx” hija talba li tikkorrispondi għal-livell limitu tal-faqar tal-Eurostat għal persuna mhux miżżewġa f’kull Stat Membru, ikkonvertita f’introjtu fix-xahar (pereżempju fl-2021, dan il-valur kien ivarja bejn EUR 242 fir-RO sa EUR 2 124 fil-LU). L-EE, il-PT: L-ebda data dwar it-tariffa tal-qorti għal talba ta’ valur baxx. NL: Il-valuri tat-tariffi tal-qorti jikkorrispondu għal parti f’kawża b’inqas minn introjtu annwali ta’ EUR 29 400.
– Aċċess għal metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim –
L-Illustrazzjoni 26 turi l-isforzi tal-Istati Membri sabiex jippromwovu l-użu volontarju ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim (ADR) b’inċentivi speċifiċi. Dawn jistgħu jvarjaw skont il-qasam tal-liġi (
).
Illustrazzjoni26: Il-promozzjoni ta’ metodi ADR u inċentivi għall-użu tagħhom, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 68 punti. Indikaturi aggregati abbażi tal-indikaturi li ġejjin: 1) sit web li jipprovdi informazzjoni dwar l-ADR; 2) kampanji ta’ reklamar fuq il-media; 3) fuljetti għall-pubbliku ġenerali; 4) l-għoti mill-qorti ta’ sessjonijiet speċifiċi ta’ informazzjoni dwar l-ADR fuq talba; 5) koordinatur tal-qorti għall-ADR/medjazzjoni; 6) pubblikazzjoni tal-evalwazzjonijiet dwar l-użu tal-ADR; 7) pubblikazzjoni tal-istatistika dwar l-użu tal-ADR; 8) kopertura parzjali jew sħiħa mill-għajnuna legali tal-ispejjeż imġarrba mill-ADR; 9) rifużjoni sħiħa jew parzjali tat-tariffi tal-qorti, inklużi t-taxxi tal-boll, jekk l-ADR tirnexxi; 10) l-ebda rekwiżit għal avukat għall-proċeduri tal-ADR; 11) l-imħallef jista’ jaġixxi bħala medjatur; 12) ftehim milħuq mill-partijiet isir eżegwibbli mill-qorti; 13) il-possibbiltà li jinbdew proċedimenti/tiġi ppreżentata talba u tiġi ppreżentata evidenza dokumentarja online; 14) il-partijiet jistgħu jiġu informati dwar il-bidu u l-passi differenti tal-proċeduri b’mod elettroniku; 15) il-possibbiltà ta’ ħlas online tat-tariffi applikabbli; 16) l-użu tat-teknoloġija (applikazzjonijiet ta’ intelliġenza artifiċjali, chat bots) sabiex jiġu ffaċilitati s-sottomissjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim; u 17) mezzi oħra. Għal kull wieħed minn dawn is-17-il indikatur, ingħata punt wieħed għal kull qasam tad-dritt. IE: il-kawżi amministrattivi jaqgħu taħt il-kategorija tal-kawżi ċivili u kummerċjali. EL: l-ADR teżisti fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku quddiem il-qrati amministrattivi tal-appell. ES: l-ADR hija obbligatorja fil-kawżi dwar il-liġi tax-xogħol. PT: għat-tilwim ċivili/kummerċjali, it-tariffi tal-qorti jiġu rifużi biss fil-każ tal-kummissarji tal-ġustizzja. SK: l-ordni ġuridiku Slovakk ma jappoġġax l-użu tal-ADR għal skopijiet amministrattivi. FI: it-tilwim dwar il-konsumaturi u x-xogħol jitqies ukoll bħala kawżi ċivili. SE: l-imħallfin għandhom diskrezzjoni proċedurali dwar l-ADR. It-tfittxija ta’ ftehim bonarju dwar it-tilwima hija kompitu obbligatorju għall-imħallef sakemm dan ma jkunx xieraq minħabba n-natura tal-kawża.
– Arranġamenti speċifiċi għall-aċċess għall-ġustizzja –
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2022 ppreżentat illustrazzjoni ddedikata dwar arranġamenti speċifiċi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ugwali għall-ġustizzja tal-persuni b’diżabilità. Din l-edizzjoni tesplora aktar fil-fond ta’ għażla ta’ arranġamenti speċifiċi li jiffaċilitaw l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għall-persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni b’mod ġenerali u żewġ gruppi speċifiċi: persuni akbar fl-età u vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa u vjolenza domestika.
Iż-żewġ illustrazzjonijiet ta’ hawn taħt juru x’passi ħa kull Stat Membru biex jiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja għall-gruppi rispettivi. L-Illustrazzjoni 27 turi għażla ta’ arranġamenti speċifiċi fir-rigward ta’ persuni li huma f’riskju ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll ta’ persuni akbar fl-età. Dawn huma, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà tal-informazzjoni f’formati aċċessibbli, l-iżgurar ta’ aċċess fiżiku għall-bini tal-qorti u għall-kmamar tal-qorti, jew l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi ta’ ugwaljanza fi proċedimenti ġudizzjarji f’isem il-vittma jew b’appoġġ tal-vittma(i).
Illustrazzjoni 27: Arranġamenti speċifiċi għall-aċċess għall-ġustizzja ta’ persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni u ta’ persuni akbar fl-età, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
L-Illustrazzjoni 28 turi l-isforz tal-Istati Membri biex jipproteġu u jappoġġaw lill-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa/vjolenza domestika
u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja. L-aċċess għall-ġustizzja għandu rwol importanti fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Rispons tal-ġustizzja koordinat u integrat jikkontribwixxi għas-sikurezza u l-benesseri tal-vittmi u għall-prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni mill-ġdid.
Illustrazzjoni 28: Arranġamenti speċifiċi għall-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa/vjolenza domestika, 2022 (*) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea (
) )
- Għażla ta’ setgħat ta’ korpi tal-ugwaljanza biex jgħinu lill-vittmi tad-diskriminazzjoni jaċċessaw il-ġustizzja -
Għall-ewwel darba, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn għażla ta’ setgħat speċifiċi tal-korpi tal-ugwaljanza biex jassistu lill-vittmi tad-diskriminazzjoni jaċċessaw il-ġustizzja. L-Illustrazzjoni 29 hawn taħt turi liema setgħat il-korp(i) tal-ugwaljanza – jew f’ċerti każijiet korpi speċifiċi oħra – għandhom f’kull Stat Membru biex isolvu każijiet ta’ diskriminazzjoni. Dawn huma, fost l-oħrajn, li joffru lill-partijiet il-possibbiltà li jfittxu soluzzjoni alternattiva għat-tilwima tagħhom (pereżempju proċeduri ta’ medjazzjoni jew konċiljazzjoni), li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti f’kawżi ta’ diskriminazzjoni, li jaġixxu fil-qorti f’kawżi ta’ diskriminazzjoni jew f’isem il-vittmi jew f’isimhom stess, jew li jissottomettu osservazzjonijiet lill-qorti bħala amicus curiae jew espert f’kawżi ta’ diskriminazzjoni. L-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat fil-prattika jvarja skont l-Istat Membru.
Illustrazzjoni 29: Setgħat magħżula ta’ korpi tal-ugwaljanza biex jgħinu lill-vittmi tad-diskriminazzjoni jaċċessaw il-ġustizzja, 2022 (*) (sors: informazzjoni miġbura bbażata fuq data miġbura mill-Equinet (in-network Ewropew tal-korpi tal-ugwaljanza), mill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u min-Network Ewropew ta’ esperti legali)
(*) Tikka tfisser li mill-inqas korp wieħed tal-ugwaljanza fl-Istat Membru għandu s-setgħa rilevanti. F’xi Stati Membri, is-setgħat studjati huma eżerċitati minn entità oħra għajr il-korp tal-ugwaljanza, f’liema każ it-tabella ma fihiex tikka. BG: Skont l-Att 15/2022, adottat fit-12 ta’ Lulju 2022.CZ: Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet għandu s-setgħa li jaġixxi bħala amicus curiae biss quddiem il-qorti kostituzzjonali. Ma għandux is-setgħa formalment li jissottometti osservazzjoni quddiem il-qrati li jiddeċiedu dwar kawżi ta’ diskriminazzjoni. ES: Skont il-Ley 15/2022, adottata fit-12 ta’ Lulju 2022, iżda li għadha ma ġietx implimentata kompletament.
– Il-kontroll ġudizzjarju fuq l-amministrazzjoni pubblika f’xenarji relatati man-negozju –
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tkompli tiżviluppa l-ħarsa ġenerali lejn għażla ta’ salvagwardji legali fir-rigward ta’ atti jew ommissjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi f’xenarji relatati man-negozju
, li bdiet fl-edizzjoni tal-2022 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni. Is-salvagwardji rilevanti jinkludu r-rieżami tal-qorti ta’ deċiżjonijiet amministrattivi u miżuri interim, jew il-possibbiltà għal kumpens finanzjarju fil-każ ta’ silenzju amministrattiv jew deċiżjoni infondata. Dawn kollha jikkontribwixxu għall-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja, ta’ rilevanza partikolari għall-ambjent tan-negozju u tal-investiment u għall-funzjonament tas-suq uniku.
Illustrazzjoni 30: Salvagwardji legali rigward id-deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet amministrattivi, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) “●”: Il-forma speċifika ta’ responsabbiltà tal-Istat hija rikonoxxuta taħt ir-reġim legali tal-Istat Membru u ġiet applikata fil-prattika f’mill-inqas kawża waħda tal-qorti f’dawn l-aħħar għaxar snin; “○”: Il-forma speċifika ta’ responsabbiltà tal-Istat hija rikonoxxuta taħt ir-reġim legali tal-Istat Membru iżda ma ġietx applikata fil-prattika f’mill-inqas kawża waħda tal-qorti f’dawn l-aħħar għaxar snin. Kaxxa vojta ma għandhiex tinftiehem bħala dikjarazzjoni relatata mal-eżistenza ta’ rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni. FR: Filwaqt li b’mod ġenerali, is-silenzju amministrattiv ifisser approvazzjoni taċita, f’ċerti każijiet eċċezzjonali elenkati mil-liġi, dan ifisser rifjut taċitu. SK: Il-Qorti tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva fuq proposta fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Referenzi nazzjonali għal kawżi li jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istat f’każ ta’ ksur tad-dritt tal-UE b’deċiżjoni tal-qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza (Köbler): CZ: Jistgħu jeżistu kawżi li jistabbilixxu tali responsabbiltà tal-Istat. F’diversi kawżi li jikkonċernaw tali responsabbiltà tal-Istat, il-Qorti Suprema rreferiet il-kawża lura għall-prim’istanza għal seduta ġdida iżda r-riżultati tal-proċediment il-ġdid ma humiex disponibbli għall-pubbliku (ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Suprema tas-26 ta’ Lulju 2019, Nru 30 Cdo 3856/2017, ECLI:CZ:NS:2019:30.CDO.3856.2017.1); DK: Il-bażi legali għat-talbiet għal kumpens finanzjarju jkollha tinstab fil-prinċipji legali normali Daniżi, - jiġifieri dwar il-prinċipju ta’ “culpa” - li jirrikjedi li l-kumpanija, fost l-oħrajn, tipprovdi prova tar-responsabbiltà. F’ċerti każijiet eċċezzjonali ta’ silenzju amministrattiv fejn in-nuqqas ta’ azzjoni jitqies bħala ommissjoni illegali, awtorità fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-Istat tista’ tordna lill-muniċipalitajiet biex jaġixxu. EE: Is-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Estonja (20.05.2022) tal-Awla Amministrattiva tal-Qorti Suprema fil-Kawża amministrattiva Nru 3-20-1684; EL: Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Istat tal-plenarja 799-803/2021; ES: Is-sentenza tal-Udjenza Nazzjonali 415/2009 – Sentencia de la Audiencia Nacional AN 415/2009 - ECLI:ES:AN:2009:415, Audiencia Nacional. Sala de lo Contencioso. Sección:3 10/02/2009, Nº de Recurso:553/2007; FR: Tribunal administratif de Paris, 21 ta’ April 2021, Nru 1823994; HU : Kúria, Pfv. III. 22.112/2012/13. (duttrina kkonfermata, talba miċħuda) Kúria,Pfv.III.21.591/2013/5; NL: ECLI:NL:HR:2018:2396, ECLI:NL:RBDHA:2021:15447, ECLI:NL:HR:2018:2396; FI : KKO2013:58; ir-responsabbiltà tal-Istat fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-UE minn atti leġiżlattivi jew amministrattivi (Brasserie du Pêcheur): BE: Civ. FR. Brussell (4ème ch.) 17 ta’ Ġunju 2021. Id-Deċiżjoni tad-09.03.2021 tal-Qorti tal-Appell ta’ Brussell (Fernand Ullens de Schooten vs l-Istat Belġjan); BG: Is-sentenza Nru 16 tat-2.03.2021 tal-SCC fil-Kawża Nru 1914/2020; CZ: Jistgħu jeżistu kawżi li jistabbilixxu tali responsabbiltà tal-Istat. Pereżempju, f’diversi kawżi li jikkonċernaw tali responsabbiltà tal-Istat, il-Qorti Suprema rreferiet il-kawża lura għall-prim’istanza għal seduta ġdida iżda r-riżultati tal-proċediment il-ġdid ma humiex disponibbli għall-pubbliku (ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Suprema tal-25 ta’ April 2018, Nru 30 Cdo 1945/2016, ECLI:CZ:NS:2018:30.CDO.1945.2016.1); EE: Is-sentenza tal-31.10.2017 tal-Qorti taċ-Ċirkwit ta’ Tallinn f’kawża amministrattiva Nru 3-13-366; IE: Ogieriakhi vs MJE et (Kawża C-244/13); EL: Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Istat 607/2016, 4403/2015; ES: Il-Qorti Suprema, is-Sezzjoni Amministrattiva, is-sentenza tas-26 ta’ Mejju 2021, rikors nru 352/2019, ECLI:ES:TS:2021: 2143; Il-Qorti Suprema, is-Sezzjoni Amministrattiva, is-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2021, rikors nru 3409/2016, ECLI:ES:TS: 2021:4019; FR: TA Rouen, 28 ta’ Ġunju 2022, Nru 2001360; TA Clermont-Ferrand, 14 ta’ Diċembru, 2021, nru 2000090 (ħames kawżi differenti); TA Poitiers, 26 ta’ Novembru 2020, Nru 1901176; CAA Versailles, 24 ta’ Novembru 2020, IP Celimo SAS, Nru 15VE02812); IT: Il-Qorti Suprema Taljana (il-Qorti tal-Kassazzjoni), is-Sezzjoni III, 24.11.2020 Nru 26757 u l-Qorti tal-Kassazzjoni, 29.9. 2021 nru 26302; il-Qorti tal-Kassazzjoni, is-Sezzjonijiet Magħquda, 23.6.2022, Nru 20278; il-Qorti tal-Kassazzjoni, is-Sezzjoni III, 13.5.2020 Nru 8889, il-Qorti tal-Kassazzjoni, is-Sezzjoni I, 30.10.2018, nru 27690; il-Qorti tal-Kassazzjoni, is-Sezzjoni III, 16.10.2020, Nru 22631; HU: Fővárosi Ítélőtábla, 3. Pf. 20.182/2014/2. Fővárosi Ítélőtábla, 5.Pf.21.081/2016/6. Fővárosi Ítélőtábla Pf. 21.340/2017/5.3. Fővárosi Ítélőtábla Pf.20.602/2017/5/II; MT: Daniel James Cassar vs. Direttur tas-Saħħa Istituzzjonali et; In-NL: ECLI:NL:GHDHA:2013:3791 (cassatieberoep: ECLI:NL:HR:2015:2722 en ECLI:NL:HR:2015:2723); ECLI:NL:RVS:2020:898, ECLI:NL:RVS:2020:899, ECLI:NL:RVS:2020:900 u ECLI: NL:RVS:2020:901; ECLI:NL:HR:2018:1973; ECLI:NL:GHDHA:2013:3791.
– Ġustizzja adattata għat-tfal –
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tkompli l-analiżi tal-ġustizzja adattata għat-tfal. L-Illustrazzjoni 31 tħares lejn l-arranġamenti speċifiċi disponibbli meta minuri jkun involut bħala vittma jew bħala persuna suspettata/akkużata.
Illustrazzjoni 31: Arranġamenti speċifiċi għal proċedimenti adattati għat-tfal bi tfal involuti bħala vittmi jew suspettati jew bħala persuni akkużati, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Tfal: il-persuni li għandhom taħt it-18-il sena.
3.2.2. Riżorsi
Riżorsi suffiċjenti, li jinkludu l-investimenti neċessarji fl-infrastruttura fiżika u teknika, u persunal tal-kategoriji kollha li huwa kwalifikat sew, imħarreġ u mħallas b’mod adegwat, huma neċessarji sabiex is-sistema tal-ġustizzja tkun tista’ taħdem kif suppost. Mingħajr faċilitajiet adegwati, għodod jew persunal bil-kwalifiki u bil-ħiliet meħtieġa u b’aċċess għal taħriġ kontinwu, il-kwalità tal-proċedimenti u tad-deċiżjonijiet ikunu f’riskju.
– Riżorsi finanzjarji –
L-illustrazzjonijiet ta’ hawn taħt juru n-nefqa reali tal-gvern fuq it-tħaddim tas-sistema tal-ġustizzja (ħlief għall-ħabsijiet), kemm għal kull abitant (Illustrazzjoni 32) kif ukoll bħala sehem mill-prodott domestiku gross (PDG) (Illustrazzjoni 33).
Illustrazzjoni 32: In-nefqa totali tal-gvern ġenerali fuq il-qrati f’EUR għal kull abitant fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (sors: il-Eurostat)
(*) L-Istati Membri huma f’ordni skont in-nefqa tagħhom fl-2021 (mill-ogħla sal-anqas). Filwaqt li sar sforz sinifikanti sabiex tiġi armonizzata r-reġistrazzjoni tal-miżuri tal-gvern biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19, għadha ma ntlaħqitx armonizzazzjoni sħiħa tad-data għas-snin ta’ referenza 2020 u 2021. Il-probabbiltà ta’ reviżjonijiet futuri hija għalhekk ogħla mis-soltu u d-data tal-UE u taż-żona tal-euro hija provviżorja għall-2021. Barra minn hekk, id-data għal snin oħrajn hija provviżorja għall-DE, ES, FR u l-PT.
Illustrazzjoni 33: In-nefqa totali tal-gvern ġenerali fuq il-qrati bħala perċentwal tal-PDG fl-2012, fl-2019 – 2021 (*) (sors: il-Eurostat)
(*) L-Istati Membri huma f’ordni skont in-nefqa tagħhom fl-2020 (mill-ogħla sal-anqas). Filwaqt li sar sforz sinifikanti sabiex tiġi armonizzata r-reġistrazzjoni tal-miżuri tal-gvern biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19, għadha ma ntlaħqitx armonizzazzjoni sħiħa tad-data għas-snin ta’ referenza 2020 u 2021. Il-probabbiltà ta’ reviżjonijiet futuri hija għalhekk ogħla mis-soltu u d-data tal-UE u taż-żona tal-euro hija provviżorja għall-2021. Barra minn hekk, id-data għal snin oħrajn hija provviżorja għall-DE, ES, FR u l-PT.
L-Illustrazzjoni 34 tippreżenta l-proporzjon tas-salarji annwali tal-imħallfin u tal-prosekuturi meta mqabbla mas-salarju annwali medju fil-pajjiż. Għal kull pajjiż, l-ewwel żewġ kolonni jippreżentaw is-salarji tal-imħallfin u tal-prosekuturi fil-bidu tal-karrieri rispettivi tagħhom, u fil-quċċata tagħhom. Bis-saħħa tal-Artikolu 19(1) tat-TUE, l-Istati Membri jridu jiżguraw li kemm il-qrati tagħhom b’mod ġenerali kif ukoll l-imħallfin individwali jkunu indipendenti fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Filwaqt li t-tnaqqis temporanju fir-remunerazzjoni fil-kuntest tal-miżuri ta’ awsterità ma ġiex ikkunsidrat bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat li l-livell ta’ rimunerazzjoni li jirċievu l-membri tal-ġudikatura jmur lil hinn mill-importanza tal-funzjonijiet imwettqa u jikkostitwixxi garanzija essenzjali ta’ indipendenza ġudizzjarja(
).
Illustrazzjoni 34: Proporzjon tas-salarji annwali tal-imħallfin u tal-prosekuturi b’salarju gross medju annwali fil-pajjiż fl-2021 (*) (għal kull 100 000 abitant) (sors: Studju tal-Kummissjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ))
– Ir-riżorsi umani –
Riżorsi umani adegwati huma essenzjali għall-kwalità ta’ sistema ġudizzjarja. Id-diversità fost l-imħallfin, inkluż il-bilanċ bejn is-sessi, iżżid l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kumplimentari u tirrifletti r-realtà tas-soċjetà.
Illustrazzjoni 35: L-għadd ta’ mħallfin, 2012, 2019 – 2021 (*) (għal kull 100 000 abitant) (sors: Studju tal-Kummissjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ))
(*) Din il-kategorija tikkonsisti minn imħallfin li jaħdmu fuq bażi full-time, f’konformità mal-metodoloġija tas-CEPEJ. Dan ma jinkludix ir-Rechtspfleger/l-iskrivani tal-qorti li hemm f’ċerti Stati Membri. AT: id-data dwar il-ġustizzja amministrattiva ilha tiġi introdotta fid-data mill-2016. EL: sa mill-2016, id-data fuq l-għadd ta’ mħallfin professjonali tinkludi l-gradi kollha għall-ġustizzja kriminali u ċivili kif ukoll l-imħallfin amministrattivi. IT: Il-kummissjonijiet tal-awditjar reġjonali, il-kummissjonijiet tat-taxxa lokali, u l-qrati militari ma humiex ikkunsidrati. Il-ġustizzja amministrattiva ilha titqies sa mill-2018.
Illustrazzjoni36: Proporzjon ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema professjonali nisa 2020 – 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Id-data hija mqassma skont il-valuri tal-2022, mill-ogħla sal-anqas. MT: L-ebda mara fl-ogħla qorti fl-2020.
Illustrazzjoni 37: Għadd ta’ avukati, 2012, 2019 – 2021 (*) (għal kull 100 000 abitant) (sors: Studju tal-Kummissjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ))
(*) F’konformità mal-metodoloġija tas-CEPEJ, avukat huwa persuna kkwalifikata u awtorizzata mil-liġi nazzjonali sabiex tippreżenta sottomissjonijiet u taġixxi f’isem il-klijenti tagħha; biex tinvolvi ruħha fil-prattika tal-liġi; biex tidher quddiem il-qrati jew tagħti pariri u tirrappreżenta lill-klijenti tagħha fi kwistjonijiet legali (ir-Rakkomandazzjoni Rec (2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat). DE: ma ssir l-ebda distinzjoni bejn gruppi differenti ta’ avukati fil-Ġermanja, bħal bejn solicitors jew barristers. FI: sa mill-2015, l-għadd ta’ avukati pprovduti jinkludi kemm l-għadd ta’ avukati li jaħdmu fis-settur privat kif ukoll l-għadd ta’ avukati li jaħdmu fis-settur pubbliku.
– Taħriġ –
It-taħriġ ġudizzjarju jikkontribwixxi ħafna għall-kwalità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u għas-servizz tal-ġustizzja pprovdut liċ-ċittadini. Id-data stabbilita hawn taħt tkopri t-taħriġ ġudizzjarju fil-komunikazzjoni mal-partijiet u dwar il-media soċjali.
Illustrazzjoni38: Disponibbiltà ta’ taħriġ fil-komunikazzjoni għall-imħallfin, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 12 punti. L-Istati Membri ngħataw punt wieħed jekk għandhom taħriġ inizjali u punt wieħed jekk għandhom taħriġ kontinwu (massimu ta’ żewġ punti għal kull tip ta’ taħriġ) fis-suġġetti murija hawn fuq.
3.2.3. Għodod ta’ valutazzjoni
Evalwazzjoni regolari tista’ tagħmel is-sistema tal-ġustizzja aktar reattiva għall-isfidi attwali u futuri, u b’hekk ittejjeb il-kwalità tagħha. L-istħarriġ (Illustrazzjoni 39) huwa essenzjali sabiex jiġi vvalutat kif is-sistemi tal-ġustizzja joperaw mill-perspettiva tal-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u tal-utenti tal-qrati.
Illustrazzjoni39: Suġġetti tal-istħarriġ imwettaq fost l-utenti tal-qrati jew l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja, 2021 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) L-Istati Membri ngħataw punt wieħed għal kull suġġett tal-istħarriġ indikat irrispettivament minn jekk l-istħarriġ twettaqx fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-qrati. “Suġġetti oħra” kienu jinkludu l-impatt tal-COVID-19, kif jiġi mminimizzat it-tfixkil għall-qorti u l-espansjoni ta’ links tal-vidjow bħala soluzzjoni (l-IE), is-sodisfazzjon tal-vittmi ta’ reati kriminali li jużaw l-uffiċċji ta’ assistenza għall-vittmi tal-qrati ġudizzjarji (FR), il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati sabiex il-ġustizzja ssir aktar aċċessibbli għall-vittmi tal-vjolenza domestika (MT), l-użu ta’ sanzjonijiet alternattivi u l-effettività tagħhom, u l-fiduċja fis-sistema tal-prevenzjoni tal-vjolenza domestika, inkluż l-intervent (PL), aspetti ġenerali tal-qrati; l-aċċess għal informazzjoni dwar il-qrati; il-faċilitajiet tal-qorti; il-funzjonament tal-qrati; l-imħallef responsabbli għall-kawża; ir-riżorsi disponibbli; u l-lealtà (PT). Fl-(SE), l-Amministrazzjoni Żvediża tal-Qrati Nazzjonali (SNCA) ħolqot kwestjonarju diġitali b’sensiela ta’ tipi differenti ta’ mistoqsijiet, li l-qrati jistgħu jużaw meta jwettqu l-istħarriġ tagħhom stess. Minbarra l-mistoqsijiet imsemmija hawn fuq, il-mudell jinkludi wkoll mistoqsijiet dwar jekk huwiex faċli li ssib il-bini tal-qorti u l-awli fil-bini tal-qorti. Sett ieħor ta’ mistoqsijiet jirreferi għall-perċezzjoni tal-utenti tal-qorti dwar is-sikurezza u s-sigurtà personali tagħhom kemm ġewwa l-awla tal-qorti kif ukoll barra minnha u eżatt barra mill-bini tal-qorti.
3.2.4. Diġitalizzazzjoni
L-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jista’ jsaħħaħ is-sistemi tal-ġustizzja tal-Istati Membri u jagħmilhom aktar aċċessibbli, effiċjenti, reżiljenti u lesti li jiffaċċjaw sfidi attwali u futuri. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat għadd ta’ sfidi li jaffettwaw il-funzjonament tal-ġudikatura u wriet il-ħtieġa li s-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja jkomplu jtejbu d-diġitalizzazzjoni tagħhom.
Edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE pprovdew data komparattiva dwar ċerti aspetti tal-ICT fis-sistemi tal-ġustizzja. Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE (
), it-Tabella ta’ Valutazzjoni ġiet sostanzjalment miżjuda b’aktar data dwar id-diġitalizzazzjoni fl-Istati Membri. Dan għandu jippermetti monitoraġġ aktar fil-fond tal‑oqsma ta’ progress u l-isfidi pendenti.
Ġustizzja li tiffavorixxi liċ-ċittadini tirrikjedi li l-informazzjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali ma tkunx biss faċilment aċċessibbli iżda tkun imfassla wkoll għal gruppi speċifiċi tas-soċjetà li kieku kienu jsibu diffikultajiet sabiex jaċċessaw l-informazzjoni. L-Illustrazzjoni 41 turi d-disponibbiltà ta’ informazzjoni online u servizzi pubbliċi speċifiċi li jistgħu jgħinu lin-nies jaċċessaw il-ġustizzja.
Illustrazzjoni 40: Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni online dwar is-sistema ġudizzjarja għall-pubbliku ġenerali, 2022(*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) DE: Kull stat federali kif ukoll il-livell federali jiddeċiedu individwalment liema informazzjoni jipprovdu online.
– Regoli dwar il-potenzjal diġitali –
L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali f’kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali spiss jirrikjedi regolamentazzjoni xierqa fir-regoli proċedurali nazzjonali. L-Illustrazzjoni 41 turi l-possibbiltajiet stabbiliti bil-liġi li diversi atturi jużaw teknoloġija tal-komunikazzjoni mill-bogħod (bħall-vidjokonferenzi) għall-proċeduri tal-qorti u għal dawk marbuta mal-qorti, u tirrifletti s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-evidenza diġitali.
Illustrazzjoni 41: Regoli proċedurali li jippermettu t-teknoloġija diġitali fil-qrati f’kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Għal kull Stat Membru, l-ewwel kolonna tippreżenta regoli proċedurali għal kawżi ċivili/kummerċjali, it-tieni kolonna għal kawżi amministrattivi u t-tielet kolonna għal kawżi kriminali. Il-massimu possibbli: 12 punti. Għal kull kriterju, ingħataw żewġ punti jekk il-possibbiltà teżisti fil-kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali kollha, rispettivament (f’kawżi kriminali, il-possibbiltà li jinstemgħu l-partijiet kienet maqsuma sabiex tkopri kemm lill-akkużati kif ukoll lill-vittmi). Il-punti huma diviżi bi tnejn meta l-possibbiltà ma tkunx teżisti fil-kawżi kollha. Għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn il-kawżi ċivili/kummerċjali u dawk amministrattivi, ingħata l-istess għadd ta’ punti għaż-żewġ oqsma CY, il-LU: xejn għal kawżi amministrattivi.
– L-użu ta’ għodod diġitali –
Lil hinn mir-regoli proċedurali dwar il-potenzjal diġitali, il-qrati u s-servizzi tal-prosekuzzjoni jeħtieġ li jkollhom stabbiliti l-għodod u l-infrastruttura xierqa li jippermettu komunikazzjoni mill-bogħod u aċċess mill-bogħod sikur għall-post tax-xogħol (Illustrazzjoni 42). Infrastruttura u tagħmir adegwati huma meħtieġa wkoll għall-komunikazzjoni elettronika sikura bejn il-qrati/is-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-professjonisti legali u l-istituzzjonijiet (Illustrazzjonijiet 43 u 44).
L-ICT, inkluża t-teknoloġija innovattiva, għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji. Għalhekk din tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. Id-disponibbiltà ta’ diversi għodod diġitali għad-dispożizzjoni tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tal-persunal ġudizzjarju tista’ tissimplifika l-proċessi tax-xogħol, tiżgura allokazzjoni ġusta tal-volum ta’ xogħol u twassal għal tnaqqis sinifikanti fil-ħin.
Illustrazzjoni 42: L-użu tat-teknoloġija diġitali mill-qrati u mis-servizzi tal-prosekuzzjoni, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 7 punti. Għal kull kriterju, ingħata punt wieħed jekk il-qrati u s-servizzi tal-prosekuzzjoni, rispettivament, jużaw teknoloġija partikolari u ngħataw 0,5 punti meta mhux dejjem jużaw it-teknoloġija.
Komunikazzjoni elettronika sikura tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. Il-possibbiltà li l-qrati jikkomunikaw b’mod elettroniku bejniethom, kif ukoll ma’ operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u istituzzjonijiet oħra, tista’ tissimplifika l-proċessi u tnaqqas il-ħtieġa għal komunikazzjoni bbażata fuq il-karta u l-preżenza fiżika, u dan iwassal għal tnaqqis fit-tul tal-attivitajiet ta’ qabel il-proċess u tal-proċedimenti tal-qorti.
Illustrazzjoni 43: Il-Qrati: għodod ta’ komunikazzjoni elettronika, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 5 punti. Għal kull kriterju, ingħata punt wieħed jekk tkun disponibbli komunikazzjoni elettronika sikura għall-qrati. 0,5 ingħataw meta l-possibbiltà ma teżistix fil-kawżi kollha. FI: il-kompiti tan-nutara ma jirrigwardawx lill-qrati. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni sabiex dawn jiġu pprovduti b’konnessjoni sigura.
Is-servizzi tal-prosekuzzjoni huma essenzjali għall-funzjonament tas-sistema tal-ġustizzja kriminali. Jistgħu jibbenefikaw ukoll minn aċċess għal mezz elettroniku sikur ta’ komunikazzjoni, li jista’ jiffaċilita x-xogħol tagħhom u jwassal għal kwalità mtejba tal-proċedimenti tal-qorti. Il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni elettronika sikura bejn is-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-awtoritajiet investigattivi, l-avukati tad-difiża u l-qrati tappoġġa t-tħejjija aktar rapida u effiċjenti tal-proċedimenti quddiem il-qorti.
Illustrazzjoni 44: Is-servizz tal-prosekuzzjoni: għodod ta’ komunikazzjoni elettronika, 2022 (*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 5 punti. Għal kull kriterju, ingħata punt wieħed jekk tkun disponibbli komunikazzjoni elettronika sikura għas-servizzi tal-prosekuzzjoni. Ingħataw 0,5 meta l-possibbiltà ma tkunx teżisti fil-kawżi kollha. Id-disponibbiltà ta’ għodod ta’ komunikazzjoni elettronika fi ħdan is-servizz ta’ prosekuzzjoni tinkludi komunikazzjoni mal-avukati impjegati mis-servizz ta’ prosekuzzjoni.
– Aċċess online għall-qrati –
Il-kapaċità li jiġu kompluti passi speċifiċi fi proċedura ġudizzjarja b’mezzi elettroniċi hija parti importanti mill-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja. Il-preżentazzjoni elettronika tat-talbiet, il-possibbiltà li proċediment jiġi mmonitorjat u mmexxi online, jew li dokument jiġi nnotifikat b’mod elettroniku jistgħu jiffaċilitaw b’mod tanġibbli l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u għan-negozji (jew għar-rappreżentanti legali tagħhom) u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż. Id-disponibbiltà ta’ tali servizzi pubbliċi diġitali tgħin sabiex il-qrati jieħdu pass eqreb lejn iċ-ċittadini u n-negozji, u b’estensjoni twassal għal fiduċja akbar fis-sistema tal-ġustizzja.
Illustrazzjoni 45: Soluzzjonijiet diġitali biex jinbdew u jiġu segwiti proċedimenti f’kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi, 2022(*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 9 punti. Għal kull kriterju, ingħata punt wieħed jekk il-possibbiltà teżisti fil-kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi kollha, rispettivament. Ingħataw 0,5 punti meta l-possibbiltà ma teżistix fil-kawżi kollha. Għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn il-kawżi ċivili/kummerċjali u dawk amministrattivi, ingħata l-istess għadd ta’ punti għaż-żewġ oqsma.
L-użu ta’ għodod diġitali għat-twettiq u għas-segwitu ta’ proċeduri tal-qorti f’kawżi kriminali, jista’ jgħin ukoll sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-vittmi u tal-konvenuti. Pereżempju, is-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jippermettu komunikazzjoni mill-bogħod kunfidenzjali bejn il-konvenuti u l-avukati tagħhom, jippermettu lill-konvenuti f’detenzjoni jħejju għas-seduta tagħhom u jgħinu lill-vittmi tal-kriminalità sabiex jevitaw vittimizzazzjoni sekondarja.
Illustrazzjoni 46: Soluzzjonijiet diġitali għat-twettiq u s-segwitu ta’ proċedimenti tal-qorti f’kawżi kriminali, 2022(*) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 6 punti. Għal kull kriterju, ingħata punt wieħed jekk il-possibbiltà teżisti fil-kawżi kriminali kollha. Ingħataw 0,5 punti meta l-possibbiltà ma teżistix fil-kawżi kollha.
– Aċċess għas-sentenzi –
L-iżgurar tal-aċċess għas-sentenzi online iżid it-trasparenza tas-sistemi tal-ġustizzja, jgħin liċ-ċittadini u n-negozji jifhmu drittijiethom, u jista’ jikkontribwixxi għall-konsistenza fil-ġurisprudenza. L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni online tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huma essenzjali sabiex jinħolqu faċilitajiet ta’ tiftix faċli għall-utent (
), li jagħmlu l-ġurisprudenza aktar aċċessibbli għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u l-pubbliku ġenerali. Aċċess bla xkiel għall-ġurisprudenza u l-użu mill-ġdid faċli tagħha jagħmlu s-sistema tal-ġustizzja kompatibbli mal-algoritmi u jippermettu applikazzjonijiet innovattivi ta’ “teknoloġija legali” li jappoġġaw lill-prattikanti.
Il-pubblikazzjoni online tad-deċiżjonijiet tal-qrati tirrikjedi li jiġu bbilanċjati diversi interessi, fil-limiti stabbiliti mill-oqfsa ġuridiċi u ta’ politika. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(
) japplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali mill-qrati. Meta jiġi vvalutat liema data għandha ssir pubblika, għandu jintlaħaq bilanċ ġust bejn id-dritt għall-protezzjoni tad-data u l-obbligu li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet tal-qorti sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ġudizzjarja. Dan huwa partikolarment minnu fejn ikun hemm interess pubbliku prevalenti li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dik id-data. F’ħafna pajjiżi, il-liġi jew il-prattika teħtieġ l-anonimizzazzjoni jew il-psewdonimizzazzjoni (
) ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji qabel il-pubblikazzjoni, jew b’mod sistematiku jew fuq talba. Id-data prodotta mill-ġudikatura hija rregolata wkoll mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (
).
Id-disponibbiltà ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji f’format li jinqara mill-magni (
), kif muri fl-Illustrazzjoni 49, tiffaċilita sistema tal-ġustizzja favorevoli għall-użu tal-algoritmi (
).
Illustrazzjoni 47: L-aċċess online mill-pubbliku ġenerali għas-sentenzi ppubblikati, 2022 (*) (kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali, l-istanzi kollha) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 9 punti. Għal kull istanza tal-qorti, ingħata punt wieħed jekk is-sentenzi kollha huma disponibbli għall-kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi u kriminali rispettivament, 0,75 punti meta l-biċċa l-kbira tas-sentenzi (aktar minn 50 % huma disponibbli) u 0,5 punti meta huma disponibbli xi sentenzi (anqas minn 50 %). Għall-Istati Membri li għandhom żewġ istanzi biss tal-qorti, ingħataw punti għat-tliet istanzi billi ġiet riflessa l-qorti tal-ogħla istanza rispettiva tal-istanza li ma teżistix. Għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn iż-żewġ oqsma tal-liġi (ċivili/kummerċjali u amministrattiva), ingħata l-istess għadd ta’ punti għaż-żewġ oqsma. BE: għall-kawżi ċivili u kriminali, kull qorti hija inkarigata li tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tagħha. DE: kull stat federali jiddeċiedi dwar id-disponibbiltà online tas-sentenzi tal-prim’istanza. AT: Għall-prim’istanza u s-sekond’istanza, l-imħallfin jiddeċiedu liema sentenzi jiġu ppubblikati. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema, li jiċħdu appell mingħajr raġunament sostanzjali ma jiġux ippubblikati. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Amministrattiva Suprema meħuda minn imħallef wieħed jiġu ppubblikati jekk l-imħallef ikkonċernat jiddeċiedi li jippubblikahom. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet li fihom biss kwistjonijiet legali fejn diġà hemm ġurisprudenza kontinwa tal-Qorti Amministrattiva Suprema u deċiżjonijiet mhux ikkumplikati dwar it-twaqqif tal-proċedimenti ma jiġux ippubblikati. NL: il-qrati jiddeċiedu dwar il-pubblikazzjoni skont kriterji pubblikati. PT: kummissjoni fi ħdan il-qorti tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni. SI: id-deċiżjonijiet proċedurali bi ftit jew l-ebda sinifikat għall-ġurisprudenza ma jiġux ippubblikati; minn deċiżjonijiet f’kawżi, li huma identiċi fis-sustanza (eż. għadd kbir ta’ kawżi bl-istess suġġett), tiġi ppubblikata biss id-deċiżjoni ewlenija (flimkien mal-lista ta’ fajls tal-kawżi bl-istess kontenut). Il-qrati ogħla individwali jiddeċiedu liema sentenzi jistgħu jiġu ppubblikati. SK: id-deċiżjonijiet dwar diversi tipi ta’ kawżi ċivili, bħal fi kwistjonijiet ta’ wirt jew id-determinazzjoni tal-paternità ma humiex ippubblikati. FI: il-qrati jiddeċiedu liema sentenzi jiġu ppubblikati.
Illustrazzjoni 48: Arranġamenti għall-produzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jinqraw mill-magni, 2022 (*) (kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali, l-istanzi kollha) (sors: il-Kummissjoni Ewropea (
))
(*) Il-massimu possibbli: 24 punt għal kull tip ta’ kawża. Għal kull waħda mit-tliet istanzi (il-prim’istanza, is-sekond’istanza, l-istanza finali) jista’ jingħata punt wieħed jekk ikunu koperti d-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha. Jekk jiġu koperti biss xi deċiżjonijiet ġudizzjarji f’istanza partikolari, jingħata nofs punt biss. Meta Stat Membru jkollu żewġ istanzi biss, ingħataw punti għal tliet istanzi billi ġiet riflessa l-ogħla istanza rispettiva bħala l-istanza li ma teżistix. Għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlux distinzjoni bejn kawżi amministrattivi u ċivili/kummerċjali, ġew allokati l-istess punti għaż-żewġ oqsma tal-liġi. ES: L-użu tal-bażi ta’ data tal-Kunsill Ġenerali għall-Ġudikatura (CGPJ) għal finijiet kummerċjali, jew it-tniżżil massiv ta’ informazzjoni ma huwiex permess. L-użu mill-ġdid ta’ din l-informazzjoni għall-iżvilupp ta’ bażijiet ta’ data jew għal finijiet kummerċjali jrid isegwi l-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti mis-CGPJ permezz taċ-Ċentru ta’ Dokumentazzjoni Ġudizzjarja tiegħu. IE: l-anonimizzazzjoni tas-sentenzi ssir fid-dritt tal-familja, fil-kura tat-tfal u f’oqsma oħra fejn l-istatut jirrikjedi dan jew meta mħallef jordna biex l-identitajiet tal-partijiet jew tal-persuni ma jiġux iddivulgati.
3.2.5. Sommarju dwar il-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja
|
Aċċess faċli, riżorsi adegwati, għodod ta’ valutazzjoni effettivi u diġitalizzazzjoni kollha jikkontribwixxu għal kwalità għolja tas-sistema tal-ġustizzja. Il-pubbliku u n-negozji jistennew deċiżjonijiet ta’ kwalità għolja minn sistema tal-ġustizzja effettiva. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tagħmel analiżi komparattiva ta’ dawn il-fatturi.
Aċċessibbiltà
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2023 tħares mill-ġdid lejn għadd ta’ elementi li jikkontribwixxu għal sistema tal-ġustizzja li tiffavorixxi lin-nies:
1)Id-disponibbiltà tal-għajnuna legali u l-livell tat-tariffi tal-qorti għandhom impatt kbir fuq l-aċċess għall-ġustizzja, b’mod partikolari għall-persuni li jgħixu fil-faqar jew li huma f’riskju ta’ faqar. L-Illustrazzjoni 24 turi li, f’ħames Stati Membri, il-persuni li l-introjtu tagħhom huwa anqas mil-livell limitu tal-faqar tal-Eurostat ma jirċievu ebda għajnuna legali. Il-livell tat-tariffi tal-qorti (Illustrazzjoni 25) baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli mill-2016, għalkemm f’ħames Stati Membri t-tariffi tal-qorti kienu aktar baxxi milli fl-2021, b’mod partikolari għal talbiet ta’ valur baxx. Il-piż tat-tariffi tal-qorti għadu proporzjonalment ogħla għal talbiet ta’ valur baxx. Id-diffikultà sabiex wieħed jitlob l-għajnuna legali flimkien ma’ tariffi tal-qorti għoljin f’erba’ Stati Membri jista’ jiskoraġġixxi lill-persuni li jgħixu fil-faqar milli jippruvaw jaċċessaw il-ġustizzja.
2)It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tkompli tanalizza l-modi li bihom l-Istati Membri jippromwovu l-użu volontarju ta’ metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (alternative dispute resolution, ADR) (Illustrazzjoni 26), inkluża l-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji diġitali. L-istampa ġenerali baqgħet l-istess mill-2021, bi tliet Stati Membri jtejbu l-isforzi tagħhom, iżda wkoll bi tlieta oħra jnaqqsu l-għadd ta’ miżuri ta’ promozzjoni. B’mod ġenerali, l-għadd ta’ modi kif jiġu promossi l-metodi ta’ ADR għandu t-tendenza li jkun aktar baxx għat-tilwim amministrattiv milli għat-tilwim ċivili u kummerċjali, tax-xogħol jew tal-konsumaturi.
3)Għall-ewwel darba, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tieħu inkunsiderazzjoni l-arranġamenti speċifiċi għall-appoġġ ta’ persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni u ta’ persuni akbar fl-età fl-aċċess għall-ġustizzja. L-Illustrazzjoni 27 turi li 17-il Stat Membru jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni u 22 jipprovdu aċċess fiżiku faċli għall-bini tal-qorti. 14 jippermettu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jibdew jew jipparteċipaw fi proċedimenti f’isem jew b’appoġġ ta’ persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll jagħmluha aktar faċli għall-persuni akbar fl-età biex jipparteċipaw fi proċedimenti tal-qorti. Barra minn hekk, terz tal-Istati Membri ħadu passi biex jagħmlu l-għajnuna legali aktar aċċessibbli għall-persuni akbar fl-età, filwaqt li erba’ Stati Membri biss staqsew dwar il-ħtiġijiet u l-livelli ta’ sodisfazzjon tal-persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni fi stħarriġ tal-utenti tal-qorti fl-2021.
4)L-Illustrazzjoni 29 turi li l-Istati Membri taw ukoll setgħat lill-korpi tal-ugwaljanza biex jgħinu lill-vittmi jaċċessaw il-ġustizzja. It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ din is-sena tagħti ħarsa ġenerali lejn dan għall-ewwel darba. Il-korpi tal-ugwaljanza f’terz tal-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjonijiet vinkolanti f’kawżi ta’ diskriminazzjoni. Fi 22 Stat Membru, dawn jistgħu joffru lill-partijiet l-għażla li jfittxu ADR (pereżempju proċeduri ta’ medjazzjoni jew ta’ konċiljazzjoni). Fi 18-il Stat Membru, il-korpi għall-ugwaljanza jistgħu jaġixxu fil-qorti f’kawżi ta’ diskriminazzjoni jew f’isem il-vittmi jew f’isimhom stess, u f’16-il Stat Membru jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet lill-qorti bħala espert jew amicus curiae (non-Parti iżda għandha permess tassisti qorti billi toffri informazzjoni, perizja, jew għarfien li għandu effett fuq il-kwistjonijiet fil-kawża).
5)Għall-ewwel darba wkoll, qiegħed isir immappjar ta’ għażla ta’ arranġamenti speċifiċi għall-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. L-Illustrazzjoni 28 turi kemm mis-salvagwardji eżaminati huma fis-seħħ f’kull Stat Membru. Fi 12-il Stat Membru, is-salvagwardji kollha huma fis-seħħ, eż. l-għoti ta’ protezzjoni speċjali lill-vittmi, jew ta’ aċċess online għal informazzjoni speċifika. Madankollu, kważi kwart tal-Istati Membri ma jipprovdux aċċess online għal informazzjoni speċifika dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika, servizzi ta’ appoġġ u protezzjoni kontriha, jew informazzjoni legali dwar il-vjolenza kontra n-nisa/vjolenza domestika u d-drittijiet tal-vittmi.
6)It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 testendi l-immappjar ta’ ċerti aspetti tal-kontroll ġudizzjarju fuq l-atti u l-ommissjonijiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi abbażi ta’ xenarji speċifiċi tan-negozju (Illustrazzjoni 30). L-illustrazzjoni tippreżenta r-rikonoxximent u l-applikazzjoni tal-forom speċifiċi ta’ responsabbiltà tal-Istat skont ir-reġimi legali tal-Istati Membri meta l-Istat iwettaq ksur tad-dritt tal-Unjoni u jikkawża dannu jew meta l-ksur tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn deċiżjoni tal-qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza. Dan diġà ġie applikat f’kawżi konkreti quddiem il-qrati nazzjonali f’ħames Stati Membri għal imġiba tal-Istat li kkawżat dannu u f’10 għal deċiżjonijiet tal-qrati li ddeċidew fl-aħħar istanza. Minbarra dawn is-salvagwardji speċifiċi, jistgħu jeżistu forom oħrajn, aktar ġenerali, ta’ responsabbiltà tal-Istat. F’24 Stat Membru l-kumpaniji jistgħu jirċievu kumpens finanzjarju għal dannu kkawżat minn deċiżjonijiet amministrattivi jew minn silenzju amministrattiv u l-qrati jistgħu jissospendu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi. Dawn jista’ jkollhom impatt fuq il-fiduċja tal-investitur, fuq l-ambjent tan-negozju u fuq il-funzjonament tas-suq uniku, u jirrikjedu monitoraġġ aktar mill-qrib.
7)It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn għażla ta’ miżuri li l-Istati Membri għandhom fis-seħħ sabiex jiżguraw sistema tal-ġustizzja adattata għat-tfal. L-Illustrazzjoni 31 tħares lejn l-arranġamenti speċifiċi disponibbli meta minuri jkun involut bħala vittma jew bħala persuna suspettata/akkużata. B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni tidher li tjiebet meta mqabbla mal-2021. B’kollox, 17-il Stat Membru issa huma rrapportati li: jipprovdu l-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva tal-interrogazzjoni tat-tfal; jiżguraw ambjenti adattati għat-tfal u l-parteċipazzjoni effettiva tat-tfal fis-seduti ta’ smigħ; jipprovdu informazzjoni b’mod li huwa adattat għat-tfal; u jagħmlu arranġamenti għall-assistenza minn avukat. Minkejja dan it-titjib irrapportat, speċjalment fir-rigward tal-assistenza legali għat-tfal, għad hemm inqas salvagwardji speċifiċi disponibbli għat-tfal involuti fil-proċedimenti bħala persuni suspettati jew akkużati milli għal dawk li jkunu involuti bħala vittmi.
Riżorsi
Sistemi tal-ġustizzja ta’ kwalità għolja fl-Istati Membri jiddependu minn riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti. Dan jirrikjedi investiment xieraq fl-infrastruttura fiżika u teknika, taħriġ inizjali u kontinwu, u diversità fost l-imħallfin, inkluż bilanċ bejn il-ġeneri. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 turi dan li ġej.
8)F’termini ta’ riżorsi finanzjarji, b’mod ġenerali, fl-2021, in-nefqa ġenerali tal-gvern fuq il-qrati baqgħet stabbli fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, iżda b’differenzi sinifikanti persistenti bejn l-Istati Membri fil-livelli tal-infiq kemm għal kull abitant kif ukoll bħala perċentwal tal-PDG (Illustrazzjonijiet 32 u 33). Hemm 21 Stat Membru li żiedu n-nefqa tagħhom bħala perċentwal tal-PDG fl-2021 (żieda meta mqabbla mal-2020) u tlieta żiedu wkoll in-nefqa tagħhom per capita.
9)Għall-ewwel darba, it-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ din is-sena tippreżenta l-proporzjon tas-salarji annwali tal-imħallfin u tal-prosekuturi meta mqabbla mas-salarju annwali medju fil-pajjiż (Illustrazzjoni 34).
10)In-nisa għadhom jirrappreżentaw inqas minn 50 % tal-imħallfin fil-livell tal-Qorti Suprema f’20 Stat Membru (l-Illustrazzjoni 36), filwaqt li f’seba’ Stati Membri nofs jew aktar tal-imħallfin fil-qrati supremi huma nisa. Iċ-ċifri għall-perjodu ta’ tliet snin mill-2020 sal-2022 juru livelli u xejriet diverġenti bejn l-Istati Membri.
11)Sabiex itejbu l-komunikazzjoni ma’ gruppi vulnerabbli (l-Illustrazzjoni 38), 12-il Stat Membru jipprovdu taħriġ dwar il-komunikazzjoni mal-applikanti għall-ażil u ma’ persuni minn sfondi kulturali, reliġjużi, etniċi jew lingwistiċi differenti. Barra minn hekk, 15-il Stat Membru jipprovdu taħriġ fl-użu tal-media soċjali u fil-komunikazzjoni mal-media, u 15 iqajmu kuxjenza u jipprovdu taħriġ dwar kif tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni.
Għodod ta’ valutazzjoni
12)L-użu tal-istħarriġ fost l-utenti tal-qrati u l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja (Illustrazzjoni 39) kien ogħla fl-2021 milli fis-snin preċedenti, b’10 Stati Membri biss li ma wettqux stħarriġ (15 fl-2020). L-aċċessibbiltà, is-servizz għall-klijenti, is-seduti tal-qorti, kif ukoll il-fiduċja ġenerali fis-sistema tal-ġustizzja, għadhom suġġetti rikorrenti tal-istħarriġ, iżda tmien Stati Membri biss staqsew dwar is-sodisfazzjon tal-gruppi bi bżonnijiet speċjali jew dwar l-għarfien tal-individwi dwar id-drittijiet tagħhom.
Diġitalizzazzjoni
Mill-2021, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE inkludiet taqsima kbira u dettaljata dwar aspetti relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja. Għalkemm l-Istati Membri diġà jużaw soluzzjonijiet diġitali f’kuntesti differenti u sa gradi differenti, hemm lok sinifikanti għal titjib.
13)26 Stat Membru jipprovdu xi informazzjoni online dwar is-sistema ġudizzjarja tagħhom, inklużi siti web b’informazzjoni ċara dwar kif għandha tiġi aċċessata l-għajnuna legali, dwar it-tariffi tal-qorti u l-kriterji ta’ eliġibbiltà għal tariffi mnaqqsa (Illustrazzjoni 40). Is-sitwazzjoni tjiebet meta mqabbla mas-sena l-oħra iżda għadhom jeżistu xi differenzi bejn l-Istati Membri fil-livell ta’ informazzjoni u l-grad sa fejn tissodisfa l-ħtiġijiet tan-nies. Pereżempju, 14-il Stat Membru jipprovdu simulazzjoni interattiva online fejn in-nies jistgħu jsiru jafu jekk humiex eliġibbli għal għajnuna legali, jew jipprovdu edukazzjoni dwar id-drittijiet legali permezz ta’ għodod ta’ tagħlim interattiv online. 24 Stat Membru jipprovdu sit web b’informazzjoni li tinftiehem dwar id-drittijiet proċedurali, inklużi formoli online għall-kumpaniji u għall-individwi, u informazzjoni għal dawk li ma jitkellmux il-lingwa nattiva.
14)Tmien Stati Membri għandhom regoli proċedurali b’potenzjal diġitali (Illustrazzjoni 41), li jippermettu l-użu ta’ komunikazzjoni għalkollox remota, jew kważi, u l-ammissibbiltà tal-evidenza f’format diġitali biss. F’19-il Stat Membru, dan huwa possibbli biss f’għadd limitat ta’ sitwazzjonijiet. Madankollu, kien hemm progress ġenerali kostanti f’dan ir-rigward mill-2020.
15)L-Illustrazzjoni 42 tiżvela l-użu tat-teknoloġija diġitali mill-qrati u mis-servizzi tal-prosekuzzjoni. Din turi li, b’żewġ eċċezzjonijiet, l-Istati Membri ma jużawx bis-sħiħ il-potenzjal permess mir-regoli proċedurali tagħhom (ara l-Illustrazzjoni 41). Il-qrati, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti tal-Istati Membri diġà għandhom diversi għodod diġitali għad-dispożizzjoni tagħhom, bħal sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet, sistemi ta’ vidjokonferenzi u arranġamenti tat-telexogħol. Madankollu, hemm bżonn ta’ progress ulterjuri fis-sistemi elettroniċi ta’ allokazzjoni tal-kawżi, b’distribuzzjoni awtomatika bbażata fuq kriterji oġġettivi.
16)Il-qrati fl-Istati Membri kollha għandhom għodod elettroniċi siguri għall-komunikazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom. Dawn l-għodod huma disponibbli għall-komunikazzjoni fost il-qrati u bejn il-qrati u l-avukati. Madankollu, 10 Stati Membri għad ma għandhomx għodod għall-komunikazzjoni diġitali man-nutara, mal-faċilitajiet ta’ detenzjoni jew mal-marixxalli/l-uffiċjali ġudizzjarji (Illustrazzjoni 43). L-Istati Membri kollha issa jipprevedu komunikazzjoni elettronika sigura fi ħdan is-servizzi tal-prosekuzzjoni, kif ukoll bejn is-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-qrati, li jirrappreżenta titjib meta mqabbel mal-2021 (Illustrazzjoni 44). Madankollu, terz tal-Istati Membri għad ma għandhomx għodod għall-komunikazzjoni elettronika bejn is-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-avukati tad-difiża.
17)F’kawżi ċivili/kummerċjali u amministrattivi, 21 Stat Membru jipprovdu lill-individwi u lin-negozji (jew lir-rappreżentanti legali tagħhom) b’aċċess online għall-kawżi pendenti jew magħluqa tagħhom (Illustrazzjoni 45), għalkemm f’diversi gradi. F’25 Stat Membru issa huwa possibbli li jinbdew proċedimenti jew li tiġi ppreżentata talba online, li jindika titjib sinifikanti meta mqabbel mal-2021. Madankollu, f’kawżi kriminali (Illustrazzjoni 46) f’21 Stat Membru, il-konvenuti u l-vittmi għandhom biss possibbiltajiet limitati biex isegwu jew iressqu parti mill-kawża tagħhom b’mod elettroniku, b’terz tal-Istati Membri li ma jipprovdu l-ebda soluzzjoni diġitali jew ftit li xejn f’kawżi kriminali.
18)L-aċċess online għas-sentenzi tal-qorti (Illustrazzjoni 47) tjieb xi ftit b’mod ġenerali meta mqabbel mal-2021, speċjalment fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-qrati tal-prim’istanza u tas-sekond’istanza. F’dak li jirrigwarda l-ogħla istanza, l-aċċess online għas-sentenzi ġeneralment baqa’ stabbli.
19)Bħal fis-snin preċedenti, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 tanalizza l-arranġamenti għall-produzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jinqraw mill-magni (Illustrazzjoni 48). L-Istati Membri kollha għandhom tal-anqas xi arranġamenti fis-seħħ għal kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali għalkemm hemm varjazzjoni konsiderevoli bejniethom. B’mod ġenerali, hemm it-tendenza li jiġu introdotti aktar arranġamenti, b’mod partikolari għat-tniżżil tas-sentenzi mingħajr ħlas (bażijiet tad-data u soluzzjonijiet awtomatizzati oħra), għall-immudellar tas-sentenzi biex dawn ikunu jistgħu jinqraw mill-magni, jew għall-anonimizzazzjoni/psewdonimizzazzjoni ta’ sentenzi bl-użu ta’ algoritmi. Fl-2022, tmien Stati Membri rrapportaw titjib meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li s-sitwazzjoni f’10 Stati Membri baqgħet stabbli. Is-sistemi tal-ġustizzja b’arranġamenti għall-immudellar tas-sentenzi skont standards li jippermettu li jinqraw minn magni jidher li għandhom il-potenzjal li jiksbu riżultati aħjar fil-futur.
|
3.3. Indipendenza
L-indipendenza ġudizzjarja, li hija integrali għall-kompitu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, hija rekwiżit tad-dritt tal-UE li joriġina mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva msemmi fl-Artikolu 19 tat-TUE, u mid-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal imnaqqax fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (
). Dak ir-rekwiżit jippreżumi:
(a) indipendenza esterna, meta l-korp ikkonċernat jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’mod awtonomu, mingħajr ma jkun suġġett għal ebda trażżin ġerarkiku jew subordinat għal ebda korp ieħor u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn xi sors ieħor, sabiex b’hekk ikun protett minn kull intervent jew pressjoni esterna li tista’ tippreġudika l-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tiegħu u li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tagħhom; u
(b) indipendenza u imparzjalità interni, meta tinżamm distanza ugwali mill-partijiet għall-proċedimenti u l-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett ta’ dawk il-proċedimenti (
), u meta l-imħallfin individwali jkunu protetti minn pressjoni interna mhux xierqa fi ħdan il-ġudikatura(
).
L-indipendenza ġudizzjarja tiggarantixxi li jkunu protetti d-drittijiet kollha li l-individwi jiksbu mid-dritt tal-UE u li jkunu ssalvagwardjati l-valuri komuni għall-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari l-valur tal-istat tad-dritt (
). Il-preservazzjoni tal-ordinament ġuridiku tal-UE hija fundamentali għaċ-ċittadini u għan-negozji kollha li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom huma protetti mid-dritt tal-UE.
Perċezzjoni għolja tal-indipendenza tal-ġudikatura hija ta’ importanza kbira għall-fiduċja li l-ġustizzja trid toħloq fl-individwi f’soċjetà rregolata mill-istat tad-dritt, u tikkontribwixxi għal ambjent tan-negozju li jiffavorixxi t-tkabbir, billi l-perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza tista’ tiskoraġġixxi l-investimenti. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tinkludi indikaturi għall-indipendenza tal-ġudikatura fir-rigward tal-effettività tal-protezzjoni tal-investiment. Minbarra indikaturi dwar l-indipendenza ġudizzjarja perċepita minn diversi sorsi, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta għadd ta’ indikaturi dwar kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati sabiex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tagħhom tista’ tkun f’riskju (
). Billi tirrifletti l-kontribut min-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ), in-Network tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE (NPSJC), u mill-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (EGMLTF), u mill-Punti ta’ kuntatt nazzjonali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, din l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni turi indikaturi dwar is-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, l-awtoritajiet involuti fil-ħatra tal-Presidenti tal-Qrati Supremi u l-Prosekuturi Ġenerali, u l-ewwel ħarsa ġenerali lejn il-korpi involuti fil-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni u d-diversi gradi ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom.
3.3.1. Perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u effettività tal-protezzjoni tal-investiment
Illustrazzjoni49: Kif il-pubbliku ġenerali jipperċepixxi l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin (*) (sors: Ewrobarometru (
) - kuluri ċari: 2016, 2021 u 2022, kuluri skuri: 2023)
(*) L-Istati Membri huma kklassifikati l-ewwel skont il-perċentwal ta’ rispondenti li ddikjaraw li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija tajba ħafna jew pjuttost tajba (total tajba); jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija pjuttost ħażina jew ħażina ħafna (total ħażina); jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba u total ħażina, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija tajba ħafna; jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba, total ħażina u ta’ tajba ħafna, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija ħażina ħafna.
L-Illustrazzjoni 50 turi r-raġunijiet ewlenin mogħtija mir-rispondenti għall-perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin. Ir-rispondenti minn fost il-pubbliku ġenerali, li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja bħala li hija “pjuttost ħażina” jew “ħażina ħafna”, setgħu jagħżlu minn fost tliet raġunijiet sabiex jispjegaw il-klassifikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri huma elenkati fl-istess ordni bħal fl-Illustrazzjoni 49.
Illustrazzjoni 50: Ir-raġunijiet ewlenin fost il-pubbliku ġenerali għall-perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza (is-sehem mir-rispondenti kollha — valur ogħla jfisser aktar influwenza) (sors: Ewrobarometru (
))
Illustrazzjoni51: Kif il-kumpaniji jipperċepixxu l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin (*) (sors: Ewrobarometru (
) - kuluri ċari: 2016, 2021 u 2022, kuluri skuri: 2023)
(*) L-Istati Membri huma kklassifikati l-ewwel skont il-perċentwal ta’ rispondenti li ddikjaraw li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija tajba ħafna jew pjuttost tajba (total tajba); jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija pjuttost ħażina jew ħażina ħafna (total ħażina); jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba u total ħażina, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija tajba ħafna; jekk xi Stati Membri għandhom l-istess perċentwal ta’ total tajba, total ħażina u ta’ tajba ħafna, dawn jiġu kklassifikati skont il-perċentwal ta’ rispondenti li qalu li l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija ħażina ħafna.
L-Illustrazzjoni 52 turi r-raġunijiet ewlenin mogħtija mir-rispondenti għall-perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin. Ir-rispondenti minn fost il-kumpaniji, li kklassifikaw l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja bħala li hija “pjuttost ħażina” jew “ħażina ħafna”, setgħu jagħżlu minn fost tliet raġunijiet sabiex jispjegaw il-klassifikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri huma elenkati fl-istess ordni bħal fl-Illustrazzjoni 51.
Illustrazzjoni 52: Ir-raġunijiet ewlenin fost il-kumpaniji għan-nuqqas perċepit ta’ indipendenza (ir-rata tar-rispondenti kollha - valur ogħla jfisser aktar influwenza) (sors: Ewrobarometru (
))
L-Illustrazzjoni 53 turi, għat-tieni darba l-indikatur dwar kif il-kumpaniji jipperċepixxu l-effettività tal-protezzjoni tal-investiment mil-liġi u mill-qrati fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li fil-fehma tagħhom ma humiex ġustifikati jew nuqqas ta’ azzjoni mill-Istat.
Illustrazzjoni 53: Kif il-kumpaniji jipperċepixxu l-effettività tal-protezzjoni tal-investiment mil-liġi u mill-qrati (*)(sors: Ewrobarometru (
) - kuluri ċari: 2022, kuluri skuri: 2023)
(*) L-Istati Membri huma qabelxejn ikklassifikati skont il-perċentwal ikkombinat ta’ rispondenti li ddikjaraw li huma fiduċjużi ħafna jew pjuttost fiduċjużi fil-protezzjoni tal-investiment mil-liġi u mill-qrati (fiduċja totali).
L-Illustrazzjoni 54 turi r-raġunijiet ewlenin mogħtija mir-rispondenti għall-perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ effettività tal-protezzjoni tal-investiment. Ir-rispondenti minn fost il-kumpaniji, li kklassifikaw il-livell ta’ fiduċja tagħhom bħala “pjuttost sfiduċjuż” jew “sfiduċjuż ħafna”, setgħu jagħżlu minn erba’ raġunijiet sabiex jispjegaw il-klassifikazzjoni tagħhom (u xi wħud indikaw “oħra”). L-Istati Membri huma elenkati fl-istess ordni bħal fl-Illustrazzjoni 53.
Illustrazzjoni 54: Raġunijiet ewlenin fost il-kumpaniji għan-nuqqas perċepit tagħhom ta’ effettività tal-protezzjoni tal-investiment (ir-rata tar-rispondenti kollha - valur ogħla jfisser aktar influwenza) (sors: Ewrobarometru (
))
3.3.2. Indipendenza strutturali
Il-garanziji tal-indipendenza strutturali jeħtieġu regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-qorti u tal-ħatra, tat-tul tas-servizz u tar-raġunijiet għal astensjoni, għar-rifjut u għat-tkeċċija tal-membri tagħha. Dawn ir-regoli jeliminaw kwalunkwe dubju raġonevoli fl-imħuħ tal-individwi dwar il-kapaċità tal-qorti li ma tiġix influwenzata minn fatturi esterni u n-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi li ssib quddiemha (
). B’mod partikolari huma jridu jkunu tali li jipprekludu mhux biss kwalunkwe influwenza diretta, fil-forma ta’ struzzjonijiet, iżda anke tipi ta’ influwenza li huma aktar indiretti u li jista’ jkollhom effett fuq id-deċiżjonijiet tal-imħallfin ikkonċernati (
).
Ġew żviluppati standards Ewropej, b’mod partikolari mill-Kunsill tal-Ewropa, pereżempju fit-2010 Council of Europe Recommendation on judges: independence, efficiency and responsibilities (
). It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tippreżenta ċerti indikaturi dwar kwistjonijiet li huma rilevanti meta jiġi vvalutat kif is-sistemi tal-ġustizzja huma organizzati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza ġudizzjarja.
Din l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni fiha indikaturi ġodda dwar: (i) l-awtoritajiet involuti fil-ħatra tal-Presidenti tal-Qrati Supremi (Illustrazzjonijiet 56 u 57) (
); (ii) ċerti korpi involuti fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, fir-rigward ta’ xi wħud mis-setgħat ewlenin tagħhom (Illustrazzjoni 58) u l-awtoritajiet involuti fil-ħatra tagħhom (Illustrazzjoni 59); (iii) l-ispeċjalizzazzjoni tal-awtoritajiet involuti fir-repressjoni tal-korruzzjoni (Illustrazzjoni 60); (iv) l-awtoritajiet involuti fil-ħatra tal-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekutur speċjalizzati biex jittrattaw il-korruzzjoni (Illustrazzjoni 61) (
); (v) l-awtoritajiet involuti fil-ħatra tal-prosekuturi ġenerali (Illustrazzjoni 62) (
); u (vi) l-ewwel ħarsa ġenerali lejn is-soluzzjonijiet differenti adottati fl-Istati Membri biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet kostituzzjonali fl-ogħla istanza u għażla tas-setgħat tal-korpi (Illustrazzjonijiet 63 u 64)(
). Tippreżenta wkoll ħarsa ġenerali aġġornata lejn xi wħud mis-setgħat ewlenin tal-kunsilli għall-ġudikatura (Illustrazzjoni 55) (
) u ċifri aġġornati dwar l-indipendenza tal-Kmamar tal-Avukati u tal-avukati (Illustrazzjoni 65)(
). L-illustrazzjonijiet jippreżentaw l-oqfsa nazzjonali kif kienu fis-seħħ f’Diċembru 2022.
L-illustrazzjonijiet ippreżentati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni ma jipprovdux valutazzjoni jew data kwantitattiva dwar l-effettività tas-salvagwardji. Dawn ma humiex maħsuba sabiex jirriflettu l-kumplessità u d-dettalji tal-proċeduri u tas-salvagwardji li jakkumpanjawhom. L-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ prattiki li jippromwovu l-integrità u li jipprevjenu l-korruzzjoni fil-ġudikatura hija essenzjali wkoll sabiex tiġi ggarantita l-indipendenza ġudizzjarja. Finalment, il-protezzjoni effettiva tal-indipendenza ġudizzjarja tirrikjedi wkoll, lil hinn minn kull regola meħtieġa, kultura ta’ integrità u ta’ imparzjalità, kondiviża mill-maġistrati u rrispettata mis-soċjetà usa’.
– Is-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura –
L-Illustrazzjoni 55 turi ħarsa ġenerali aġġornata, ippreżentata għall-ewwel darba fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2016, ta’ xi wħud mis-setgħat ewlenin tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (membri tal-ENCJ), bħas-setgħat fuq il-ħatra tal-imħallfin u s-setgħat li jaffettwaw il-karrieri tagħhom. Din ġiet estiża biex tinkludi s-setgħat ta’ evalwazzjoni tal-funzjonament tal-qrati (eż. il-kwalità, l-effiċjenza), ipproċessar tal-ilmenti mill-utenti tal-qorti, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar in-numru ta’ karigi ġudizzjarji f’kull qorti.
Illustrazzjoni 55: Setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (sors: in-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura u Network tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE (
))
(*) L-illustrazzjoni tippreżenta biss ċerti setgħat u ma hijiex eżawrjenti. Il-Kunsilli għall-Ġudikatura għandhom setgħat oħra mhux imsemmija hawnhekk. Għad-DK, l-IE, l-HU, u l-PT, id-data hija mill-kwestjonarju tal-indipendenza ġudizzjarja tal-2021, u ma hemm l-ebda informazzjoni dwar is-setgħat potenzjali ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-Kunsilli tal-funzjonament tal-qrati, tal-ipproċessar tal-ilmenti mill-utenti tal-qorti, u tad-deċiżjoni dwar l-għadd ta’ karigi ġudizzjarji f’kull qorti. EL: il-kolonna turi setgħat għaż-żewġ kunsilli, għall-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tal-Ġustizzja Ċivili u Kriminali u għall-Kunsill Ġudizzjarju Suprem għall-Ġustizzja Amministrattiva; il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem għall-Ġustizzja Amministrattiva għandu setgħa addizzjonali biex jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni u l-użu tal-ICT fil-qrati. IT: il-kolonna turi s-setgħat għaż-żewġ kunsilli, il-kunsill għall-qrati ċivili u kriminali (CSM) u l-kunsill għall-qrati amministrattivi (CPGA); Is-CPGA għandu setgħa addizzjonali li jalloka l-baġit lil qrati partikolari; il-LV: korpi ġudizzjarji awtonomi oħrajn jeżerċitaw ċerti setgħat, eż. fuq id-dixxiplina u l-etika.
– Il-ħatra tal-Presidenti tal-Qrati Supremi –
Il-Qrati Supremi, bħala l-qrati tal-aħħar istanza, huma essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dritt fl-Istati Membri. Il-Presidenti tal-qrati Supremi jeżerċitaw rwol importanti peress li spiss jingħataw setgħat biex jimmaniġġjaw il-Qorti Suprema. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw il-proċedura tal-ħatra tal-imħallfin u l-Presidenti tal-Qorti Suprema b’tali mod li jiġu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom. F’dak ir-rigward, id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li, ladarba jinħatru, l-imħallfin ikunu ħielsa minn influwenza jew pressjoni mill-awtorità tal-ħatra meta jwettqu r-rwol tagħhom (
). Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet sostantivi u r-regoli proċedurali dettaljati li jirregolaw l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ħatra jkunu tali li ma jkunux jistgħu joħolqu, f’moħħ l-individwi, dubji leġittimi dwar il-kapaċità tal-imħallfin ikkonċernati li ma jiġux influwenzati minn fatturi esterni u dwar in-newtralità tagħhom fir-rigward tal-interessi inkwistjoni quddiemhom (
). Il-parteċipazzjoni ta’ korpi indipendenti, bħal Kunsilli għall-Ġudikatura, fil-proċess tal-ħatra ġudizzjarja tista’, fil-prinċipju, tkun tali li tikkontribwixxi biex dak il-proċess isir aktar oġġettiv, diment li tali korp ikun huwa nnifsu indipendenti biżżejjed mil-leġiżlatura u mill-eżekuttiv u mill-awtorità li lilha huwa meħtieġ jissottometti opinjoni (
).
L-Illustrazzjoni 56 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-korpi u l-awtoritajiet li jipproponu kandidati għall-ħatra tagħhom bħala Presidenti tal-Qorti Suprema u l-awtoritajiet li jaħtruhom, kif ukoll l-awtoritajiet li jiġu kkonsultati (eż. l-imħallfin tal-Qorti Suprema, il-Kunsilli għall-Ġudikatura).
Illustrazzjoni 56: Il-ħatra tal-Presidenti tal-Qrati Supremi: awtoritajiet tal-ħatra u dawk proponenti (*) (sors: in-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura u n-Network tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE (
))
(*) BE: proposta: il-Kunsill għall-Ġudikatura fuq parir obbligatorju mill-Qorti Suprema; ħatra: il-Kap tal-Istat (ir-Re). BG: Il-proposti preliminari għall-kandidati jsiru minn mill-inqas tliet membri tal-Awla tal-Imħallfin tal-Kunsill għall-Ġudikatura, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Plenarji tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-Plenarja tal-Kunsill għall-Ġudikatura, wara proċedura ta’ għażla, tibgħat il-proposta uffiċjali ta’ kandidat wieħed lill-President tar-Repubblika li mbagħad jaħtar il-President tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jew tal-Qorti Amministrattiva Suprema. CZ: Il-President tal-Qorti Suprema jinħatar minn fost l-imħallfin l-oħra tal-Qorti Suprema mill-President tar-Repubblika. Il-President tar-Repubblika jaħtar wieħed mill-imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Suprema bħala l-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema bil-kontrofirma tal-Prim Ministru. DK: Il-President tal-Qorti Suprema jiġi elett mill-imħallfin l-oħra fil-Qorti Suprema. IE: proposta: il-Bord Konsultattiv għall-Ħatriet Ġudizzjarji jagħżel kandidati li ma jkollhomx diġà kariga ġudizzjarja u jirrakkomandahom lill-Gvern bħala adattati għall-ħatra fil-kariga ġudizzjarja. Il-Gvern jista’ jagħżel imħallfin li jkunu diġà qegħdin fis-servizz biex jinħatru għal kariga ġudizzjarja ogħla; ħatra: il-President fuq il-parir tal-Gvern. AT: proposta: il-Ministru għall-Ġustizzja abbażi ta’ proposta minn “bord tal-persunal” li jikkonsisti minn imħallfin; ħatra: il-President Federali. LU: proposta u ħatra: il-Cour supérieure de justice. DE: proposta: il-Ministru għall-Ġustizzja; ħatra: il-Gvern Federali kollu wara parir konsultattiv mill-Präsidialrat (il-Kunsill Presidenzjali tal-Qorti Suprema, li jikkonsisti mill-president u l-imħallfin tagħha eletti mill-imħallfin kollha tal-qorti, jipprovdi opinjoni motivata dwar il-kapaċità personali u professjonali ta’ kull kandidat) u b’kunsens obbligatorju mir-Richterwahlausschuss (Il-Kumitat għall-Ħatra tal-Imħallfin, li jikkonsisti mill-ministri għall-Ġustizzja tas-16-il stat federali u 16-il membru eletti mill-parlament federali (Bundestag)); ħatra formali mill-President. Il-ħatra bħala President tal-Qorti Federali Suprema tirrikjedi wkoll il-ħatra bħala imħallef ta’ dik il-qorti federali. F’dan ir-rigward, ma hemm l-ebda karatteristika speċjali għall-ħatra ta’ mħallef federali. EE: proposta: il-President tar-Repubblika; ħatra: il-Parlament. EL: Il-presidenti tal-ogħla tliet qrati (il-Kunsill tal-Istat, il-Qorti Suprema, il-Qorti tal-Awdituri) jinħatru skont l-istess proċedura; proposta: il-gvern, abbażi ta’ proposta mill-Ministru għall-Ġustizzja u opinjoni ta’ korp parlamentari; ħatra: il-President tar-Repubblika permezz ta’ digriet presidenzjali. NL: proposta: il-Qorti Suprema; ħatra: il-Gvern. il-PL: Il-President tal-Qorti Suprema jinħatar mill-President tar-Repubblika tal-Polonja, wara l-opinjoni tal-President Ewlieni tal-Qorti Suprema, għal mandat ta’ tliet snin minn fost tliet kandidati magħżula mill-assemblea tal-imħallfin ta’ Awla tal-Qorti Suprema. PT: Il-President tal-Qorti Suprema jiġi elett mill-imħallfin l-oħra fil-Qorti Suprema. RO: Il-President, il-Viċi Presidenti u l-Presidenti tas-Sezzjonijiet tal-Qorti Għolja tal-Ġustizzja u l-Kassazzjoni jinħatru mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (is-Sezzjoni għall-Imħallfin), wara intervista li tikkonsisti fil-preżentazzjoni tal-pjan maniġerjali, il-verifika tal-ħiliet maniġerjali u ta’ komunikazzjoni, li tiffoka essenzjalment fuq il-kapaċità organizzazzjonali, il-ħeffa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, ir-reżiljenza għall-istress, it-titjib personali, il-kapaċità għall-analiżi, is-sinteżi, it-tbassir, l-istrateġija u l-ippjanar għal żmien qasir, medju u twil, l-inizjattiva, l-adattabilità rapida, il-kapaċità ta’ networking u komunikazzjoni, kif ukoll il-verifika tal-għarfien speċifiku tar-rwol/tal-pożizzjoni li għaliha jkun applika l-kandidat. CY: Il-President jaħtar fuq parir tal-Kunsill Ġudizzjarju Konsultattiv (il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Nru 145(I)/2022). ES: Il-President tal-Qorti Suprema jinħatar mir-Re permezz ta’ digriet irjali kontroffirmat mill-Prim Ministru fuq parir tal-Kunsill għall-Ġudikatura. Il-kandidat jieħu ġurament jew wegħda quddiem ir-Re u jieħu l-kariga quddiem il-Plenarja tal-Qorti għolja. Mal-ħatra tal-President, jekk ikollu karriera ġudizzjarja, dan jiġi ddikjarat f’sitwazzjoni ta’ servizz speċjali (l-Artikoli 351.a u 593 tal-Liġi Organika tal-Ġudikatura). It-tul tal-mandat jikkoinċidi ma’ dak tal-Kunsill li jkun ħatru, u jista’ jinħatar mill-ġdid darba biss għal mandat ġdid (l-Artikolu 587 tal-Liġi Organika tal-Ġudikatura). LT: Iċ-ċart tirrifletti l-proċess għall-President tal-Qorti Suprema; proposta: il-President tar-Repubblika (il-kandidati jintgħażlu mill-Kummissjoni tal-Għażla); ħatra: il-Parlament. Iċ-Chairperson tal-Qorti Amministrattiva Suprema tinħatar mill-President tar-Repubblika. LV: proposta: Sessjoni plenarja tal-Qorti Suprema dwar parir obbligatorju mill-Kunsill Ġudizzjarju; ħatra: il-Parlament. LU: proposta u ħatra: il-Cour supérieure de justice. Il-proċedura se tinbidel mill-1 ta’ Lulju 2023 meta l-Kunsill għall-Ġudikatura se jibda jopera. IT: proposta: Il-Kunsill Suprem għall-Maġistratura (CSM) jew il-Kunsill għall-ġudikatura għall-imħallfin amministrattivi (CPGA); ħatra: il-President tar-Repubblika. FR: proposta: il-Kunsill Superjuri għall-Ġudikatura (CSM); ħatra: il-President tar-Repubblika. Il-Kunsill joħroġ “sejħa għall-kandidati”, u l-imħallfin kollha jistgħu jipproponu l-kandidatura tagħhom. Il-president tal-Qorti Amministrattiva Suprema (Conseil d’Etat) jinħatar mill-President tar-Repubblika. HR: proposta: il-President tar-Repubblika wara li jirċievi l-lista ta’ kandidati eliġibbli li applikaw għall-post vakanti; L-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema u l-kumitat parlamentari kompetenti jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kandidati jew qabel jew wara li l-President jipproponi l-kandidat. Kif iċċarat mill-Qorti Kostituzzjonali (U-I-1039/2021), dawn l-opinjonijiet, li jridu jingħataw fuq il-kandidati kollha, ma humiex vinkolanti fuq il-President tar-Repubblika. ħatra: il-Parlament. HU: proposta: il-President tar-Repubblika abbażi ta’ lista ta’ kandidati xierqa mfassla mill-OBT (Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali). Il-kumitat parlamentari għall-ġustizzja jintervista lill-kandidat; ħatra: il-Parlament jaħtar lill-kandidat b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti għal disa’ snin. Il-ħatra mill-ġdid ma hijiex possibbli. MT: Il-Prim Imħallef jinħatar mill-President li jaġixxi f’konformità ma’ riżoluzzjoni tal-Parlament appoġġata mill-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha. SI: proposta: il-Ministru għall-Ġustizzja wara li jirċievi opinjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju. Il-Kunsill Ġudizzjarju jintervista lill-kandidati li applikaw għall-post vakanti u jitlob sessjoni plenarja tal-Qorti Suprema għal opinjoni. Il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jkun preżenti wkoll waqt l-intervista u għandu d-dritt li jistaqsi mistoqsijiet; ħatra: il-Parlament. SK: proposta: il-Kunsill Ġudizzjarju; ħatra: il-President. FI: proposta: il-Qorti Suprema; ħatra: il-President tar-Repubblika. SE: proposta: il-Bord għall-Proposti tal-Imħallfin; ħatra: il-Gvern.
L-Illustrazzjoni 57 tippreżenta l-kompetenza tas-setgħa eżekuttiva u tal-parlament fil-ħatra tal-kandidati bħala Presidenti tal-Qorti Suprema wara s-sottomissjoni mill-awtoritajiet proponenti (eż. il-Kunsill għall-Ġudikatura jew il-Qorti Suprema). Id-daqs tal-kolonna jiddependi fuq jekk l-eżekuttiv jew il-parlament għandux il-possibbiltà li jirrifjuta kandidat bħala President tal-Qorti Suprema, jekk jistax jagħżel biss minn fost il-kandidati proposti, jew jekk jistax jagħżel u jaħtar kwalunkwe kandidat ieħor, anke jekk dan ma jkunx propost mill-awtorità kompetenti. Jekk ma jinħatarx kandidat, salvagwardja importanti hija l-obbligu li jingħataw ir-raġunijiet (
) u l-possibbiltà għal stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni (
). L-illustrazzjoni hija preżentazzjoni fattwali tas-sistema legali u ma tagħmel ebda valutazzjoni kwalitattiva tal-effikaċja tas-salvagwardji. Pereżempju, fi 13-il Stat Membru, l-eżekuttiv jew il-parlament għandu s-setgħa li jirrifjuta kandidat għall-President tal-Qorti Suprema. Madankollu, dik is-setgħa qatt ma ġiet eżerċitata jew ma ġietx eżerċitata fl-aħħar 5 snin (2018 – 2022) (jiġifieri fil-BE, il-BG, il-DE, l-EE, il-LV, il-LU, MT, in-NL, l-AT, il-PL, is-SK, il-FI, u l-SE), jew ġiet eżerċitata f’każijiet iżolati (jiġifieri fil-EL, il-HR, is-SI, u l-LT).
Illustrazzjoni 57: Il-ħatra tal-Presidenti tal-Qrati Supremi: kompetenza tal-eżekuttiv u tal-parlament (*) (sors: in-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura u n-Network tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE (
))
(*) BG: Il-President tar-Repubblika għandu d-dritt ta’ veto fuq il-kandidat propost. Imbagħad, il-Plenarja tal-Kunsill għall-Ġudikatura jkollha terġa’ tivvota għall-kandidati li ġew proposti lilha. Jekk il-Plenarja tagħżel mill-ġdid l-istess kandidat, il-President huwa obbligat li jaħtru. IE: L-illustrazzjoni tirrifletti l-kompetenza tal-Gvern. Skont l-Artikolu 13.9 tal-Kostituzzjoni (jiġifieri rekwiżit kostituzzjonali aktar milli prattika), is-setgħa tal-ħatra tal-President tista’ tiġi eżerċitata biss fuq il-parir tal-Gvern. Meta l-gvern jipproponi li jagħti pariri lill-President dwar ħatra fl-uffiċċju tal-Prim Imħallef, l-ewwel irid iqis il-kwalifiki u l-adegwatezza ta’ dawk li diġà qed iservu bħala mħallfin. EL: Il-Qorti Suprema (li tittratta l-kawżi ċivili u kummerċjali) u l-Kunsill tal-Istat (li jittratta l-kawżi amministrattivi): għażla minn fost il-Viċi Presidenti tal-Qorti Suprema u l-Imħallfin tal-Qorti Suprema (b’mill-inqas erba’ snin ta’ servizz f’din il-pożizzjoni) jew għażla fost il-membri tal-Kunsill tal-Istat (Viċi Presidenti u Kunsillieri). Għall-Qorti Suprema u l-President tal-Kunsill tal-Istat: Setgħa diskrezzjonali sħiħa tal-gvern (Kabinett). L-ebda motivazzjoni ma hi meħtieġa. Għall-President u l-Viċi Presidenti tal-Qorti Suprema, ma huwiex permess appell/rieżami skont id-dispożizzjoni tal-liġi. Għall-kariga ta’ Viċi President jew President tal-Kunsill tal-Istat, l-istħarriġ ġudizzjarju huwa limitat ħafna. ES: Il-Kap tal-Istat (ir-Re) bħala awtorità tal-ħatra jeħtieġlu jsegwi b’mod obbligatorju l-proposta tal-Kunsill għall-Ġudikatura dwar ħatriet u promozzjonijiet ġudizzjarji. Għalhekk, ir-Re ma għandu l-ebda diskrezzjoni u l-ebda obbligu li jipprovdi r-raġunijiet. Id-deċiżjoni tar-Re għandha l-forma ta’ Digriet Irjali, tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali u ma tistax tiġi kkontestata bħala tali. Hija d-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li jipproponi kandidat għal ħatra ġudizzjarja jew promozzjoni li tista’ tiġi appellata, inizjalment permezz ta’ appell amministrattiv (deċiż mill-Plenarja tal-Kunsill) u sussegwentement permezz ta’ stħarriġ ġudizzjarju quddiem id-Diviżjoni Amministrattiva tal-Qorti Suprema. IT: Dwar il-proposta mill-Kunsill Suprem għall-Maġistratura (CSM) jew mill-Kunsill għall-ġudikatura għall-imħallfin amministrattivi (CPGA), li fil-prattika huma proposti vinkolanti, il-President tar-Repubblika joħroġ digriet dwar il-ħatra tal-President tal-Qorti Suprema jew tal-President tal-Kunsill tal-Istat, rispettivament, mingħajr ebda diskrezzjoni f’dan ir-rigward. CY: Il-President tar-Repubblika, meta jaħtar il-President tal-Qorti Suprema, ma għandu l-ebda obbligu kostituzzjonali jew legali li jsegwi l-opinjoni tal-Qorti Suprema iżda bħala regola jsegwiha. Sal-lum, il-membru anzjan tal-Qorti Suprema nħatar bħala President tal-Qorti Suprema. MT: L-awtorità ppreżentata hija l-Parlament. Il-Prim Imħallef jinħatar mill-President li jaġixxi f’konformità ma’ riżoluzzjoni tal-Parlament appoġġata mill-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha. NL: proposta: il-Qorti Suprema; ħatra: Il-gvern fuq in-nomina mill-Ministru għall-Ġustizzja. AT: Il-President Federali jista’ jirrifjuta l-kandidat propost mill-Ministru għall-Ġustizzja, iżda ma jistax jaħtar persuna li ma tkunx ġiet proposta. LT: Il-kandidat jista’ jitlob stħarriġ ġudizzjarju speċjali tal-proċedura tal-għażla quddiem il-Qorti Suprema biss fuq bażi proċedurali fuq l-opinjoni tal-Kummissjoni tal-Għażla (din l-opinjoni ma hijiex vinkolanti fuq il-President tar-Repubblika). LU: Ma hemm l-ebda test vinkolanti dwar dan is-suġġett, iżda sa issa, l-awtorità tal-ħatra qatt ma rrifjutat in-nomina ta’ kandidat propost mill-Qorti. HR: Il-Qorti Kostituzzjonali, f’deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2021 (U-I-1039/2021,) iċċarat li l-President tar-Repubblika jista’ jagħżel biss minn fost il-kandidati li applikaw għall-post vakanti; madankollu, il-President jista’ jiddeċiedi wkoll li ma jipproponi l-ebda kandidat li applika u jinforma lill-Parlament. Kandidat li ma jintgħażilx jista’ jitlob rieżami tad-deċiżjoni tal-Parlament quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. il-PL: Il-President tar-Repubblika ma huwiex obbligat bil-liġi li jipprovdi raġunijiet għan-nuqqas ta’ ħatra tal-President tal-Qorti Suprema. Kandidat għall-President tal-Qorti Suprema u kandidat għall-president ta’ Awla tal-Qorti Suprema ma jistgħux jappellaw. Il-President tar-Repubblika ma jistax jirrifjuta li jaħtar il-President Ewlieni tal-Qorti Suprema jew president ta’ awla minn fost il-kandidati magħżula mill-Assemblea Ġenerali tal-imħallfin tal-Qorti Suprema. SI: La l-Ministru għall-Ġustizzja u lanqas il-Parlament ma huma meħtieġa jagħtu raġunijiet għan-nuqqas ta’ proposta/ħatra tal-kandidat. Il-Kunsill Ġudizzjarju ma huwiex meħtieġ jagħti raġunijiet għall-opinjoni tiegħu dwar il-kandidati. Ma hemm l-ebda stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet jew tal-opinjonijiet fil-proċedura. SK: Għalkemm qatt ma ġara, jekk kandidat għal President tal-Qorti Suprema ma jinħatarx, l-awtorità/il-korp tal-ħatra jkun meħtieġ jagħtih ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, u jkun hemm il-possibbiltà ta’ stħarriġ quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema. FI: Il-President jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni, għalkemm dan ma huwiex imsemmi fil-liġi. SE: Il-gvern jista’ jiddeċiedi li ma jaħtarx kandidat għall-President tal-Qorti Suprema u jista’ jagħżel kwalunkwe kandidat ieħor, anke jekk l-awtorità li tipproponi ma tkunx issottomettiet ismu. Madankollu, l-applikazzjoni tal-kandidat magħżul trid tkun waħda mill-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni pproċessata mill-Bord għall-Proposti tal-Imħallfin.
– Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni –
Il-korruzzjoni hija fenomenu multidimensjonali, li huwa preżenti kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat. Għandha impatti negattivi fuq il-prosperità u t-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali, kif ukoll fuq l-iżvilupp sostenibbli. L-oqfsa nazzjonali kontra l-korruzzjoni qegħdin jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni skont ir-Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt u wkoll skont is-Semestru Ewropew u l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fit-3 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tal-liġi kriminali (
) . Għall-ewwel darba, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 qiegħda tippreżenta data dwar il-korpi speċjalizzati fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, li tagħti ħarsa ġenerali lejn it-tip ta’ setgħat ta’ tali korpi (l-Illustrazzjoni 58) u tar-regoli dwar il-ħatra ta’ dawn l-istess korpi (l-Illustrazzjoni 59). Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom korp wieħed jew aktar li għandhom rwol fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Disa’ Stati Membri ma rrapportawx dwar l-eżistenza ta’ korp preventiv speċjalizzat iżda pjuttost dwar awtoritajiet li, minbarra l-kompiti l-oħrajn tagħhom, jittrattaw ukoll il-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Minbarra s-setgħat tal-korpi speċjalizzati ppreżentati fl-illustrazzjoni, awtoritajiet nazzjonali oħrajn (jista’) i(j)kollhom setgħat oħrajn fil-qasam tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni.
Illustrazzjoni 58: Setgħat ta’ korpi speċjalizzati li jittrattaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni (*) (Sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-korruzzjoni(
) )
(*) L-Istati Membri għandhom korp wieħed jew aktar li għandhom mill-inqas xi rwol fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Għaċ-ċarezza u l-komparabbiltà, iċ-ċart tippreżenta biss is-setgħat ta’ awtorità waħda għal kull Stat Membru, li hija speċjalizzata fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. L-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom huma rrappreżentati huma elenkati hawn taħt. Xi Stati Membri ma għandhomx tali awtoritajiet, filwaqt li oħrajn għandhom diversi, b’kompetenzi differenti.. BE: Unità għall-Integrità fi ħdan is-Servizz Pubbliku Federali għall-Politika u l-Appoġġ (FOD BOSA/FPS BOSA). BG: Il-Kummissjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Konfiska ta’ Proprjetà Miksuba b’Mod Illegali (CCCFIAP). CZ: Id-Dipartiment tal-Kunflitt ta’ Interessi u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, (Ministeru għall-Ġustizzja). IE: Kummissjoni għall-Istandards fl-Uffiċċju Pubbliku. L-Uffiċċju tal-Kriminalità Ekonomika tal-Garda National wkoll għandu rwol x’jaqdi fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. EL: L-Awtorità Nazzjonali għat-Trasparenza. ES: Uffiċċju dwar il-Kunflitt ta’ Interessi. FR: Hemm żewġ korpi kontra l-korruzzjoni - L’Agence française anticorruption (AFA) u la Haute Autorité pour la transparence de la vie publique (HATVP). Dawn għandhom funzjonijiet komplementari fir-rigward tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Iċ-ċart tippreżenta s-setgħat tal-FA. HR: Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess. IT: L-Awtorità Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni. CY: L-Awtorità Indipendenti kontra l-Korruzzjoni. LV: L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni. LT: Hemm żewġ awtoritajiet li jittrattaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni – l-iSpecial Investigation Service (STT), li huwa ppreżentat fiċ-ċart, u l-Kummissjoni Etika Uffiċjali Ewlenija (COEC). HU: L-Awtorità għall-Integrità. Il-kompetenza li jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ eżekuttivi politiċi superjuri ġiet ittrasferita lill-Awtorità tal-Integrità fl-2022. Il-proċedura skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Ungerija jinkludu, barra minn hekk, riformi biex jestendu s-setgħat tal-Awtorità tal-Integrità biex tivverifika direttament id-dikjarazzjonijiet tal-assi pubbliċi tal-uffiċjali kollha ta’ riskju għoli li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom huma disponibbli għall-pubbliku, u, għal dikjarazzjonijiet ta’ assi mhux pubbliċi, li jitolbu lill-korpi kompetenti jwettqu l-verifika u jiksbu r-riżultati tal-verifika. Hemm żewġ awtoritajiet oħrajn li għandhom rwol f’termini ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni – is-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni u l-Uffiċċju ta’ Protezzjoni tal-Kostituzzjoni. AT: L-Uffiċċju Federali kontra l-Korruzzjoni (BAK). PL: L-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni. PT: Il-Mekkaniżmu Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni RO: L-Aġenzija Nazzjonali għall-Integrità. SI: Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. SE: Hemm approċċ deċentralizzat fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u s-SE fdat dan il-kompitu lil bosta aġenziji u korpi differenti.
Illustrazzjoni 59: Ħatra ta’ korpi speċjalizzati li jittrattaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni (*) (Sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-korruzzjoni(
) )
(*) L-Istati Membri għandhom korp wieħed jew aktar li għandhom xi rwol fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Għaċ-ċarezza u l-komparabbiltà, iċ-ċart tippreżenta biss is-setgħat ta’ awtorità waħda għal kull Stat Membru, li hija speċjalizzata fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. L-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom huma rrappreżentati huma elenkati hawn taħt. Xi Stati Membri ma għandhomx awtoritajiet bħal dawn, filwaqt li oħrajn għandhom diversi. BE: Unità għall-Integrità fi ħdan is-Servizz Pubbliku Federali għall-Politika u l-Appoġġ (FOD BOSA/FPS BOSA). BG: Il-Kummissjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Konfiska ta’ Proprjetà Miksuba b’Mod Illegali (CCCFIAP). CZ: Id-Dipartiment tal-Kunflitt ta’ Interessi u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, (Ministeru għall-Ġustizzja). IE: Kummissjoni għall-Istandards fl-Uffiċċju Pubbliku. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Kriminalità Ekonomika tal-Garda wkoll għandu rwol x’jaqdi fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. EL: L-Awtorità Nazzjonali għat-Trasparenza. ES: L-Uffiċċju dwar il-Kunflitt ta’ Interessi. FR: Hemm żewġ korpi kontra l-korruzzjoni -.L’Agence française anticorruption and la Haute Autorité pour la transparence de la vie publique (HATVP). Dawn għandhom funzjonijiet komplementari fir-rigward tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Iċ-ċart tippreżenta l-ħatra tal-AFA. HR: Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess. IT: L-Awtorità Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni. CY: L-Awtorità Indipendenti kontra l-Korruzzjoni. LV: L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni. LT: Hemm żewġ awtoritajiet li jittrattaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni – is-Servizz ta’ Investigazzjoni Speċjali (STT), li huwa ppreżentat fiċ-ċart, u l-Kummissjoni Etika Uffiċjali Ewlenija (COEC). HU: L-Awtorità għall-Integrità. Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Awtorità tal-Integrità jinħatru mill-President tar-Repubblika għal mandat ta’ 6 snin, fuq proposta tal-President tal-Uffiċċju tal-Verifika tal-Istat. AT: L-Uffiċċju Federali kontra l-Korruzzjoni (BAK). PL: L-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni. PT: Il-Mekkaniżmu Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni RO: L-Aġenzija Nazzjonali għall-Integrità. SI: Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. SE: Hemm approċċ deċentralizzat fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u s-SE fdat dan il-kompitu lil bosta aġenziji u korpi differenti.
Il-prosekuzzjoni pubblika taqdi rwol ewlieni fis-sistema tal-ġustizzja kriminali kif ukoll fil-kooperazzjoni f’materji kriminali. Il-funzjonament xieraq tas-servizz tal-prosekuzzjoni nazzjonali huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità, inkluża l-kriminalità ekonomika u finanzjarja, bħall-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew (
), l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jitqies bħala awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru għall-finijiet tal-ħruġ u tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kull meta dan ikun jista’ jaġixxi b’mod indipendenti, mingħajr ma jkun espost għar-riskju li jkun suġġett, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet f’każ speċifiku mill-eżekuttiv, bħal Ministru tal-Ġustizzja (
). L-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni tvarja madwar l-UE u ma hemmx mudell uniformi għall-Istati Membri kollha. Madankollu, il-Kunsill tal-Ewropa innota tendenza mifruxa favur uffiċċju tal-prosekutur aktar indipendenti, pjuttost milli wieħed subordinat jew marbut mal-eżekuttiv (
). Skont il-Kunsill Konsultattiv ta’ Prosekuturi Ewropej, servizz ta’ prosekuzzjoni effettiv u awtonomu impenjat li jirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja huwa wieħed mill-pilastri ta’ stat demokratiku (
).
Il-korruzzjoni spiss hija reat kumpless u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tagħha jistgħu jirrikjedu speċjalizzazzjoni. Dan huwa rikonoxxut ukoll fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tal-liġi kriminali u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni(
). L-Illustrazzjoni 60 tippreżenta mmappjar tal-korpi speċjalizzati fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. Billi l-Istati Membri kollha jippermettu lill-pulizija u lill-korpi tal-prosekuzzjoni regolari jinvestigaw u jressqu prosekuzzjoni ta’ xi forom ta’ korruzzjoni, l-Istati Membri kollha minbarra tnejn għandhom ukoll xi forma ta’ pulizija speċjalizzata biex jinvestigaw każijiet speċifiċi ta’ korruzzjoni, pereżempju meta jkunu aktar serji, kumplessi jew relatati ma’ ċerta kategorija ta’ persuni suspettati. Fir-rigward tal-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, l-Istati Membri kollha minbarra sebgħa għandhom prosekuturi speċjalizzati biex jittrattaw tali każijiet ta’ korruzzjoni.
Illustrazzjoni 60: Awtoritajiet involuti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni - ħarsa ġenerali (*) (Sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-korruzzjoni(
) )
(*) ES: Hemm żewġ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-investigazzjoni tal-korruzzjoni - il-Pulizija Nazzjonali: Unità tal-Kriminalità Ekonomika u Fiskali (UDEF) - Cuerpo Nacional de Policía, Unidad Central de Delincuencia Económica y Fiscal (UDEF) u l-Gwardja Ċivili: Unità Operattiva Ċentrali (UCO) - Guardia civil, Unidad Central Operativa (UCO). IT: Ma hemm l-ebda uffiċċju tal-Prosekutur pubbliku speċjalizzat biss fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. Madankollu, xi wħud minnhom għandhom gruppi ta’ ħidma li jispeċjalizzaw f’reati kontra l-amministrazzjoni pubblika, li jistgħu jinkludu wkoll il-korruzzjoni.
L-Illustrazzjoni 61 tippreżenta l-proċeduri ta’ ħatra għall-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekutur speċjalizzati fl-indirizzar tal-korruzzjoni (fejn jeżistu). Fi 12-il Stat Membru, ma hemm l-ebda uffiċċju tal-prosekutur speċjalizzat jew jekk hemm wieħed, il-ħatra tal-kap tiegħu ssir permezz tal-proċedura normali ta’ ħatra tal-kapijiet ta’ uffiċċji tal-prosekutur.
Illustrazzjoni 61: Proċeduri ta’ ħatra għall-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekutur speċjalizzati biex jindirizzaw il-korruzzjoni (*) (Sors: il-Kummissjoni Ewropea mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-korruzzjoni(
) )
(*) L-illustrazzjoni tiffoka biss fuq l-Istati Membri li għandhom uffiċċju tal-prosekutur speċjalizzat fir-repressjoni tal-korruzzjoni irrispettivament mill-grad ta’ speċjalizzazzjoni. Din tippreżenta informazzjoni differenti mill-immappjar fl-illustrazzjoni preċedenti, li jagħti ħarsa aktar ġenerali lejn l-ispeċjalizzazzjoni. CZ: L-Uffiċċji tal-Prosekutur Ġenerali Għoli. DK: It-Taqsima Nazzjonali tal-Kriminalità Speċjali. IE: Unità kontra t-Tixħim u l-Korruzzjoni, Uffiċċju tal-Kriminalità Ekonomika tal-Garda National. EL: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Finanzjarju. ES: L-Uffiċċju Speċjali tal-Prosekutur Pubbliku Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata. HR: L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Uffiċċju għas-Soppressjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità organizzata (USKOK). Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Kunsill fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja jipprovdu l-opinjoni tagħhom fi proċedura ta’ ħatra. FR: Parquet national financier (PNF). CY: Task force kontra l-korruzzjoni stabbilita taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, b’uffiċjali speċjalizzati mill-istituzzjonijiet rilevanti. LV: Id-Diviżjonijiet għall-Koordinazzjoni tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni għall-Investigazzjoni ta’ Reati ta’ Mġiba Ħażina tad-Detenturi ta’ Karigi Pubbliċi. NL: Il-prosekuturi pubbliċi assoċjati mat-Tim kontra l-Korruzzjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jaħdmu b’mod indipendenti fil-livell operazzjonali u funzjonali. Il-prosekuturi pubbliċi kollha jintgħażlu (u jiġu proposti) mill-uffiċċju tal-Prosekutur. Dawn jinħatru b’digriet irjali, madankollu din hija formalità (ir-re ma għandu l-ebda interferenza fil-proċedura tal-għażla għall-prosekuturi pubbliċi). AT: L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku għall-Ġlieda kontra r-Reati Ekonomiċi u l-Korruzzjoni (WKStA). PL: Id-Dipartiment għall-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Nazzjonali. PT: Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika – id-Dipartiment Ċentrali għall-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni Kriminali (DCIAP). RO: Id-Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni SI: L-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekutur tal-Istat tar-Repubblika tas-Slovenja. SK: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat. SE: It-Taqsima Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni (NACU) (Riksenheten mot korruption).
L-Illustrazzjoni 62 tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-korpi u l-awtoritajiet li jipproponu kandidati għall-ħatra tagħhom bħala prosekuturi ġenerali, l-awtoritajiet li jaħtruhom, u l-awtoritajiet li jiġu kkonsultati.
Illustrazzjoni 62: Proposta u ħatra tal-Prosekutur Ġenerali (*) (Sors: Il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu(
) )
(*) BG: Il-proposti preliminari għall-kandidati jsiru minn mill-inqas tliet membri tal-Awla tal-Prosekuturi tal-Kunsill għall-Ġudikatura u l-Ministru tal-Ġustizzja. Il-Plenarja tal-Kunsill għall-Ġudikatura, wara proċedura ta’ għażla, tibgħat il-proposta uffiċjali ta’ kandidat wieħed lill-President tar-Repubblika li mbagħad jaħtar il-Prosekutur Ġenerali. Il-President għandu d-dritt ta’ veto fuq il-kandidat propost. Imbagħad, il-Plenarja tal-Kunsill għall-Ġudikatura jkollha terġa’ tivvota għal-lista ta’ kandidati li ġiet proposta lilha. Jekk jerġgħu jtellgħu lill-istess kandidat, il-President huwa obbligat li jaħtru. CZ: Il-Ministru/il-Ministeru għall-Ġustizzja jipproponi l-Prosekutur Ġenerali, u l-gvern jaħtru. DK: Il-Ministru/il-Ministeru għall-Ġustizzja jipproponi l-Prosekutur Ġenerali, u l-Kumitat tal-Ħatra tal-gvern jaħtru. DE: Il-Prosekutur Pubbliku Ġenerali Federali jinħatar mill-President tal-Ġermanja fuq il-proposta tal-Ministru Federali għall-Ġustizzja, li teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kunsill Federali. EE: Il-Gvern tar-Repubblika jaħtar il-Prosekutur Ġenerali fil-kariga fuq il-proposta tal-ministru responsabbli għaż-żona wara li jqis l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet legali tar-Riigikogu. IE: Kumitat magħmul mill-Prim Imħallef, il-President tal-Kunsill tal-Avukati, il-President tal-Għaqda tal-Avukati, is-Segretarju Ġenerali għall-gvern u d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżel kandidati għall-ħatra wara kompetizzjoni miftuħa u intervista. EL: Il-Ministru/il-Ministeru għall-Ġustizzja jipproponi l-Prosekutur Ġenerali, u l-Kunsill għall-Ġudikatura jaħtru, segwit minn digriet presidenzjali. FR: Proposta għall-ħatra: il-Ministru għall-Ġustizzja jiddeċiedi b’opinjoni mhux vinkolanti minn qabel tal-Kunsill għall-Ġudikatura. HR: proposta: il-Gvern; ħatra: il-Parlament ibbażat fuq opinjoni tal-kumitat parlamentari kompetenti. IT: Deċiżjoni għall-ħatra: wara proposta tal-Kunsill, il-Ministru għall-Ġustizzja joħroġ digriet ministerjali, mingħajr ebda diskrezzjoni biex ma jaħtarx il-prosekutur kandidat propost. CY: Il-Kap tal-Istat jipproponi u jaħtar il-Prosekutur Ġenerali. LV: Proposta għall-ħatra: il-Kunsill Ġudizzjarju. Deċiżjoni għall-ħatra: il-Parlament. LT: Proposta għall-ħatra: il-Kummissjoni tal-Għażla tal-Prosekuzzjoni (komposta minn żewġ prosekuturi nominati mill-Kunsill Kolleġjali, żewġ prosekuturi nominati mill-Prosekutur Ġenerali u tliet membri oħrajn, li kull wieħed jiġi nominat mill-President tar-Repubblika, l-Ispeaker tas-Seimas u l-Prim Ministru rispettivament). LU: Il-Ministru/il-Ministeru għall-Ġustizzja jipproponi lill-Prosekutur Ġenerali, u l-Gran Duka jaħtru. Il-proċedura se tinbidel mill-1 ta’ Lulju 2023 meta se jibda jaħdem il-Kunsill għall-Ġudikatura. NL: Id-deċiżjoni għall-ħatra tittieħed permezz ta’ digriet reġju (b’obbligu li tkun segwita l-proposta biex jinħatar il-kandidat għall-kariga ta’ prosekutur). Id-deċiżjoni għat-tneħħija tittieħed permezz ta’ digriet reġju. AT: Proposta għall-ħatra: korp indipendenti tal-persunal. Deċiżjoni għall-ħatra: il-President Federali jiddelega d-deċiżjoni lill-Ministru għall-Ġustizzja. PL: Il-Ministru għall-Ġustizzja huwa wkoll il-Prosekutur Ġenerali. Dan jinħatar u jitneħħa mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq proposta tal-Prim Ministru. RO: Il-Ministru/il-Ministeru għall-Ġustizzja jipproponi l-Prosekutur Ġenerali, u l-Kap tal-Istat jaħtru. SI: Proposta: Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat; ħatra: il-Parlament, wara li jirċievi opinjoni mill-gvern. SK: Proposta waħda għall-elezzjoni tal-kandidat għall-Prosekutur Ġenerali tista’ tiġi ppreżentata lill-Kunsill Nazzjonali minn membru tal-Parlament, il-Ministru għall-Ġustizzja, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, il-Kunsill tal-Prosekuturi tar-Repubblika Slovakka, l-organizzazzjoni professjonali tal-avukati, il-fakultà tal-liġi ta’ università bbażata fir-Repubblika Slovakka u fl-Istitut tal-Istat u l-Liġi tal-Akkademja Slovakka tax-Xjenzi. SE: Ma hemm l-ebda awtorità li tipproponi involuta.
– Ġuriżdizzjonijiet kostituzzjonali –
Il-ġustizzja kostituzzjonali hija komponent ewlieni ta’ kontrolli u bilanċi f’demokrazija kostituzzjonali. Il-qrati kostituzzjonali għandhom rwol kruċjali fl-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE, billi jiżguraw l-integrità tal-ordni legali tal-UE, u jiddeterminaw il-prinċipji fundamentali li jikkostitwixxu l-istat tad-dritt. Sa mill-1970, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri bħala l-bażi tal-protezzjoni Ewropea tad-drittijiet fundamentali (
). Aktar reċentement, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-prinċipji tal-istat tad-dritt, kif żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti abbażi tat-trattati tal-UE, għandhom is-sors tagħhom f’valuri komuni li huma rikonoxxuti u applikati wkoll mill-Istati Membri fis-sistemi legali tagħhom stess (
).
L-organizzazzjoni tal-ġustizzja, inkluż l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ qorti kostituzzjonali, taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri(
). Barra minn hekk, il-qrati kostituzzjonali, meta jeżistu, jistgħu jkunu jew ma jkunux parti mill-ġudikatura. Madankollu, kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, meta jeżerċitaw dik il-kompetenza, l-Istati Membri huma meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-UE u, b’mod partikolari, mal-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE(
). Il-Kummissjoni ta’ Venezja nnotat ukoll li ma hemm l-ebda rekwiżit ġenerali biex tiġi stabbilita qorti kostituzzjonali (
). L-Illustrazzjoni 63 tippreżenta l-ewwel ħarsa ġenerali lejn is-soluzzjonijiet differenti adottati fl-Istati Membri biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet kostituzzjonali fl-ogħla istanza.
Illustrazzjoni 63: L-ogħla istanza li teżerċita ġuriżdizzjoni kostituzzjonali (*) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea)
(*) Il-ġuriżdizzjonijiet ikkunsidrati għall-finijiet ta’ din iċ-ċart huma: BE: Cour Constitutionnelle, Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali tal-Belġju). BG: Конституционен съд на Република България (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija). CZ: Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali taċ-Ċekja). DK: Højesteret (il-Qorti Suprema tad-Danimarka). DE: Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali). Il-qrati kollha huma kompetenti biex jistħarrġu l-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni. L-istħarriġ jikkonsisti f’jekk att huwiex adottat f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Kostituzzjoni u fl-Ordnijiet Permanenti tal-Parlament u jekk il-kontenut tal-att jikkonformax mal-Kostituzzjoni. EE: Riigihokus (l-Awla ta’ Stħarriġ Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Suprema en banc). IE: Cúirt Uachtarach na hÉireann (il-Qorti Suprema tal-Irlanda). EL: Areios Pagos (il-Qorti Suprema) u Symvoulio Tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat). Ma hemm l-ebda qorti kostituzzjonali. Kull imħallef għandu s-setgħa li jikkontrolla l-kostituzzjonalità tal-liġi (l-Artikolu 87(2) tal-Kostituzzjoni: “l-imħallfin għandhom ikunu suġġetti biss għall-Kostituzzjoni u għal-liġijiet; fl-ebda każ ma għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ippromulgati bi ksur tal-Kostituzzjoni”). ES: Tribunal Constitucional de España (il-Qorti Kostituzzjonali ta’ Spanja). FR: Conseil Constitutionnel (il-Kunsill Kostituzzjonali). HR: Ustavni sud Republike Hrvatske (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja). IT: Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali). CY: Ανώτατο Δικαστήριο (il-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Ċipru). LV: Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Latvja). LT: Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja). LU: Cour constitutionnelle de Luxembourg (il-Qorti Kostituzzjonali tal-Lussemburgu). HU: Alkotmánybíróság (il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija). Il-qrati kollha jistgħu jwettqu forma deċentralizzata ta’ stħarriġ“kostituzzjonali” fil-konfront ta’ trattati direttament effettivi. MT: Il-Qorti Kostituzzjonali. NL: Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tan-Netherlands) - Il-Qorti Suprema Olandiża tiffunzjona bħala qorti tal-kassazzjoni f’kawżi ċivili, kriminali u tat-taxxa. AT: Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali tal-Awstrija). PL: Trybunał Konstytucyjny (it-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja). PT: Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali). RO: Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Rumanija). SI: Ustavno sodišče Republike Slovenije (il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja). SK: Ústavný súd Slovenskej republiky (il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovakkja). FI: Korkein oikeus ja Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja). Ma hemm l-ebda qorti kostituzzjonali fil-FI. Il-qrati kollha jistgħu jwettqu stħarriġ ex post tal-kostituzzjonalità f’kawżi konkreti, bil-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva Suprema jkunu l-ogħla istanza f’kull fergħa tal-ġudikatura. SE: Högsta Domstolen Högsta och Förvaltningsdomstolen (il-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Iżvezja). Il-qrati kollha jistgħu jistħarrġu l-kompatibbiltà tal-liġijiet mal-Kostituzzjoni jew ma’ statuti superjuri meta jiddeċiedu kawżi konkreti u jridu jneħħu l-applikazzjoni ta’ kull dispożizzjoni inkompatibbli.
Il-kompetenzi assenjati lil dawn il-ġuriżdizzjonijiet kostituzzjonali jvarjaw ukoll, u ma hemm l-ebda standard Ewropew applikabbli f’dan ir-rigward. Il-prattika turi li r-rwol ewlieni tal-Qrati Kostituzzjonali fir-rieżami tal-leġiżlazzjoni u tan-normi huwa akkumpanjat f’xi Stati Membri minn rwol fir-rieżami tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni (
). F’xi każijiet, il-liġi nazzjonali tippermetti wkoll lill-individwi u lill-entitajiet legali jappellaw lill-ġuriżdizzjonijiet kostituzzjonali; dan id-dritt jista’ jkun limitat għal każijiet ta’ allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni applikabbli b’mod ġenerali, filwaqt li f’każijiet oħra jista’ jkopri wkoll id-dritt li jiġu kkontestati atti individwali. L-Illustrazzjoni 64 tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-kompetenzi differenti eżerċitati mill-ogħla ġuriżdizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri, b’enfasi fuq sett magħżul ta’ kompetenzi attribwiti b’mod komuni lil dawn il-ġuriżdizzjonijiet.
Illustrazzjoni 64: Għażla ta’ kompetenzi tal-ogħla istanza li jeżerċitaw ġuriżdizzjoni kostituzzjonali (*) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea)
(*) iċ-CZ: L-istħarriġ ex ante mill-Qorti Kostituzzjonali jseħħ biss meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ trattat internazzjonali mal-Kostituzzjoni u l-liġijiet kostituzzjonali. Individwu jista’ jikkontesta norma ġenerali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali f’ċirkostanzi limitati biss. DK: Il-qrati kollha jistgħu jistħarrġu l-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni. L-istħarriġ jikkonsisti f’jekk att huwiex adottat f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Kostituzzjoni u fl-Ordnijiet Permanenti tal-Parlament u jekk il-kontenut tal-att jikkonformax mal-Kostituzzjoni. IE: L-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni jipprevedi li l-President tal-Irlanda jista’ jirreferi abbozz ta’ leġiżlazzjoni lill-Qorti Suprema għal opinjoni dwar il-validità kostituzzjonali tiegħu. EL: Ma hemm l-ebda qorti kostituzzjonali. Kull imħallef għandu d-dritt u d-dmir li jikkontrolla l-kostituzzjonalità tal-liġijiet (kontroll kostituzzjonali deċentralizzat). Qorti tista’ tiddikjara il-liġi taħt skrutinju bħala “inapplikabbli” għall-kawża inkwistjoni biss. ES: Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ teżerċita appelli preliminari ta’ nuqqas ta’ kostituzzjonalità fir-rigward ta’ proposti għal riformi ta’ statuti ta’ awtonomija. IT: Kull imħallef ordinarju u amministrattiv jista’ jqajjem kwistjoni ta’ validità kostituzzjonali tan-normi li jridu japplikaw għall-kawża quddiemhom. Il-gvernijiet tal-Istat u dawk reġjonali jistgħu jirreferu direttament kwistjonijiet ta’ kostituzzjonalità lill-Qorti, filwaqt li jsostnu li l-kompetenzi tagħha garantiti mill-kostituzzjoni ġew miksura. LU: Kontroll tal-kostituzzjonalità jista’ jinbeda meta parti tqajjem domanda relatata mal-konformità ta’ liġi mal-Kostituzzjoni quddiem qrati ordinarji jew amministrattivi. CY: Ċipru se jkollu qorti kostituzzjonali (Ανώτατο Συνταγματικό Δικαστήριο) minn Lulju 2023. Il-leġiżlazzjoni tipprevedi sistema ta’ rinviju lill-Qorti Kostituzzjonali minn qrati ordinarji ta’ domandi relatati mal-kostituzzjonalità ta’ liġi. Il-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tistħarreġ ilmenti individwali. HU: Stħarriġ ex ante tal-abbozzi tal-liġijiet jista’ jintalab mill-Parlament jew mill-President tar-Repubblika. Stħarriġ ex post tal-liġijiet jista’ jinbeda mill-gvern, kwart tal-membri tal-Parlament, il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (ombudsperson), il-president tal-Kúria (il-Qorti Suprema) u l-Prosekutur Ġenerali. NL: Il-qrati ordinarji jistgħu jwettqu forma deċentralizzata ta’ rieżami kostituzzjonali fin-nuqqas ta’ Qorti Kostituzzjonali ċentralizzata. Filwaqt li l-atti tal-Parlament jistgħu ma jiġux rieżaminati fid-dawl tal-Kostituzzjoni, ir-rieżami huwa possibbli fid-dawl ta’ trattati b’effett dirett. Id-Diviżjoni Konsultattiva tal-Kunsill tal-Istat tipprovdi pariri indipendenti dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni, inkluż fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mal-Kostituzzjoni. PT: L-istħarriġ ex post jinkludi kontroll kostituzzjonali tal-ommissjoni li jiġu adottati l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu eżegwiti n-normi kostituzzjonali. SI: Fuq proposta tal-President tar-Repubblika, tal-gvern jew ta’ terz tal-membri tal-Assemblea Nazzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali toħroġ opinjoni dwar il-konformità ta’ trattat internazzjonali mal-Kostituzzjoni, matul il-proċess ta’ ratifika tat-trattat. L-Assemblea Nazzjonali hija marbuta bl-opinjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.
– Indipendenza tal-Kmamar tal-Avukati u tal-avukati fl-UE –
L-avukati u l-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom għandhom rwol fundamentali fl-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt (
). Sistema ġusta ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja tirrikjedi li l-avukati jkunu liberi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ konsulenza u ta’ rappreżentanza tal-klijenti tagħhom. Is-sħubija tal-avukati fi professjoni libera u l-awtorità li tirriżulta minn dik is-sħubija tgħin sabiex tinżamm l-indipendenza, u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati għandhom rwol importanti biex jgħinu sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-avukati. L-istandards Ewropej jirrikjedu, fost l-oħrajn, il-libertà tal-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat u l-indipendenza tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati. Dawn l-istandards jistabbilixxu wkoll il-prinċipji bażiċi tal-proċedimenti dixxiplinari kontra l-avukati (
).
Illustrazzjoni 65: L-indipendenza tal-Kmamar tal-Avukati u tal-avukati, 2022 (*) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea mas-CCBE (
))
(*) Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ, l-Istati Membri jistgħu jiksbu massimu ta’ disa’ punti. L-istħarriġ sar fil-bidu tal-2023. Għall-mistoqsija dwar il-garanziji tal-kunfidenzjalità tar-relazzjoni bejn l-avukat u l-klijent, ingħataw 0,5 punti għal kull xenarju (tiftix u sekwestru ta’ data elettronika miżmuma mill-avukat, tfittxija fil-bini tal-avukat, interċettazzjoni ta’ komunikazzjoni bejn l-avukat u l-klijent, sorveljanza tal-avukat jew tal-bini tiegħu, awditu tat-taxxa tal-kumpanija legali u verifiki amministrattivi oħra) kopert b’mod sħiħ. Għall-kriterji l-oħra kollha ssodisfati bis-sħiħ ingħata punt 1. Ma ngħata l-ebda punt jekk il-kriterju ma jkunx ġie ssodisfat. MT: tweġibiet tal-2020, adattati għall-metodoloġija l-ġdida. l-EE: il-Ministeru għall-Ġustizzja għandu setgħat superviżorji wiesgħa fuq l-organizzazzjoni tas-sistema tal-għajnuna legali. il-LT: Skont il-Liġi dwar l-Avukati, il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati jista’ jieħu azzjoni dixxiplinari kontra l-avukati. Madankollu, din tistabbilixxi wkoll li l-Ministru għall-Ġustizzja għandu wkoll dritt bħal dan. Jekk il-Ministru għall-Ġustizzja jiddeċiedi li jibda azzjoni dixxiplinari kontra avukat, il-Kamra tal-Avukati ma għandhiex vuċi fi proċedimenti bħal dawn, u l-kawża tmur direttament quddiem il-Qorti Dixxiplinari. Barra minn hekk, il-Qorti Dixxiplinari tikkonsisti f’ħames avukati, li huma membri tal-Kamra tal-Avukati. Tlieta mill-ħamsa jiġu eletti mill-Assemblea Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati, u tnejn oħra jinħatru mill-Ministru għall-Ġustizzja. il-PL: Il-Ministeru għall-Ġustizzja għandu rwol superviżorju fuq il-Kamra tal-Avukati, bl-organizzazzjoni ta’ eżamijiet tal-kamra u bil-kontroll tal-iskema dwar it-tariffi legali minimi. SI: Il-proċedimenti dixxiplinari jitwettqu esklussivament fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-Avukati nnifisha. Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat Dixxiplinari tal-prim’istanza, li jinstema’ mill-Kumitat Dixxiplinari tas-sekond’istanza. Ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ appell mid-deċiżjonijiet tal-Kumitat Dixxiplinari tas-sekond’istanza. Dan huwa ddeterminat fl-Artikolu 65 tal-Att dwar l-Avukati: “Id-deċiżjonijiet tal-korpi dixxiplinari tal-Assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-Avukati għandhom ikunu eżekutorji.”; SK: Primarjament, huwa l-Kumitat ta’ Superviżjoni indipendenti tal-Assoċjazzjoni Slovakka tal-Kmamar tal-Avukati li jippreżenta petizzjoni bbażata fuq l-ilment. Madankollu, il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jibda wkoll proċediment dixxiplinari jekk “avukat ikun wettaq azzjoni li tista’ titqies bħala mġiba professjonali ħażina skont ir-regoli legali li kienu fis-seħħ sa issa, il-President tal-Kumitat ta’ Superviżjoni jew il-Ministru għall-Ġustizzja (filwaqt li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ petizzjonant) jistgħu jippreżentaw rikors għall-bidu tal-proċediment dixxiplinari skont dan l-Att lill-korp governattiv xieraq tal-Kamra tal-Avukati fil-limitu ta’ żmien li kien japplika għall-bidu tal-proċediment dixxiplinari skont ir-regola legali li kienet fis-seħħ sa issa.”
|
3.3.3. Sommarju dwar l-indipendenza ġudizzjarja
L-indipendenza ġudizzjarja hija element fundamentali ta’ sistema tal-ġustizzja effettiva. Hija vitali għaż-żamma tal-istat tad-dritt, il-ġustizzja fi proċedimenti ġudizzjarji u l-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negozji fl-ordinament ġuridiku. Għal din ir-raġuni, kwalunkwe riforma tal-ġustizzja għandha tiddefendi l-istat tad-dritt u tikkonforma mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja. It-tabella ta’ valutazzjoni tal-2023 turi xejriet fil-perċezzjonijiet tal-pubbliku ġenerali u tal-kumpaniji dwar l-indipendenza ġudizzjarja. Din l-edizzjoni tippreżenta wkoll xi indikaturi ġodda dwar il-ħatra tal-Presidenti tal-Qorti Suprema u tal-Prosekuturi Ġenerali, dwar korpi involuti fil-prevenzjoni u r-repressjoni tal-korruzzjoni, u dwar l-ogħla istanzi li jeżerċitaw ġuriżdizzjonijiet kostituzzjonali. L-indikaturi strutturali ma jippermettux fihom infushom li jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-indipendenza tal-ġudikatura tal-Istati Membri, iżda jirrappreżentaw elementi potenzjali li jistgħu jittieħdu bħala punt tal-bidu għal analiżi bħal din.
a)It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2023 tippreżenta l-iżviluppi fl-indipendenza perċepita mill-istħarriġiet tal-pubbliku ġenerali (l-Ewrobarometru FL519) u tal-kumpaniji (l-Ewrobarometru FL520):
oIt-tmien stħarriġ tal-Ewrobarometru fost il-pubbliku ġenerali (l-Illustrazzjoni 49) juri li l-perċezzjoni tal-indipendenza tjiebet fi 15-il Stat Membru, meta mqabbla mal-2016. Il-perċezzjoni tal-pubbliku ġenerali tal-indipendenza tjiebet fi tmien Stati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi speċifiċi meta mqabbel mal-2016. Meta mqabbla mas-sena li għaddiet, il-perċezzjoni tal-pubbliku ġenerali tal-indipendenza tjiebet fi 12-il Stat Membru kif ukoll fi tmienja mill-Istati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi speċifiċi, għalkemm f’żewġ Stati Membri, il-livell ta’ indipendenza perċepita għadu partikolarment baxx.
oIt-tmien stħarriġ tal-Ewrobarometru fost il-kumpaniji (l-Illustrazzjoni 51) juri li l-perċezzjoni tal-indipendenza tjiebet fi 12-il Stat Membru, meta mqabbla mal-2016. Madankollu, meta mqabbla mas-sena li għaddiet, il-perċezzjoni tal-kumpaniji tal-indipendenza naqset fi 13-il Stat Membru u f’disa’ Stati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi speċifiċi. F’żewġ Stati Membri, il-livell ta’ indipendenza perċepita għadu partikolarment baxx.
oFost ir-raġunijiet għan-nuqqas perċepit ta’ indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin, l-interferenza jew il-pressjoni mill-gvern u mill-politikanti kienet l-aktar raġuni ddikjarata, segwita mill-pressjoni minn interessi ekonomiċi jew interessi speċifiċi oħrajn. Meta mqabbla mas-snin ta’ qabel, iż-żewġ raġunijiet għadhom notevoli għal żewġ Stati Membri fejn l-indipendenza perċepita hija baxxa ħafna (l-Illustrazzjonijiet 50 u 52).
oFost ir-raġunijiet għal perċezzjoni tajba tal-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin, kważi erbgħa minn kull ħames kumpaniji u mill-pubbliku ġenerali (ekwivalenti għal 38 % jew 42 % tar-rispondenti kollha, rispettivament) semmew il-garanziji pprovduti mill-istatus u mill-kariga tal-imħallfin.
b)Mill-2022, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE qiegħda tippreżenta r-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar kif il-kumpaniji jipperċepixxu l-effettività tal-protezzjoni tal-investiment mil-liġi u mill-qrati f’dak li jirrigwarda, fil-fehma tagħhom, deċiżjonijiet mhux ġustifikati jew nuqqas ta’ azzjoni mill-Istat (l-Illustrazzjoni 53). L-imġiba amministrattiva, l-istabbiltà u l-kwalità tal-proċess tat-tfassil ta’ liġijiet, kif ukoll l-effettività tal-qrati u l-protezzjoni tal-proprjetà għadhom fatturi ewlenin ta’ sinifikat paragunabbli għall-fiduċja fil-protezzjoni tal-investiment (l-Illustrazzjoni 54). Meta mqabbla mas-sena li għaddiet, il-fiduċja fil-protezzjoni tal-investiment tjiebet f’16-il Stat Membru.
c)L-Illustrazzjoni 55 tippreżenta ħarsa ġenerali aġġornata lejn is-setgħat ewlenin tal-Kunsilli għall-Ġudikatura f’pajjiżi fejn jeżistu tali korpi.
d)L-Illustrazzjonijiet 56 sa 57 jippreżentaw is-sitwazzjoni rigward il-ħatra tal-Presidenti tal-Qorti Suprema fl-Istati Membri kollha. L-Illustrazzjoni 56 turi l-awtoritajiet li jipproponu kandidati għall-ħatra tagħhom bħala Presidenti tal-Qorti Suprema u l-awtoritajiet li jaħtruhom. L-Illustrazzjoni 57 tippreżenta l-kompetenza tas-setgħa eżekuttiva u tal-parlament fil-ħatra tal-Presidenti tal-Qorti Suprema wara s-sottomissjoni mill-awtoritajiet proponenti.
e)Għall-ewwel darba, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tippreżenta serje ta’ indikaturi ddedikati speċifikament għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-Illustrazzjonijiet 58 u 59 juru perspettiva komparattiva tas-setgħat u l-ħatra tal-korpi speċjalizzati li jittrattaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni. L-Illustrazzjonijiet 60 u 61 jippreżentaw l-ewwel ħarsa ġenerali lejn il-korpi rigward l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom fir-repressjoni tal-korruzzjoni u l-proċeduri ta’ ħatra tal-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekutur speċjalizzati fit-trattament tal-korruzzjoni.
f)L-Illustrazzjoni 62 tippreżenta, għall-ewwel darba, lill-awtoritajiet involuti fil-ħatra tal-Prosekuturi Ġenerali.
g)L-Illustrazzjonijiet 63 u 64, bħala novità ta’ din l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni, jippreżentaw l-ewwel ħarsa ġenerali lejn is-soluzzjonijiet differenti adottati fl-Istati Membri biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet kostituzzjonali fl-ogħla istanza u l-għażla ta’ kompetenzi li għandhom.
h)L-Illustrazzjoni 65 turi li għalkemm f’disa’ Stati Membri l-eżekuttiv għandu xi rwol superviżorju fir-rigward tal-Kamra tal-Avukati, l-indipendenza tal-avukati hija ġeneralment garantita, u dan tippermetti lill-avukati jkunu liberi fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom ta’ konsulenza u rappreżentanza tal-klijenti tagħhom.
|
4.
KONKLUŻJONIJIET
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2023 turi stampa varjata tal-effettività tas-sistemi tal-ġustizzja fl-Istati Membri. Turi li f’ħafna ġuriżdizzjonijiet qed isiru sforzi biex jittejbu l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tas-sistemi tal-ġustizzja. Madankollu, għad fadal sfidi sabiex tiġi żgurata l-fiduċja sħiħa taċ-ċittadini fis-sistemi legali tal-Istati Membri kollha. L-informazzjoni li tinsab fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tikkontribwixxi għall-monitoraġġ imwettaq fil-qafas tal-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istat tad-Dritt u tikkontribwixxi għar-Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt.