Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0121

P9_TA(2023)0121 L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta' Fuq Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (COM(2023)0125 – C9-0032/2023 – 2023/0063(COD)) P9_TC1-COD(2023)0063 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Mejju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq

ĠU C, C/2023/1075, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1075/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1075/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1075

15.12.2023

P9_TA(2023)0121

L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta' Fuq

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti ttrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (COM(2023)0125 – C9-0032/2023 – 2023/0063(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2023/1075)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0125),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0032/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0164/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2023)0063

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Mejju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2023/1321.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1075/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top