EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XG0727(03)

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi 2022/C 286/06

ST/11282/2022/INIT

ĠU C 286, 27.7.2022, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/25


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

(2022/C 286/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Sergei Ivanovich MENYAILO (Nru 12), persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (2) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendati. Il-persuna hija b’dan infurmata li tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, sat-3 ta' Awwissu 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuna kkonċernata tista’ f’kull mument tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tkunu inkluża u miżmuma fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati meta jkunu ġew riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għar-rieżami regolari mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.


(1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(2)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


Top