EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XG0621(02)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom 2022/C 238/03

ST/10003/2022/INIT

ĠU C 238, 21.6.2022, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2022/C 238/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949 (4) li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-grupp li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni u l-grupp ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-grupp ikkonċernati jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-15 ta’ Lulju 2022.

L-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p. 4.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p. 1.


Top