Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 52022XC1018(01)

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2022/C 401/08

C/2022/7273

ĠU C 401, 18.10.2022., 10–22. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2022/C 401/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Pannon”

PDO-HU-A1380-AM03

Data tal-applikazzjoni: 25.1.2018

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Żieda tal-kategorija tal-prodott inbid semifrizzanti bil-gass

Il-produtturi tal-inbid bdew jagħmlu nbejjed semifrizzanti bil-gass biex jissodisfaw id-domandi tas-suq li qed jinbidlu. L-avvanzi fit-teknoloġija disponibbli għamluha possibbli li tinkiseb kwalità dejjem aktar tajba, li wassal għal żieda fid-domanda u l-produzzjoni. L-inbejjed eċċellenti tad-DOP Pannon jistgħu jintużaw ukoll biex isiru prodotti omoġenji u ta’ kwalità għolja li jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Intestaturi affettwati:

Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Rendimenti massimi

Varjetajiet ewlenin tad-dwieli

RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA

Rekwiżiti addizzjonali

2.2.   Żieda tal-kategorija tal-prodott inbid frizzanti

Taħlita tad-domanda tas-suq u l-intraprenditorija tal-produtturi tal-inbid wasslu għall-produzzjoni ta’ diversi nbejjed frizzanti. L-inbejjed bażi għall-inbid frizzanti ilhom żmien twil jiġu prodotti fir-reġjun tal-inbid. Il-kantini tal-inbid tal-familji stabbiliti hawnhekk żiedu l-inbejjed frizzanti proprji tagħhom mal-firxiet tal-prodotti tagħhom. Il-varjetajiet tad-dwieli elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbid tad-DOP Pannon irendu nbejjed frizzanti ta’ kwalità partikolarment tajba, u jagħmluha possibbli li tinkiseb kwalità uniformi u ogħla.

Intestaturi affettwati:

Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Rendimenti massimi

Varjetajiet ewlenin tad-dwieli

RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA

Rekwiżiti addizzjonali

2.3.   Varjetajiet ġodda permessi: Ezerfürtű, Furmint, Kadarka (abjad), Pinot Noir (abjad), Rizlingszilváni, Zöld szagos, Zöld szilváni u Alibernet

Ix-xejriet tal-konsum tal-inbid qed jinbidlu kontinwament, u l-produtturi qed iħabirku biex jadattaw għalihom. Il-proporzjon ta’ varjetajiet bojod u aromatiċi fiż-żona definita qed jiżdied. Xi wħud mill-varjetajiet mitluba ilhom jintużaw biex isir inbid ta’ kwalità affidabbli, filwaqt li oħrajn huma minn tħawwil ta’ prova.

Intestaturi affettwati:

Varjetajiet ewlenin tad-dwieli

2.4.   Emenda tal-muniċipalitajiet li jinsabu barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata: iż-żieda ta’ Varsád

L-impjant tal-produzzjoni tal-inbid f’Varsád jipproċessa għeneb li joriġina miż-żona definita għad-DOP Pannon. Il-kwalità tal-prodotti tas-settur tal-inbid magħmula minn dan l-għeneb tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. (Il-muniċipalità ta’ Dég diġà kienet irreġistrata fl-applikazzjoni inizjali bħala muniċipalità barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata.)

Intestaturi affettwati:

Rekwiżiti addizzjonali

2.5.   Żieda tal-muniċipalitajiet ta’ Cikó, Fürged, Magyarszék, Németkér, Pálfa, Pári u Somberek għaż-żona ta’ produzzjoni demarkata

Dawn il-muniċipalitajiet jappartjenu għall-istess unità amministrattiva għall-finijiet tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/33 (2) bħala ż-żona tal-produzzjoni demarkata. Huma jiffurmaw parti integrali miż-żona ġeografika minħabba l-karatteristiċi tal-ħamrija u l-post tagħhom.

Intestaturi affettwati:

Definizzjoni taż-żona demarkata

2.6.   Tħassir tal-muniċipalitajiet ta’ Aba u Seregélyes miż-żona tal-produzzjoni demarkata

Dawn il-muniċipalitajiet tneħħew mill-amministrazzjoni pubblika għaż-żona demarkata u jiffurmaw parti minn reġjun tal-inbid ieħor. Ma jiffurmawx parti miż-żona ġeografika minħabba l-karatteristiċi tal-ħamrija u l-post tagħhom u għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista tal-muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni demarkata.

Intestaturi affettwati:

Definizzjoni taż-żona demarkata

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Pannon

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

9.

Inbid semifrizzanti bil-gass

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

4.1.   Inbid abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur minn abjad ħadrani, għal aħdar safrani, għal dehbi. F’termini ta’ riħa, ivarja minn sottillezza diskreta għall-aromi qawwija ħafna tal-varjetajiet li jfuħu. Jistgħu jfeġġu noti ta’ tuffieħ u frott taċ-ċitru u anke ħjiel ta’ fjuri. L-inbejjed bojod tal-Pannon huma kkaratterizzati minn livell medju u kumpless ta’ aċidità. It-togħma tal-frott u l-armonija huma karatteristiċi tal-inbejjed kollha prodotti f’dan ir-reġjun.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

4.2.   Inbid rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur minn lewn il-qoxra tal-basal, għal lewn il-peonja, għal lewn il-frawli. Il-fwejjaħ huma tipiċi tal-varjetà, u huma prinċipalment tal-lampun, tal-frawli u tat-tut tal-għollieq. L-inbid huwa kkaratterizzat minn aċidi friski, b’intensità medja u korpożità ħafifa u medja, u l-aromi li jfeġġu fir-riħa huma riflessi wkoll fil-palat.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

4.3.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jvarja minn aħmar għal lewn ir-rubin, minn aħmar vjola, għal aħmar skur u qawwi. Il-fwieħa tiegħu hija kkaratterizzata minn dik tal-frott, speċjalment ta’ frott artab aħmar, b’mod partikolari l-frawli, l-għanbaqar u ċ-ċirasa. Din tista’ tiġi ssupplimentata b’noti pikkanti mit-tqaddim fil-bittija. Għandu korpożità medja u robusta bi struttura tipika ta’ aċidità medja u ammont minn medju sa għoli ta’ tannini.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

4.4.   Inbid abjad frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn isfar ċar għal isfar dehbi. Il-fwieħa u t-togħma tiegħu huma ddeterminati mill-aromi primarji tal-frott tipiċi tal-għeneb – frott taċ-ċitru u tuffieħ aħdar – li huma kkumplimentati mill-fwieħa u s-sustanzi aromatiċi sekondarji li jiżviluppaw matul it-tqaddim, bħal tal-gallettini u l-brioche. Il-frizzanza delikata prodotta mill-aċidu karboniku derivat mit-tieni fermentazzjoni alkoħolika hija preżenti matul il-proċess tat-tidwiq.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.5.   Inbid rożè frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn lewn il-qoxra tal-basal ċara għal aħmar ċar. It-togħma u l-fwieħa tiegħu huma ddeterminati mis-sustanzi tal-frott, tal-frawli ħafif, tal-lampun u tal-aroma pikkanti li huma tipiċi tal-għeneb, li huma kkumplimentati minn sustanzi sekondarji tal-fwieħa u tal-aroma li jiżviluppaw matul it-tqaddim, bħal tal-gallettini u l-brioche, akkumpanjati minn aċidità pjaċevoli u bbilanċjata.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.6.   Inbid aħmar frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn lewn ir-rubin għal aħmar skur. It-togħma u l-fwieħa tiegħu huma ddeterminati mill-aromi primarji tal-frott li huma tipiċi tal-għeneb (l-iżjed taċ-ċirasa u tal-passolina), li huma kkumplimentati mill-fwieħa u s-sustanzi aromatiċi sekondarji li jiżviluppaw matul it-tqaddim, bħal tal-gallettini u l-brioche.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.7.   Inbid abjad semifrizzanti bil-gass

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn abjad ħadrani għal isfar dehbi; dejjem bi fwieħa friska u tal-frott taċ-ċitru u t-tuffieħ aħdar, u aċidità eleganti u friska. Ma huma evidenti l-ebda noti tat-tqaddim fil-btieti tal-injam, la fit-togħma u lanqas fil-fwieħa tiegħu.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.8.   Inbid rożè semifrizzanti bil-gass

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn lewn il-qoxra tal-basal ċara għal aħmar ċar, b’karattru tal-frott (l-iżjed tal-frawli, tal-lampun u tat-tut tal-għollieq) u karattru vivaċi u frisk.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.9.   Inbid aħmar semifrizzanti bil-gass

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn aħmar, għal lewn ir-rubin jew aħmar jagħti fil-vjola, għal aħmar skur. Huwa kkaratterizzat minn togħma tipika tal-frott u fwieħa tal-frott artab aħmar, bħal frawli, għanbaqar u ċirasa.

*

Id-data analitika nieqsa tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb

Sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli

Il-metodu tal-kultivazzjoni tad-dwieli u l-ispazju ta’ bejniethom:

Fil-każ ta’ vinji li tħawlu qabel il-31 ta’ Lulju 2009, il-prodotti tas-settur tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pannon jistgħu jiġu prodotti sas-sena tal-għasra 2035/2036 minn għeneb minn kwalunkwe vinja fejn il-metodu ta’ tħarriġ u d-densità tat-tħawwil kienu diġà permessi.

Regoli li jirrigwardaw il-pjantaġġuni l-ġodda

Fil-każ ta’ vinji li tħawlu wara l-1 ta’ Awwissu 2009:

id-densità tat-tħawwil ma tistax tkun inqas minn 3 300 dielja/ha;

id-distanza bejn il-flanni ma tistax tkun inqas minn 2 metri jew aktar minn 3,5 metru;

id-distanza bejn il-pjanti ma tistax tkun inqas minn 0,6 metri jew aktar minn 1,2 metru;

jista’ jintuża kwalunkwe metodu ta’ tħarriġ, ħlief għal tħarriġ forma ta’ purtiera sempliċi.

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-EBDA

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Il-prodotti kollha tas-settur tal-inbid

100 hl/ha

Il-prodotti kollha tas-settur tal-inbid

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żoni fil-muniċipalitajiet li ġejjin li huma kklassifikati bħala Klassi I u II skont il-katast tal-vinji: Helesfa, Kispeterd, Mozsgó, Nagypeterd, Nyugotszenterzsébet, Szigetvár, Boda, Cserkút, Hosszúhetény, Ivánbattyán, Keszü, Kiskassa, Kővágószőlős, Kővágótöttös, Mecseknádasd, Pécs, Pécsvárad, Szemely, Kisjakabfalva, Babarc, Bár, Bóly, Dunaszekcső, Hásságy, Lánycsók, Magyarszék, Máriakéménd, Mohács, Monyoród, Nagynyárád, Olasz, Szajk, Szederkény, Somberek u Versend;

Alsónána, Alsónyék, Báta, Bátaszék, Decs, Harc, Kakasd, Kéty, Medina, Őcsény, Sióagárd, Szálka, Szekszárd, Várdomb u Zomba;

Aparhant, Bátaapáti, Bikács, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Bölcske, Cikó, Dunaföldvár, Dunaszentgyörgy, Dúzs, Fácánkert, Felsőnyék, Fürged, Grábóc, Gyönk, Györe, Györköny, Hidas, Hőgyész, Igar, Iregszemcse, Izmény, Kisdorog, Kismányok, Kisszékely, Kisvejke, Kölesd, Lengyel, Lajoskomárom, Madocsa, Magyarkeszi, , Mezőkomárom, Mórágy, Mőcsény, Mucsfa, Mucsi, Nagydorog, Nagyszékely, Nagymányok, Nagyszokoly, Németkér, Ozora, Paks, Pálfa, Pári, Pincehely, Regöly, Sárszentlőrinc, Simontornya, Szabadhidvég, Tamási, Tengelic, Tevel, Tolna, Tolnanémedi, Váralja u Závod;

Bisse, Csarnóta, Diósviszló, Harkány, Hegyszentmárton, Kistótfalu, Márfa, Nagytótfalu, Siklós, Szava, Túrony, Vokány, Kisharsány, Nagyharsány, Palkonya, Villány u Villánykövesd.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

alibernet

 

blauburger

 

blauer frühburgunder

 

bíbor kadarka

 

cabernet franc - cabernet

 

cabernet sauvignon

 

chardonnay - kereklevelű

 

cirfandli - piros cirfandli

 

cot - malbec

 

csabagyöngye - pearl of csaba

 

cserszegi fűszeres

 

csomorika - csomor

 

domina

 

ezerfürtű

 

furmint - furmint bianco

 

hamburgi muskotály - muscat de hamburg

 

hárslevelű - garszleveljü

 

irsai olivér - irsai

 

juhfark - fehérboros

 

kadarka - fekete budai

 

karát

 

királyleányka - little princess

 

kékfrankos - moravka

 

kékoportó - blauer portugieser

 

leányka - leányszőlő

 

menoire

 

merlot

 

mészikadar

 

nektár

 

olasz rizling - olaszrizling

 

ottonel muskotály - muscat ottonel

 

pinot blanc - fehér burgundi

 

pinot noir - kék burgundi

 

rajnai rizling - rhine riesling

 

rizlingszilváni - müller thurgau

 

rubintos

 

sagrantino

 

sauvignon - sauvignon blanc

 

syrah - shiraz

 

szürkebarát - pinot gris

 

sárga muskotály - muscat lunel

 

tannat

 

tramini - traminer

 

turán

 

viognier

 

zefír

 

zengő

 

zenit

 

zweigelt - blauer zweigeltrebe

 

zöld szagos - decsi szagos

 

zöld szilváni - grüner sylvaner

 

zöld veltelíni - zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Fatturi naturali

Ir-reġjun tal-inbid ta’ Pannon jinkludi erba’ żoni tal-vitikultura li jinsabu fiż-żona bl-għoljiet imdawra mix-Xmara Danubju, ix-Xmara Drava u l-Lag Balaton, u fuq l-għoljiet tan-Nofsinhar tal-meded ta’ Villány u Mecsek li jinsabu bejniethom. Dawn huma ż-żoni tal-vitikultura ta’ Pécs, Villány, Szekszárd u Tolna.

Il-blat bażi tal-għoljiet ta’ Tolna u Baranya huwa ta’ ħamrija sedimentarja taflija u ramlija, li hija mgħottija minn loess u trab ġulġlieni. Il-blokok tal-ġebel tal-ġir tal-għoljiet ta’ Villány u Mecsek f’ħafna postijiet huma mgħottija minn ħamrija loess u tat-trab ġulġlieni.

Il-ħamrija tar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon hija favorevoli ħafna għall-vitikultura.

Il-klima hija kontinentali, b’influwenzi Mediterranji kbar min-Nofsinhar.

It-temperatura medja annwali hija 10-12 °C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ta’ aktar minn 2 000 fis-sena. Ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet, tagħmel madwar 600 mm xita.

Il-klima u t-temp tar-reġjun huma partikolarment adattati għall-produzzjoni ta’ għeneb kemm abjad kif ukoll iswed.

8.2.   Inbid: Fatturi umani

Iż-żona hija waħda mill-eqdem reġjuni vitikulturali fl-Ungerija. Il-vitikultura nġiebet fl-Ungerija, jiġifieri fil-Pannonja, l-ewwel miċ-Ċelti u mbagħad mir-Rumani. L-importanza tal-vitikultura f’dan ir-reġjun hija sostnuta wkoll mis-sejba ta’ artefatti.

F’dak iż-żmien bikri, il-persuni li kienu jgħixu fir-reġjun kienu josservaw il-kundizzjonijiet naturali li kienu jipprovdu bażi eċċellenti għall-vitikultura u għall-produzzjoni tal-inbid. Hemm bosta rekords bil-miktub ta’ nbejjed prodotti f’dan ir-reġjun li jmorru lura sal-bidu tal-Medju Evu. Hemm vinji li jittieħed ħsiebhom sew fl-abbaziji kollha li twaqqfu f’numri kbar matul l-era tal-Árpád.

Il-vitikultura twaqqfet milli tistagħna biss mill-gwerer mat-Torok, għal madwar 150 sena.

Il-produzzjoni tal-inbid lokali ġiet żviluppata aktar mill-Ġermaniżi li stabbilew ruħhom fir-reġjun tal-inbid fis-seklu 18. Is-Serbi li ġew joqogħdu hawn f’dan il-perjodu introduċew il-produzzjoni tal-Kadarka, li minnha kien jiġi prodott l-inbid aħmar bl-użu ta’ metodu ġdid: il-fermentazzjoni bil-qoxra.

Minn fost l-għexieren ta’ varjetajiet ikkultivati, saru deċiżivi żewġ varjetajiet ta’ dwieli użati għall-produzzjoni tal-inbid aħmar matul it-tħawwil mill-ġdid fis-seklu 18: waħda kienet il-Kadarka, li nġiebet mill-Balkani mis-Serbi li kienu qed jaħarbu mit-Torok; l-oħra kienet il-Kékoportó, li ġiet introdotta f’Villány mill-Ġermaniżi li marru jgħixu hemm u li jingħad li oriġinat mill-Portugall. Ir-reġjun huwa aktar magħruf għall-inbejjed ħomor tiegħu, iżda l-varjetajiet bojod kienu jiddominaw fiż-żoni ta’ Siklós, Tolna u Mecsek: Olaszrizling, Hárslevelű, Cirfandli u Furmint.

Il-metodu tal-produzzjoni tal-inbid aħmar ta’ oriġini Balkana ġie introdott mal-Kadarka. L-għeneb blu mgħaffeġ kien jiġi ffermentat f’tankijiet kbar tal-injam fi rziezet fil-vinji ta’ Szekszárd u fi preses mibnija fil-kantini fit-tarf tar-raħal ta’ Villány. Wara l-fermentazzjoni, in-naħa ta’ fuq tal-bażi tal-ilbieba kienet tiġi ssiġillata bit-tajn u mqaddma għal xahar. L-inbejjed imbagħad kienu jitferrgħu fi btieti. Fin-Nofsinhar tat-Transdanubju, kienu jiġu prodotti nbejjed ħomor ta’ kulur aktar jgħajjat u b’togħma pjaċevolment friska magħrufa bħala “siller” jew “fuchsli” b’maċerazzjoni iqsar bil-qoxra.

Fir-reġjun tal-inbid ta’ Pannon jiġu prodotti kemm inbejjed ħomor kif ukoll inbejjed bojod, iżda l-inbejjed ħomor illum il-ġurnata kisbu sinifikat akbar. Fil-bidu tas-seklu 20 il-Kadarka u l-Kékoportó kienu għadhom jipprovdu l-bażi għall-inbejjed ħomor, iżda f’dawn l-aħħar deċennji l-Kadarka ġiet issostitwita mill-Kékfrankos, u l-varjetajiet internazzjonali li ġejjin infirxu ħafna: Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc u Merlot. L-inbejjed cuveé tat-tip Bordeaux imqaddma fi btieti tal-injam ġodda spiss jiġu prodotti minn dawn il-varjetajiet. Olaszrizling, Hárslevelű, Rajnai rizling u Chardonnay huma t-tipi dominanti tal-varjetajiet bojod.

8.3.   Inbid: Deskrizzjoni tal-inbejjed

B’mod ġenerali, l-inbejjed taż-żona demarkata għandhom korpożità medja jew robusta bis-saħħa tal-għoljiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar, u għalhekk jipprevalu kundizzjonijiet klimatiċi aktar sħan, li jwasslu għal grad ogħla ta’ sajran taz-zokkor u kontenut ta’ alkoħol medju jew għoli u huma fi proporzjon mar-robustezza tal-korp. L-istil matur jimmanifesta ruħu wkoll fil-karattru tal-frott u t-tannini qawwija (tal-inbejjed ħomor).

8.4.   Inbid: Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Minħabba l-klima kontinentali tar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon, flimkien mal-influwenzi Mediterranji, u l-għoljiet tiegħu li jħarsu lejn in-Nofsinhar, l-inbejjed ta’ Pannon huma prinċipalment ta’ tip Mediterranju u huma kkaratterizzati minn aċidità kumplessa u eleganti. Bis-saħħa tas-sottoswol sedimentarju tal-għoljiet ta’ Tolna u Baranya, l-inbejjed tar-reġjun għandhom togħma l-aktar ta’ frott. Bis-saħħa tal-għadd twil ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx, l-inbejjed tar-reġjun tipikament huma robusti, b’kontenut ogħla ta’ alkoħol. Minħabba l-kundizzjonijiet naturali, l-inbejjed rożè u ħomor ta’ Pannon fihom tannini bellusin.

Peress li hemm influwenza Mediterranja, il-produtturi tal-għeneb u tal-inbid tar-reġjun jistgħu wkoll jaħsdu varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid abjad u aħmar li jsiru tard (eż. Olasz rizling, Furmint, Cabernet Franc u Cabernet Sauvignon) meta jkunu misjura u jkollhom kontenut għoli ta’ zokkor.

Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp tal-ħarifa li spiss ikunu favorevoli, huwa possibbli li jinħasad kemm għeneb imqadded kif ukoll għeneb misjur iżżejjed. Dan huwa muri mill-produzzjoni mifruxa ta’ nbejjed bi ħsad tardiv, ħsad magħżul u għeneb imqadded f’dan ir-reġjun. Dawn l-inbejjed ta’ kwalità superjuri jgħaqqdu l-għarfien espert li l-produtturi tal-inbid tar-reġjun żviluppaw matul is-sekli u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra mal-kundizzjonijiet naturali tiegħu u l-potenzjal tal-produzzjoni tal-varjetajiet lokali.

In-nies li jgħixu fir-reġjun tal-inbid ta’ Pannon għandhom għarfien tal-vitikultura u mħabba għaliha li jmorru lura sekli sħaħ. Il-persuni minn Schwaben li stabbilew ruħhom fit-territorju tar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon stabbilew il-pedamenti għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid tal-lum. Il-kantini tal-inbid tal-familji mwaqqfa fil-bidu tad-disgħinijiet reġgħu stabbilew il-produzzjoni tal-inbid u rnexxielhom jipproduċu prodotti ta’ kwalità ogħla, li għalihom sabu wkoll suq.

8.5.   Inbid frizzanti: Fatturi umani

Minbarra l-fatturi naturali u umani deskritti għall-inbid, dan li ġej japplika għall-inbejjed frizzanti ta’ Pannon:

Il-produzzjoni tal-inbid frizzanti fir-reġjun tal-inbid ta’ Pannon tmur lura 100 sena. L-inbejjed frizzanti prodotti wara li ġie stabbilit l-ewwel impjant tal-inbid frizzanti fl-1912 kisbu suċċess kbir u stabbilew reputazzjoni tajba fuq livell nazzjonali.

Il-produtturi fis-sottoreġjun tal-inbid ta’ Pannon qajmu mill-ġdid it-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti, billi reġgħu qiegħdu l-inbid frizzanti ta’ Pannon fis-suq.

Is-suċċess tal-prodotti huwa r-riżultat tal-għarfien u l-fama tal-vitikulturi u l-prodotturi tal-inbid lokali. Karatteristika ewlenija tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti ta’ Pannon hija l-proċess tradizzjonali u l-fermentazzjoni fil-flixkun, li bħala riżultat tagħhom jiżviluppaw it-togħmiet u l-aromi sekondarji minbarra l-fwejjaħ primarji tal-frott.

8.6.   Inbid frizzanti: Deskrizzjoni tal-inbejjed

Bħala riżultat ta’ tqaddim itwal, l-inbejjed frizzanti bojod ivarjaw fil-kulur minn isfar ċar sa isfar dehbi, l-inbejjed frizzanti rożè minn lewn il-qoxra tal-basal sa roża lewn il-lampun u l-inbejjed frizzanti ħomor minn lewn ir-rubin għal aħmar skur. Il-fwieħa u t-togħma tal-inbejjed frizzanti ta’ Pannon huma ddeterminati mis-sustanzi primarji, li huma tal-frott jew pikkanti ħafna (fil-każ tal-inbejjed rożè u ħomor) u s-sustanzi aromatiċi karatteristiċi tal-għeneb; dawn huma kkumplimentati minn aromi sekondarji. L-inbejjed frizzanti ta’ Pannon għandhom aċidi friski.

8.7.   Inbid frizzanti: Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Ir-reġjun tal-inbid jinkludi l-erba’ żoni ta’ vitikultura tan-Nofsinhar tal-Ungerija. Il-klima lokali hija ddeterminata minn influwenzi kontinentali u Mediterranji. L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa aktar mill-medja nazzjonali. L-ammont annwali u d-distribuzzjoni relattivament uniformi tal-preċipitazzjoni u l-karatteristiċi relattivament tajbin taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija t-tnejn jgħinu jiżguraw li d-dwieli jkollhom provvista adegwata ta’ ilma matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-inbejjed frizzanti, peress li jipprevjeni l-formazzjoni fl-inbid ta’ rwejjaħ veġetali u tal-moffa u aċidi immaturi u ħorox li jkunu aċċentwati mid-diossidu tal-karbonju li jirriżulta mit-tieni fermentazzjoni alkoħolika.

Il-perjodu twil ta’ veġetazzjoni u l-ammont totali għoli ta’ sħana jiżguraw kundizzjonijiet ottimali għall-għeneb użat biex isiru l-inbejjed bażi biex l-inbejjed frizzanti jsiru kif suppost u biex l-aċidi friski tagħhom jiġu ppreservati.

Il-post tal-vinji, il-kundizzjonijiet klimatiċi Mediterranji, it-tafal, il-ħamrija tal-ġir u tal-loess b’ħafna nutrijenti u l-varjetajiet ta’ dwieli l-aktar adattati għaż-żona tal-produzzjoni jingħaqdu biex jagħtu lill-inbid frizzanti ta’ Pannon il-karattru uniku tiegħu, li jippreserva l-fwieħa u s-sustanzi aromatiċi kumplessi tal-frott jew pikkanti u l-freskezza u l-aċidità eleganti tiegħu, anke wara t-tieni fermentazzjoni alkoħolika. L-inbejjed frizzanti bi fwejjaħ sekondarji eleganti u delikati li jirriżultaw mit-tqaddim itwal li huwa parti mill-proċess tal-produzzjoni tradizzjonali huma tipiċi tar-reġjun tal-inbid.

8.8.   Inbid semifrizzanti bil-gass: Fatturi umani

Minbarra l-fatturi umani li diġà ġew deskritti għall-inbid, dan li ġej japplika għall-inbejjed semifrizzanti bil-gass ta’ Pannon:

L-inbid semifrizzanti bil-gass huwa kategorija tal-prodott li hija relattivament ġdida għar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon. Il-produtturi tar-reġjun bdew jipproduċuh mill-għeneb tradizzjonalment imkabbar hawn u użat biex isir l-inbid bażi għall-inbid frizzanti, u kellhom suċċess fil-kummerċjalizzazzjoni tiegħu fis-suq domestiku.

Is-suċċess ekonomiku u kummerċjali tal-prodott huwa r-riżultat tal-għarfien u l-fama tal-vitikulturi u l-prodotturi tal-inbid lokali. L-inbid semifrizzanti bil-gass ta’ Pannon tipikament jiġi prodott minn varjetajiet imkabbra hawn, biż-żmien tal-ħsad jintgħażel b’tali mod li jiġi żgurat li, matul l-ipproċessar, is-sustanzi naturali tat-togħma u l-aroma primarji tal-għeneb ikunu jistgħu jiġu ppreservati; l-effett taż-żieda tad-diossidu tal-karbonju qabel l-ibbottiljar huwa li dan jiġi aċċentwat.

8.9.   Inbid semifrizzanti bil-gass: Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed bojod, rożè u semifrizzanti bil-gass ta’ Pannon tipikament ikollhom kontenut ta’ aċidu armonjuż, ikunu vivaċi u jkollhom aromi friski u kumplessi ta’ frott.

8.10.   Inbid semifrizzanti bil-gass: Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Ir-reġjun jinkludi l-erba’ żoni ta’ vitikultura tan-Nofsinhar tal-Ungerija. Il-klima lokali hija ddeterminata minn influwenzi kontinentali u Mediterranji. Din hija l-parti tal-Ungerija fejn ir-rebbiegħa tibda l-aktar kmieni, u n-numru ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ogħla mill-medja nazzjonali. L-ammont annwali u d-distribuzzjoni relattivament uniformi tal-preċipitazzjoni u l-karatteristiċi relattivament tajbin taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija t-tnejn jgħinu jiżguraw li l-għeneb ikollu provvista adegwata ta’ ilma matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-inbejjed semifrizzanti bil-gass, peress li jipprevjeni l-formazzjoni fl-inbid ta’ rwejjaħ veġetali u tal-moffa u aċidi immaturi u ħorox li jkunu aċċentwati mid-diossidu tal-karbonju preżenti fl-inbid.

Il-post tal-vinji, il-klima Mediterranja, il-ħamrija taflija u tal-ġir u tal-loess b’ħafna nutrijenti u l-varjetajiet li huma adattati sew għaż-żona tal-produzzjoni jingħaqdu biex jagħtu lill-prodott karattru uniku, kif rifless fit-togħma tal-frott kumplessa u s-sustanzi aromatiċi, il-freskezza u l-aċidità eleganti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona ġeografika fejn jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pannon

Qafas ġuridiku:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pannon jistgħu jiġu prodotti biss fil-muniċipalitajiet fiż-żoni tal-vitikultura ta’ Tolna, Szekszárd, Pécs u Villány li huma elenkati fit-taqsima IV tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u f’Dég fil-Kontea ta’ Fejér u f’Varsád fil-Kontea ta’ Tolna.

Il-muniċipalitajiet ta’ Dég u Varsád jinsabu fl-istess żona amministrattiva bħal dik tar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon.

Regoli dwar l-indikazzjonijiet

Qafas ġuridiku:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ebda unità ġeografika iżgħar ma tista’ tiġi indikata flimkien mad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pannon.

Il-logo ta’ Pannon jista’ jintwera.

Termini tradizzjonali awtorizzati għall-użu, termini oħra li l-użu tagħhom huwa ristrett, termini li jindikaw il-metodu ta’ produzzjoni, u termini oħra li l-użu tagħhom huwa regolat:

Inbid

1.

Abjad: Késői szüretelésű [inbid ta’ ħsad tardiv], Válogatott Szüretelésű [inbid ta’ ħsad magħżul], Muskotály, Cuvée jew Küvé, Szüretlen [mhux iffiltrat], Töppedt szőlőből készült [magħmul minn għeneb imqadded], Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid], barrique, “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-kartell] jew “..hordóban erjesztett” [iffermentat fil-bittija], “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-kartell] jew “... hordóban érlelt” [imqaddem fil-bittija]

2.

Rożè: Válogatott Szüretelésű [inbid ta’ ħsad magħżul], Szüretlen [mhux iffiltrat], Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid]

3.

Aħmar: Siller, Késői szüretelésű [inbid ta’ ħsad tardiv], Válogatott Szüretelésű [inbid ta’ ħsad magħżul], Muskotály, Cuvée jew Küvé, Szüretlen [mhux iffiltrat], Töppedt szőlőből készült [magħmul minn għeneb imqadded], Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid], barrique, “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-kartell] jew “..hordóban erjesztett” [iffermentat fil-bittija], “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-kartell] jew “... hordóban érlelt” [imqaddem fil-bittija]

Inbid frizzanti u nbid semifrizzanti bil-gass:

1.

Abjad: Muskotály, Cuvée jew Küvé

2.

Rożè: Muskotály, Cuvée jew Küvé

3.

Aħmar: Muskotály, Cuvée jew Küvé

L-espressjonijiet “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni], “termelői palackozás” [ibbottiljat mill-produttur] u “pinceszövetkezetben palackozva” [ibbottiljat f’kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid] jistgħu jiġu indikati fuq kwalunkwe nbid ta’ Pannon.

It-terminu “rozé” jista’ jiġi ssostitwit b’“rosé”, u t-terminu “küvé” b’“cuvée”, jew b’“házasítás” [taħlita].

Regoli dwar il-preżentazzjoni

Qafas ġuridiku:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-metodi kollha ta’ preżentazzjoni huma permessi, ħlief għall-inbejjed Pannon ta’ ħsad tardiv, l-inbejjed Pannon ta’ ħsad magħżul u l-inbejjed Pannon magħmulin minn għeneb imqadded, li jistgħu jinbiegħu fi fliexken tal-ħġieġ biss.

Din ir-regola ma tapplikax għall-inbejjed prodotti fiż-żona tal-produzzjoni mill-produttur fil-kantina tiegħu stess għall-konsum fuq il-post.

Notifika minn qabel tal-preżentazzjoni:

Il-faċilitajiet tal-ibbottiljar barra ż-żona demarkata għandhom jinnotifikaw lis-segretarju tar-reġjun tal-inbid ta’ Pannon dwar kwalunkwe ibbottiljar ta’ prodotti tas-settur tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta sa mhux aktar tard minn 8 ijiem qabel tibda l-preżentazzjoni.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/download/9/b1/f2000/Pannon%20term%C3%A9kle%C3%ADr%C3%A1s%203-v%C3%A1ltozat%20COM%20kn.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Az oldal tetejére