Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0401(01)

    Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.)) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 145/05

    C/2022/1789

    ĠU C 145, 1.4.2022, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/6


    Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

    (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 145/05)

    Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

    Referenza tad-Deċiżjoni (2)

    Data tad-Deċiżjoni

    Isem is-sustanza

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Numru tal-awtorizzazzjoni

    Użu awtorizzat

    Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

    Raġunijiet għad-deċiżjoni

    C(2022) 1789

    25 Marzu 2022

    4-nonilfenol, ramifikati u lineari, etossilati (4-NPnEO)

    Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

    Cytiva Sweden AB, Björkgatan 30, BA1-1, 75 184 Uppsala, l-Iżvezja

    REACH/22/9/0

    L-użu industrijali ta’ emulsifikaturi li fihom 4-NPnEO għall-manifattura ta’ reżini għall-kromatografija li tintuża mill-industrija bijofarmaċewtika, fis-setturi tal-ikel u tax-xarbiet, u fl-akkademja

    l-4 ta’ Jannar 2033

    F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


    Top