IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.7.2022
COM(2022) 329 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li jemenda r-Regolament (UE) 691/2011 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali
ANNESS
“ANNESS VII
KONTIJIET FORESTALI
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet forestali jirreġistraw u jippreżentaw id-data dwar ir-riżorsi tal-foresti u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam b’mod li huwa kompletament kompatibbli mad-data rrapportata fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA). Il-kontijiet forestali jipprovdu informazzjoni komplementari u jużaw kunċetti adattati għan-natura partikolari tal-foresti u tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet forestali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet forestali jirreġistraw l-ħażniet u l-flussi tar-riżorsi tal-foresti (art imsaġġra u injam) u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż il-produzzjoni tal-injam tond u l-estrazzjoni u l-ġbir tal-prodotti tal-foresti mhux tal-injam li jikbru fis-salvaġġ.
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet forestali skont il-karatteristiċi deskritti f’din it-Taqsima.
(1)Kontijiet tal-assi tal-art imsaġġra u tal-injam L-art imsaġġra hija definita bħala s-somma tat-tliet punti ta’ hawn taħt.
(a)Foresta disponibbli għall-provvista tal-injam: Foresti fejn kwalunkwe restrizzjoni ambjentali, soċjali jew ekonomika ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-provvista attwali jew potenzjali tal-injam. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ regoli legali, deċiżjonijiet maniġerjali/tas-sid jew minħabba raġunijiet oħrajn.
(b)Foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam hija l-foresti kollha li ma jitqisux disponibbli għall-provvista tal-injam skont il-punt a). Dawn huma foresti fejn ir-restrizzjonijiet ambjentali, soċjali, ekonomiċi jew legali jipprevjenu kwalunkwe provvista sinifikanti tal-injam. Dan jinkludi (a) foresti b’restrizzjonijiet legali jew b’restrizzjonijiet li jirriżultaw minn deċiżjonijiet politiċi oħrajn li jeskludu totalment jew li jillimitaw b’mod sever il-provvista tal-injam għal raġunijiet bħall-konservazzjoni ambjentali jew tal-bijodiversità (foresti ta’ protezzjoni, parks nazzjonali, riżervi naturali u żoni protetti oħrajn bħal dawk ta’ interess ambjentali, xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċjali); (b) il-foresti fejn il-produttività fiżika jew il-kwalità tal-injam hija baxxa wisq jew il-kostijiet tal-ħsad u tat-trasport huma għoljin wisq sabiex jiġġustifikaw it-tagħlil, minbarra t-tqaċċit okkażjonali għall-awtokonsum.
(c)Art imsaġġra oħra.
“Foresta” hija definita bħala art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f’ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna.
“Art imsaġġra oħra” hija definita bħala art mhux ikklassifikata bħala foresta, mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari; b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ bejn il-5 % u l-10 % jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ; jew b’kopertura kkombinata ta’ sġajriet, arbuxelli u siġar akbar minn 10 %. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f’ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna.
“Inkrement annwali nett tal-injam” huwa definit bħala t-tkabbir tal-volum annwali medju ta’ siġar ħajjin. Dan jiġi kkalkolat mill-istokk ta’ siġar ħajjin (injam mhux maqtugħ) disponibbli fil-bidu tas-sena wara li titnaqqas il-mortalità annwali medja.
“Tneħħija” hija definita bħala l-volum tas-siġar kollha, ħajjin jew mejtin, li jitqaċċtu u jitneħħew mill-foresta, minn art imsaġġra oħra jew minn siti oħra ta’ tqaċċit. Tinkludi injam tond mhux mibjugħ maħżun fil-ġenb tat-triq tal-foresta. Din tinkludi wkoll it-telf naturali li jiġi rkuprat, it-tneħħija matul is-sena tal-injam li jkun tqaċċat f’perjodu aktar bikri, it-tneħħija tal-injam li ma jkunx ġej miz-zokk tas-siġar (bħal zkuk u fergħat), u t-tneħħija ta’ siġar maqtula jew li ġarrbu ħsara minn kawżi naturali (magħrufa bħala telf naturali), eż. nirien, riħ, insetti u mard. Din ma tinkludix il-bijomassa mhux tal-injam jew kwalunkwe injam li jitħalla fil-foresta u li ma jitneħħiex matul is-sena, eż. ġdur, fergħat, uċuħ tas-siġar u residwi tat-tqaċċit (skart tal-ħsad).
“Telf li ma jistax jiġi rkuprat” huwa definit bħala r-residwi tat-tqaċċit u t-tqaċċit kollu bir-riħ li ma jistax jitneħħa mill-foresta, u l-injam li jintilef permezz ta’ nirien fil-foresti.
(2)Kontijiet ekonomiċi li jirrapportaw l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-industrija tal-foresti u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam hija definita bħala l-unitajiet kollha ta’ attività ekonomika lokali (UAE lokali) li jwettqu attivitajiet ikklassifikati taħt id-diviżjoni A02 tan-NACE Rev. 2.
Għandhom jiġu rrapportati l-karatteristiċi li ġejjin, bl-użu tad-definizzjonijiet tal-ESA:
–output;
–li minnu: output għall-użu finali proprju
–konsum intermedju;
–valur gross miżjud;
–konsum ta’ kapital fiss;
–Taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni;
–Sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni;
–kumpens tal-impjegati;
–formazzjoni grossa tal-kapital fiss u akkwiżizzjonijiet wara li jitnaqqsu d-disponimenti tal-assi mhux finanzjarji mhux prodotti;
–bidliet fl-inventarji;
–trasferiment kapitali.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-impjiegi fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam f’eluf ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWUs) kif definit skont ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
(1)L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali.
(2)L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
(3)Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
(4)L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2023.
(5)Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta’ referenza.
(6)F’kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 ’il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPORTAR
Għall-karatteristiċi stabbiliti fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja:
(1)Żona tal-art imsaġġra, imqassma skont:
–il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
–il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
–art imsaġġra oħra.
Kull waħda minn dawk il-kategoriji għandha tkompli tinqasam skont:
–iż-żona tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ referenza;
–l-afforestazzjoni u żidiet oħrajn;
–id-deforestazzjoni u tnaqqis ieħor;
–ir-riklassifikazzjoni statistika;
–iż-żona tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ referenza.
Id-data għandha tiġi rrapportata f’eluf ta’ ettari.
(2)Il-volum tal-injam, imqassam skont:
–il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
–il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
–art imsaġġra oħra.
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
–l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ referenza;
–l-inkrement nett;
–it-tneħħija;
–it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
–ir-riklassifikazzjoni statistika;
–l-entrata bilanċjali;
–l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ referenza.
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandha tkompli tinqasam skont:
–l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ referenza;
–it-tneħħija;
–bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
–l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ referenza.
Id-data għandha tiġi rrapportata skont il-qoxra tas-siġra, f’eluf ta’ m3.
(3)Il-valur tal-injam, imqassam skont:
–il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
–il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
–art imsaġġra oħra.
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
–l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ referenza;
–l-inkrement nett;
–it-tneħħija;
–it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
–ir-rivalwazzjoni;
–ir-riklassifikazzjoni statistika;
–l-entrata bilanċjali;
–l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ referenza.
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:
–l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta’ referenza;
–it-tneħħija;
–bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
–l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta’ referenza.
Id-data għandha tiġi rapportata f’miljuni fil-munita nazzjonali.
(4)Għall-kontijiet ekonomiċi, l-output imsemmi fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f’termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
–il-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11) u ż-żrieragħ tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12);
–is-siġar tal-foresti, definiti bħala s-somma tal-inkrement nett tal-injam f’foresti kkultivati (il-prodott 02.10.30) u l-bejgħ talinjam minn foresti mhux ikkultivati;
–injam mhux irfinut (il-prodott 02.20.1), li jinkludi l-entrati li ġejjin li għandhom jiġu rrapportati f’żewġ ringieli separati:
(a)injam kombustibbli (il-prodotti 02.20.14 u 02.20.15);
(b)zkuk, jiġifieri s-somma ta’ zkuk tal-injam koniferu (il-prodott 02.20.11), zkuk tal-injam mhux koniferu, barra mill-injam tropikali (il-prodott 02.20.12), u zkuk ta’ injam tropikali (il-prodott 02.20.13).
–prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-salvaġġ (il-prodott 02.30);
–Servizzi li huma karatteristiċi tal-attività tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam definiti bħala servizzi ta’ mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn unità ta’ attività ekonomika lokali (UAE) tal-industrija tal-forestrija;
–prodotti oħrajn minn attivitajiet sekondarji relatati fl-UAE lokali, bħall-faqqiegħ u t-tartuf (01.13.8), frott artab ieħor, frott tal-ġeneru vaccinium m.k.b. (01.25.19), gomma naturali (01.29.10), injam ieħor mhux raffinat inkluż arbli maqsuma u pali (16.10.39), faħam tal-kannol tal-injam (20.14.72), servizzi ta’ riservi naturali, inklużi s-servizzi tal-preservazzjoni tal-annimali salvaġġi (91.04.12), u kwalunkwe prodott ieħor prodott minn UAE lokali.
Il-konsum intermedju tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f’termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
(a)is-somma tal-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11), taż-żerriegħa tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12), u tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.3) użati għall-produzzjoni tal-injam;
(b)is-somma tal-enerġija u tal-lubrikanti, inkluż l-elettriku (il-prodott 35.11.10), spirtu tal-magna (gażolina) (il-prodott 19.20.21), il-gass naturali fi stat likwidu jew stat ta’ gass (il-prodott 06.20.10), iż-żjut tal-pitrolju lubrikanti; preparazzjonijiet tqal m.k.b. (il-prodott 19.20.29), u prodotti oħra simili;
(c)is-somma tas-servizzi karatteristiċi tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inklużi s-servizzi ta’ mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), is-servizzi ta’ sostenn għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn UAE lokali tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam;
(d)oġġetti u servizzi oħrajn mhux ikkunsidrati fi kwalunkwe wieħed mill-varjabbli ta’ konsum intermedju ta’ hawn fuq.
Il-bidliet fl-inventarji tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandhom jiġu rrapportati skont id-diżaggregazzjoni li ġejja:
–bidliet fil-ħidma li tkun għaddejja fuq assi bijoloġiċi kkultivati;
–bidliet oħrajn fl-inventarji.
Il-karatteristiċi kollha għandhom jiġu rrapportati f’miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 6
DURATA TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, id-durata ta’ żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS VIII
KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA’ TRASFERIMENTI SIMILI
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta’ trasferimenti simili jiġbru u jippreżentaw data dwar it-trasferimenti kurrenti u kapitali maħsuba sabiex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u r-riżorsi naturali, inkluż il-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti ambjentali, b’mod li jkun kompatibbli mal-kunċetti u mad-definizzjonijiet tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010).
Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta’ trasferimenti simili mill-Istati Membri. Din id-data tintuża wkoll għall-kompilazzjoni tan-nefqa nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali kif stabbilit fl-Anness IV.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta’ trasferimenti simili jirreġistraw pagamenti mhux imraddin lura mill-gvern ġenerali lil setturi istituzzjonali oħrajn (fl-ekonomija domestika u lill-bqija tad-dinja) u minn dawk mhux residenti (il-bqija tad-dinja), għall-finijiet tal-protezzjoni ambjentali jew tat-tnaqqis tal-użu u tal-estrazzjoni tar-riżorsi naturali.
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta’ trasferimenti simili skont il-karatteristiċi li ġejjin:
–sussidji (il-kodiċi ESA D.3);
–trasferimenti kurrenti oħrajn (il-kodiċijiet ESA D.6 u D.7);
–trasferimenti kapitali (il-kodiċi ESA D.9).
Id-data kollha għandha tiġi rrapportata f’miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
(1)L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali.
(2)L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
(3)Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad- data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.
(4)L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2023.
(5)Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta’ referenza.
(6)F’kull trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 ’il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPORTAR
(1)Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata minn dawn:
–is-settur istituzzjonali tal-pagamenti, kif ġej:
–il-gvern ġenerali;
–il-kumplament tad-dinja.
–is-settur istituzzjonali riċeventi, kif ġej:
–il-gvern ġenerali;
–il-korporazzjonijiet;
–l-unitajiet domestiċi;
–l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi;
–il-kumplament tad-dinja.
(2)Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ rapportar ta’ hawn fuq, id-data għandha tiġi rrapportata skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-ġestjoni tar-riżorsi (CReMA), miġbura kif ġej:
–CEPA 1;
–CEPA 2;
–CEPA 3;
–CEPA 4;
–CEPA 5;
–CEPA 6;
–is-somma tas-CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9;
–CReMA 10;
–CReMA 11;
–CReMA 13;
–CReMA 13A;
–CReMA 13B;
–CReMA 13C;
–CReMA 14;
–is-somma ta’ CReMA 12, CReMA 15 u CReMA 16.
(3)It-trasferimenti li jirċievu l-korporazzjonijiet mill-gvern ġenerali miġbura skont is-somma tal-klassijiet kollha tas-CEPA (CEPA 1 sa 9) u l-klassijiet kollha tal-CReMA (CReMA 10 sa 16) jenħtieġ li jinġabru ulterjorment skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 kif ġej:
–NACE A – agrikoltura, forestrija u sajd;
–NACE B – minjieri u barrieri;
–NACE C – manifattura;
–NACE D – provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata;
–NACE E – provvista tal-ilma, is-sistema ta’ drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju;
–NACE F – kostruzzjoni;
–NACE G – negozju bl-ingrossa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi;
–NACE H – trasport u ħżin;
–NACE I sa U – taqsimiet oħrajn tan-NACE.
(4)Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punti 2 u 3 huma kif stabbiliti fl-Anness IV; il-klassijiet tal-CReMA huma kif stabbiliti fl-Anness V.
Taqsima 6
DURATA TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, id-durata ta’ żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS IX
KONTIJIET TAL-EKOSISTEMA
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet tal-ekosistema jippreżentaw data dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-assi tal-ekosistema u s-servizzi li jipprovdu lis-soċjetà u lill-ekonomija. Id-data hija konformi mal-Kontabilità tal-Ekosistema tas-SEEA u kompatibbli mad-data rrapportata fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet.
Il-kontijiet tal-ekosistema jużaw l-informazzjoni eżistenti fejn possibbli, inkluż mill-osservazzjoni tad-dinja, mir-rapportar ambjentali u minn sorsi oħrajn ta’ data.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-ekosistema jirreġistraw il-firxa tal-ekosistemi, il-kundizzjoni tal-ekosistemi, u l-flussi tas-servizzi tal-ekosistema.
Il-firxa tal-ekosistema hija d-daqs tal-ekosistemi fiż-żona. Il-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema jkopru l-ekosistemi terrestri (inkluż l-ilma ħelu) u tal-baħar fit-territorju nazzjonali.
Il-kundizzjoni tal-ekosistema hija l-kwalità ta’ ekosistema mkejla f’termini tal-karatteristiċi abijotiċi, bijotiċi u tal-pajsaġġ tagħha, skont it-tipi ta’ ekosistemi.
Is-servizzi tal-ekosistema huma l-benefiċċji li l-ekosistemi jipprovdu għal attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet umani oħrajn. Dawn jinkludu (i) il-proviżjonament, (ii) ir-regolazzjoni u l-manutenzjoni, u (iii) is-servizzi kulturali. Il-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema jirreġistraw il-provvista u l-użu reali tas-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ekosistemi fit-territorju nazzjonali.
Il-kontijiet tematiċi huma l-kontijiet li jorganizzaw data skont temi ta’ politika speċifiċi bħall-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-oċeani u ż-żoni urbani.
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tal-ekosistema skont il-karatteristiċi li ġejjin.
(1)Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema li jirreġistraw iż-żona u l-bidla fiż-żona għal kull tip ta’ ekosistema fit-territorju nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kontijiet tal-firxa tal-ekosistema f’eluf ta’ ettari.
(2)Bħala komponent tal-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema, matriċi ta’ konverżjoni li tirreġistra l-konverżjonijiet bejn it-tipi ta’ ekosistemi bejn żewġ punti ta’ żmien, f’ettari.
(3)Kontijiet tal-kundizzjoni tal-ekosistema li jirreġistraw il-karatteristiċi tal-ekosistema kif ġej:
(a)għall-insedjamenti u għal żoni artifiċjali oħrajn:
–iż-żoni ekoloġiċi fl-ibliet u fl-ibliet żgħar u fis-subborgi kontigwi għandhom jiġu rrapportati f’perċentwal taż-żona totali, ikkalkolati għaż-żona kollha tal-ibliet u tal-ibliet żgħar u tas-subborgi kontigwi, inklużi t-tipi kollha ta’ ekosistemi f’dik iż-żona;
–il-konċentrazzjoni ta’ materja partikolata, b’dijametru sa 2,5 μm fl-ibliet, għandha tiġi rrapportata f’μg/m3 bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
(b)għar-raba’:
–il-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija, fil-ħamrija ta’ fuq għandha tiġi rrapportata f’tunnellata/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
(c)għall-mergħa:
–il-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija, fil-ħamrija ta’ fuq għandha tiġi rrapportata f’tunnellata/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
(d)għar-raba’ u għall-mergħat flimkien:
–l-indiċi komuni tal-għasafar tar-raba’ għandu jiġi rrapportat bħala indiċi aggregat nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
(e)għall-foresti u l-imsaġar:
–l-injam mejjet għandu jiġi rrapportat f’m3/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar;
–id-densità tal-kopertura tas-siġar għandha tiġi rrapportata f’perċentwal, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
(f)għall-bajjiet kostali, għad-duni u għall-artijiet mistagħdra:
–is-sehem ta’ kopertura ta’ żoni artifiċjali impermeabbli, preżenti fiż-żona kostali li tinkludi bajjiet kostali, duni u artijiet mistagħdra tat-tip ta’ ekosistema għandu jiġi rrapportat f’perċentwal bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta’ rapportar.
L-ibliet, l-ibliet żgħar u s-subborgi huma unitajiet amministrattivi lokali, ikkategorizzati skont il-grad ta’ tipoloġija tal-urbanizzazzjoni stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/2391.
(4)Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema li jirreġistraw il-provvista u l-użu tas-servizzi tal-ekosistema fit-tabelli tal-provvista u tal-użu. It-tabella tal-provvista għandha tirreġistra l-provvista ta’ servizzi tal-ekosistema mill-ekosistemi għas-soċjetà. It-tabella tal-użu għandha tirreġistra l-użu tas-servizzi tal-ekosistema skont it-tip ta’ użu kif definit fit-Taqsima 5.
It-tabelli tal-provvista u tal-użu għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet fiżiċi li ġejjin.
(a)Is-servizzi ta’ proviżjonament
–Il-provvista tal-għelejjel, definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tkabbir tal-pjanti kif approssimat mill-ammont ta’ għelejjel maħsuda għal użi differenti. Dan jinkludi l-produzzjoni tal-ikel u tal-fibra, l-għalf u l-enerġija, u l-bijomassa għall-mergħa, kif stabbilit fl-Anness III, it-Tabella A, it-Taqsima 1.1 u t-Taqsima 1.2.
–Id-dakkir, definit bħala l-kontribut tal-ekosistema minn dakkara salvaġġi għall-produzzjoni tal-għelejjel ta’ hawn fuq. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f’tunnellati ta’ għelejjel li jiddependu mid-dakkara li jistgħu jiġu attribwiti għad-dakkara salvaġġi, skont it-tip ta’ għelejjel għat-tipi ewlenin ta’ għelejjel li jiddependu mid-dakkara li jinkludu siġar tal-frott, frott artab, tadam, żrieragħ taż-żejt u “oħrajn”.
–Il-provvista tal-injam, definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tkabbir tas-siġar u ta’ bijomassa oħra tal-injam, għandha tiġi rrapportata bħala inkrement nett kif definit fl-Anness VII u mkejla skont il-qoxra tas-siġra, f’eluf ta’ m3.
(b)Servizzi ta’ regolazzjoni u manutenzjoni
–Il-filtrazzjoni tal-arja hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għall-filtrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa li jinġarru fl-arja permezz tad-depożizzjoni, l-użu, l-iffissar u l-ħżin ta’ sustanzi niġġiesa mill-komponenti tal-ekosistema (b’mod partikolari s-siġar). Din ittaffi l-effetti dannużi tas-sustanzi niġġiesa. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f’tunnellati ta’ materja partikolata adsorbita.
–Ir-regolazzjoni globali tal-klima hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera permezz tat-tneħħija (sekwestru nett) tal-karbonju mill-atmosfera u ż-żamma (ħżin) tal-karbonju fl-ekosistemi. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f’termini ta’ tunnellati ta’ sekwestru nett tal-karbonju u tunnellati tal-karbonju organiku maħżun f’ekosistemi terrestri, inkluż ’il fuq mill-art u ’l isfel mill-art fl-ewwel 0,3 metri tal-ħamrija (inkluż fit-torbieri).
–Ir-regolazzjoni lokali tal-klima hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għar-regolazzjoni tal-kundizzjonijiet atmosferiċi ambjentali fiż-żoni urbani permezz ta’ veġetazzjoni li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies u tappoġġa l-produzzjoni ekonomika. Din għandha tiġi espressa u rrapportata bħala t-tnaqqis tat-temperatura fl-ibliet, minħabba l-effett tal-veġetazzjoni urbana, fi gradi Celsius f’jiem li jaqbżu l-25 grad Celsius.
(c)Servizzi kulturali
–Is-servizzi relatati mat-turiżmu bbażati fuq in-natura huma definiti bħala l-kontribut tal-ekosistema, b’mod partikolari permezz tal-karatteristiċi bijofiżiċi u l-kwalitajiet tal-ekosistemi, li jippermettu lin-nies jużaw u jgawdu l-ambjent permezz ta’ interazzjonijiet diretti, in situ, fiżiċi u esperjenzali mal-ambjent. Dawn il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f’numru ta’ ljieli f’lukandi, f’hostels, f’postijiet għall-kampeġġ, eċċ. li jistgħu jiġu attribwiti għal żjarat fl-ekosistemi.
(5)Il-kontijiet tal-ekosistema għandhom jużaw it-tabella li ġejja tat-tipi ta’ ekosistemi:
|
Kategorija
|
Tip ta’ ekosistema
|
|
1
|
Insedjamenti u żoni artifiċjali oħrajn
|
|
2
|
Raba’
|
|
3
|
Mergħat (bwar, mergħat seminaturali u naturali)
|
|
4
|
Foresti u msaġar
|
|
5
|
Xagħri u arbuxelli
|
|
6
|
Ekosistemi b’veġetazzjoni skarsa
|
|
7
|
Artijiet mistagħdra interni
|
|
8
|
Xmajjar u kanali
|
|
9
|
Lagi u ġibjuni
|
|
10
|
Il-bokki tal-baħar u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni
|
|
11
|
Bajjiet kostali, għaram u artijiet mistagħdra
|
|
12
|
Ekosistemi tal-baħar (l-ilmijiet kostali, pjattaforma u oċean miftuħ)
|
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
(1)L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa:
–kull tliet snin għall-firxa tal-ekosistema u l-kontijiet tal-kundizzjoni tal-ekosistema. Id-data għandha tirreferi għal medja rappreżentattiva għas-sena ta’ referenza, u għall-matriċi ta’ konverżjoni għall-bidla fit-tliet snin bejn is-sentejn ta’ referenza;
–fuq bażi annwali għall-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema.
(2)L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
(3)Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
(4)L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2024. Għall-matriċi ta’ konverżjoni, l-ewwel sena ta’ referenza hija l-2027.
(5)Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu data mill-2024 għall-kontijiet tal-firxa u tal-kundizzjoni u għat-tabelli tal-provvista u tal-użu tas-servizzi tal-ekosistema f’unitajiet fiżiċi. Għall-matriċi ta’ konverżjoni, id-data għandha turi l-bidliet bejn l-2024 u l-2027.
(6)F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali dwar is-servizzi tal-ekosistema għas-snin n-1 u n; u d-data tal-kontijiet tal-firxa u tal-kundizzjoni għas-snin n-3 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data mill-2024 ’il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2024.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPORTAR
(1)Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema: Għat-tipi kollha ta’ ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3, id-data fl-ewwel trażmissjoni għandha tiġi rrapportata għall-ewwel sena ta’ referenza. Għat-trażmissjonijiet tad-data sussegwenti kollha, id-data għandha tiġi rrapportata kif ġej:
–il-firxa fis-sena ta’ referenza preċedenti;
–iż-żidiet;
–it-tnaqqis;
–il-firxa fis-sena ta’ referenza attwali.
Il-matriċi ta’ konverżjoni għandha tirrapporta l-konverżjonijiet bejn it-tipi kollha ta’ ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3 bejn is-sena ta’ referenza preċedenti u attwali.
(2)Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema: Għas-servizzi tal-ekosistema msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata fit-tabelli tal-provvista u tal-użu kif ġej:
Tabella tal-provvista li tirreġistra l-provvista annwali tas-servizzi kif imsemmi fit-Taqsima 3 mit-tipi kollha ta’ ekosistemi kif imsemmi fit-Taqsima 3, ħlief il-Kategoriji 10 u 12;
Uża t-tabella li tirreġistra l-użu tas-servizzi tal-ekosistema skont it-tqassim li ġej:
–konsum intermedju skont l-industrija;
–konsum finali tal-gvern;
–konsum finali tal-unitajiet domestiċi;
–formazzjoni grossa tal-kapital;
–esportazzjonijiet.
(3)Stat Membru ma huwiex obbligat jirrapporta data jekk iż-żona totali tal-art tiegħu ma taqbiżx iż-0,1 % taż-żona totali tal-art tal-UE.
Taqsima 6
DURATA TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, id-durata ta’ żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.”