Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0109

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)

    COM/2022/109 final

    Brussell, 8.3.2022

    COM(2022) 109 final

    2022/0075(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Din il-proposta tipprevedi bidliet eċċezzjonali u mmirati għall-qafas legali ġenerali 2014-2020 stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) b’reazzjoni, l-ewwel nett, għall-invażjoni tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u l-impatt riżultanti fuq l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fuq bosta mir-reġjuni tal-Lvant tagħha; u t-tieni, l-impatt estiż tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-UE kollha kemm hi.

    L-ewwel nett, b’riżultat tal-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja, l-UE, u b’mod partikolari bosta mir-reġjuni tal-Lvant tagħha, qed iħabbtu wiċċhom ma’ xi sfidi migratorji immedjati, b’mod partikolari fir-rigward tal-flussi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk importanti li tiġi ċċarata l-firxa ta’ appoġġ li tista’ tingħata lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex ikunu jistgħu jindirizzaw din is-sitwazzjoni straordinarja u biex jiġi evitat li l-ħidma kontinwa tagħhom biex jibnu rkupru reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19 titqiegħed fir-riskju.

    F’dan il-kuntest, importanti li jitfakkar li l-Istati Membri u r-reġjuni diġà jistgħu jappoġġaw miżuri li jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) inkluż taħt ir-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli bħala Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (“REACT-EU”). Tali appoġġ jista’ jinkludi investimenti fl-infrastruttura, it-tagħmir, il-prodotti, l-aċċess għal servizzi u operazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, is-saħħa, il-kapaċità amministrattiva, is-servizzi bbażati fil-komunità u l-kura fid-djar u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kif ukoll appoġġ għal sistemi ta’ akkoljenza li jikkomplementaw l-appoġġ mill-AMIF u sorsi oħra ta’ finanzjament. Importanti wkoll li jitfakkar li l-FGħEB jista’ jintuża biex jipprovdi ikel u assistenza materjali bażika wkoll lil dawk affettwati mill-aggressjoni militari mir-Russja inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

    Filwaqt li r-riżorsi addizzjonali tar-REACT-EU diġà jibbenefikaw minn għadd ta’ flessibbiltajiet ta’ implimentazzjoni, uħud minn dawk il-flessibbiltajiet ma japplikawx għar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE mill-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Barra minn hekk, huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi għall-FGħEB, b’mod partikolari billi titqies il-ħtieġa urġenti li tiġi pprovduta assistenza materjali bażika lil dawk il-persuni affettwati mill-aggressjoni militari mir-Russja. Wara li ġiet ikkunsidrata l-urġenza biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari tar-Russja, huwa għalhekk meħtieġ li tkun permessa eliġibbiltà retroattiva għad-data tal-bidu ta’ dik l-aggressjoni għall-operazzjonijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-flessibbiltà fl-appoġġ bejn il-FEŻR u l-FSE tiżdied għal tali operazzjonijiet sabiex il-finanzjament disponibbli fil-programmi jkun jista’ jintuża malajr. Minbarra hekk, sabiex jiġi żgurat li l-FGħEB ikun jista’ jintuża malajr biex jipprovdi assistenza materjali bażika lill-persuni affettwati, inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jemendaw ċerti elementi ta’ programmi appoġġati mill-FGħEB mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni.

    It-tieni nett, it-tul tal-pandemija tal-COVID-19 kien itwal milli seta’ kien mistenni fl-2020. L-impatti diretti u indiretti tal-pandemija jippersistu fl-Istati Membri kollha, u dan jirrikjedi appoġġ pubbliku fit-tul għall-irkupru tal-aktar żoni territorjali u setturi ekonomiċi milquta. Dan wassal għal pressjoni għolja ħafna fuq il-baġits tal-Istati Membri, u b’hekk kien meħtieġ li jiġu applikati aktar miżuri eċċezzjonali f’dawn iċ-ċirkostanzi.

    Iż-żewġ pakketti ta’ miżuri taħt l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u CRII+ approvati mir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 rispettivament fir-rebbiegħa tal-2020 introduċew għadd ta’ bidliet sinifikanti li ppermettew rispons aktar effettiv u pprovdew flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex ikun hemm rispons għas-sitwazzjoni bla preċedent. Wara li ġew ikkunsidrati r-riskji speċifiċi ffaċċati mill-persuni l-aktar fil-bżonn minħabba l-pandemija, it-tieni pakkett kien jinkludi wkoll emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014 (ir-Regolament FGħEB), permezz tar-Regolament (UE) 2020/559, li jintroduċu miżuri speċifiċi ta’ flessibbiltà u likwidità addizzjonali għall-Istati Membri biex jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19 taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB).

    Barra minn hekk, saru disponibbli riżorsi addizzjonali sostanzjali min-NextGenerationEU għall-politika ta’ koeżjoni, bħal REACT-EU, biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Dawn ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jintużaw ukoll mill-Istati Membri biex iżidu l-allokazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FGħEB.

    Il-flessibbiltajiet introdotti u r-riżorsi addizzjonali, inklużi EUR 50 biljun ta’ flus ġodda taħt REACT-EU, u EUR 23 biljun ta’ finanzjament immirat mill-ġdid taħt is-CRII u s-CRII+, kellhom impatt pożittiv kbir. B’mod partikolari, xi EUR 8 biljun ġew allokati mill-ġdid għal investiment urġenti f’tagħmir protettiv personali, ventilaturi u ambulanzi. Aktar minn EUR 12-il biljun kienu mmirati lejn il-provvediment ta’ għotjiet ta’ emerġenza u self b’rata tal-imgħax baxxa lin-negozji ż-żgħar, biex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin. Madankollu, it-tul tal-pandemija u l-effetti tagħha fuq l-ekonomija tal-UE, in-nies, b’mod partikolari dawk l-aktar fil-bżonn, u s-soċjetà b’mod ġenerali qabżu l-aspettattivi inizjali. B’mod partikolari, il-pressjoni għolja fuq il-baġits tal-Istati Membri naqqset ir-riżorsi disponibbli biex jiġi żgurat il-kofinanzjament nazzjonali meħtieġ għall-programmi kkonċernati.

    L-emerġenza ta’ varjanti ġodda tal-virus matul l-2021, b’mod partikolari l-varjant Omicron fl-aħħar parti tas-sena, u l-issikkar mifrux tar-restrizzjonijiet li akkumpanjah fl-aħħar kwart tal-2021 komplew jaggravaw l-effetti negattivi fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.

    Barra minn hekk, l-Istati Membri qed jiffaċċaw pressjoni addizzjonali fuq il-baġits tagħhom hekk kif qed jieħdu miżuri fiskali mdaqqsa biex jindirizzaw iż-żieda qawwija reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija billi jtaffu l-impatt fuq dawk l-aktar vulnerabbli, fuq in-negozji ż-żgħar u fuq l-industriji intensivi fl-enerġija. L-impatt ekonomiku tal-invażjoni tal-Ukrajna lanqas ma għadu mhu ċar u jista’ jkollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-irkupru tal-ekonomiji tal-Istati Membri wara l-COVID-19.

    Għaldaqstant, l-appoġġ kollu mill-Fondi jenħtieġ li jiġi mobilizzat malajr biex jittaffa l-piż fuq il-baġits nazzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ, bħala miżura temporanja u eċċezzjonali u mingħajr preġudizzju għar-regoli li jenħtieġ li japplikaw f’ċirkostanzi regolari, li tiġi estiża għas-sena kontabilistika 2021-2022 li għaddejja bħalissa l-possibbiltà temporanja ta’ kofinanzjament ta’ 100 % mill-baġit tal-UE għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u l-programmi appoġġati mill-FGħEB.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-proposta hija konsistenti mal-qafas legali kumplessiv stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u hija limitata għal emendi mmirati u eċċezzjonali tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014. Il-proposta tikkomplementa wkoll l-emendi preċedenti għal dawn ir-regolamenti skont ir-Regolamenti (UE) 2020/460, (UE) 2020/558, (UE) 2020/559, (UE) 2021/177 u (UE) 2020/2221 kif ukoll il-miżuri l-oħrajn kollha mmirati lejn l-indirizzar tas-sitwazzjoni attwali mingħajr preċedent.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati u eċċezzjonali tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 u hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175(3) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Hija tiffaċilita l-użu tal-politika ta’ koeżjoni u r-riżorsi tal-FGħEB biex jiġu appoġġati miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja u tipprevedi l-possibbiltà ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FGħEB għas-sena kontabilistika 2021-2022.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-użu tal-politika ta’ koeżjoni u r-riżorsi tal-FGħeB mill-Istati Membri u r-reġjuni biex jappoġġaw miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja u jippermettu deroga mir-regoli normali ta’ kofinanzjament applikabbli bħalissa sabiex jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu mobilizzati r-riżorsi ta’ investiment eżistenti biex jiġu indirizzati l-effetti diretti u indiretti li jirriżultaw mill-kriżi tas-saħħa pubblika bla preċedent fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

    Proporzjonalità

    Il-proposta hija bidla eċċezzjonali u mmirata li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi ffaċilitat l-użu tal-politika ta’ koeżjoni u r-riżorsi tal-FGħEB biex jiġu appoġġati miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni mir-Russja u tiġi pprovduta l-possibbiltà ta’ kofinanzjament ta’ 100 % biex jiġu mobilizzati l-investimenti b’reazzjoni għall-kriżijiet mifruxa tas-saħħa pubblika li jaffettwaw it-tkabbir tar-reġjuni u l-intrapriżi u l-benessri tal-pubbliku ġenerali u biex jiġi evitat li l-appoġġ għal dawk l-aktar fil-bżonn jiġi mfixkel.

    Għażla tal-istrument

    Regolament huwa l-istrument xieraq biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-politika ta’ koeżjoni u r-riżorsi tal-FGħEB biex jiġu appoġġati miżuri li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja u biex tiġi estiża l-possibbiltà ta’ kofinanzjament ta’ 100 % meħtieġ biex jiġu indirizzati dawn iċ-ċirkostanzi bla preċedent.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-proposta hija s-segwitu ta’ skambji ta’ livell għoli ma’ istituzzjonijiet u Stati Membri oħrajn. Konsultazzjoni pubblika mhijiex meħtieġa minħabba li ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Mhux applikabbli

    Valutazzjoni tal-impatt

    Twettqet valutazzjoni tal-impatt biex jitħejjew il-proposti għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014. Dawn il-bidliet mmirati b’reazzjoni għas-sitwazzjonijiet kritiċi ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt separata.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Mhux applikabbli

    Drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta tikkonċerna biss il-politika ta’ koeżjoni u l-programmi tal-FGħEB mill-perjodu 2014-2020 u ma timmodifikax l-impenji baġitarji eżistenti. Dan se jiffaċilita aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm u mistenni jirriżulta f’antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2022 u l-2023, ibbilanċjata minn tnaqqis fil-ħtieġa ta’ pagament għas-snin ta’ wara.

    Il-modifika proposta ma teħtieġx bidliet fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, u ma timplikax bidliet fil-ħtiġijiet ta’ pagament kumplessivi matul il-perjodu 2021-2027.

    Abbażi tal-użu preċedenti tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % fis-sena kontabilistika 2020-2021, il-livell ta’ applikazzjonijiet għall-pagament ippreżentati fit-tieni nofs tal-2021, u l-aħħar previżjonijiet tal-pagamenti tal-Istati Membri għall-2022, l-impatt baġitarju tal-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għas-sena kontabilistika 2021-2022 huwa stmat li jirrappreżenta antiċipazzjoni ta’ pagament ta’ EUR 9 biljun sal-2022 u ta’ EUR 1 biljun sal-2023, ikkumpensata minn tnaqqis korrispondenti ta’ EUR 10 biljun fl-2024.

    Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti massimi tal-pagamenti fis-snin 2022 u 2023, qed jiġi propost li l-pagamenti addizzjonali totali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % jiġu limitati għal EUR 5 biljun fl-2022 u EUR 1 biljun fl-2023. L-ammonti addizzjonali se jitħallsu biss wara li jaslu l-applikazzjonijiet kollha għall-pagament għas-sena kontabilistika 2021-2022. Meta jkun meħtieġ, il-pagamenti addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % se jsiru fuq bażi pro rata biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-programmi kollha kkonċernati. Il-pagamenti li ma jistgħux isiru b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti massimi jenħtieġ li jitħallsu mill-Kummissjoni mal-ewwel opportunità soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, jew bl-aċċettazzjoni tal-kontijiet jew permezz ta’ pagamenti sussegwenti.

    Il-Kummissjoni se timmonitorja bir-reqqa l-impatt tal-modifika proposta fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2022 u l-2023, filwaqt li tqis l-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit, il-previżjonijiet riveduti tal-Istati Membri, kif ukoll kwalunkwe ħtieġa jew prijorità emerġenti possibbli. Se jitqies ukoll kwalunkwe impatt possibbli minn żieda fl-inċertezza marbuta mal-prospettiva tas-sigurtà.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Se jkun hemm monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri u se jsiru rapporti dwarha fil-qafas tal-mekkaniżmi ġenerali tar-rappurtar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014.

    Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

    Mhux applikabbli

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Qed jiġi propost li jiġu emendati r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 sabiex:

    ·jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament tal-UE ta’ 100 % għas-sena kontabilistika 2021-2022 u dan permezz ta’ notifika lill-Kummissjoni (emenda tal-Artikolu 25a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014);

    ·jiġu introdotti arranġamenti għall-eżekuzzjoni baġitarja ta’ pagamenti addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % biex jitqiesu l-limiti massimi annwali għall-pagamenti (emenda tal-Artikolu 25a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

    ·tiġi introdotta flessibbiltà addizzjonali bejn il-FEŻR u l-FSE speċifikament għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja u jiġu introdotti arranġamenti ta’ rappurtar simplifikati dwar il-parteċipanti (emenda tal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013), b’data tal-bidu retroattiva tal-eliġibbiltà tal-appoġġ iffissata għall-24 ta’ Frar 2022 (emenda tal-Artikolu 65(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013);

    ·tiġi introdotta flessibbiltà għall-Istati Membri biex jiġu emendati programmi li jappoġġaw il-FGħEB u dan isir permezz ta’ notifika lill-Kummissjoni (emenda tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014), u wkoll b’data tal-bidu retroattiva tal-eliġibbiltà tal-appoġġ iffissata għall-24 ta’ Frar 2022 (emenda tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014).

    2022/0075 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 175(3) u 177 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-aggressjoni militari reċenti tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt armat li għaddej biddlu b’mod fundamentali s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa. B’riżultat tal-aggressjoni, l-Unjoni Ewropea, u r-reġjuni tal-Lvant tagħha b’mod partikolari, qed jiffaċċaw influss sostanzjali ta’ persuni. Dan joħloq sfida addizzjonali fi żmien meta l-ekonomiji tal-Istati Membri għadhom qed jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

    (2)L-Istati Membri diġà jistgħu jiffinanzjaw firxa wiesgħa ta’ investimenti taħt il-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni biex jindirizzaw sfidi migratorji taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) inkluż taħt ir-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli bħala Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU) biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. L-azzjonijiet jistgħu jkopru investimenti fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni u l-indukrar tat-tfal, inkluż permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura, ir-riġenerazzjoni ta’ żoni urbani żvantaġġati, azzjonijiet biex jitnaqqas l-iżolament spazjali u edukattiv tal-migranti, in-negozji l-ġodda u oħrajn. L-Istati Membri jistgħu jaqilbu r-riżorsi li jifdal fil-programmi tagħhom biex jindirizzaw tali sfidi. Barra minn hekk, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FGħEB”) jista’ jintuża wkoll biex jipprovdi ikel u assistenza materjali bażika wkoll lill-persuni affettwati mill-aggressjoni militari mir-Russja inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

    (3)Filwaqt li r-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli taħt ir-REACT-EU diġà jibbenefikaw minn għadd ta’ flessibbiltajiet ta’ implimentazzjoni, huwa meħtieġ li l-użu tar-riżorsi tal-FEŻR, l-FSE u FGħEB mill-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 ikun iktar flessibbli. Wara li ġiet ikkunsidrata l-urġenza biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-infiq għall-operazzjonijiet li jindirizzaw dawk l-isfidi jkunu eliġibbli mid-data tal-bidu ta’ dik l-aggressjoni. Barra minn hekk, il-flessibbiltà fil-mod kif jistgħu jintużaw il-FEŻR u l-FSE jenħtieġ li tiżdied għal tali operazzjonijiet sabiex il-finanzjament disponibbli fil-programmi jkun jista’ jintuża malajr, dment li l-operazzjoni tkun konformi mal-programm operazzjonali kif emendat fejn meħtieġ. Jenħtieġ li din il-flessibbiltà tkun addizzjonali għall-possibbiltajiet għall-finanzjament komplementari ta’ operazzjonijiet diġà previsti. Jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll arranġamenti ta’ rapportar simplifikati dwar il-parteċipanti f’dawk l-operazzjonijiet.

    (4)Sabiex jiġi żgurat li l-persuni affettwati jkunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza taħt il-FGħEB mingħajr dewmien, huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jitħallew jemendaw ċerti elementi tal-programmi operazzjonali appoġġati minn dan il-Fond mingħajr il-ħtieġa tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (5)L-appoġġ ipprovdut taħt il-politika ta’ koeżjoni jenħtieġ li jkun komplementari b’mod partikolari għall-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“AMIF”) biex jimmassimizza l-impatt tal-finanzjament disponibbli.

    (6)Ta’ min ifakkar li l-Istati Membri ġew affettwati mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. L-impatt kumplessiv tal-pandemija tefa’ pressjoni għolja ħafna fuq il-baġits tal-Istati Membri minħabba ż-żieda f’daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u f’setturi oħrajn tal-ekonomiji tagħhom. Dan irriskja wkoll li jfixkel l-appoġġ ipprovdut lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li kienet teħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

    (7)Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 3 u (UE) Nru 1303/2013 4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew emendati bir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 sabiex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE u mill-Fond ta’ Koeżjoni (“il-Fondi”) u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati bir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 . Barra minn hekk, sabiex iwieġeb għall-impatt tal-kriżi fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ġie emendat ukoll bir-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 biex jiġu introdotti miżuri speċifiċi għall-FGħeB biex tiġi indirizzata t-tifqigħa tal-COVID-19. Dawk l-emendi pprovdew flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi titqawwa l-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm biex jiġi indirizzat il-bżonn ta’ rispons rapidu għall-kriżi tas-saħħa pubblika. Emenda sussegwenti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, introdotta bir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , għamlet disponibbli riżorsi addizzjonali sostanzjali bħala Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (“REACT-EU”) biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Bħala parti mill-istess pakkett, ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 ġie emendat ukoll bir-Regolament (UE) 2021/177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , sabiex jippermetti l-mobilizzazzjoni ta’ dawn ir-riżorsi addizzjonali mill-Istati Membri lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-FGħEB.

    (8)Filwaqt li l-flessibbiltajiet u r-riżorsi addizzjonali previsti fir-rigward tal-perjodu 2014-2020 għenu lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ rispons għall-kriżijiet u ta’ rkupru, l-emerġenza ta’ varjanti ġodda tal-coronavirus, b’mod partikolari l-varjant Omicron, kif ukoll l-issikkar mifrux tar-restrizzjonijiet fl-aħħar trimestru tal-2021 kompla jkollhom effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri u xekklu l-implimentazzjoni normali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u tal-programmi appoġġati mill-FGħEB. L-aggressjoni militari reċenti mir-Russja u l-flussi migratorji riżultanti aggravaw dawn l-effetti u jirriskjaw li jkomplu jimminaw l-irkupru tal-ekonomija. F’konformità mal-possibbiltà msemmija fir-Regolament (UE) 2020/558, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi prevista estensjoni eċċezzjonali ta’ waħda mill-miżuri introdotti qabel, jiġifieri l-opzjoni tal-applikazzjoni ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għas-sena kontabilistika 2020-2021 għas-sena kontabilistika ta’ wara.

    (9)Bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi b’reazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ kriżi, li titħaffef l-implimentazzjoni tal-programm u li jiġu abilitati l-investimenti meħtieġa għall-irkupru tar-reġjuni, jenħtieġ li għalhekk l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li japplikaw rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE, mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FGħEB għas-sena kontabilistika 2021-2022 ukoll.

    (10) Sabiex ikun hemm konformità mal-limiti massimi tal-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2022 u l-2023, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu għal dawk is-snin għall-pagamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % taħt il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni jew l-FSE. Il-pagamenti li ma jistgħux isiru b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti massimi jenħtieġ li jitħallsu mill-Kummissjoni mal-ewwel opportunità soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, jew bl-aċċettazzjoni tal-kontijiet jew permezz ta’ pagamenti sussegwenti. Jenħtieġ li tali pagamenti differiti ma jaffettwawx l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u ma jkollhom l-ebda effett ieħor.

    (11)Meta jitqies li l-applikazzjoni tal-kofinanzjament ta’ 100 % mhix se taffettwa sostanzjalment il-kontenut tal-programmi operazzjonali stess, huwa xieraq li tiġi permessa l-implimentazzjoni rapida tagħha mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-Istati Membri għat-tabelli finanzjarji tal-programm operazzjonali. Jenħtieġ li l-Istat Membru xorta waħda jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-pagament finali għas-sena kontabilistika. Emendi konsegwenzjali potenzjali, inkluż għall-valuri tal-indikaturi, jistgħu jsiru bħala parti minn emenda sussegwenti tal-programm wara t-tmiem tas-sena kontabilistika.

    (12)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jintroduċi miżuri ta’ flessibilità fil-qasam tal-għoti ta’ appoġġ, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (13)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 jiġu emendati kif xieraq.

    (14)Minħabba l-bżonn li l-Istati Membri jkunu jistgħu jemendaw il-programmi tagħhom fil-ħin biex jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għas-sena kontabilistika 2021-2022, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (15)Minħabba l-urġenza biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja u l-kriżi tas-saħħa pubblika kontinwa li ġejja mill-pandemija tal-COVID‐19, ġie kkunsidrat xieraq li tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)Fl-Artikolu 25a, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a.    B’deroga mill-Artikolu 60(1) u l-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 120(3), tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament matul is-sena kontabilistika li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2022, għal ass ta’ prijorità wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni.

    B’deroga mill-Artikolu 30(1) u (2) u l-Artikolu 96(10), l-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % ma għandhiex teħtieġ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova emenda tal-programm. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill‐Kummissjoni wara l-approvazzjoni mill-kumitat ta’ monitoraġġ. Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għandha tapplika biss jekk it-tabelli finanzjarji jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena kontabilistika li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021 u tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 135(2).

    Il-pagamenti addizzjonali totali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % ma għandhomx jaqbżu l-EUR 5 biljun fl-2022 u l-EUR 1 biljun fl-2023.

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti interim billi tapplika r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarji kkonċernati qabel in-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu. B’deroga mill-Artikolu 135(5), il-Kummissjoni għandha tħallas l-ammonti addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % wara li tirċievi l-applikazzjonijiet finali kollha għal pagament interim għas-sena kontabilistika 2021-2022, meta jkun meħtieġ fuq bażi pro-rata biex jiġu rrispettati l-limiti massimi stabbiliti fit-tielet subparagrafu.

    B’deroga mill-Artikolu 139(7), l-ammonti li jifdal li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 %, li ma jistgħux jitħallsu wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet biex jiġu rrispettati l-limiti massimi stabbiliti fit-tielet subparagrafu, għandhom jitħallsu fl-2024 jew wara.”.

    (2)Fil-paragrafu 10 tal-Artikolu 65, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B’deroga mill-paragrafu 9, in-nefqa għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja għandha tkun eliġibbli mill‐24 ta’ Frar 2022.”.

    (3)Fl-Artikolu 98, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    “4. Operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja jistgħu jiġu ffinanzjati jew mill-FEŻR jew mill-FSE abbażi tar-regoli applikabbli għall-Fond l-ieħor.

    F’każijiet bħal dawn, dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu pprogrammati taħt assi prijoritarju ddedikat ta’ dak il-Fond l-ieħor li jikkontribwixxi għall-prijoritajiet ta’ investiment korrispondenti tiegħu.

    Meta jkun meħtieġ li d-data dwar il-parteċipanti tiġi rrapportata għal operazzjonijiet taħt l-assi prijoritarju ddedikat imsemmi fit-tieni subparagrafu, dik id-data għandha tkun ibbażata fuq stimi infurmati u għandha tkun limitata għall-għadd totali ta’ persuni appoġġati u l-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena.

    Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-programmi taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea.”.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 223/2014

    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)Fl-Artikolu 9(4), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet tal-modifika tal-elementi ta’ programm operattiv li jindirizza l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja.”.

    (2)Fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

    “1b.    B’deroga mill-paragrafu 1, tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata f’applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena ta’ kontabilità li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2022.

    B’deroga mill-Artikolu 9(1), (2) u (3), l-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % ma għandhiex teħtieġ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova emenda tal-programm. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti, imsemmijin fit-Taqsima 5.1 tal-mudelli tal-programmi operazzjonali stabbiliti fl-Anness I, lill-Kummissjoni. Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għandha tapplika biss jekk it-tabelli finanzjarji jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena kontabilistika li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021 u tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 45(2).”

    (3)Fl-Artikolu 22(4), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, in-nefqa għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja għandha tkun eliġibbli mill‐24 ta’ Frar 2022.”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

    Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’  
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./Mhux diff 11 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 12

    mill-pajjiżi kandidati 13

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    2a Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    05.02.99.01 Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

    05.03.99.01 Tlestija tal-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

    07.02.99.01 Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

    07.02.99.04 Tlestija tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB)

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Il-modifika proposta ma timplika ebda bidla fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013, u lanqas bidliet fil-ħtiġijiet ta’ pagament kumplessivi matul il-perjodu 2021-2027.

    It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jibqa’ l-istess.

    Il-proposta mistennija tirriżulta fi frontloading tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena kontabilistika li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2022, kif stmat hawn taħt.

    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

    miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    Numru

    2a

    DĠ: Politika Reġjonali u Urbana u DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    TOTAL

    •Approprjazzjonijiet operazzjonali

    05.02.99.01 Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

    05.03.99.01 Tlestija tal-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

    07.02.99.01 Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

    07.02.99.04 Tlestija tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB)

    Impenji

    (1a)

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    Pagamenti

    (2a)

    0.000

    5.000

    1.000

    -6.000

    0.000

    0.000

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1b)

    Pagamenti

    (2b)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 14  

    Linja baġitarja

    (3)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    għad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

    Impenji

    =1a+1b +3

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    0.000

    5.000

    1.000

    -6.000

    0.000

    0.000

     



    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    •TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

    (6)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURA 2a 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    Pagamenti

    =5+ 6

    0.000

    5.000

    1.000

    -6.000

    0.000

    0.000





    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    DĠ: <…….>

    • Riżorsi umani

    • Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL TAD-DĠ <…….>

    Approprjazzjonijiet

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    skont l-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    0.000

    Pagamenti

    0.000

    5.000

    1.000

    -6.000

    0.000

    0.000

    Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali eżistenti (ebda tibdil):

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 15

    Kost medju

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16

    - Output

    - Output

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

    - Output

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

    TOTALI

    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

    X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N 17

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 7 18  
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal  
    barra mill-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena N+2

    Sena N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 19

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz   20

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Persunal estern

    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

    Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N 21

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

     



    Impatt stmat fuq id-dħul 

    X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

    miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 22

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    […]

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    […]

    (1)    ĠU C , , p. .
    (2)    ĠU C , , p. .
    (3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
    (4)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
    (5)    Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom fir-rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5).
    (6)    Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1).
    (7)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
    (8)    Ir-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata t-tifqigħa ta’ COVID-19 (ĠU L 130, 24.4.2020, p. 7).
    (9)    Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta’ implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30).
    (10)    Ir-Regolament (UE) 2021/177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi assoċjata mat-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 53, 16.2.2021, p. 1).
    (11)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (12)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (13)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (15)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
    (17)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (19)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f'Delegazzjonijiet.
    (20)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (21)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (22)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top