EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10934

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10934 – VINCI ENERGIES / KONTRON IT SERVICE COMPANIES) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 417/11

PUB/2022/1353

ĠU C 417, 31.10.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10934 – VINCI ENERGIES / KONTRON IT SERVICE COMPANIES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 417/11)

1.   

Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

VINCI Energies S.A. (“VINCI Energies”, Franza), sussidjarja ta’ VINCI S.A. (Franza), il-kumpanija omm apikali tal-Grupp VINCI.

tmienja mill-kumpaniji ta’ servizzi tal-IT ta’ Kontron AG, inklużi s-sussidjarji diretti u indiretti tagħhom (“kumpaniji ta’ servizzi tal-IT ta’ Kontron”): Amanox Solutions AG (l-Iżvizzera), S&T Albania SH.p.k. (l-Albanija), S&T Serbia d.o.o. (is-Serbja), hamcos IT Service GmbH (il-Ġermanja), S&T Deutschland GmbH (il-Ġermanja), S&T Mold srl., (il-Moldova), CITYCOMP Service GmbH, (il-Ġermanja) u S&T CEE Holding s.r.o., (is-Slovakkja)

VINCI Energies se takkwista l-kontroll esklużiv tal-kumpaniji kollha ta’ servizzi tal-IT ta’ Kontron fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VINCI hija organizzazzjoni diversifikata globali li hija attiva fil-qasam tal-konċessjonijiet u tal-infrastruttura, tal-bini, tax-xogħlijiet pubbliċi, tal-inġinerija ċivili u tal-enerġija. Fi ħdan il-grupp VINCI, VINCI Energies hija attiva wkoll fil-qasam tas-servizzi tal-IT, permezz tal-linja ta’ ditta tagħha Axians. In-network ta’ kumpaniji Axians jipprovdi servizzi tal-IT, bħal infrastrutturi tal-cloud u ta’ ċentri tad-data, networks ta’ intrapriżi, spazju ta’ ħidma diġitali, applikazzjonijiet tan-negozju, analitika tad-data u ċibersigurtà.

Il-kumpaniji ta’ servizzi tal-IT Kontron huma attivi fl-offerta ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar infrastruttura tal-IT, bħal ċentri tad-data u servizzi ta’ cloud u l-kunċettwazzjoni ta’ kunċetti ta’ network u tas-sigurtà tal-IT imfassla għal infrastrutturi fuq il-post u cloud. Il-kumpaniji ta’ servizzi tal-IT Kontron joffru wkoll l-implimentazzjoni, l-integrazzjoni u l-forniment ta’ infrastruttura tal-IT u ta’ applikazzjonijiet u soluzzjonijiet tas-software.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10934 – VINCI ENERGIES/KONTRON IT SERVICE COMPANIES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top