Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10764

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10764 – SAGARD / BPIFRANCE / ADIT JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 243/08

    PUB/2022/698

    ĠU C 243, 27.6.2022, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/55


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10764 – SAGARD / BPIFRANCE / ADIT JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 243/08)

    1.   

    Fis-16 ta’ Ġunju 2022 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Sagard SAS (“Sagard”, Franza),

    Bpifrance Investissement (“Bpifrance”, Franza),

    Groupe ADIT (Franza).

    Sagard u Bpifrance jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Groupe ADIT.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Sagard: kumpanija ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment, attiva prinċipalment fi Franza. Hija kkontrollata mill-Power Corporation Group fil-Kanada, kumpanija internazzjonali tal-ġestjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-portafoll fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fl-Asja.

    Bpifrance: kumpanija ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment attiva fi Franza. Bpifrance hija finalment ikkontrollata bi sħab mill-Istat Franċiż u mill-Caisse des Dépôts et des Consignations, korp pubbliku attiv fil-ġestjoni ta’ fondi privati.

    Groupe ADIT huwa attiv fis-setturi tal-konsulenza strateġika u s-sigurtà tan-negozju, prinċipalment fl-Unjoni Ewropea.

    3.   

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

    M.10764 – SAGARD / BPIFRANCE / ADIT JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    Commission européenne

    Direction générale de la concurrence

    Greffe des concentrations

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top