EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0406

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea

COM/2022/406 final

Brussell, 17.6.2022

COM(2022) 406 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea






A. INTRODUZZJONI

F’dawn l-aħħar sentejn, ir-Repubblika tal-Moldova (minn hawn ’il quddiem il-Moldova) ħadet pass deċiżiv lejn ir-riformi, b’mandat ċar miċ-ċittadini tagħha. Wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u dik parlamentari tal-2021, hemm allinjament ċar tas-setgħat presidenzjali, eżekuttivi u leġiżlattivi dwar perkors Ewropew favur ir-riforma u kontra l-korruzzjoni għall-ewwel darba mill-indipendenza. Dan isegwi perjodu fejn l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ewlenin ġiet kompromessa serjament.

Il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna qed ikollha effetti serji fuq il-Moldova. Fi spirtu ta’ solidarjetà reali u b’rispett tal-valuri Ewropej, il-Moldova qed tappoġġa b’mod attiv lil dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna, filwaqt li tospita l-ogħla numru ta’ refuġjati per capita. Minkejja din l-isfida, il-gvern tal-Moldova huwa impenjat bis-sħiħ li jwettaq l-għanijiet ta’ riforma ċari tiegħu – b’mod partikolari fir-rigward tar-riforma ġudizzjarja, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija – biex ikun ta’ benefiċċju għan-nies tal-Moldova. Ir-riżultati riċenti tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru juru appoġġ akbar favur l-integrazzjoni tal-UE u li l-UE hija l-aktar organizzazzjoni barranija fdata.

a) Applikazzjoni għas-sħubija

Fit-3 ta’ Marzu 2022, ir-Repubblika tal-Moldova preżentat l-applikazzjoni tagħha għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni tressqet fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fis-7 ta’ Marzu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stieden lill-Kummissjoni tissottometti l-Opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni. Il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE approvaw din id-deċiżjoni fil-laqgħa informali tal-mexxejja f’Versailles 1 . Il-Moldova rċeviet kwestjonarji fil-11 ta’ April 2022 (dwar il-kriterji politiċi u ekonomiċi) u fid-19 ta’ April (dwar il-kapitoli tal-acquis tal-UE) u pprovdiet it-tweġibiet tagħha fit-22 ta’ April u fit-12 ta’ Mejju, rispettivament.

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li “Kull Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 u jimpenja ruħu sabiex jippromwovihom jista’ japplika sabiex isir membru tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu informati b’din l-applikazzjoni. L-Istat applikant għandu jindirizza l-applikazzjoni tiegħu lill-Kunsill li għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni u wara li jirċievi l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, li għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Għandu jittieħed kont tal-kriterji ta’ eliġibbiltà miftiehma mill-Kunsill Ewropew.”

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.”

Dan huwa l-qafas legali li fih il-Kummissjoni tissottometti din l-Opinjoni.

F’Ġunju 1993, f’Copenhagen, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li:

“L-adeżjoni se sseħħ malli pajjiż ikun jista’ jassumi l-obbligi tas-sħubija billi jissodisfa l-kundizzjonijiet ekonomiċi u politiċi meħtieġa.

Is-sħubija tirrikjedi:

-li l-pajjiż kandidat ikun kiseb istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom;

-l-eżistenza ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona, kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq ma’ pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni;

-il-kapaċità li jassumi l-obbligi tas-sħubija fosthom li jaderixxi mal-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja”.

F’Diċembru 1995, f’Madrid, il-Kunsill Ewropew irrefera għall-ħtieġa “li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-integrazzjoni gradwali u armonjuża tal-pajjiżi [applikanti], b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-ekonomija tas-suq, l-aġġustament tal-istrutturi amministrattivi tagħhom u l-ħolqien ta’ ambjent ekonomiku u monetarju stabbli.”

F’Diċembru 2006, il-Kunsill Ewropew qabel li “l-istrateġija tat-tkabbir imsejsa fuq il-konsolidament, il-kundizzjonalità u l-komunikazzjoni, imħallta mal-kapaċità tal-UE li tintegra membri ġodda, tifforma l-bażi għal konsensus imġedded dwar it-tkabbir.” 

F’din l-Opinjoni, il-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni tal-Moldova abbażi tal-kapaċità tagħha li tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f’Copenhagen fl-1993, kif ukoll f’Madrid fl-1995, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità amministrattiva tal-pajjiż. L-Opinjoni tqis ukoll l-isforzi tal-Moldova fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (AA) inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Il-Kummissjoni se tivvaluta l-impatt tal-adeżjoni tal-Moldova fuq l-oqsma ta’ politika tal-UE fi stadju aktar tard.

b) Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova jmorru lura għall-indipendenza tal-Moldova f’Awwissu 1991. F’Novembru 1994 ġie ffirmat Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ f’Lulju 1998. Il-kooperazzjoni politika u ekonomika ġiet imsaħħa bil-bidu tan-negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-2010.

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, ġie ffirmat f’Ġunju 2014 2 u daħal fis-seħħ bis-sħiħ fl-1 ta’ Lulju 2016. Dan il-ftehim huwa l-istrument legali bilaterali ewlieni li jservi bħala l-bażi għall-approfondiment tar-rabtiet politiċi, rabtiet ekonomiċi aktar b’saħħithom, il-promozzjoni ta’ valuri komuni u kooperazzjoni msaħħa f’oqsma ta’ interess reċiproku. Fil-preambolu tagħha, l-UE rrikonoxxiet l-aspirazzjonijiet Ewropej u l-għażla Ewropea tal-Moldova, inkluż l-impenn tagħha biex tibni demokrazija profonda u sostenibbli u ekonomija tas-suq. Abbażi tal-AA/DCFTA, il-Moldova wettqet għadd ta’ riformi ta’ sfida u allinjat b’suċċess il-leġiżlazzjoni tagħha mal-UE f’ħafna oqsma. Il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili (CSP) bejn l-UE u l-Moldova hija wieħed mill-korpi stabbiliti skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Hija tippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq iż-żewġ naħat jimmonitorjaw il-proċess ta’ implimentazzjoni u jħejju rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet rilevanti.

L-Aġendi ta’ Assoċjazzjoni sussegwenti miftiehma bejn l-UE u l-Moldova jistabbilixxu prijoritajiet ċari sabiex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u d-DCFTA tiegħu. L-adozzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni (2021-2027), li tiffoka fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba; il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; u l-kooperazzjoni ekonomika, kummerċjali u settorjali, hija imminenti.

L-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ li tappoġġa soluzzjoni komprensiva, paċifika u sostenibbli tal-kunflitt tat-Transnistrija, ibbażata fuq is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha, bi status speċjali għat-Transnistrija.

L-impenn tal-UE fl-appoġġ għall-Moldova ilu jeżisti u ta r-riżultati. L-UE tipprovdi assistenza finanzjarja sinifikanti, li matul is-snin 2014-2021 kienet tammonta għal EUR 512-il miljun f’għotjiet taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, u EUR 160 miljun taħt il-programm ta’ Assistenza Makrofinanzjarja fil-forma ta’ self u għotjiet biex jiġi appoġġat l-iżvilupp soċjoekonomiku. L-UE tipprovdi l-appoġġ tagħha permezz ta’ żvilupp ta’ politika u riformi komprensivi, bl-involviment qawwi tal-Istati Membri fi spirtu ta’ Tim Ewropa. Fost il-programmi ewlenin hemm appoġġ għal skrutinju tal-imħallfin u l-prosekuturi, appoġġ biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tal-Moldova, u tim ta’ Konsulenti ta’ Livell Għoli għall-gvern tal-Moldova f’oqsma ta’ importanza partikolari.

Fl-2021 ġew allokati EUR 7 miljuni mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi - biex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-servizz mediku militari u tal-battaljun tal-inġiniera.

Mill-kriżi tal-enerġija fil-ħarifa tal-2021, li heddet is-sigurtà tal-provvista u triplikat il-prezzijiet tal-enerġija, u l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE żiedet l-appoġġ tagħha għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja ġenerali tal-Moldova, b’assistenza makrofinanzjarja ta’ emerġenza li tiswa EUR 150 miljun u EUR 60 miljun f’appoġġ baġitarju b’reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija. L-UE provdiet assistenza umanitarja biex tgħin lill-Moldova tiffaċċja l-fluss ta’ refuġjati mill-Ukrajna. Il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għas-Sħubija tal-Lvant 3 ifittex li jiftaħ EUR 3,4 biljuni f’investimenti pubbliċi u privati għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, inklużi investimenti ewlenin imfassla apposta.

L-UE u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jaħdmu id f’id biex jgħinu lill-Moldova. Mill-2014, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp allokaw EUR 425 miljun u EUR 777 miljun rispettivament f’self. L-UE qed taħdem ukoll f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, li ilhom sħab ewlenin fl-appoġġ għall-isforzi tar-riformi tal-Moldova mill-2014.

Iċ-ċittadini tal-Moldova ilhom minn April 2014 jibbenefikaw minn vjaġġar mingħajr viża lejn iż-żona Schengen. Ftehim ta’ Riammissjoni daħal fis-seħħ f’Jannar 2018.

Il-Moldova hija Parti kontraenti għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija u għall-Ftehim dwar iż-Żona tal-Avjazzjoni Komuni, u membru tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali, li kollha kemm huma jgħinu biex tiġi approssimata l-leġiżlazzjoni tal-Moldova mal-acquis tal-UE. Il-Moldova hija membru tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Kunsill tal-Ewropa, u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

Mill-2014, il-Moldova progressivament estendiet il-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-UE. Bħalissa tieħu sehem f’Orizzont Ewropa, u organizzazzjonijiet u individwi mill-Moldova jistgħu jibbenefikaw ukoll minn ċerti azzjonijiet tal-Programmi Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Hemm djalogi regolari fil-livell Ministerjali bejn il-Moldova u l-UE dwar il-Kummerċ, l-Enerġija u s-Sigurtà. Il-Moldova tipparteċipa f’diversi programmi Interreg u hija membru tal-Istrateġija makroreġjonali tal-UE għar-reġjun tad-Danubju.

Il-Moldova kkonkludiet arranġamenti ta’ ħidma, ftehimiet ta’ kooperazzjoni jew memoranda ta’ qbil ma’ għadd ta’ aġenziji tal-UE bħall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex); l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA); l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (EUROJUST); l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA).

Il-Moldova hija parteċipant fis-Sħubija tal-Lvant (SL). Is-SL hija bbażata fuq il-prinċipju tal-inklużività u d-differenzjazzjoni. Il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna wriet li l-kooperazzjoni u l-koeżjoni multilaterali issa huma importanti aktar minn qatt qabel, bħalma huwa t-tisħiħ tar-reżiljenza tar-reġjun. ’Il quddiem se jkun importanti wkoll li ssir enfasi fuq ir-relazzjonijiet bilaterali, biex il-Moldova tkun tista’ timplimenta riformi ewlenin fosthom fil-qasam tal-governanza, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt.

B. KRITERJI GĦAS-SĦUBIJA

1. KRITERJI POLITIĊI

Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ Copenhagen relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom.

1.1. Demokrazija

Kif stabbilit mill-Kostituzzjoni tagħha, il-Moldova hija demokrazija parlamentari: is-setgħat leġiżlattivi huma eżerċitati mill-parlament u s-setgħat eżekuttivi mill-gvern. Il-President tar-Repubblika għandu funzjoni fil-biċċa l-kbira rappreżentattiva iżda għandu responsabbiltà formali għall-politika barranija u jipprovdi sorveljanza ċivili tal-forzi armati. Is-setgħa eżekuttiva hija eżerċitata mill-Gvern, li jikkonsisti minn Prim Ministru u 15-il ministru.

Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-prinċipji fundamentali ta’ stat demokratiku, inklużi l-istat tad-dritt, l-elezzjonijiet liberi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kostituzzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt internazzjonali fuq id-dritt domestiku. Il-Qorti Kostituzzjonali ġiet rikomposta fl-2019 u issa hija indipendenti. Il-Qorti Suprema hija l-ogħla qorti ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, filwaqt li l-Qorti Kostituzzjonali teżerċita ġuriżdizzjoni kostituzzjonali.

Il-Parlament huwa l-uniku korp ta’ setgħa leġiżlattiva li jadotta leġiżlazzjoni, inklużi emendi għall-Kostituzzjoni, u jeżerċita kontroll u sorveljanza demokratiċi fuq l-eżekuttiv. Il-funzjoni ta’ sorveljanza u l-kontroll tal-Parlament fuq il-gvern u l-iskrutinju tiegħu tal-iżvilupp leġiżlattiv (inkluż il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni) huma limitati mill-kapaċità tal-istituzzjonijiet parlamentari. Irid isir aktar biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi.

Il-Kostituzzjoni tagħti liċ-ċittadini l-kapaċità li jagħżlu l-gvern tagħhom f’elezzjonijiet perjodiċi liberi u ġusti li jsiru b’vot sigriet u bbażati fuq vot universali u ugwali. Filwaqt li l-aħħar rawnds ta’ elezzjonijiet parlamentari f’Lulju 2021 kienu, skont l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), amministrati tajjeb u fil-biċċa l-kbira ġew irrispettati l-libertajiet kompetittivi u fundamentali, għad iridu jiġu indirizzati diversi rakkomandazzjonijiet ulterjuri mill-ODIHR bħal sorveljanza finanzjarja effettiva tal-kampanja, preġudizzju politiku tal-organi tal-aħbarijiet u l-imparzjalità tal-Kumitat Elettorali Ċentrali.

L-użu ta’ proċeduri urġenti biex tgħaddi l-leġiżlazzjoni, inkluż f’oqsma rilevanti għall-acquis tal-UE, naqas b’mod konsiderevoli matul l-aħħar erba’ snin. Huma meħtieġa valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi tal-leġiżlazzjoni proposta.

Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni u liġi tal-2020 dwar l-organizzazzjonijiet mhux kummerċjali tissimplifika r-reġistrazzjoni u telimina t-tariffi tar-reġistrazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq is-sħubija. Hemm fis-seħħ Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom il-kapaċità li jkunu sħab importanti fl-iżvilupp tal-pajjiż. L-istabbiliment ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni pubblika sistematika jippermettilhom jagħmlu kontribut aktar sinifikanti għall-proċess ta’ riforma.

1.2. Riforma tal-amministrazzjoni pubblika

Il-qafas strateġiku tal-Moldova għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (PAR) huwa bbażat fuq l-istrateġija tal-PAR tal-2016-2020 (estiża sal-2022). Il-qafas legali u s-sistema tas-servizz ċivili huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-prinċipji tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea u mal-istandards u l-prattiki Ewropej. L-istrateġija tal-PAR għandha l-għan li tiggarantixxi l-kwalità, l-istabbiltà, in-newtralità u l-kontinwità tal-amministrazzjoni pubblika u li tiżgura proċeduri trasparenti ta’ reklutaġġ, promozzjoni u tkeċċija bbażati fuq il-mertu. Strateġija ġdida tal-PAR qiegħda tiġi żviluppata. Huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex tiġi żgurata kapaċità amministrattiva adegwata għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni.

Dwar it-twassil tas-servizzi, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-gvern għall-2021-2022 fih objettivi ewlenin, indikaturi tar-riżultati / tal-eżiti u azzjonijiet ta’ prijorità fil-qasam tal-governanza tajba u tal-politika ta’ trasformazzjoni diġitali, dedikati għall-immodernizzar tas-servizzi amministrattivi pubbliċi, għaż-żieda tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi provduti liċ-ċittadini u lin-negozji, u l-estensjoni u t-titjib tas-servizzi elettroniċi pprovduti liċ-ċittadini u lill-imprendituri. Amministrazzjoni aktar orjentata lejn iċ-ċittadini hija prijorità ewlenija tal-gvern u ġiet żviluppata viżjoni strateġika komuni għad-diġitalizzazzjoni u l-Gvern elettroniku.

Il-Gvern jibqa’ impenjat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ġestjoni tal-Finanzi pubbliċi (PFM) (2013-2020), li ġiet estiża sal-aħħar tal-2022. L-awtoritajiet għamlu xi progress fir-riformi tal-PFM. Il-Ministeru tal-Finanzi kompla jtejjeb il-proċess tal-qafas baġitarju u t-trasparenza fuq perjodu medju u saħħaħ il-qafas regolatorju għall-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll intern. Il-leġiżlatura u l-istituzzjoni suprema tal-awditjar jipprovdu sorveljanza tal-proċess baġitarju. Il-Gvern qed jaħdem biex jagħmel titjib ulterjuri f’għadd ta’ oqsma, inklużi t-trasparenza, l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-investiment pubbliku, l-istandards kontabilistiċi, il-kontroll intern u l-awditjar, il-governanza tal-intrapriżi tal-istat, l-akkwist pubbliku u l-akkwist elettroniku, u l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċessi baġitarji. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida tal-PFM huma mistennija wara l-valutazzjoni li jmiss dwar in-Nefqa Pubblika u r-Responsabbiltà Finanzjarja (PEFA).

Fir-rigward tal-governanza f’diversi livelli, il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni ilu jevolvi mill-2012. Il-pjan direzzjonali rivedut għad-demokrazija lokali u reġjonali huwa mistenni jagħti spinta ġdida lil dan il-proċess. F’dan l-isfond, ir-riforma territorjali jeħtieġ li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali b’finanzi sostenibbli li jipprovdu servizzi liċ-ċittadini. F’Diċembru 1994, il-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova adotta l-“Liġi dwar l-Istatus Legali Speċjali ta’ Gagauzia”, li tistabbilixxi lil Gagauzia bħala unità territorjali awtonoma tal-Moldova.

It-titjib tas-servizz pubbliku u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani għadu ma kisibx l-impatt mixtieq li jibni servizz ċivili professjonali u bbażat fuq il-mertu, minħabba l-impatt tal-instabbiltà politika u tan-nuqqas ta’ rieda politika fuq ir-riformi. L-attirar u ż-żamma ta’ ħaddiema taċ-ċivil professjonali huma sfida kontinwa, u kruċjali biex tinbena kapaċità amministrattiva sabiex jiġu ssodisfati l-funzjonijiet tal-Istat u jiġu pprovduti servizzi ta’ kwalità. Il-Moldova qed taħdem fuq riforma tas-salarju tas-servizz ċivili biex tagħmel is-servizz pubbliku aktar attraenti.

L-istituzzjonijiet u l-qafas legali għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika huma fis-seħħ. Il-kwalità tat-tfassil tal-politika jeħtieġ li tittejjeb ulterjorment permezz ta’ proċessi xierqa u l-implimentazzjoni tal-liġi. Il-koordinazzjoni msaħħa għandha tiffoka aktar fuq is-sustanza u inqas fuq kwistjonijiet formali u proċedurali, u l-użu ta’ politika inklużiva u bbażata fuq l-evidenza u ta’ żvilupp leġiżlattiv imsaħħaħ, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi u interministerjali dwar proposti leġiżlattivi.

Sabiex jiġu żgurati linji ta’ akkontabilità u governanza koerenti, jeħtieġ li jiġi aġġornat il-qafas legali, u li ssir enfasi fuq implimentazzjoni xierqa, bi strutturi ċari li jiddefinixxu korpi superviżorji u subordinati. Il-gvern jappoġġa r-riforma tal-akkontabilità maniġerjali u delega sistematika tar-responsabbiltajiet. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkomplu jitolbu aktar trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-parlament u f’awtoritajiet pubbliċi oħra.

1.3. Stat tad-dritt

Mill-frodi bankarja tal-2014 ’il hawn, il-Moldova wettqet tiġdid maġġuri kemm tas-sistemi tal-ġustizzja kif ukoll tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni tagħha. F’dawn l-aħħar snin, il-Moldova saħħet l-istat tad-dritt, inklużi r-riforma tal-pulizija u l-passi lejn ir-riforma tal-ġudikatura. Jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi indirizzata l-influwenza tad-drittijiet akkwiżiti kemm fl-oqsma politiċi kif ukoll f'dawk kummerċjali.

a) Ġudikatura

Mill-2009 ’il hawn, il-Moldova għaddiet minn sensiela ta’ riformi ġudizzjarji mmirati lejn it-tisħiħ tal-indipendenza, l-effiċjenza u l-effettività tal-ġudikatura. Ir-riformi fil-ġustizzja huma prijorità għall-gvern attwali. Il-Moldova dan l-aħħar adottat Strateġija biex Tiżgura l-Indipendenza u l-Integrità tas-Settur tal-Ġustizzja 2022-2025 komprensiva u Pjan ta’ Azzjoni korrispondenti. Il-qafas kostituzzjonali u legali għall-ġudikatura huwa fil-biċċa l-kbira konformi mal-istandards Ewropej. Ġew ikkonsolidati l-istrutturi tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji.

Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (il-Kunsill Ġudizzjarju Għoli) u l-Kunsill Superjuri tal-Prosekuturi (il-Kunsill Għoli ta’ Prosekuzzjoni) huma responsabbli għall-awtonomija tal-ġudikatura. Il-qafas kostituzzjonali u leġiżlattiv fil-prinċipju jiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura u l-imparzjalità tagħha. Fil-prattika, l-integrità, l-indipendenza u l-akkontabilità tal-ġudikatura jeħtieġ li jittejbu b’mod sinifikanti.

L-emendi kostituzzjonali dwar il-funzjonament tal-ġudikatura daħlu fis-seħħ f’April 2022. L-emendi jtejbu b’mod sinifikanti l-qafas legali dwar l-indipendenza, l-akkontabilità, u l-effiċjenza tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill tal-Ewropa. B’mod partikolari, l-emendi jġibu l-kompożizzjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura f’konformità mal-istandards Ewropej billi jeskludu s-sħubija ex officio u jirrevedu l-proċess tal-ħatra ta’ membri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Dan isaħħaħ ir-rwol tal-President fil-ħatra tal-imħallfin, jirregola l-immunità funzjonali tal-imħallfin fil-livell kostituzzjonali, u jibdel il-proċedura tal-ħatra tal-imħallfin tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja biex jitnaqqas ir-riskju ta’ politiċizzazzjoni.

F’Marzu 2022, ġiet adottata l-liġi dwar l-iskrutinju tal-kandidati għall-kunsilli ġudizzjarji u tal-prosekuzzjoni. Il-liġi tipprevedi valutazzjoni tal-integrità ta’ membri futuri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, tal-Kunsill Superjuri tal-Prosekuturi u tal-korpi speċjalizzati tagħhom minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni magħmul minn tliet membri nazzjonali u tliet membri internazzjonali. Dan għandu l-għan li jżid l-integrità tal-korpi ta’ awtoamministrazzjoni tal-imħallfin u tal-prosekuturi, kif ukoll li jtejjeb il-fiduċja tas-soċjetà fl-attività tagħhom u fis-sistema tal-ġustizzja kollha kemm hi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja fil-biċċa l-kbira ġew implimentati. Il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni huwa mistenni li jlesti l-ewwel stadju ta’ evalwazzjoni sa Lulju 2022.

Hemm fis-seħħ kodiċijiet ta’ etika għall-imħallfin u għall-prosekuturi, kif ukoll sistema integrata ta’ ġestjoni tal-każijiet b’allokazzjoni awtomatizzata tal-każijiet. Il-ħatra tal-imħallfin u tal-prosekuturi għadha ma hijiex kompletament ibbażata fuq kriterji oġġettivi. Jeħtieġ li tiġi indirizzata interferenza interna u esterna bla bżonn fuq il-ġudikatura. Il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, u fil-korpi speċjalizzati tiegħu, ma mtlewx mill-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin, u dan ħalla lill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura mingħajr il-kworum meħtieġ biex jinħatru mħallfin ġodda għal sentejn. Ir-riforma ta’ din l-istituzzjoni għadha għaddejja u hija prijorità politika. L-għadd ta’ mħallfin (16,4) għal kull 100 000 abitant huwa inqas mill-medja Ewropea (21) u l-għadd ta’ prosekuturi (24,2) huwa d-doppju tal-medja Ewropea (12).

F’termini ta’ effiċjenza, iż-żmien għat-tlestija f’kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali żdied għal 171 jum fl-2020, meta mqabbel ma’ 143 jum fl-2018. Ir-rata tal-ikklirjar naqset għal 97 % (107 % fl-2018). Iż-żmien għat-tlestija jibqa’ ta’ tħassib kbir. L-arretrati ta’ kawżi pendenti tal-qorti jammonta għal 22 299 u 3 330 kawża għall-ewwel u t-tieni istanza, rispettivament 4 . Il-baġit tal-2020 għas-sistema ġudizzjarja huwa ta’ 0,40 % tal-PDG, li huwa inqas mill-2018 (0,48 % tal-PDG). Fl-2020, ġew allokati EUR 21,3 miljun lill-qrati u EUR 17,4-il miljun lill-uffiċċju tal-prosekuturi. Il-baġit ma huwiex biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ taħriġ u investiment, peress li 85 % jintefaq fuq is-salarji u l-kumpens.

L-indipendenza funzjonali sħiħa tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni jeħtieġ li tissaħħaħ, kif ukoll l-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Prosekuturi Ġenerali. Id-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-ġestjoni u t-tmexxija tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Moldova huma xi drabi politikament motivati, bħat-tneħħija, is-sostituzzjoni (temporanja) u l-arrest tal-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni fl-2021.

b) Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tagħha huma fuq quddiem nett fl-aġenda ta’ riforma tal-gvern tal-Moldova. Il-Moldova żiedet il-baġit annwali tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni inklużi l-Awtorità Nazzjonali għall-Integrità, l-Aġenzija għall-Irkupru tal-Assi Kriminali u l-Unità ta’ Investigazzjoni Finanzjarja. Il-korruzzjoni tibqa’ tħassib serju li jeħtieġ li tkompli l-attenzjoni fuqha peress li timponi kostijiet sinifikanti fuq il-baġit tal-Istat, fuq in-negozji u fuq il-popolazzjoni, tiskoraġġixxi l-investiment domestiku u barrani u ddgħajjef l-istat tad-dritt.

Id-dokument ta’ politika ewlieni għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u għaż-żieda fl-integrità huwa l-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrità u l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni għall-2017-2023. L-Istrateġija tinkludi azzjonijiet fir-rigward tal-irkupru ta’ assi kriminali, il-protezzjoni tal-informaturi, it-tisħiħ tal-etika u l-integrità fis-setturi pubbliċi, privati u mhux governattivi, l-iżgurar tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi u tal-finanzjament tal-partiti politiċi u l-media.

Il-Moldova hija parti għall-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin kollha kontra l-korruzzjoni, inkluż il-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC). Hemm fis-seħħ qafas legali komprensiv kemm dwar il-prevenzjoni kif ukoll dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li fil-biċċa l-kbira jikkonforma mal-istandards Ewropej u internazzjonali, u dan ġie parzjalment implimentat. Il-forom kollha ta’ korruzzjoni huma kriminalizzati, inkluż l-arrikkiment illeċitu, u l-liġijiet jirregolaw il-kunflitt ta’ interessi u jipproteġu lill-informaturi.

Ġew stabbiliti u qed joperaw istituzzjonijiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni – iċ-Ċentru Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni (NAC), bl-Aġenzija għall-Irkupru tal-Assi Kriminali (CARA) bħala subdiviżjoni awtonoma, l-Uffiċċju tal-Prosekutur kontra l-Korruzzjoni (APO) u l-Aġenzija Nazzjonali għall-Integrità (NIA). Dawn l-istituzzjonijiet għandhom mandati komprensivi f’konformità mal-istandards internazzjonali u joperaw dejjem aktar b’mod indipendenti, b’koordinazzjoni bejn l-aġenziji u r-riżorsi meħtieġa parzjalment fis-seħħ. Huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jiġu ċċarati l-mandati ta’ dawn l-istituzzjonijiet u tissaħħaħ l-effettività taċ-Ċentru Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni u tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Integrità.

Huwa meħtieġ progress biex il-każijiet ta’ korruzzjoni jitressqu quddiem il-qorti u jiġu mħarrka b’mod effettiv. L-investigazzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni minuri tibqa’ fil-kompetenzi taċ-Ċentru Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur kontra l-Korruzzjoni. Dan ifisser li ma kienx possibbli għal dawn l-istituzzjonijiet li jiffokaw fuq każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli. Jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu vverifikati b’mod effettiv id-dikjarazzjonijiet tal-assi u jiġi żgurat l-irkupru tal-assi. Xi rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali ta’ monitoraġġ kontra l-korruzzjoni, inkluż mill-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO), huma pendenti. Min-naħa preventiva, l-Aġenzija Nazzjonali għall-Integrità hija responsabbli għall-verifika tal-assi ddikjarati ppreżentati minn persuni li jkollhom pożizzjonijiet pubbliċi u għall-applikazzjoni tar-reġim legali relatat ma’ kunflitti ta’ interess. Iċ-Ċentru Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni ilu jabbozza leġiżlazzjoni dwar il-verifika tal-korruzzjoni mill-2017, u madwar 50 % tar-rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati (l-aktar relatati ma’ ambigwitajiet jew lakuni fl-abbozzar jew fil-proċeduri amministrattivi).

Ftit li xejn sar progress fl-investigazzjoni tal-frodi bankarja tal-2014 u biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja. L-isforzi kontra l-frodi bankarja għandhom jissaħħu billi tiġi aġġornata l-istrateġija għall-irkupru tal-assi kriminali u jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-irkupru tal-assi.

c) Kriminalità organizzata

Il-Moldova ffirmat u rratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, kif ukoll il-protokolli tagħha dwar it-Traffikar tal-Persuni u dwar il-Faċilitazzjoni ta’ Immigrazzjoni Illegali. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jiddeskrivi attivitajiet investigattivi u ta’ tfittxija tal-kriminali. Il-Moldova kkonkludiet arranġament ta’ ħidma mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), ftehim operazzjonali u strateġiku mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u Memorandum ta’ Qbil maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA). Il-Moldova tipparteċipa fil-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT). Il-pajjiż huwa membru tal-Interpol.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tirrifletti parzjalment l-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) u l-leġiżlazzjoni internazzjonali rilevanti, iżda għad hemm rakkomandazzjonijiet pendenti mill-MONEYVAL. L-istabbiliment ta’ qafas komprensiv għall-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u l-ħasil tal-flus, u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tiegħu, huma kruċjali biex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti li joħolqu.

Il-Moldova tinsab f’salib it-toroq importanti għat-traffikar ta’ persuni u ta’ oġġetti illegali (inklużi d-drogi u l-armi) lejn l-UE. Il-Moldova hija sors, tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari għall-isfruttament sesswali u x-xogħol furzat, għalkemm il-kundanni mogħtija lil persuni responsabbli kienu ftit. L-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija jindirizza l-kriminalità organizzata, madankollu r-rati ta’ kundanna għall-kriminalità organizzata ma humiex disponibbli. L-Ispettorat għandu dipartiment ċentrali u żewġ dipartimenti reġjonali (Spettorati ta’ Investigazzjoni Nazzjonali) responsabbli għall-ispettru kollu.

F’ħafna każijiet, huma meħtieġa sforzi sinifikanti ulterjuri biex jiġu investigati networks usa’ tal-kriminalità organizzata.

1.4. Drittijiet fundamentali

a)    Qafas internazzjonali

Il-Moldova rratifikat l-istrumenti internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji, il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (għalkemm ma rratifikatx il-Protokoll Addizzjonali nru 12). Il-pajjiż irratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u tnejn mill-Protokolli Fakultattivi iżda mhux it-tielet (dwar proċedura ta’ komunikazzjoni), jew il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

b)    Struttura legali u istituzzjonali

Il-qafas legali u istituzzjonali li jirregola d-drittijiet fundamentali huwa fis-seħħ u l-liġijiet ġeneralment isegwu l-istandards Ewropej u internazzjonali. Il-kapaċità tal-istituzzjonijiet inkarigati mill-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni eżistenti tibqa’ limitata u tfixkel l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-bniedem. B’mod partikolari, il-Kunsill Nazzjonali biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni u jiżgura l-ugwaljanza huwa nieqes sew mill-persunal.

Il-Moldova adottat Strateġija ġdida għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija għall-2021-2024. Il-prijoritajiet ewlenin huma l-ugwaljanza bejn il-ġeneri / id-drittijiet tan-nisa, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tal-ġustizzja kriminali, il-garanzija tal-integrità tal-proċessi elettorali, u l-appoġġ għal media indipendenti, l-aċċess għall-informazzjoni, u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni.

Il-Mekkaniżmu Nazzjonali ta’ Prevenzjoni jikkonsisti f’seba’ membri, inkluż l-Ombudsperson, l-Ombudsperson għat-tfal u ħames persuni proposti mis-soċjetà ċivili. L-istituzzjoni tal-Ombudsperson – l-Avukat tal-Poplu hija maħtura bħala l-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u akkreditata bi status ta’ “A” mill-Alleanza Globali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala li fil-biċċa l-kbira tikkonforma mal-Prinċipji ta’ Pariġi. L-indipendenza finanzjarja u funzjonali tagħha għandha tissaħħaħ u r-rwol tagħha fil-kuntest tal-Kunsill tal-Moldova għall-Prevenzjoni tat-Tortura għandu jiġi ċċarat.

c)    Kwistjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet fundamentali

Il-pajjiż għandu 18-il sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem taħt proċedura ta’ superviżjoni msaħħa jistennew li jiġu infurzati. Dawn jinkludu trattament ħażin mill-aġenti tal-istat, ċaħda illegali tal-libertà, ksur tad-dritt għal proċess ġust, nuqqas tal-awtoritajiet li jipprovdu protezzjoni mill-vjolenza domestika u diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.

Jeħtieġ li jsir aktar fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet adegwati ta’ atti ta’ trattament ħażin. Il-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom ma jibbenefikawx mis-salvagwardji legali fundamentali kollha mill-bidu tad-detenzjoni tagħhom. L-investigazzjoni li ma hijiex adegwata ta’ allegati każijiet ta’ trattament ħażin twassal għal sentiment ta’ impunità. Il-kundizzjonijiet f’postijiet ta’ detenzjoni u ta’ detenzjoni qabel il-proċess jibqgħu taħt l-istandards internazzjonali, b’mod partikolari minħabba l-iffullar tal-faċilitajiet tal-ħabs, in-nuqqas ta’ servizz mediku effettiv jew l-użu ta’ konfinament solitarju fit-tul bħala miżura dixxiplinari.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni hija fil-biċċa l-kbira konformi mal-istandards internazzjonali, iżda jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġi. Il-media ġeneralment tista’ tirrapporta liberament. Sabiex jiġi ggarantit il-pluraliżmu tal-media, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media u l-finanzjament tal-media li ma huwiex trasparenti. Huma meħtieġa wkoll sforzi ulterjuri biex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku, tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġurnalisti u l-kwalità tal-kontenut tal-media (u d-diżinformazzjoni), flimkien mal-indirizzar tal-każijiet dejjem jiżdiedu ta’ attakk verbali, intimidazzjoni u fastidju tal-ġurnalisti.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza huwa minqux fil-Kostituzzjoni. Il-Kodiċi Kriminali jiggarantixxi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u r-reati ta’ mibegħda. Il-Kunsill għall-Ugwaljanza ma għandux mandat adegwat fi ħdan il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-ugwaljanza. F’April 2022, il-parlament adotta emendi għall-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet biex itejjeb ir-rispons tal-Istat għar-reati ta’ mibegħda. Reċentement ġiet adottata leġiżlazzjoni li ilha pendenti dwar ir-reati ta’ mibegħda li twassal għat-twessigħ tal-ambitu tar-raġunijiet protetti u b’hekk għat-tisħiħ tal-qafas legali għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ reati mmotivati mill-preġudizzju. Jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu indirizzati d-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, kif ukoll il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Fir-rigward tal-ugwaljanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-qafas legali ma għadux jipprojbixxi l-aċċess għal ċerti professjonijiet iżda n-nisa għadhom jiffaċċjaw ostakli de facto u diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tal-Moldova tippersisti, u n-nisa b’mod ġenerali jaqilgħu 14,1 % inqas mill-irġiel bħala medja fl-2019 (l-istess bħall-medja tal-UE), u 39,6 % tal-parlamentari eletti fl-2021 huma nisa (ogħla mill-medja tal-UE). Jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu protetti d-drittijiet ta’ persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru, intersesswali jew queer (LGBTIQ). Il-liġi tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fl-impjiegi bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali, iżda d-diskriminazzjoni fis-soċjetà tkompli. Il-proċess tad-deistituzzjonalizzazzjoni tat-tfal għamel ħafna progress f’dawn l-aħħar snin. Jeħtieġ li jsir aktar fir-rigward tal-mortalità tat-trabi, it-tħaddim tat-tfal, inklużi r-rabtiet mat-traffikar u l-isfruttament sesswali, u s-sitwazzjoni partikolari tat-tfal Rom u tfal li l-ġenituri tagħhom iħalluhom warajhom. L-għadd ta’ trabi u tfal b’diżabilità f’faċilitajiet ta’ kura istituzzjonali huwa ta’ tħassib.

2. KRITERJI EKONOMIĊI

Din il-valutazzjoni ssir abbażi tal-kriterji ta’ Copenhagen relatati mal-eżistenza ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona, kif ukoll il-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni.

2.1. Ekonomija tas-suq li tiffunzjona

Il-Moldova hija ekonomija miftuħa żgħira bi Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita f’termini ta’ parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPP) ta’ madwar 30 % tal-medja tal-UE fl-2020, żieda minn 25 % fl-2013. B’mod ġenerali, il-Moldova turi rekord sodisfaċenti fit-twettiq ta’ politiki makroekonomiċi ġeneralment sodi. Madankollu, in-nuqqas ta’ rieda politika u l-bidliet frekwenti tal-gvern xi drabi wasslu biex l-implimentazzjoni tar-riforma ma tkunx uniformi u dewmu t-trasformazzjoni f’ekonomija tas-suq kompetittiva.

Matul l-aħħar għaxar snin, il-Moldova kienet kapaċi ssostni tkabbir ekonomiku b’medja ta’ madwar 4,5 % fis-sena u tegħleb diversi kriżijiet ekonomiċi, inkluża l-pandemija. Il-finanzi pubbliċi kienu stabbli, b’defiċit baxx, b’medja ta’ madwar 1,5 % tal-PDG matul l-2013-2020, u livell ta’ dejn sostenibbli (madwar 32 % tal-PDG fl-2021, li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali fuq termini aġevolanti). Dan jirrifletti l-isforzi tal-Moldova lejn konsolidazzjoni akbar tal-politika fiskali u ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi, imrawma mill-Istrateġija tal-PFM tal-2013-2020.

Qabel il-pressjonijiet inflazzjonarji globali xprunati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Bank Nazzjonali tal-Moldova kien ġeneralment ta’ suċċess fiż-żamma tal-inflazzjoni fil-medda fil-mira stabbilita għal 5 % (+/- 1,5 punti perċentwali), filwaqt li r-reġim tar-rata tal-kambju ta’ fluttwazzjoni kkontrollata, appoġġa munita nazzjonali stabbli. Bħala riżultat ta’ prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel li qed jiżdiedu b’mod rapidu, iż-żieda qawwija fl-inflazzjoni, li laħqet it-22 % sal-aħħar tal-ewwel trimestru tal-2022, hija fost l-isfidi ewlenin għall-istabbiltà makroekonomika tal-Moldova fil-perjodu li ġej, minbarra l-kost tal-akkomodazzjoni u l-influss għoli ta’ refuġjati tal-gwerra. Min-naħa esterna, l-iżbilanċi kienu relattivament kbar, u d-defiċit tal-kont kurrenti bħala medja kien ta’ 7,3 % tal-PDG matul l-aħħar għaxar snin, l-aktar minħabba defiċit kummerċjali sostanzjali. Dan tal-aħħar ġie xprunat minn domanda domestika b’saħħitha sostnuta minn rimessi kbar, minn termini li ma humiex favorevoli ta’ kummerċ u minn bażi ta’ esportazzjoni relattivament dgħajfa. Madankollu, bis-saħħa ta’ appoġġ sostanzjali mis-sħab internazzjonali, il-Moldova kienet kapaċi tibni b’mod konsiderevoli l-buffers tagħha tal-kambju barrani. Il-Moldova tradizzjonalment tiddependi ħafna wkoll fuq l-influss ta’ rimessi, u l-gwerra attwali kontra l-Ukrajna qed ikollha impatt negattiv fuq id-dħul mir-Russja u r-reġjun tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti (CIS).

Il-gvern attwali wiret legat ta’ korruzzjoni, drittijiet akkwiżiti u istituzzjonijiet dgħajfa responsabbli għall-istat tad-dritt, li jfixkel it-tkabbir tal-investiment u tal-produttività u jkompli jdgħajjef il-klima tan-negozju. Għalhekk, il-gvern nieda riforma tas-sistema tal-ġustizzja tiegħu u qed jieħu passi sinifikanti biex jindirizza l-korruzzjoni, filwaqt li r-riformi regolatorji li għaddejjin bħalissa għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija.

Is-settur tal-Intrapriżi tal-Istat tal-Moldova (SOEs), li jinkludi madwar 900 kumpanija, għadu kbir u għadu jirrikjedi appoġġ min-naħa tal-gvern. L-influwenza tal-Istat tibqa’ importanti f’setturi ewlenin tal-ekonomija, inkluż fit-telekomunikazzjoni, l-enerġija u t-trasport. B’mod ġenerali, l-assi proprji tal-SOEs jammontaw għal madwar 26 % tal-PDG u jimpjegaw madwar 6 % tal-forza tax-xogħol attiva. Is-settur għadu qed ibati minn nuqqas ta’ prattiki adegwati ta’ governanza korporattiva, ineffiċjenza u sorveljanza ħażina. Dan idgħajjef ulterjorment l-investiment fis-settur privat u l-kompetittività fl-ekonomija kollha u joħloq riskji fiskali. Huma meħtieġa aktar riformi, speċjalment, dwar governanza korporattiva aħjar, riorganizzazzjoni, privatizzazzjoni u likwidazzjoni ta’ kumpaniji li ma humiex vijabbli, riformi li huma fost il-prijoritajiet tal-gvern. Barra minn hekk, is-settur informali għadu relattivament kbir, u ammonta għal madwar 27 % tal-PDG fl-2020. Livelli għoljin ta’ informalità parzjalment jirriżultaw minn piż regolatorju kbir u jimplikaw mhux biss telf sostanzjali ta’ dħul mill-baġit iżda wkoll produttività aktar baxxa.

Is-settur finanzjarju tal-Moldova għadda minn riformi sinifikanti, speċjalment wara frodi bankarja kbira fl-2014, li tammonta għall-ekwivalenti ta’ 12 % tal-PDG. Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-banek sistemiċi ewlenin ġew ristrutturati, bil-maġġoranza tal-ishma mibjugħa lil azzjonisti internazzjonali trasparenti. Fil-preżent, is-settur bankarju jidher kapitalizzat sew, il-banek kollha jissodisfaw il-proporzjon tal-adegwatezza kapitali, u kien hemm tnaqqis sostanzjali fis-sehem ta’ self improduttiv f’dawn l-aħħar snin. Bis-saħħa ta’ riformi li rnexxew fis-settur bankarju, l-aċċess għall-finanzi, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), dan l-aħħar tjieb. Madankollu, l-intermedjazzjoni finanzjarja għadha baxxa, u s-sehem ta’ self estiż għas-settur privat kien f’medja ta’ 20 % tal-PDG bejn l-2017 u l-2021. Barra minn hekk, il-progress ġenerali dwar l-irkupru tal-assi misruqa u tal-proċedimenti legali fir-rigward tal-frodi bankarja tal-2014 kien bil-mod u mhux trasparenti.

Is-suq tax-xogħol għandu dgħufijiet strutturali sinifikanti, kif rifless mir-rata baxxa ħafna ta’ impjieg ta’ madwar 49 % fl-2020. Dan huwa parzjalment dovut għas-sehem sostanzjali tal-impjiegi informali, b’mod partikolari fis-settur agrikolu u tal-kostruzzjoni. Hemm ukoll nuqqas ta’ qbil bejn il-ħiliet u r-rekwiżiti tal-impjiegi. Għalkemm il-qgħad fost il-gradwati universitarji jibqa’, bħala medja, inqas minn dak għal dawk bi grad ta’ edukazzjoni sekondarja biss, xi gradwati jkomplu jsibuha diffiċli biex isibu impjiegi li jaqblu mal-kwalifiki tagħhom. Is-servizzi tal-impjiegi u l-programmi tas-suq tax-xogħol huma mxekkla minn finanzjament limitat, filwaqt li l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba jinżamm lura minn investiment privat u barrani insuffiċjenti f’setturi b’valur miżjud ogħla.

2.2. Il-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq tal-UE

Il-Moldova tbati minn livell u tqabbil ta’ ħiliet baxxi minħabba l-kwalità baxxa tal-edukazzjoni u l-emigrazzjoni sinifikanti ta’ ħaddiema kwalifikati. Għalkemm l-investiment fl-edukazzjoni kien relattivament għoli b’5,7 % tal-PDG matul l-2019-2022, il-Moldova għandha punteġġi taħt il-medja tal-OECD skont ir-riżultati tal-PISA, fejn tikklassifika fil-51 post minn 78 pajjiż. Madankollu, huwa xorta relattivament aħjar minn pajjiżi oħra fir-reġjun, u bi progress innotat matul is-snin. It-taħriġ vokazzjonali tjieb, u forma ġdida ta’ edukazzjoni doppja bħalissa qed tiġi implimentata biex jitnaqqas id-distakk bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u s-settur privat.

L-infrastruttura fiżika tal-Moldova għadha relattivament sottożviluppata, minkejja appoġġ importanti minn sħab internazzjonali u investiment sinifikanti mill-gvern, għalkemm minn punt tat-tluq baxx. Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss aċċellerat f’dawn l-aħħar snin u ammontat għal madwar 25 % tal-PDG fl-2020. Fl-istess ħin, l-istokk totali tal-FDI huwa baxx b’madwar 25 % tal-PDG, u dan jirrifletti d-dgħufijiet fl-ambjent tan-negozju u t-tkomplija tal-problemi bil-korruzzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà. Is-settur tal-enerġija jbati minn dgħufijiet strutturali ewlenin, skoperti wara l-kriżi tal-gass li bdiet f’Ottubru 2021. Il-Moldova hija dipendenti bis-sħiħ fuq il-provvista tal-gass mir-Russja u ma għandha l-ebda kapaċità ta’ ħżin fit-territorju tagħha, u dan jagħmilha estremament vulnerabbli vis-à-vis il-fornitur. Is-suq tal-elettriku jbati minn kwistjonijiet simili, u dan minħabba li hemm ftit diversifikazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija u infrastruttura sottożviluppata. Għalhekk, is-separazzjoni tal-utilitajiet tal-enerġija hija fost il-prijoritajiet ewlenin fil-futur, u l-Moldova qed taħdem mill-qrib mal-UE għal dak il-għan.

L-ekonomija tal-Moldova ma hijiex diversifikata ħafna u għadha tiddependi ħafna fuq is-settur agrikolu, li jagħmilha inqas produttiva u partikolarment vulnerabbli għall-kundizzjonijiet klimatiċi. L-agrikoltura tirrappreżenta madwar 12 % tal-PDG uffiċjali tal-Moldova (skont id-data tal-2021) u l-agrikoltura ta’ sussistenza informali hija stmata li tirrappreżenta madwar 11 % oħra tal-PDG. Is-settur tal-manifattura għadu relattivament dgħajjef, bis-sehem tiegħu tal-PDG jonqos minn 15,4 % fl-2016 għal 12,4 % fl-2021. Madankollu, is-settur tal-IT ra espansjoni notevoli, speċjalment minn meta bdiet il-pandemija, għalkemm beda minn livell baxx u dan huwa rifless fil-kontribut dejjem jikber tiegħu għat-tkabbir tal-PDG. L-allinjament tal-Moldova mal-qafas legali tal-komunikazzjoni elettronika tal-UE huwa limitat.

L-ekonomija tal-Moldova hija integrata mill-qrib ma’ dik tal-UE. Ir-rabtiet ekonomiċi bejn it-tnejn ġew imsaħħa ulterjorment mid-dħul fis-seħħ tad-DCFTA. L-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Moldova, u hija responsabbli għal sehem ta’ madwar 66 % tal-esportazzjonijiet totali tagħha, ferm ogħla mill-pari reġjonali tagħha, u madwar 45 % tal-importazzjonijiet totali tagħha fl-2021. Il-prodotti tal-ikel u agrikoli u prodotti bażiċi oħra jammontaw għal kważi nofs l-esportazzjonijiet tal-Moldova, u dan jindika l-istruttura tal-esportazzjoni dgħajfa tagħha u l-ħtieġa li titla’ ’l fuq fil-ktajjen tal-valur globali. Il-Moldova ilha membru tad-WTO mill-2001, b’politika kummerċjali fil-biċċa l-kbira miftuħa.

3. IL-KAPAĊITÀ LI TASSUMI L-OBBLIGI TAS-SĦUBIJA

Il-kapaċità tal-Moldova li tassumi l-obbligi tas-sħubija ġiet evalwata abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

-L-impenji fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni inkluża ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (AA/DCFTA) u l-implimentazzjoni tagħhom;

-Il-livell ta’ adozzjoni, implimentazzjoni u eżekuzzjoni tal-acquis barra l-AA/DCFTA.

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, inkluża ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (AA/DCFTA) jappartjeni għal ġenerazzjoni ġdida ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ambizzjużi li l-UE kkonkludiet mal-pajjiżi sħab tagħha. Il-Ftehim jinkludi parti sostanzjali mill-acquis tal-UE bi skeda dettaljata ta’ implimentazzjoni li tvarja minn tliet snin sa seba’ snin u jġib il-pajjiż eqreb lejn l-Unjoni Ewropea f’termini ta’ allinjament regolatorju.

Mid-dħul fis-seħħ provviżorju tal-AA/DCFTA fl-2014, l-Istati Membri tal-UE huma involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni tiegħu permezz tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Huma adottati Pożizzjonijiet Komuni għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u jintlaħaq qbil dwar Aġenda Annotata dettaljata għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Gwida strateġika hija pprovduta mil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fl-ogħla livell politiku. Barra minn hekk, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Parlamentari UE-Moldova jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Parlament tal-Moldova fl-implimentazzjoni tal-ftehim. Id-diskussjonijiet huma informati mill-kontribut provdut mis-soċjetà ċivili permezz tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Moldova u jitqiesu kif xieraq.

L-istruttura istituzzjonali tinkludi l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ, is-Sottokumitati dedikati u Sottokumitati tar-Raggruppamenti li jkopru kważi l-kapitoli kollha tal-acquis tal-UE li jippermettu analiżi kontinwa u bir-reqqa tal-progress fir-relazzjoni. L-UE u l-Moldova ħadmu mill-qrib flimkien biex jidentifikaw oqsma ta’ politika ewlenin, jistabbilixxu miri għar-riforma u l-progress leġiżlattiv, u jistabbilixxu punti ta’ riferiment għall-kisbiet f’dawk l-oqsma. L-Aġendi ta’ Assoċjazzjoni aġġornati regolarment jistabbilixxu l-objettivi ta’ politika fuq terminu qasir u medju tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Moldova.

L-implimentazzjoni mill-Moldova tal-acquis tal-UE hija dokumentata fir-“Rapporti ta’ Implimentazzjoni ta’ Assoċjazzjoni” tal-UE 5 maħruġa regolarment mill-2017. Se ssir eżaminazzjoni sħiħa tal-kapitoli kollha tal-acquis tal-UE fi stadju aktar tard.

Wara l-adozzjoni tal-metodoloġija riveduta tat-tkabbir 6 u għall-finijiet tal-politika tat-Tkabbir tal-UE, l-acquis tal-UE huwa strutturat madwar sitt raggruppamenti tematiċi. L-acquis tal-UE f’dawn ir-raggruppamenti huwa sostanzjalment kopert mill-AA/DCFTA u l-Moldova gradwalment approssimat miegħu. Il-Moldova għandha rekord sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni, għalkemm il-progress ma huwiex uniformi u d-dewmien biex jintlaħqu l-iskedi ta’ żmien ambizzjużi fl-AA/DCFTA kien frekwenti. Sakemm issir l-eżaminazzjoni sħiħa tal-kapitoli kollha, l-analiżi ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji ta’ kapitoli fir-raggruppamenti fejn il-Moldova kisbet riżultati partikolarment tajbin u tenfasizza oqsma fejn kien hemm approssimazzjoni limitata għall-acquis tal-UE.

Ir-raggruppament tal-Elementi Fundamentali jinkludi l-kapitoli tal-acquis dwar il-Ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-Ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-Akkwist pubbliku, l-Istatistika, u l-Kontroll finanzjarju. Dan ir-raggruppament diġà ġie vvalutat skont it-taqsimiet tal-kriterji Politiċi u Ekonomiċi.

Hemm oqsma fir-raggruppament fejn l-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE għadha limitata, pereżempju fil-Ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-Ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà.

Ir-raggruppament tas-suq Intern jinkludi l-kapitoli tal-acquis dwar il-Moviment liberu tal-merkanzija, il-Moviment liberu tal-ħaddiema, id-Dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-Moviment liberu tal-kapital, id-Dritt tal-kumpaniji, id-Dritt tal-proprjetà intellettwali, il-Politika tal-kompetizzjoni, is-Servizzi finanzjarji, u l-Protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa. Il-Moldova kisbet riżultati partikolarment tajbin fil-moviment liberu tal-merkanzija fejn għamlet sforzi sostanzjali biex tallinja mal-istandards tal-UE, biex tneħħi l-ostakli tekniċi għall-kummerċ.

Hemm oqsma oħra fir-raggruppament fejn l-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE għadha limitata, pereżempju, il-qasam tal-Politika tal-Kompetizzjoni. L-AA/DCFTA jistabbilixxi għanijiet ambizzjużi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni. Il-leġiżlazzjoni tal-Moldova dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat hija bbażata l-aktar fuq l-acquis tal-UE dwar l-antitrust u l-fużjonijiet. Jeħtieġ li jissaħħu ulterjorment il-mekkaniżmi effettivi tal-monitoraġġ, tas-sorveljanza u tal-infurzar tas-suq.

Ir-raggruppament tal-Kompetittività u t-tkabbir inklużiv jinkludi l-kapitoli tal-acquis dwar is-Soċjetà tal-informazzjoni u l-media, it-Tassazzjoni, il-Politika ekonomika u monetarja, il-Politika soċjali u l-impjiegi, il-Politika tal-intrapriżi u industrijali, ix-Xjenza u r-riċerka, l-Edukazzjoni u l-kultura, u l-Unjoni doganali. Il-Moldova kisbet riżultati partikolarment tajbin fil-qasam tad-dwana, b’leġiżlazzjoni ġdida biex tiġġieled il-kuntrabandu u l-evażjoni tat-taxxa fuq l-importazzjoni, u biex iżżid l-investigazzjonijiet doganali u qablet mal-UE dwar Rikonoxximent Reċiproku tal-Programmi tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati. Il-Kodiċi Doganali l-ġdid li se jidħol fis-seħħ fl-2023 huwa allinjat mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet. L-assoċjazzjoni tal-Moldova ma’ Orizzont Ewropa hija strument ta’ suċċess għall-integrazzjoni mal-prattiki tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Hemm oqsma oħra fir-raggruppament fejn l-approssimazzjoni għall-acquis tal-UE għadha limitata, pereżempju fil-politika soċjali u fl-impjiegi.

Ir-raggruppament tal-Aġenda ekoloġika u l-konnettività sostenibbli jinkludi l-kapitoli tal-acquis dwar il-Politika tat-trasport, l-Enerġija, in-Networks Trans-Ewropej, u l-Ambjent u t-tibdil fil-klima. Il-Moldova kisbet riżultati partikolarment tajbin fil-qasam tan-networks TEN-T. In-network TEN-T ġie estiż għall-Moldova fl-2019 bl-identifikazzjoni ta’ 17-il proġett prijoritarju b’investiment ta’ EUR 917-il miljun. Aktar minn 62 % tal-kilometri ta’ prijorità fil-konnessjonijiet ferrovjarji u tat-toroq tlestew jew qed jitlestew. Il-Ftehim dwar iż-Żona ta’ Avjazzjoni Komuni ffirmat fl-2013 jintegra s-swieq tal-avjazzjoni tal-Moldova u tal-UE, filwaqt li jipprevedi allinjament progressiv mal-acquis rilevanti tal-UE.

Għalkemm saret xi ħidma preparatorja, huma meħtieġa sforzi sinifikanti, flimkien ma’ appoġġ politiku u finanzjarju, biex il-leġiżlazzjoni tal-Moldova tiġi allinjata mal-acquis tal-UE fil-qasam tal-Ambjent u l-azzjoni klimatika. Se jkunu meħtieġa riformi sinifikanti fid-dawl tal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 7 . Hemm oqsma oħra fejn l-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE għadha limitata bħall-Enerġija. Is-sħubija tal-Moldova fil-Komunità tal-Enerġija tappoġġa l-adozzjoni tar-riformi meħtieġa fis-suq tal-enerġija, bis-separazzjoni, u ċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass bħala l-prijoritajiet ewlenin. Id-djalogu Strateġiku ta’ livell għoli mal-Moldova dwar l-enerġija, li tnieda fl-2021, għen biex titħaffef it-trasformazzjoni tan-network tal-enerġija tal-Moldova u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista fuq perjodu ta’ żmien qasir billi jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-enerġija f’konformità mal-Pjan REPowerEU. Id-djalogu jipprovdi pjattaforma biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u n-newtralità klimatika. Dan jippermetti wkoll il-kopertura ta’ acquis tal-UE aktar reċenti mhux inklużi fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll aspetti ta’ governanza u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom.

Ir-raggruppament tar-Riżorsi, l-agrikoltura u l-koeżjoni jinkludi l-kapitoli tal-acquis dwar l-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-Sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, is-Sajd, il-Politika reġjonali u l-koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali, u d-Dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji. Il-Moldova kisbet riżultati partikolarment tajbin fil-qasam tal-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali fejn implimentat parti sostanzjali mill-acquis tal-UE fl-oqsma tal-politika tal-kwalità, il-biedja organika, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prodotti, il-frott u l-ħxejjex, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tal-annimali. Il-pajjiż beda jimplimenta xi mekkaniżmi ewlenin għall-politika reġjonali.

L-approssimazzjoni għall-acquis fil-qasam tas-Sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja hija limitata.

Ir-raggruppament tar-Relazzjonijiet esterni jinkludi r-Relazzjonijiet esterni u l-Politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE, ir-rata ta’ allinjament mad-dikjarazzjonijiet rilevanti tar-Rappreżentant Għoli f’isem id-Deċiżjonijiet tal-UE u tal-Kunsill kienet ta’ 62 % fl-2021 (2020: 68 %; 2019: 80 %; 2018: 72 %, 2017: 69 %). F’Marzu 2022 tnieda djalogu politiku u ta’ sigurtà ta’ livell għoli mal-Moldova biex jikkomplementa l-iskambji regolari taħt il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u jippromwovi ulterjorment il-konverġenza gradwali fi kwistjonijiet barranin u ta’ sigurtà. Il-Moldova tikkontribwixxi għall-missjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, b’rappreżentant tal-persunal militari wieħed sekondat mal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-UE fil-Mali minn Settembru 2020. Hemm spazju biex tissaħħaħ ulterjorment il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni u biex tiżdied il-konverġenza tal-Moldova mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni inkluż dwar il-pożizzjonijiet kollha tal-UE.

4. KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Moldova hija demokrazija parlamentari li dan l-aħħar bdiet timpenja ruħha fuq aġenda ta’ riforma b’saħħitha minkejja sensiela ta’ kriżijiet eżoġeni. In-natura parlamentari tad-demokrazija ġiet ikkonfermata minn elezzjonijiet kompetittivi reċenti fil-livell parlamentari u presidenzjali. Il-qafas legali u kostituzzjonali tal-pajjiż jikkorrispondi l-aktar għall-istandards Ewropej u internazzjonali. Il-qafas għal amministrazzjoni pubblika moderna huwa stabbilit inklużi mekkaniżmi ta’ żvilupp u koordinazzjoni tal-politika u l-gvern għamel progress fil-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika. Jeħtieġ li tiġi żgurata kapaċità istituzzjonali u amministrattiva pubblika adegwata għall-iżvilupp tal-politika, l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika. Wara l-frodi bankarja tal-2014, il-Moldova wettqet tiġdid maġġuri tas-sistemi tal-ġustizzja u ta’ kontra l-korruzzjoni tagħha. Fir-rigward tar-riforma tal-ġustizzja, il-pajjiż ħa passi deċiżivi inklużi riformi kostituzzjonali biex itejjeb il-funzjonament tal-ġudikatura, li għadha teħtieġ titjib fit-trasparenza, l-integrità u l-akkontabilità tagħha. Bl-istess mod, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tibqa’ ta’ tħassib serju, hemm fis-seħħ istituzzjonijiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni bi sforzi ulterjuri meħtieġa biex il-każijiet ta’ korruzzjoni jitressqu quddiem il-qrati u biex jiġu mħarrka b’mod effiċjenti. Il-qafas għad-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-espressjoni ġeneralment isegwi l-istandards Ewropej u internazzjonali. Il-Moldova għamlet progress importanti fil-libertà tal-media, minkejja l-konċentrazzjoni tal-media u l-finanzjament opak tagħha. Huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku u tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġurnalisti. B’mod ġenerali, fir-rigward tal-kriterji politiċi, il-Moldova għandha bażi soda fis-seħħ biex tilħaq l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom.

Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi, il-Moldova segwiet politiki makroekonomiċi raġonevolment sodi, saħħet b’mod sinifikanti l-istabbiltà tas-settur finanzjarju, u tejbet l-ambjent tan-negozju. Il-Moldova jeħtieġ li tindirizza l-ineffiċjenzi biex tattira aktar investiment privat barrani u ttejjeb l-investimenti pubbliċi u privati f’infrastruttura, edukazzjoni u innovazzjoni strateġika. Oqsma ewlenin għat-titjib tal-funzjonament tal-ekonomija tas-suq tagħha jinkludu wkoll it-tnaqqis tal-korruzzjoni u t-twettiq ta’ riformi fil-ġustizzja, l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà, żvilupp ulterjuri ta’ ambjent kummerċjali aktar dinamiku kif ukoll riforma korporattiva aħjar tal-governanza tas-settur tal-intrapriżi tal-istat bil-għan li jitnaqqas id-daqs tiegħu. Bl-istess mod, huwa meħtieġ titjib fis-sigurtà tal-enerġija biex titnaqqas l-intensità enerġetika tal-ekonomija u tas-soċjetà. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva fl-UE se tiddependi fuq suq tax-xogħol aktar robust u diversifikat u t-tnaqqis tat-telf tal-forza tax-xogħol, it-titjib tal-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività esterna tal-Moldova.

Fir-rigward tal-kapaċità li jiġu ssodisfati l-obbligi tas-sħubija, il-Moldova ilha taħdem mill-2016 fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (AA/DCFTA). Dawn il-ftehimiet diġà jkopru ammont sinifikanti tal-acquis tal-UE u l-Moldova gradwalment adottat il-proċess ta’ allinjament f’ħafna kapitoli u għandha rekord sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li f’xi setturi l-proċess huwa aktar avvanzat minn f’oħrajn. B’mod ġenerali, il-Moldova stabbiliet bażi solida għal allinjament ulterjuri.

Il-Moldova hija Stat Ewropew impenjat li jirrispetta u jippromwovi l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill li l-Moldova għandha tingħata l-perspettiva li ssir membru tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Moldova tingħata status ta’ kandidat, bil-fehim li jittieħdu l-passi li ġejjin:

-jitlestew il-passi essenzjali tar-riforma komprensiva tas-sistema tal-ġustizzja li tnediet reċentement fl-istituzzjonijiet kollha fil-ktajjen tal-ġustizzja u tal-prosekuzzjoni, biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-integrità, l-effiċjenza, l-akkontabilità u t-trasparenza tagħhom, fosthom permezz tal-użu effiċjenti tal-verifika tal-assi u s-sorveljanza demokratika effettiva; b’mod partikolari, jimtlew il-postijiet vakanti kollha li jifdal tal-Maġistratura tal-Kunsill Suprem u fil-korpi speċjalizzati tagħha;

-f’dawn l-oqsma kollha, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati mill-OSKE/ODIHR u mill-Kunsill tal-Ewropa / Kummissjoni ta’ Venezja;

-jinżamm l-impenn li tiġi miġġielda l-korruzzjoni fil-livelli kollha billi jittieħdu passi deċiżivi lejn investigazzjonijiet proattivi u effiċjenti, u rekord kredibbli ta’ prosekuzzjonijiet u kundanni; tiżdied b’mod sostanzjali l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni;

-jiġi implimentat l-impenn għal “deoligarkizzazzjoni” billi tiġi eliminata l-influwenza eċċessiva tad-drittijiet akkwiżiti fil-ħajja ekonomika, politika u pubblika;

-tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, abbażi ta’ valutazzjonijiet dettaljati tat-theddid, kooperazzjoni akbar mas-sħab reġjonali, tal-UE u internazzjonali u koordinazzjoni aħjar tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; b’mod partikolari, jiġi stabbilit pakkett leġiżlattiv dwar l-irkupru tal-assi u qafas komprensiv għall-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u l-ħasil tal-flus, filwaqt li jkun żgurat li l-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus tkun konformi mal-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF);

-tiżdied il-kapaċità li jitwettqu r-riformi u li jiġu pprovduti servizzi pubbliċi ta’ kwalità fosthom permezz tat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; tiġi vvalutata u aġġornata l-istrateġija tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika;

-titlesta r-riforma tal-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika inkluż it-titjib tal-akkwist pubbliku fil-livelli kollha tal-gvern;

-jissaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha.

-tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari ta’ gruppi vulnerabbli, u jinżammu l-impenji tagħha biex ittejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa;

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress tal-Moldova fit-twettiq ta’ dawn il-passi u tirrapporta dwarhom, flimkien ma’ valutazzjoni dettaljata tal-pajjiż, sa tmiem l-2022.

Il-proċess tal-adeżjoni għadu bbażat fuq kriterji u kundizzjonijiet stabbiliti. Dan jippermetti lil kwalunkwe pajjiż fil-proċess jimxi ’l quddiem abbażi tal-merti proprji iżda jfisser ukoll li l-passi lejn l-UE jistgħu jitreġġgħu lura jekk il-kundizzjonijiet sottostanti ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(1)

  20220311-versailles-declaration-en.pdf (europa.eu)

(2)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:22014A0830(01)&from=MT  

(3)

SWD(2021) 186 final

(4)

Kif irrapportat mill-Kummissjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja.

(5)

SWD(2021) 295 final

(6)

COM (2020) 57 final.

(7)

COM(2019) 640 final

Top

Brussell, 17.6.2022

COM(2022) 406 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea


DATA STATISTIKA (estratta fil-11.05.2022)

Il-Moldova

Data bażika

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Popolazzjoni (eluf)

 

3 563,7

3 553,1

3 550,9

3 547,5

:

:

Erja totali tal-pajjiż (km²)

1)

33 846,0

33 846,0

33 847,0

33 847,0

33 847,0

33 847,0

Kontijiet nazzjonali

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Prodott domestiku gross (PDG) (f’miljuni ta’ munita nazzjonali)

 

86 275,4

160 814,6

178 880,9

192 508,6

210 378,1

206 378,5p

Prodott domestiku gross (PDG) (f’miljuni ta’ euro)

 

5 260,9

7 291,6

8 588,4

9 701,0

10 693,1

10 452,9p

PDG (euro per capita)

 

1 477,0

2 053,0

2 420,0

2 736,4

3 020,4

:

PDG per capita (fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS))

 

4 980,8

8 445,4

9 001,7

9 625,3

10 240,5

:

PDG per capita (f’PPS), relattiv għall-medja tal-UE (EU-27 = 100)

 

20,0

30,0

30,7

31,8

32,7

:

Rata ta’ tkabbir tal-PDG reali: bidla fuq il-volum tal-PDG tas-sena ta’ qabel (%)

 

:

4,4

4,7

4,3

3,7

-0,7p

Tkabbir fl-impjiegi (data tal-kontijiet nazzjonali), relattiv għas-sena ta’ qabel (%)

2)

-3,5

1,3

-1,0

3,7

:

:

Valur gross miżjud mis-setturi ewlenin

 

 

 

 

 

 

 

Agrikoltura, forestrija u sajd (%)

 

13,0

13,0

13,3

11,9

11,7

11,0p

Industrija (%)

 

15,9

17,6

17,3

17,0

16,1

15,9p

Kostruzzjoni (%)

 

7,8

7,8

8,0

9,1

9,8

10,5p

Servizzi (%)

 

63,3

61,6

61,5

61,9

62,4

62,5p

Nefqa tal-konsum finali, bħala sehem tal-PDG (%)

 

108,4

101

100,7

100,0

99,4

99,2p

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross, bħala sehem tal-PDG (%)

 

22,5

22,2

22,3

24,3

25,2

25,2p

Bidliet fl-inventarji, bħala sehem tal-PDG (%)

 

1,3

-0,2

0,5

1,3

0,2

-1,7p

Esportazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi, relattivi għall-PDG (%)

 

27,8

32,3

31,1

30,1

30,6

26,5p

Importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi, relattivi għall-PDG (%)

 

60,1

55,3

54,5

55,7

55,3

49,2p

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross mis-settur tal-gvern estiż, bħala perċentwal tal-PDG (%)

 

:

:

:

:

:

:

Negozju

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Indiċi tal-volum tal-produzzjoni industrijali (2015 = 100)

3)

77,0

100,9

104,4

108,3

110,6

104,3

Rata tal-inflazzjoni u prezzijiet tad-djar

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (CPI), bidla relattiva għas-sena ta’ qabel (%)

 

7,4e

6,4e

6,5e

3,1e

4,8e

3,8

Bilanċ tal-pagamenti

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Bilanċ tal-pagamenti: total tal-kont kurrenti (f’miljuni ta’ euro)

4)

-363,1

-260,6

-493,0

-1,026,2

-993,0

-783,0

Kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti: bilanċ tal-kummerċ (f’miljuni ta’ euro)

4)

-1 700,8

-1 678,6

-2 001,5

-2 487,8

-2 644,6

-2 379,1

Kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti: servizzi netti (f’miljuni ta’ euro)

4)

54,0

199,3

270,1

301,4

313,7

335,4

Investiment dirett barrani (IDB) barra mill-pajjiż (f’miljuni ta’ euro)

4)

5,2

12,0

9,6

29,0

34,7

5,0

li minnhom IDB tal-ekonomija li qed tirrapporta fil-pajjiżi tal-EU-27 (f’miljuni ta’ euro)

 

:

:

:

:

:

:

Investiment dirett barrani (IDB) fl-ekonomija li qed tirrapporta (f’miljuni ta’ euro)

4)

224,0

79,0

132,7

248,4

452,7

138,1

li minnhom IDB tal-pajjiżi tal-EU-27 fl-ekonomija tar-rapportar (f’miljuni ta’ euro)

 

:

:

:

:

:

:

Finanzi pubbliċi

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Defiċit/surplus tal-gvern estiż, relattiv għall-PDG (%)

 

-2,1e

-1,6e

-0,6e

-0,8e

-1,4e

-5,1e

Dejn gross tal-gvern estiż relattiv għall-PDG (%)

5)

22,4

33,6

29,7

27,6

25,6

31,0



Indikaturi finanzjarji

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Dejn estern gross tal-ekonomija kollha, relattiv għall-PDG (%)

6)

67,7

79,4

66,7

66,5

62,2

65,8

Dejn estern gross tal-ekonomija kollha, relattiv għall-esportazzjonijiet totali (%)

 

241,9

244,4

206,8

220,6

203,4

243,2

Rati ta’ imgħax: rata tal-flus ta’ kuljum, fis-sena (%)

 

:

:

:

:

:

:

Rati tal-kambju tal-euro: medja tal-perjodu (EUR 1 =... munita nazzjonali)

 

16,4

22,1

20,8

19,8

19,7

19,8

Kummerċ estern fi prodotti

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Valur tal-importazzjonijiet: il-prodotti kollha, is-sħab kollha (f’miljuni ta’ euro)

 

2 916,1

3 634,6

4 266,1

4 886,3

5 222,0

4 732,3

Valur tal-esportazzjonijiet: il-prodotti kollha, is-sħab kollha (f’miljuni ta’ euro)

 

1 161,4

1 848,5

2 138,0

2 294,3

2 483,0

2 160,3

Bilanċ tal-kummerċ: il-prodotti kollha, is-sħab kollha (f’miljuni ta’ euro)

 

-1 754,7s

-1 786,1s

-2 128,1s

-2 592s

-2 739s

-2 572.0s

Termini tal-kummerċ (indiċi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni/indiċi tal-prezzijiet tal-importazzjoni * 100) (numru)

 

103,0

103,0

103,6

99,4

98,8

116,2

Sehem tal-esportazzjoni lill-pajjiżi tal-EU-27 f’valur ta’ esportazzjoni totali (%)

 

41,9s

59,6s

60,1s

65,9s

64,1s

66,4s

Sehem tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-EU-27 f’valur ta’ importazzjoni totali (%)

 

43,0s

47,5s

48,3s

48,4s

48,5s

45,6s

Demografija

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Rata mhux raffinata tal-bidla naturali tal-popolazzjoni (rata ta’ tkabbir naturali): numru ta’ twelid nieqes l-imwiet (għal kull elf abitant)

 

-0,9

-0,3

-0,8p

:

:

:

Stennija tal-għomor mat-twelid: irġiel (snin)

 

64,9

:

:

:

:

:

Stennija tal-għomor mat-twelid: nisa (snin)

 

73,5

:

:

:

:

:



Suq tax-Xogħol

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Rata ta’ attività ekonomika għal persuni bejn l-etajiet ta’ 20 u 64: il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età bejn l-etajiet ta’ 20 u 64 sena li huma ekonomikament attivi (%)

7)

51,2

54,1

53,4

54,9

52,9b

51,1

Rata ta’ impjieg għal persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni fl-età ta’ bejn il-20 u l-64 sena li għandhom impjieg (%)

7)

47,5

51,9

51,3

53,3

50,2b

49,1

Rata ta’ impjieg tal-irġiel għall-persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena (%)

7)

48,8

54,3

54,4

55,9

53,9b

53,1

Rata ta’ impjieg tan-nisa għall-persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena (%)

7)

46,2

49,7

48,4

50,9

46,8b

45,5

Rata ta’ impjieg għal persuni ta’ bejn il-55 u l-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni fl-età ta’ bejn il-55 u l-64 sena li għandhom impjieg (%)

7)

41,6

44,8

46

48,5

40,5b

40,5

Impjieg skont is-setturi ewlenin

 

 

 

 

 

 

 

Agrikoltura, forestrija u sajd (%)

7)

27,5

36,6

35,5

39,3

21,0b

21,1

Industrija (%)

7)

12,8

11,5

11,2

11,0

14,7b

14,6

Kostruzzjoni (%)

7)

5,9

4,9

4,5

4,6

7,0b

7,2

Servizzi (%)

7)

53,8

47,0

48,8

45,1

57,3b

57,1

Nies impjegati fis-settur pubbliku bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn l-20 u l-64 sena (%)

7)

28,7

24,1

25,5

23,9

29,4b

29,6

Nies impjegati fis-settur privat bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn l-20 u l-64 sena (%)

7)

71,3

75,9

74,5

76,1

70,6b

70,4

Rata tal-qgħad: proporzjon tal-forza tax-xogħol li hija qiegħda (%)

7)

7,4

4

3,9

2,9

5,1b

3,8

Rata tal-qgħad tal-irġiel (%)

7)

9,1

5,3

4,6

3,5

5,8b

4,3

Rata tal-qgħad tan-nisa (%)

7)

5,7

2,8

3,2

2,4

4,4b

3,3

Rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: proporzjon tal-forza tax-xogħol ta’ bejn il-15 u l-24 sena li hija qiegħda (%)

7)

17,8

11

11,9

7,1

10,4b

10,9

Rata tal-qgħad fit-tul: proporzjon tal-forza tax-xogħol li ilha qiegħda għal 12-il xahar jew aktar (%)

7)

2,3

0,8

0,9

0,8

0,9b

0,7



Koeżjoni soċjali

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Pagi u salarji nominali medji fix-xahar (munita nazzjonali)

8)

2 971,7

4 997,8

5 587,4

6 268,0

7 233,7

7 943,0

Indiċi tal-pagi u s-salarji reali (indiċi tal-pagi u s-salarji nominali diviż bl-indiċi tal-inflazzjoni) (2016 = 100)

 

:

100,0

104,9

114,2

125,7

133,0

Proporzjon ta’ persuni f’riskju ta’ faqar relattiv (wara t-trasferimenti) (%)

10)

24,2

28,3b

27,6

27,4

25,4b

27,1

Infrastruttura

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Tul tal-awtostradi (kilometri)

 

:

:

:

:

:

:

Innovazzjoni u r-riċerka

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni bħala proporzjoni tal-PDG (%)

 

7,7

5,3

5,4

5,5

:

:

Nefqa domestika grossa fuq ir-R&Ż relattiva għall-PDG (%)

 

0,4

0,3

0,3

0,3

0,2

0,2

Ambjent

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Indiċi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ekwivalenti ta’ CO2 (1990 = 100)

 

29,4

29,8

29,2

30,7

30,5

:

Elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli relattiv għall-konsum gross tal-elettriku (%)

 

2,4

1,4

1,9

1,6

2,5

2,3

Enerġija

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Produzzjoni primarja tal-prodotti kollha tal-enerġija (elf TOE)

 

523,0

709,0

770,0

798,0

668,0

682,0

Importazzjonijiet netti tal-prodotti kollha tal-enerġija (elf TOE)

9)

1 813,0

2 113,0

2 214,0

2 328,0

2 277,0

2 214,0

Konsum gross intern tal-enerġija (elf TOE)

 

2 633,0

2 796,0

2 939,0

3 087,0

2 936,0

2 857,0

Agrikoltura

Nota

2010

2016

2017

2018

2019

2020

Erja agrikola utilizzata (eluf ta’ ettari)

 

1 940,1

:

:

:

:

:

Id-data għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat-Lvant hija pprovduta minn u taħt ir-responsabbiltà unika tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika ta’ kull pajjiż fuq bażi volontarja.  
Id-data għall-Moldova ġeneralment teskludi żoni li fuqhom il-gvern tar-Repubblika tal-Moldova ma jeżerċitax kontroll: l-eċċezzjonijiet fejn it-Transnistrija hija inkluża huma elenkati fin-noti f’qiegħ il-paġna ta’ hawn taħt.

: = mhux disponibbli

b = interruzzjoni fis-serje

e = stima

p = proviżorju

s = stima tal-Eurostat

1)

Fl-aħħar tas-sena. Inkluż it-Transnistrija.

2)

Mill-2010 sal-2018 popolazzjoni impjegata bbażata fuq il-popolazzjoni residenti.

3)

Indiċi inizjalment ipprovdut b’ 2010 = 100. Riklassifikat għal 2015 = 100.

4)

Maqluba minn USD għal EUR bl-użu tar-rati tal-kambju medji annwali, skont il-Bank Nazzjonali tal-Moldova.

5)

Id-dejn gross konsolidat tal-gvern estiż tal-2019 huwa ppreżentat fil-valur nominali fl-aħħar tas-sena bl-eċċezzjoni tal-kambjali tat-teżor li huma ppreżentati bil-prezz tal-ħruġ tagħhom. 2020 id-dejn gross konsolidat tal-gvern estiż huwa ppreżentat bil-valur nominali fi tmiem is-sena.

6)

2010-2019: Id-data għall-gvern lokali tinkludi biss dejn b’maturità oriġinali ta’ sena u aktar. Id-dejn gross konsolidat tal-gvern estiż huwa ppreżentat fil-valur nominali fl-aħħar tas-sena bl-eċċezzjoni tal-kambjali tat-teżor li huma ppreżentati bil-prezz tal-ħruġ tagħhom.

7)

2010-2014: Inklużi persuni li jipproduċu oġġetti għall-konsum proprju. 2014-2020: Data stmata bl-użu tal-popolazzjoni ta’ residenza abitwali. Mill-2019, l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol qed jitwettaq fuq pjan ġdid ta’ teħid ta’ kampjuni u skont id-definizzjoni riveduta ta’ impjieg.

8)

2010: Tinkludi unitajiet b’ impjegat wieħed jew aktar. 2011-2020: Tinkludi l-istituzzjonijiet kollha fis-settur baġitarju u l-unitajiet ekonomiċi kollha fis-settur reali b’20 impjegat jew aktar.

9)

2016-2020: L-importazzjonijiet jinkludu l-provvista tal-elettriku mit-Transnistrija.

10)

2016-2018: id-data ġiet ikkalkulata mill-ġdid għall-għadd ta’ popolazzjoni b’residenza abitwali. Mill-2019, id-data mhijiex komparabbli mal-perjodu preċedenti, peress li l-metodoloġija tal-Istħarriġ tal-Baġit Domestiku ġiet modifikata.

Top