Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AT39839

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.39839 – Telefónica u Portugal Telecom Relatur: Il-Belġju 2022/C 286/08

C/2022/324

ĠU C 286, 27.7.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/27


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.39839 – Telefónica u Portugal Telecom

Relatur: Il-Belġju

(2022/C 286/08)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li terġa’ jimponi multi fuq Telefónica, S.A. u Pharol, SGPS, S.A. permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-identità tas-servizzi esklużi mill-valur tal-bejgħ fuq il-bażi li kienu jeżistu ostakli insormontabbli għad-dħul u għalhekk il-partijiet ma kinux f’kompetizzjoni potenzjali ma’ xulxin matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ nonkompetizzjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-użu mill-Kummissjoni taċ-ċifri kkoreġuti riveduti għal Telefonica għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-valur tal-bejgħ.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi imposti fuq Telefónica, S.A. u Pharol, SGPS, S.A., inkluż it-tnaqqis ibbażat fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top