EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC1229(05)

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/9320

ĠU C 526, 29.12.2021, p. 1–129 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 526/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI —

Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 526/01)

WERREJ

INTRODUCTION 5

1.

SCOPE OF THE UCPD 5

1.1.

Material scope of application 5

1.1.1.

National legislation concerning commercial practices but protecting interests other than consumers’ economic interests 6

1.1.2.

Commercial practices which relate to a business-to-business transaction or which harm only competitors’ economic interests 7

1.2.

Interplay between the Directive and other EU law 8

1.2.1.

Relationship with other EU legislation 8

1.2.2.

Information established by other EU law as ‘material’ information 10

1.2.3.

Interplay with the Consumer Rights Directive 12

1.2.4.

Interplay with the Unfair Contract Terms Directive 13

1.2.5.

Interplay with the Price Indication Directive 15

1.2.6.

Interplay with the Misleading and Comparative Advertising Directive 16

1.2.7.

Interplay with the Services Directive 17

1.2.8.

Interplay with the e-Commerce Directive 17

1.2.9.

Interplay with the Audiovisual Media Services Directive 17

1.2.10.

Interplay with the General Data Protection Regulation and the e-Privacy Directive 18

1.2.11.

Interplay with Articles 101-102 TFEU (EU competition rules) 19

1.2.12.

Interplay with the EU Charter of fundamental rights 20

1.2.13.

Interplay with Articles 34-36 TFEU 20

1.2.14.

Interplay with the Platform-to-Business Regulation 21

1.3.

The relationship between the UCPD and self-regulation 21

1.4.

Enforcement and redress 22

1.4.1.

Public and private enforcement 22

1.4.2.

Penalties 22

1.4.3.

Consumer redress 25

1.4.4.

Application of the UCPD to traders established in third countries 25

2.

MAIN CONCEPTS OF THE UCPD 25

2.1.

The functioning of the UCPD — Directive flowchart 25

2.2.

The concept of trader 26

2.3.

The concept of commercial practice 28

2.3.1.

After-sales practices, including debt collection activities 29

2.3.2.

Traders buying products from consumers 30

2.4.

Transactional decision test 30

2.5.

Average consumer 33

2.6.

Vulnerable consumers 35

2.7.

Article 5 — professional diligence 36

2.8.

Article 6 — misleading actions 38

2.8.1.

General misleading information 39

2.8.2.

Price advantages 41

2.8.3.

Confusing marketing 42

2.8.4.

Non-compliance with codes of conduct 43

2.8.5.

‘Dual quality’ marketing 44

2.9.

Article 7 — misleading omissions 49

2.9.1.

Material information 50

2.9.2.

Hidden marketing/failure to identify commercial intent 50

2.9.3.

Material information provided in an unclear manner 51

2.9.4.

The factual context and limits of the communication medium used 52

2.9.5.

Material information in invitations to purchase — Article 7(4) 53

2.9.6.

Free trials and subscription traps 58

2.10.

Articles 8 and 9 — aggressive commercial practices 59

3.

BLACK LIST OF COMMERCIAL PRACTICES (ANNEX I) 60

3.1.

Products which cannot legally be sold — No 9 61

3.2.

Pyramid schemes — No 14 62

3.3.

Products which cure illnesses, dysfunctions and malformations — No 17 63

3.4.

Use of the claim ‘free’ — No 20 66

3.5.

Reselling events tickets acquired by automated means — No 23a 69

3.6.

Persistent marketing by a remote tool — No 26 69

3.7.

Direct exhortations to children — No 28 70

3.8.

Prizes — No 31 71

4.

APPLICATION OF THE UCPD TO SPECIFIC FIELDS 72

4.1.

Sustainability 72

4.1.1.

Environmental claims 72

4.1.1.1.

Interplay with other EU legislation on environmental claims 73

4.1.1.2.

Main principles 75

4.1.1.3.

Application of Article 6 of the UCPD to environmental claims 76

4.1.1.4.

Application of Article 7 of the UCPD to environmental claims 79

4.1.1.5.

Application of Article 12 of the UCPD to environmental claims 81

4.1.1.6.

Application of Annex I to environmental claims 82

4.1.1.7.

Comparative environmental claims 83

4.1.2.

Planned obsolescence 84

4.2.

Digital sector 86

4.2.1.

Online platforms and their commercial practices 87

4.2.2.

Intermediation of consumer contracts with third parties 89

4.2.3.

Transparency of search results 90

4.2.4.

User reviews 93

4.2.5.

Social media 96

4.2.6.

Influencer marketing 97

4.2.7.

Data-driven practices and dark patterns 99

4.2.8.

Pricing practices 102

4.2.9.

Gaming 103

4.2.10.

Use of geo-localisation techniques 105

4.2.11.

Consumer lock-in 106

4.3.

Travel and transport sector 107

4.3.1.

Cross-cutting issues 107

4.3.2.

Package travel 109

4.3.3.

Timeshare contracts 109

4.3.4.

Issues relevant in particular to air transport 110

4.3.5.

Issues relevant in particular to car rental 114

4.3.6.

Issues relevant in particular to travel booking websites 115

4.4.

Financial services and immovable property 116

4.4.1.

Cross-cutting issues 116

4.4.2.

Issues specific to immovable property 117

4.4.3.

Issues specific to financial services 118
ANNEX 121

INTRODUZZJONI

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“il-UCPD”) tikkostitwixxi l-leġiżlazzjoni prevalenti tal-UE li tirregola prattiki kummerċjali żleali fi tranżazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur. Tapplika għall-prattiki kummerċjali kollha li jseħħu qabel, matul u wara li tkun seħħet tranżazzjoni fin-negozju mal-konsumatur.

L-għan ta’ dan l-Avviż ta’ Gwida (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Avviż”) huwa li jiffaċilita l-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva. Ikompli jibni fuq u jieħu post il-verżjoni tal-2016 tal-Gwida (2). L-Avviż għandu wkoll l-għan li jżid l-għarfien tad-Direttiva fost il-partijiet interessati kollha, bħall-konsumaturi, in-negozji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-qrati nazzjonali u l-prattikanti legali, madwar l-UE. Ikopri l-emendi introdotti mid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-infurzar u tal-modernizzazzjoni aħjar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li se jidħlu fis-seħħ fit-28 ta’ Mejju 2022. Għaldaqstant, parti minn din il-gwida tirrifletti u tiddiskuti r-regoli li għadhom ma daħlux fis-seħħ fid-data tal-ħruġ ta’ dan l-Avviż. It-taqsimiet u l-punti rilevanti huma indikati b’mod ċar. Meta l-kwotazzjonijiet mit-test tad-Direttiva jew mid-deċiżjonijiet tal-Qorti jkun fihom highlighting viżiv, tali enfasi tkun ġiet miżjuda mill-Kummissjoni.

Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-Istati Membri tal-UE u lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein u lin-Norveġja bħala firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Għalhekk, ir-referenzi għall-UE, għall-Unjoni jew għas-Suq Uniku għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaż-ŻEE, jew għas-suq taż-ŻEE.

Dan l-Avviż huwa maħsub bħala dokument ta’ gwida biss — it-test tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni nnifisha biss għandu forza legali. Kwalunkwe qari awtorevoli tal-liġi jrid jinkiseb mit-test tad-Direttiva u direttament mid-deċiżjonijiet tal-Qorti. Dan l-Avviż iqis is-sentenzi tal-Qorti ppubblikati sa Ottubru 2021 u ma jistax jippreġudika żviluppi ulterjuri tal-ġurisprudenza tal-Qorti.

L-opinjonijiet espressi f’dan id-dokument ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tista’ tieħu quddiem il-Qorti. L-informazzjoni li tinsab hawnhekk hija ta’ natura ġenerali biss u ma tindirizzax speċifikament lil xi individwu jew entità partikolari. La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas xi persuna li taġixxi f’isem il-Kummissjoni Ewropea ma hija responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li ġejja.

Peress li dan l-Avviż jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fiż-żmien tal-abbozzar, il-gwida offruta tista’ tiġi modifikata f’data aktar tard.

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-UCPD

Artikolu 3(1)

Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.

Id-Direttiva hija ta’ natura orizzontali u tħares l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Id-dispożizzjonijiet tagħha, imsejsin fuq il-prinċipji, jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ prattiki u huma ġenerali biżżejjed sabiex ikopru wkoll il-prodotti u l-metodi ta’ bejgħ li qegħdin jiżviluppaw malajr.

1.1.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

Il-UCPD hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ armonizzazzjoni sħiħa. Tistabbilixxi qafas regolatorju uniformi li jarmonizza r-regoli nazzjonali sabiex jitneħħew l-ostakoli għas-suq intern u tiżdied iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Konsegwentement, il-UCPD tistabbilixxi li l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw regoli aktar stretti minn dawk previsti fid-Direttiva, anki sabiex jinkiseb livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur sakemm ma jkunx permess hekk mid-Direttiva nnifisha (4).

Il-Qorti kkonfermat dan il-prinċipju f’diversi deċiżjonijiet. Pereżempju, fil-Kawża Total Belgium, il-Qorti kkonstatat li d-Direttiva tipprekludi projbizzjoni ġenerali nazzjonali fuq offerti kombinati (5). Fil-Kawża Europamur Alimentación, il-Qorti ddeċidiet li l-UCPD tipprekludi projbizzjoni ġenerali nazzjonali fuq l-offerta għall-bejgħ jew il-bejgħ ta’ oġġetti b’telf (6). Fl-istess kawża, il-Qorti ċċarat ukoll li miżuri nazzjonali restrittivi jistgħu jinkludu l-inverżjoni tal-oneru tal-provi (7).

F’dak ir-rigward, l-Artikolu 3(9) iqiegħed limitazzjoni fuq il-karattru ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-UCPD billi jiddikjara li “[f]ir-rigward ta’ “servizzi finanzjarji” […] u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f’dak il-qasam li hija tapprossima”. Konsegwentement, f’dawn is-setturi, l-Istati Membri jistgħu jimponu regoli li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-UCPD, dment li dawn ikunu konformi ma’ liġi oħra tal-UE. It-Taqsima 4.4 tindirizza b’mod speċifiku kif il-UCPD tapplika għas-servizzi finanzjarji u għall-proprjetà immobbli.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(5), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/2161, id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitlubin minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bl-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Madankollu, tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Il-Premessa 55 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tispjega li tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jipprojbixxu dawk il-kanali tal-bejgħ bħala tali u tagħti xi eżempji mhux eżawrjenti tal-miżuri nazzjonali possibbli.

L-Artikolu 3(6) jirrikjedi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati u bi kwalunkwe tibdil sussegwenti, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel dan it-tagħrif faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u għall-kummerċjanti fuq sit web dedikat (8).

Il-Premessa 14 tal-UCPD tiċċara li l-armonizzazzjoni sħiħa ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jispeċifikaw fil-liġi nazzjonali l-karatteristiċi ewlenin ta’ prodotti partikolari, li l-ommissjoni tagħhom tkun importanti meta ssir stedina għax-xiri. Tiċċara wkoll li l-UCPD hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li jagħtu espressament lill-Istati Membri l-għażla bejn bosta alternattivi regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali.

Fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur, il-Premessa 15 tal-UCPD tispjega li l-Istati Membri jistgħu, meta jkunu permessi bil-klawżoli minimi fid-dritt tal-UE, iżommu jew jintroduċu rekwiżiti ta’ tagħrif aktar stretti f’konformità mad-dritt tal-UE sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali individwali tal-konsumaturi. Ara wkoll it-taqsima 1.2.3, li tispjega l-interazzjoni mar-rekwiżiti ta’ tagħrif prekuntrattwali fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

1.1.1.   Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali iżda li tipproteġi interessi li mhumiex interessi ekonomiċi tal-konsumaturi

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi .

Il-UCPD ma tkoprix regoli nazzjonali maħsubin sabiex jipproteġu interessi li mhumiex ta’ natura ekonomika. Għaldaqstant, il-UCPD ma taffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli li jirregolaw il-prattiki kummerċjali għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ambjent.

Lanqas regoli nazzjonali eżistenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar, ibbażati fuq “gosti u deċenza”, mhuma koperti mill-UCPD. Skont il-Premessa 7, “Din id-Direttiva […] [ma] tindirizzax rekwiżiti legali konnessi ma’ gosti u deċenza li jvarjaw ħafna bejn Stati Membri. […] L-Istati Membri jkunu jistgħu għalhekk ikomplu jipprojbixxu prattiċi kummerċjali fit-territorju tagħhom, b’konformità mal-liġi Komunitarja, għal raġunijiet ta’ gosti u deċenza anke meta dawn il-prattiċi ma jillimitawx il-libertà tal-għażla tal-konsumatur. […].

Għaldaqstant, fil-kuntest tal-prattiki kummerċjali, il-UCPD ma tkoprix regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, il-prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni sesswali, razzjali u reliġjuża jew fuq il-wiri ta’ nudità, vjolenza u imġiba antisoċjali.

Pereżempju, il-Qorti ċċarat li l-UCPD ma kinitx tapplika għal dispożizzjoni nazzjonali li żżomm kummerċjant milli jiftaħ il-ħanut tiegħu sebat ijiem fil-ġimgħa billi teħtieġ li l-kummerċjanti jagħżlu ġurnata fil-ġimgħa li fiha jridu jagħlqu, peress li din id-dispożizzjoni speċifika ma kellhiex objettivi marbutin mal-protezzjoni tal-konsumatur (9).

Il-Qorti ċċarat ukoll li l-UCPD ma tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, li tipproteġi s-saħħa pubblika u d-dinjità tal-professjoni tad-dentisti, l-ewwel, billi timponi projbizzjoni ġenerali u assoluta fuq kwalunkwe reklamar relatat mal-forniment ta’ servizzi ta’ kura orali u dentali u, it-tieni, billi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta’ diskrezzjoni fir-rigward ta’ sinjali ta’ prattiki dentali (10).

Għall-kuntrarju, ir-regoli nazzjonali li għandhom l-għan li jipproteġu l-interess ekonomiku tal-konsumaturi, anki jekk flimkien ma’ interessi oħrajn, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Rigward regoli nazzjonali li jipprojbixxu l-bejgħ b’bonusijiet, il-Qorti ċċarat li l-UCPD tipprekludi projbizzjoni nazzjonali ġenerali fuq il-bejgħ b’bonusijiet li tkun imfassla sabiex tikseb il-protezzjoni tal-konsumatur u objettivi oħrajn (bħall-pluraliżmu tal-istampa) (11).

Fir-rigward tar-regoli nazzjonali li jippermettu li l-iskontijiet għall-ikklirjar jitħabbru biss jekk ikunu awtorizzati mill-awtorità amministrattiva distrettwali kompetenti, il-Qorti nnotat li l-qorti tar-rinviju kienet aċċettat b’mod impliċitu li tali dispożizzjoni, li kienet is-suġġett tal-kawża, kienet immirata lejn il-protezzjoni tal-konsumaturi u mhux biss lejn il-protezzjoni tal-kompetituri u ta’ operaturi oħrajn fis-suq. Għaldaqstant, il-UCPD kienet applikabbli (12).

1.1.2.   Il-prattiki kummerċjali li huma marbutin ma’ tranżazzjoni fin-negozju mal-konsumatur jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

Premessa 6

Din id-Direttiva […] la tkopri u lanqas tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti; b’kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b’konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan […].

Il-prattiki kummerċjali minn negozju għal negozju (“B2B”) ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD. Parti minnhom huma rregolati bid-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv (13). Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) dwar prattiki kummerċjali inġusti tirregola r-relazzjonijiet B2B fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Madankollu, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-protezzjoni mogħtija mill-UCPD għall-prattiki kummerċjali B2B.

Dispożizzjoni nazzjonali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD “jekk ikollha biss l-għan, kif argumentat mill-qorti ta’ riferiment, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-kompetituri u ma jkollhiex l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi (15)”.

Miżuri nazzjonali li jipproteġu l-interessi tal-kompetituri b’mod esklussiv biss jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD. Meta l-miżuri nazzjonali jirregolaw prattika bl-għan doppju li jipproteġu l-konsumaturi u l-kompetituri, dawn ikunu koperti mill-UCPD.

Rigward id-distinzjoni bejn l-interessi tal-konsumaturi u tal-kompetituri, il-Qorti qieset li:

39

[…] Huma biss esklużi mill-imsemmi kamp ta’ applikazzjoni, kif jirriżulta mill-premessa 6 [tal-UCPD], il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara “unikament” lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti.

40

[…] dan mhuwiex il-każ fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali [li] huma intiżi speċifikament għall-protezzjoni tal-konsumaturi u mhux biss tal-kompetituri u ta’ atturi oħra fis-suq.” (16)

Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu dwar jekk dispożizzjoni nazzjonali hijiex maħsuba sabiex tipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur.

Il-Qorti osservat li:

29

Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali […] għandhomx effettivament l-għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex jiġi vverifikat jekk tali dispożizzjonijiet jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali […]. (17)

Il-Qorti kkonstatat ukoll li l-UCPD tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ bit-telf biss sa fejn ikollha l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi (18).

Rigward ir-regoli nazzjonali li jipprojbixxu t-tnaqqis fil-prezz matul il-perjodi ta’ qabel il-bejgħ, il-Qorti ċċarat li projbizzjoni bħal din mhijiex kompatibbli mal-UCPD jekk ikollha l-għan li tipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi (19).

1.2.   Relazzjoni bejn id-Direttiva u liġijiet oħrajn tal-UE

Artikolu 3(4)

Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.

Premessa 10

Hu meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-liġi Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari fejn dispożizzjonijiet dettaljati dwar prattiċi kummerċjali żleali japplikaw għal setturi speċifiċi. […] Għaldaqstant din id-Direttiva tapplika biss fejn m’hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ liġi Komunitarja li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali , bħal rekwiżiti dwar tagħrif u regoli dwar kif it-tagħrif ikun preżentat lill-konsumatur. Tipprovdi wkoll ħarsien għall-konsumaturi fejn m’hemmx leġiżlazzjoni speċifika settorjali fil-livell Komunitarju u tipprojbixxi lill-kummerċjanti milli joħolqu impressjoni falza tal-prodotti. Dan huwa importanti b’mod partikolari għal prodotti kumplessi b’livelli għolja ta’ riskju għal konsumaturi, bħal ċerti prodotti ta’ servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva konsegwentement tikkomplementa l-acquis tal-Komunità, li huwa applikabbli għal prattiċi ta’ kummerċ li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Minħabba l-ambitu ġenerali tagħha, id-Direttiva tapplika għal ħafna prattiki kummerċjali li huma rregolati wkoll b’leġiżlazzjoni ġenerali oħra jew speċifika għas-setturi tal-UE.

1.2.1.   Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

L-Artikolu 3(4) u l-Premessa 10 huma karatteristiċi ewlenin tal-UCPD. Jiċċaraw li l-UCPD tikkumplimenta leġiżlazzjoni oħra tal-UE (“Regoli Komunitarji”) li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiki kummerċjali żleali. Konsegwentement, il-UCPD taħdem bħala “xibka ta’ sikurezza” li tiżgura li jkun jista’ jinżamm livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur kontra prattiki kummerċjali żleali fis-setturi kollha, inkluż billi tikkumplimenta u tneħħi l-lakuni f’liġijiet oħrajn tal-UE.

Meta liġi tal-UE, speċifika għas-settur jew oħra, tkun fis-seħħ u d-dispożizzjonijiet tagħha jidħlu f’sovrappożizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-UCPD, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-lex specialis isiru prevalenti. L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva jiċċara li “[f]il-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi”.

L-Artikolu 3(4) moqri flimkien mal-Premessa 10 jimplika li dispożizzjoni tal-liġi tal-UE tipprevali fuq il-UCPD jekk ikunu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet kollha kemm huma:

għandha status tal-liġi tal-UE,

tirregola aspett speċifiku tal-prattiki kummerċjali, u

hemm konflitt bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet jew il-kontenut tad-dispożizzjoni l-oħra tal-liġi tal-UE jidħol f’sovrappożizzjoni mal-kontenut tad-dispożizzjoni rilevanti tal-UCPD, pereżempju billi jirregola l-kondotta inkwistjoni f’aktar dettall u/jew billi jkun applikabbli għal settur speċifiku (20).

Pereżempju:

L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (21) jipprojbixxi, fil-prinċipju, prattiki ta’ rbit li bihom ftehim ta’ kreditu għal ipoteka jinbiegħ ma’ prodott finanzjarju ieħor u ma jkunx disponibbli b’mod separat. Din il-projbizzjoni minnha nnifisha tidħol f’kunflitt mal-UCPD għaliex prattiki ta’ rbit ikunu żleali u, b’hekk, ikunu pprojbiti mill-UCPD biss wara li ssir valutazzjoni ta’ każ b’każ. L-Artikolu 12 tagħha jipprevali fuq ir-regoli ġenerali tal-UCPD. B’hekk, il-prattiki ta’ rbit skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju huma pprojbiti bħala tali.

Meta jkunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet kollha li huma stabbiliti hawn fuq, il-UCPD ma tapplikax għall-aspett speċifiku tal-prattika kummerċjali regolata, pereżempju, b’regola speċifika għas-settur. Il-UCPD xorta waħda tibqa’ rilevanti sabiex jiġu vvalutati aspetti possibbli oħrajn tal-prattika kummerċjali li ma jkunux koperti bid-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur, bħal, pereżempju, imġiba aggressiva minn kummerċjant.

Pereżempju:

Sabiex jaqleb għal fornitur ieħor tat-telekomunikazzjonijiet, konsumatur jintalab jimla formola mill-fornitur attwali tiegħu. Madankollu, il-formola mhijiex aċċessibbli online u l-fornitur mhuwiex qiegħed iwieġeb għall-ittri elettroniċi/għat-telefonati tal-konsumatur. L-Artikolu 106 tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (22) jipprevedi li, meta jaqilbu, l-abbonati jistgħu jżommu n-numru tat-telefon tagħhom, li l-portaġġ tan-numri għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli u li ma tiġi applikata l-ebda imposta diretta fuq l-utenti finali. Fl-Artikolu 106(6), l-EECC jipprevedi wkoll li l-fornituri jridu jikkooperaw bona fide u ma jridux idewmu jew jabbużaw mill-proċess. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma responsabbli sabiex jiżguraw l-effiċjenza u s-sempliċità tal-proċess tal-qbil għall-utent finali. Barra minn hekk, il-prattiki tal-kummerċjanti rigward il-qlib jistgħu jiġu vvalutati skont l-Artikoli 8 u 9(d) tal-UCPD, li jipprojbixxu ostakli mhux kuntrattwali sproporzjonati għal qlib bħala prattika kummerċjali aggressiva.

Minn dan li ntqal hawn fuq, isegwi li, b’mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-UCPD ma tkunx per se eskluża sempliċiment għaliex ikun hemm leġiżlazzjoni oħra tal-UE fis-seħħ li tirregola aspetti speċifiċi ta’ prattiki kummerċjali żleali.

Fil-Kawża Abcur (23), il-Qorti nnotat:

“(…) il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fejn prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem […] jaqgħu fid-Direttiva 2001/83, prattiki ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali […] jistgħux ukoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29.(…)

Kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, id-Direttiva 2005/29 hija kkaratterizzata minn kamp ta’ applikazzjoni materjali partikolarment wiesa’, li jinkludi kull prattika kummerċjali li għandha rabta diretta mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi. (…)

“[ir-]risposta (…) [hija] li wkoll fl-ipoteżi li prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, prattiki ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali […] jistgħu wkoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.”

Għalhekk, il-UCPD normalment tkun tista’ tiġi applikata flimkien ma’ regoli tal-UE speċifiċi għas-settur b’mod komplementari minħabba li r-rekwiżiti aktar speċifiċi stabbiliti skont regoli oħrajn tal-UE normalment iżidu mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-UCPD. Tipikament, il-UCPD tista’ tintuża sabiex iżżomm lill-kummerċjanti milli jipprovdu t-tagħrif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur b’mod qarrieqi jew aggressiv, sakemm dan l-aspett ma jkunx regolat b’mod speċifiku mir-regoli speċifiċi għas-settur.

Ir-relazzjoni mal-obbligi ta’ tagħrif fi strumenti tal-UE speċifiċi għas-settur ġiet enfasizzata fil-Kawża Dyson vs BSH (24). Il-kawża kienet tikkonċerna t-tikkettar ta’ vacuum cleaners u jekk in-nuqqas ta’ tagħrif speċifiku dwar il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, li mhuwiex meħtieġ skont ir-regoli speċifiċi għas-settur inkwistjoni (25), setax jikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa. Il-Qorti kkonfermat li, f’każ ta’ konflitt bejn il-UCPD u l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din tal-aħħar tipprevali, li f’dan il-każ kien ifisser li t-tagħrif li mhuwiex meħtieġ mit-tikketta tal-enerġija tal-UE ma jistax jitqies bħala “tagħrif importanti” u li ma jistax jintwera tagħrif ieħor.

Ir-relazzjoni ma’ regoli speċifiċi għas-setturi ġiet indirizzata wkoll fil-Kawża Mezina (26). Il-kawża kienet tikkonċerna indikazzjonijiet dwar is-saħħa li saru fir-rigward ta’ supplimenti naturali tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel japplika għal indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmulin f’komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm jekk fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar ta’ ikel li għandu jiġi kkunsinnat bħala tali lill-konsumatur finali. F’każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-UCPD, tal-ewwel jieħu preċedenza fir-rigward tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa.

1.2.2.   Tagħrif stabbilit minn liġijiet oħrajn tal-UE bħala tagħrif “importanti”

L-UCPD tipprovdi li r-rekwiżiti ta’ tagħrif fir-rigward tal-komunikazzjoni kummerċjali stabbiliti minn liġijiet oħrajn tal-UE huma “importanti”.

Artikolu 7(5)

5.

Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti.

Dawn ir-rekwiżiti ta’ tagħrif jinsabu f’għadd ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur. Pereżempju:

l-ambjent (eż. ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (28) u r-Regolamenti delegati relatati, id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (29) u r-Regolamenti delegati relatati, ir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tajers (30), id-Direttiva dwar l-Ekonomija tal-Karburanti (31));

is-servizzi finanzjarji (eż. id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (32), id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (33), id-Direttiva dwar Kreditu għall-Konsumatur (34), id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (35), id-Direttiva dwar il-Kontijiet tal-Ħlas (36), ir-Regolament dwar id-Dokumenti bl-Informazzjoni Ewlenija għal PRIIPs (37));

is-saħħa (eż. id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38));

is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (39));

it-trasport (eż. ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru (40), ir-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri (41))

il-qasam tal-ikel (eż. ir-Regolament Ġenerali dwar il-Liġi dwar l-Ikel (42), ir-Regolament dwar l-Għoti ta’ Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi (43)).

Dawn ir-rekwiżiti ta’ tagħrif spiss ikunu aktar speċifiċi mir-rekwiżiti ta’ tagħrif tal-UCPD.

L-Artikolu 7(5) tal-UCPD jiċċara li tali rekwiżiti ta’ tagħrif “ għandhom jitqiesu bħala importanti ”.

Pereżempju:

L-Artikolu 23 tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jeħtieġ li l-operaturi tal-ajru, l-aġenti tagħhom u bejjiegħa oħrajn tal-biljetti, meta joffru biljetti tat-titjira, jagħtu tagħrif dwar kif ikun imqassam il-prezz finali skont il-komponenti (eż. noll tal-ajru, taxxi, imposti tal-ajruport, u ħlasijiet u tariffi oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà u mal-fjuwil). Dawn jikkostitwixxu tagħrif importanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(5) tal-UCPD.

Għaldaqstant, in-nuqqas li jiġi pprovdut tali tagħrif jista’ jikkwalifika bħala prattika kummerċjali qarrieqa skont il-UCPD soġġetta għat-test ġenerali tad-deċiżjoni tranżazzjonali, jiġifieri jekk l-ommissjoni twassal jew x’aktarx twassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku f’każ ieħor ma kienx jieħu. Il-kunċett ta’ “tagħrif importanti” skont it-tifsira tal-UCPD huwa diskuss fit-Taqsima 2.9.1.

Il-Premessa 15 tistipula li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew iżidu tagħrif marbut mal-liġi kuntrattwali fejn dan huwa permess minn klawżoli dwar l-armonizzazzjoni minima li jinsabu fl-istrumenti legali eżistenti tal-UE.

Pereżempju:

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti prekuntrattwali addizzjonali għal bejgħ fil-post tan-negozju, li jkunu soġġetti għall-klawżola dwar l-armonizzazzjoni minima fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

1.2.3.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (44) (CRD) tapplika għall-kuntratti kollha fin-negozju mal-konsumatur ħlief fl-oqsma li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bħas-servizzi finanzjarji u tal-kura tas-saħħa. Tarmonizza bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ tagħrif prekuntrattwali għal kuntratti mill-bogħod (inklużi online) u lil hinn mill-post tan-negozju (jiġifieri kuntratti li ma jiġux konklużi fi ħwienet tradizzjonali, ara l-Artikolu 2(8) tas-CRD għad-definizzjoni sħiħa). Fl-istess ħin, kif stipulat fl-Artikolu 6(8) tas-CRD, id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ tagħrif addizzjonali f’konformità mad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi (45) u d-Direttiva 2000/31/KE dwar il-Kummerċ Elettroniku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) (għal aktar tagħrif, ara l-Gwida dwar is-CRD, it-taqsima 4.1.1 (47)). Fir-rigward ta’ kuntratti oħrajn, b’mod partikolari dawk konklużi fi ħwienet tradizzjonali regolari (kuntratti “fil-post tan-negozju ”), id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali ta’ tagħrif prekuntrattwali (l-Artikolu 5(4)). Is-CRD tirregola wkoll ċerti drittijiet kuntrattwali, b’mod partikolari d-dritt ta’ reċess.

Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif prekuntrattwali fis-CRD huma aktar dettaljati mir-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikolu 7(4) tal-UCPD għall-istediniet għax-xiri. Stedina għax-xiri skont il-UCPD tirreferi kemm għat-tagħrif ipprovdut fl-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni (reklamar) kif ukoll qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. F’dan l-aħħar każ, jista’ jkun hemm sovrappożizzjoni bejn ir-rekwiżiti ta’ tagħrif skont l-Artikolu 7(4) tal-UCPD u r-rekwiżiti ta’ tagħrif prekuntrattwali skont is-CRD. Id-differenza bejn it-tagħrif prekuntrattwali u stedina għax-xiri hija spjegata aktar fit-taqsima 2.9.5.

Fid-dawl tal-karattru iktar eżawrjenti tar-rekwiżiti ta’ tagħrif fis-CRD, il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mis-CRD għall-istadju prekuntrattwali normalment għandha tiżgura wkoll konformità mal-Artikolu 7(4) tal-UCPD, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut tat-tagħrif. Madankollu, il-UCPD xorta waħda tkun applikabbli meta tiġi vvalutata kwalunkwe prattika kummerċjali qarrieqa jew aggressiva minn kummerċjant, inkluż fir-rigward tal-forma u tal-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif lill-konsumatur.

Eżempju ieħor ta’ komplementarjetà bejn iż-żewġ strumenti jikkonċerna l-konsegwenzi ta’ prattiki ta’ “bejgħ mhux mitlub”, li huma pprojbiti skont il-punti 21 u 29 tal-Anness I tal-UCPD. L-Artikolu 27 tas-CRD jiċċara li, fil-każ ta’ bejgħ mhux mitlub, il-“konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni” u f’dawn il-każijiet “in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur (…) ma għandux jikkostitwixxi kunsens”.

Il-kunċett ta’ bejgħ mhux mitlub ġie interpretat aktar mill-Qorti. Din iċċarat li peress li la s-CRD u lanqas il-UCPD ma jirregolaw il-formazzjoni ta’ kuntratti, huwa f’idejn il-qrati nazzjonali li jivvalutaw, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk kuntratt jistax jitqies bħala konkluż, pereżempju, bejn kumpanija li tipprovdi l-ilma u konsumatur fin-nuqqas tal-kunsens espliċitu ta’ dan tal-aħħar (48).

F’dan il-kuntest, il-Qorti ċċarat ukoll li l-punt 29 tal-Anness I ma jkoprix prattika kummerċjali ta’ kumpanija li tipprovdi l-ilma tax-xorb li żżomm il-konnessjoni man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma meta konsumatur imur joqgħod f’abitazzjoni li diġà kienet okkupata qabel, f’sitwazzjoni li fiha l-konsumatur ma jkollux l-għażla tal-fornitur ta’ dak is-servizz, il-fornitur jitlob rati li jkopru l-kostijiet, trasparenti u mhux diskriminatorji li jkunu proporzjonati għall-konsum tal-ilma, u l-konsumatur ikun jaf li l-abitazzjoni hija konnessa man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma u li l-ilma jkun ipprovdut bi ħlas (49).

Barra minn hekk, il-Qorti ċċarat li l-Artikolu 27 tas-CRD, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u (5) tal-UCPD, ma jipprekludix liġi nazzjonali li tirrikjedi li s-sidien ta’ appartamenti f’binja bi sjieda konġunta konnessa ma’ network ta’ tisħin distrettwali jikkontribwixxu għall-kostijiet tal-konsum tal-enerġija termali mill-partijiet komuni u għall-installazzjoni interna fil-bini, minkejja li ma jkunux talbu individwalment il-provvista ta’ dik l-enerġija termali u ma jkunux użawha fl-appartamenti tagħhom minn meta ġie konkluż il-kuntratt fuq talba tal-maġġoranza tas-sidien (50).

1.2.4.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti f’Kuntratti

Id-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti f’Kuntratti (51) (UCTD) tapplika għall-kuntratti kollha fin-negozju mal-konsumatur u tikkonċerna klawżoli kuntrattwali li ma jiġux innegozjati individwalment minn qabel (eż. klawżoli standard ifformulati bil-lest). It-termini kuntrattwali jistgħu jitqiesu bħala inġusti fuq il-bażi ta’ projbizzjoni ġenerali (52), ta’ lista indikattiva ta’ klawżoli potenzjalment inġusti (53) jew ta’ obbligu li l-klawżoli jiġu abbozzati b’mod trasparenti, jiġifieri b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem (54). B’kuntrast mal-UCPD, li hija mingħajr preġudizzju għal-liġi kuntrattwali u ma tipprevedix l-invalidità ta’ kuntratti li jirriżultaw minn prattiki kummerċjali żleali, il-ksur tal-UCTD għandu konsegwenzi kuntrattwali: skont l-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva, klawżoli inġusti użati f’kuntratt ma’ konsumatur iridu “ma jkunux jorbtu lill-konsumatur” (55).

Relazzjoni bejn klawżoli kuntrattwali inġusti u prattiki kummerċjali żleali

Il-UCTD tapplika għal kuntratti fin-negozju mal-konsumatur fis-setturi kollha tal-attività ekonomika, li jfisser li tista’ tapplika b’mod parallel għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-UE, inklużi regoli oħrajn dwar il-protezzjoni tal-konsumatur bħall-UCPD.

Il-Qorti ċċarat li ċerti elementi tar-relazzjoni bejn dawn id-Direttivi fil-Kawża Pereničová u Perenič, li kienet tikkonċerna ftehim ta’ kreditu li fih ir-rata perċentwali annwali tal-imposta indikata kienet anqas mir-rata attwali (56).

Il-Qorti kkonkludiet li tagħrif żbaljat bħal dan dwar il-prezz totali tal-kreditu pprovdut fil-klawżoli kuntrattwali huwa “qarrieqi” skont it-tifsira tal-UCPD jekk iwassal jew x’aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Il-fatt li kummerċjant irrikorra għal prattika kummerċjali żleali bħal din huwa wieħed mill-elementi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tan-natura żleali tat-termini kuntrattwali skont il-UCTD (57). B’mod partikolari, dan l-element jista’ jintuża sabiex jiġi stabbilit jekk terminu kuntrattwali li jkun ibbażat fuqu joħloqx “żbilanċ sinifikanti” fid-drittijiet u fl-obbligi li jirriżultaw skont il-kuntratt, għad-detriment tal-konsumatur, skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tal-UCTD. B’mod simili, dan l-element jista’ jkun rilevanti fil-valutazzjoni ta’ jekk terminu kuntrattwali jkunx trasparenti skont l-Artikoli 4(2) u 5 tal-UCTD (58). Fl-istess ħin, konstatazzjoni li kummerċjant irrikorra għal prattika kummerċjali żleali ma għandha l-ebda effett dirett fuq jekk il-kuntratt huwiex validu skont l-Artikolu 6(1) ta’ dik id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali li permezz tagħha l-kuntratt konkluż fuq il-bażi ta’ prattiki kummerċjali żleali jkun null fl-intier tiegħu (59).

Il-Qorti ma ddeċidietx direttament dwar jekk, bil-maqlub, l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti skont il-UCTD għandux jitqies bħala prattika kummerċjali żleali skont il-UCPD. Xorta jista’ jiġi argumentat li l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti bħal dawn, li ma jkunux vinkolanti fuq il-konsumatur bħala fatt tal-liġi, f’xi każijiet jista’ jkun rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ prattika kummerċjali żleali. B’mod partikolari, jista’ jkun indikatur ta’ azzjoni qarrieqa skont l-Artikolu 6 tal-UCPD, sa fejn jirriżulta f’tagħrif falz jew f’qerq bil-konsumatur medju dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt. Barra minn hekk, ir-rikors għal klawżoli kuntrattwali mhux trasparenti, li ma jkunux abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem kif stabbilit fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-UCTD, għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu vvalutati t-trasparenza tat-tagħrif importanti u l-eżistenza ta’ ommissjoni qarrieqa skont l-Artikolu 7 tal-UCPD (60). Barra minn hekk, l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti jista’ jindika li kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali skont l-Artikolu 5 tal-UCPD.

Huma biss ftit l-awtoritajiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur tal-Istati Membri li għandhom setgħat speċifiċi fil-qasam tal-klawżoli kuntrattwali sabiex jipprojbixxu l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali standard mhux innegozjati li jqisu li huma inġusti bla ma jkun meħtieġa li l-kummerċjant jittella’ l-qorti (61).

Valutazzjoni ex officio

Il-Qorti sostniet b’mod konsistenti li l-qrati nazzjonali huma obbligati jivvalutaw klawżoli kuntrattwali inġusti minn jeddhom (ex officio(62), jiġifieri anki jekk in-natura żleali tat-termini f’kuntratt ma titqajjimx mill-konsumatur. L-obbligu jirriżulta mill-Artikolu 6(1) tal-UCTD, li jipprevedi li klawżoli inġusti ma għandhomx ikunu vinkolanti fuq il-konsumatur, kif ukoll mill-prinċipju tal-effettività li jirrikjedi li l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali ma jagħmluhiex, fil-prattika, impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jiġu eżerċitati d-drittijiet mogħtijin lill-konsumaturi mid-dritt tal-UE (63). Ir-rekwiżit ta’ kontroll ex officio ġie ġġustifikat mill-kunsiderazzjoni li s-sistema ta’ protezzjoni stabbilita mill-UCTD hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’pożizzjoni dgħajfa vis-à-vis il-kummerċjant, kemm fir-rigward tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ għarfien, li twassal sabiex il-konsumatur jaqbel mal-klawżoli mfassla minn qabel mill-kummerċjant mingħajr ma jkun jista’ jinfluwenza l-kontenut ta’ dawk il-klawżoli (64). Għalhekk, hemm riskju reali li l-konsumaturi, b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ għarfien, ma jserrħux fuq in-norma ġuridika li hija maħsuba sabiex tipproteġihom.

Fil-kawża Bankia (65), il-Qorti fakkret li qorti nazzjonali li tivvaluta l-ġustizzja tal-klawżoli kuntrattwali fid-dawl tal-UCTD, inkluż ex officio, għandha l-possibbiltà li tivvaluta, fil-kuntest ta’ dak l-istħarriġ, in-natura żleali ta’ prattika kummerċjali li fuqha kien ibbażat dak il-kuntratt (66).

B’kuntrast ma’ dan, il-Qorti ddikjarat li, fil-każijiet l-oħrajn, il-qrati nazzjonali mhumiex obbligati jivvalutaw ex officio jekk kuntratt partikolari jew kwalunkwe waħda mill-klawżoli tiegħu ġietx konkluża taħt l-impatt ta’ prattiki kummerċjali żleali (67). B’mod partikolari, il-Qorti kkonstatat li, matul il-proċedimenti ta’ infurzar tal-ipoteki, mhuwiex neċessarju li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jistħarrġu jekk l-istrument infurzabbli jiksirx il-UCPD minħabba li din id-Direttiva ma tqegħidx tali obbligu fuq il-qrati nazzjonali.

Din l-interpretazzjoni kienet iġġustifikata mill-fatt li l-UCPD ma tipprevedix konsegwenzi kuntrattwali, għall-kuntrarju tal-Artikolu 6(1) tal-UCTD. Barra minn hekk, il-Qorti spjegat li l-UCPD, b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, ma fihiex rekwiżiti simili għall-Artikolu 7(1) tal-UCTD, li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ miżuri interim fil-proċeduri ta’ infurzar. In-nuqqas ta’ miżuri interim ikun jillimita r-rimedji disponibbli għall-konsumaturi skont il-UCTD għal protezzjoni sussegwenti sempliċi ta’ natura purament kumpensatorja jekk l-infurzar jitwettaq qabel is-sentenza tal-qorti li tiddikjara inġusta l-klawżola kuntrattwali li fuqha tkun ibbażata l-ipoteka u tannulla proċedimenti ta’ infurzar (68).

Madankollu, id-Direttiva (UE) 2019/2161 dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tintroduċi rimedji individwali għall-vittmi ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UCPD f’Artikolu 11a ġdid tal-UCPD, applikabbli mit-28 ta’ Mejju 2022. Skont din id-dispożizzjoni l-ġdida, il-konsumaturi li ġarrbu danni minħabba prattiki kummerċjali żleali għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (ara t-taqsima 1.4 għal tagħrif addizzjonali). Iż-żieda ta’ dik id-dispożizzjoni ġdida ċara u inekwivokabbli tista’ tinvolvi estensjoni tar-rekwiżit ta’ kontroll ex officio għall-prattiki kummerċjali żleali skont il-UCPD (li għandha tiġi kkonfermata mill-Qorti).

1.2.5.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet

Id-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69) (PID) tirrikjedi li l-kummerċjanti jindikaw il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta’ unità (il-prezz għal kull unità ta’ kejl) tal-oġġetti sabiex jiffaċilitaw it-tqabbil tal-prezzijiet mill-konsumaturi. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet mar-regoli speċifiċi tal-PID dwar it-“tnaqqis fil-prezz”.

Fir-rigward tal-interazzjoni bejn il-UCPD u r-rekwiżiti tal-PID rigward l-indikazzjoni tal-prezz tal-bejgħ, il-Qorti ċċarat f’Citroën (il-punti 44 sa 46) li l-PID tirregola aspetti speċifiċi tal-prattiki kummerċjali żleali f’negozjati bejn in-negozji u l-konsumaturi għall-fini tal-Artikolu 3(4) tal-UCPD, jiġifieri dawk li jkollhom x’jaqsmu mal-indikazzjoni, fl-offerti għall-bejgħ u fir-reklamar, tal-prezz tal-bejgħ tal-oġġetti (70). Għalhekk, il-PID tapplika, aktar milli l-UCPD (l-Artikolu 7(4)(c)) “ meta l-aspett relatat mal-prezz tal-bejgħ imsemmi f’reklamar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa rregolat mid-Direttiva 98/6”.

F’dan il-każ, l-aspett rilevanti kien in-nuqqas tal-kummerċjant li jindika bħala prezz tal-bejgħ il-prezz finali, jiġifieri l-prezz inklużi kostijiet obbligatorji addizzjonali li ssemmew separatament fir-reklam għall-karozza. Għaldaqstant, l-Artikolu 2 tal-PID, li jiddefinixxi l-prezz tal-bejgħ bħala l-prezz finali għall-oġġett inklużi l-VAT u t-taxxi l-oħra kollha, ma jwaqqafx l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħrajn tal-Artikolu 7(4)(c) tal-UCPD li mhumiex regolati minnha. B’mod partikolari, il-kummerċjanti jridu jikkonformaw mar-rekwiżit tal-UCPD għal stedina għax-xiri sabiex jinkludu wkoll tagħrif dwar imposti addizzjonali possibbli fejn dawn ma jkunux jistgħu jiġu kkalkolati b’mod raġonevoli minn qabel.

L-emendi introdotti fil-PID bid-Direttiva (UE) 2019/2161 jirrikjedu li l-Istati Membri jadottaw regoli speċifiċi dwar it-tnaqqis fil-prezz (71). Skont l-Artikolu 6a, il-kummerċjant li jħabbar “tnaqqis fil-prezz” irid jindika l-“prezz preċedenti” li huwa ddefinit bħala l-aktar prezz baxx mitlub minn dak il-kummerċjant matul il-perjodu preċedenti ta’ mill-inqas 30 jum.

B’analoġija mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti f’Citroën , ir-regoli speċifiċi tal-PID dwar it-tnaqqis fil-prezz għandhom jipprevalu fuq il-UCPD fir-rigward ta’ dawk l-aspetti tat-tnaqqis fil-prezzijiet li huma rregolati minn dawn ir-regoli speċifiċi, jiġifieri, id-definizzjoni u l-indikazzjoni tal-prezz “preċedenti” meta jitħabbar it-tnaqqis fil-prezz. Madankollu, il-UCPD tibqa’ applikabbli għal aspetti oħrajn tat-tnaqqis fil-prezz, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(d) dwar l-asserzjonijiet qarrieqa dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ fil-prezz. Dan jista’ japplika, pereżempju, għal aspetti qarrieqa differenti tal-prattiki ta’ tnaqqis fil-prezz, bħal:

perjodi twal wisq li matulhom japplikaw tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezz meta mqabbla mal-perjodu li matulu l-oġġetti jinbiegħu bi prezz “sħiħ”;

ir-reklamar ta’ promozzjoni, pereżempju, “tnaqqis sa 70 %” meta ftit biss mill-oġġetti jitnaqqsu b’70 % u l-bqija jitnaqqsu b’perċentwal aktar baxx.

Tali prattiki jistgħu jinstabu li jiksru l-UCPD (l-Artikolu 6(1)(d)), soġġetti għal valutazzjoni ta’ każ b’każ, minkejja l-fatt li l-kummerċjant ikun ikkonforma mar-rekwiżiti tal-PID fir-rigward tad-definizzjoni u tal-indikazzjoni tal-prezz “preċedenti”. Min-naħa l-oħra, kummerċjant misjub li jikser ir-regoli tal-PID dwar it-tnaqqis fil-prezz, jiġifieri d-definizzjoni u l-wiri tal-“prezz preċedenti”, jista’ jinstab ukoll li jkun qed jikser il-UCPD.

Barra minn hekk, il-PID tapplika biss għal oġġetti tanġibbli u mhux għal servizzi u għal kontenut diġitali, u għalhekk ir-regoli ġenerali tal-UCPD għadhom applikabbli bis-sħiħ għall-prattiki ta’ tnaqqis fil-prezz fir-rigward ta’ tali prodotti oħrajn.

Fl-aħħar nett, peress li l-PID tapplika biss għal “tnaqqis fil-prezz” kif iddefinit speċifikament fiha, il-UCPD tibqa’ applikabbli bis-sħiħ u tirregola tipi oħrajn ta’ prattiki li jippromwovu vantaġġi fil-prezz, bħal tqabbil ma’ prezzijiet oħrajn, offerti kundizzjonali kkombinati jew marbutin u programmi ta’ lealtà (ara t-taqsima 2.8.2). Il-UCPD tapplika wkoll għal prezzijiet personalizzati (ara t-taqsima 4.2.8.).

1.2.6.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv

Id-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv (72) (MCAD) tkopri r-relazzjonijiet minn negozju għal negozju (B2B). Madankollu, ir-regoli tagħha dwar ir-reklamar komparattiv għadhom jipprovdu test ġenerali, fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati bis-sħiħ, għall-valutazzjoni ta’ jekk ir-reklamar komparattiv huwiex legali anki fi tranżazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur (B2C) (73).

L-Artikolu 6(2)(a) tal-UCPD jikkwalifika bħala prattika qarrieqa li, inkluż permezz ta’ reklamar komparattiv, toħloq konfużjoni ma’ kwalunkwe prodott, trademark, isem kummerċjali jew marka distintiva oħra ta’ kompetitur. Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 4(a) tal-MCAD, ir-reklamar komparattiv mhuwiex permess jekk ikun qarrieqi skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD.

B’hekk, dawn iż-żewġ Direttivi jagħmlu kontroreferenza għal xulxin. Peress li huma rilevanti għal tranżazzjonijiet kemm B2C kif ukoll B2B, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-legalità tar-reklamar komparattiv stabbiliti mill-Artikolu 4 tal-MCAD huma kemxejn ġenerali u jinkludu wkoll xi aspetti ta’ kompetizzjoni inġusta (eż. denigrazzjoni tat-trademarks). Għaldaqstant, l-MCAD tipprovdi l-kundizzjonijiet għal tali valutazzjoni skont il-UCPD għal tranżazzjonijiet B2C jew inkella timponi rekwiżiti addizzjonali li huma rilevanti għall-kummerċjanti, primarjament il-kompetituri, fi tranżazzjonijiet B2B.

Għal dawk l-Istati Membri li estendew id-dispożizzjonijiet kollha jew parti mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-UCPD għal tranżazzjonijiet B2B, id-dispożizzjonijiet tal-UCPD kif trasposti fil-liġijiet nazzjonali fil-prattika jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-MCAD fir-relazzjonijiet B2B. Ta’ min jinnota li ċerti pajjiżi adottaw regoli speċifiċi għall-B2B ukoll.

Il-Qorti eżaminat ir-relazzjoni bejn l-MCAD u l-UCPD fil-Kawża Carrefour (74), li kienet tikkonċerna reklamar komparattiv li jista’ jkun qarrieqi skont l-Artikolu 7 tal-UCPD. Il-prattika kienet tinvolvi reklamar li jqabbel il-prezzijiet ta’ prodotti mibjugħin fi ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati differenti, fejn dawk il-ħwienet huma parti minn ktajjen tal-bejgħ bl-imnut li kull waħda minnhom tinkludi medda ta’ ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati differenti (eż. hypermarkets u supermarkets) u fejn min jirreklama jqabbel il-prezzijiet mitlubin fi ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati akbar fil-katina tal-bejgħ bl-imnut tagħhom ma’ dawk murijin fi ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati iżgħar fil-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tal-kompetituri. Il-Qorti qieset li dan it-tip ta’ prattika ta’ reklamar jista’ jkun illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(a) u (c) tal-MCAD, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) sa (3) tal-UCPD, sakemm il-konsumaturi ma jkunux informati b’mod ċar u fir-reklam innifsu li t-tqabbil sar bejn il-prezzijiet mitlubin fil-ħwienet fil-katina tal-bejgħ bl-imnut ta’ min jirreklama li jkollhom daqsijiet jew formati akbar u dawk indikati fil-ħwienet ta’ ktajjen tal-bejgħ bl-imnut kompetituri li jkollhom daqsijiet jew format iżgħar (75).

1.2.7.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi

Għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi, id-Direttiva dwar is-Servizzi (76) għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesgħa. Tapplika għal servizzi b’mod ġenerali kif iddefiniti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’ċerti eċċezzjonijiet. Għaldaqstant, ma tistax titqies bħala lex specialis għall-UCPD skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4).

Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar is-Servizzi japplikaw minbarra t-tagħrif meħtieġ għall-istediniet għax-xiri skont l-Artikolu 7(4) tal-UCPD.

1.2.8.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku

Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (77) tapplika għal servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li normalment jinkludu s-servizzi pprovduti mill-operaturi ta’ siti web u ta’ pjattaformi online fejn il-konsumaturi jistgħu jixtru oġġetti jew servizz.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jistabbilixxi rekwiżiti ta’ tagħrif ġenerali għall-fornituri ta’ servizzi, filwaqt li l-Artikolu 6 jistabbilixxi t-tagħrif li għandu jiġi pprovdut fil-komunikazzjonijiet kummerċjali. Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti f’dawn iż-żewġ Artikoli huma ta’ natura minima.

B’mod partikolari, l-Artikolu 6 jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kummerċjanti jidentifikaw biċ-ċar l-offerti promozzjonali, bħal skontijiet, primjums u rigali, fejn dan ikun permess fl-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizz, u l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal tali offerti promozzjonali.

Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat proposti għal Att dwar is-Servizzi Diġitali (78) (DSA) u għal Att dwar is-Swieq Diġitali (79) (DMA). Id-DSA għandu l-għan li jaġġorna u jestendi r-regoli dwar il-kummerċ elettroniku u l-pjattaformi fl-UE, u d-DMA għandu l-għan li jimponi obbligi addizzjonali fuq ċerti servizzi operati mill-hekk imsejħin gwardjani (80).

1.2.9.   Relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (81) (AVMSD) tapplika għal servizzi tal-media awdjoviżiva lineari u mhux lineari (jiġifieri xandir tat-TV u servizzi tal-media fuq talba), li jistgħu jinkludu komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li b’mod dirett jew indirett jippromwovu prodotti jew servizzi (eż. reklamar fuq it-televiżjoni, sponsorjar, telebejgħ jew inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali).

L-Artikolu 5 tal-AVMSD jistabbilixxi rekwiżiti ta’ tagħrif ġenerali għall-fornituri ta’ servizzi, filwaqt li l-Artikolu 9 jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati mill-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi kollha. L-Artikoli 10 u 11, rispettivament, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jridu jiġu rrispettati mill-isponsorjar u mill-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali f’servizzi tal-media awdjoviżiva. L-AVMSD tipprovdi wkoll għal kriterji oħrajn aktar stretti li japplikaw biss għar-reklamar fuq it-televiżjoni u għat-telebejgħ (il-Kapitolu VII dwar ir-reklamar fuq it-televiżjoni u t-telebejgħ).

Ir-reviżjoni tal-2018 tad-Direttiva (82) estendiet xi wħud minn dawn ir-regoli għall-pjattaformi ta’ video-sharing (l-Artikolu 28b). Issa jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jiġu kkummerċjalizzati, jinbiegħu jew jiġu organizzati minnhom stess u jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw il-konformità fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li mhumiex kummerċjalizzati, ma jinbigħux jew ma jiġux ordnati minnhom stess. Id-Direttiva riveduta tinkludi wkoll rekwiżiti ta’ żvelar għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi fi pjattaformi ta’ video-sharing. Il-Kummissjoni adottat Linji Gwida (83) dwar l-applikazzjoni prattika tad-definizzjoni ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing.

Il-UCPD tapplika għal prattiki kummerċjali żleali li jseħħu fis-servizzi tal-media awdjoviżiva, bħal prattiki qarrieqa u aggressivi, sal-punt li ma jkunux koperti mid-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq.

1.2.10.   Relazzjoni mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u mad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika

Ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali huma drittijiet fundamentali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Skont l-Artikolu 7, kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha. Fir-rigward tad-data personali, l-Artikolu 8(2) tal-Karta fih prinċipji importanti dwar il-protezzjoni tad-data (il-proċessar ġust, il-kunsens jew l-iskop leġittimu stipulat mil-liġi, id-dritt ta’ aċċess u ta’ rettifika). L-Artikolu 8(3) tal-Karta jeħtieġ li l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tkun soġġetta għall-kontroll minn awtorità indipendenti (84).

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data  (85) (GDPR) jirregola l-protezzjoni ta’ data personali u l-moviment liberu tat-tali data. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data jiġu infurzati mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-qrati nazzjonali. Il-GDPR japplika għall-ipproċessar ta’ “data personali”. Data personali tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”). Persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha.

Il-proċessar ta’ data personali, li jinkludi l-ġbir u l-ħżin ta’ data personali, irid ikun ġust u legali. Aspett wieħed tal-proċessar ġust huwa li s-suġġett tad-data jingħata tagħrif rilevanti, inkluż dwar il-finijiet ta’ dak il-proċessar, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-data. Il-proċessar ġust u legali ta’ data personali jeħtieġ li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data jiġu rrispettati u li tal-anqas waħda mis-sitt raġunijiet għall-ipproċessar leġittimu tkun tapplika għal kwalunkwe attività ta’ proċessar (ara l-Artikolu 6(1) tal-GDPR). Il-kunsens mill-individwu huwa waħda minn dawn ir-raġunijiet. Raġuni oħra hija fejn kontrollur ikun taħt obbligu legali impost mid-dritt tal-Unjoni jew tal-Istati Membri sabiex jipproċessa d-data (eż. obbligu ta’ kun af lill-klijent tiegħek).

Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (86) tippartikolarizza u taħdem id f’id mal-GDPR rigward il-proċessar ta’ data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, peress li tiffaċilita l-moviment liberu ta’ din id-data u tat-tagħmir u tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. B’mod partikolari, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jirrikjedi l-kunsens tal-utent meta jintużaw “cookies” jew forom oħrajn ta’ aċċess u ta’ ħżin ta’ tagħrif fuq l-apparat ta’ individwu (eż. tablet jew smartphone), ħlief meta tali ħżin jew aċċess ikun meħtieġ għat-twettiq tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni jew għall-forniment ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub espliċitament minn utent.

Strutturi kummerċjali mmexxijin mid-data qegħdin isiru dejjem iktar predominanti fid-dinja online. B’mod partikolari, il-pjattaformi online janalizzaw, jipproċessaw u jbigħu data marbuta mal-preferenzi tal-konsumatur u kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti. Dan, flimkien mar-reklamar, spiss jikkostitwixxi s-sors ewlieni tad-dħul tagħhom. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali f’dawn it-tipi ta’ sitwazzjonijiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti legali skont id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u l-GDPR imsemmijin hawn fuq.

Ksur mill-kummerċjant tal-GDPR jew tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika mhux bilfors ifisser, minnu nnifsu, ksur tal-UCPD ukoll. Madankollu, tali ksur tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data għandu jiġi kkunsidrat meta tiġi analizzata l-aspett żleali ġenerali tal-prattiki kummerċjali skont il-UCPD, speċjalment fis-sitwazzjoni li fiha l-kummerċjant jipproċessa data tal-konsumatur bi ksur tar-rekwiżiti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, jiġifieri għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jew għal kwalunkwe skop kummerċjali ieħor bħat-tfassil ta’ profili, l-ipprezzar personali jew applikazzjonijiet tal-big data.

Minn perspettiva tal-UCPD, l-ewwel kwistjoni li trid tiġi kkunsidrata tikkonċerna t-trasparenza tal-prattika kummerċjali. Skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, il-kummerċjanti ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi fuq aspetti li aktarx li jkollhom impatt fuq id-deċiżjonijiet tranżazzjonali tagħhom. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 7(2) u Nru 22 tal-Anness I jipprevjenu lill-kummerċjanti milli jaħbu l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali tagħhom. Ara wkoll it-taqsima 3.4 dwar l-użu tal-asserzjoni “bla ħlas” biex jiġu deskritti l-prodotti diġitali, li jista’ jkun kontra n-Nru 20 tal-Anness I.

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ tagħrif mill-GDPR u mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jistgħu jitqiesu bħala tagħrif importanti skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD. Id-data personali, il-preferenzi tal-konsumatur u kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti għandhom valur ekonomiku u spiss jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ terzi. Konsegwentement, skont l-Artikolu 7(2) u Nru 22 tal-Anness I tal-UCPD, jekk il-kummerċjant ma jinformax lil konsumatur li d-data pprovduta tkun se tintuża għal skopijiet kummerċjali, dan jista’ jitqies bħala ommissjoni qarrieqa ta’ tagħrif importanti, kif ukoll ksur tar-rekwiżit ta’ trasparenza u ta’ rekwiżiti oħrajn skont l-Artikoli 12 sa 14 tal-GDPR.

1.2.11.   Relazzjoni mal-Artikoli 101-102 tat-TFUE (regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni)

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 tal-Kunsill (87) jipprovdi l-qafas legali għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Iż-żewġ Artikoli huma mingħajr preġudizzju għall-UCPD.

L-Artikolu 101(1) tat-TFUE jipprojbixxi f’ċerti ċirkustanzi ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet meħudin minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattiki miftiehma, bħall-iffissar ta’ prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet ta’ negozjar oħrajn, li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jostakolaw, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-UE.

L-Artikolu 102 tat-TFUE jipprojbixxi, f’ċerti ċirkustanzi, l-abbuż minn pożizzjoni dominanti minn impriża waħda jew aktar. Abbuż bħal dan jista’, pereżempju, jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet oħrajn fin-negozju, li b’hekk iqegħedhom fi żvantaġġ kompetittiv, jew l-impożizzjoni b’mod dirett jew indirett ta’ prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ żleali.

Il-fatt li mġiba partikolari tikser l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE ma jfissirx awtomatikament li tkun ukoll żleali skont il-UCPD (jew viċi versa). Madankollu, il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni għandu jitqies meta jiġi vvalutat l-aspett żleali tal-prattiki kummerċjali skont il-UCPD sa fejn dawn jistgħu jitqiesu li jmorru kontra l-klawżola ġenerali tal-Artikolu 5(2) tal-UCPD dwar id-“diliġenza professjonali”.

1.2.12.   Relazzjoni mal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE

Skont l-Artikolu 51(1) tagħha, il-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE tapplika għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, u b’hekk anki meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-UCPD. Il-Karta fiha dispożizzjonijiet, fost l-oħrajn, dwar il-protezzjoni ta’ data personali (Artikolu 8), id-drittijiet tat-tfal (Artikolu 24), il-protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 38) u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (Artikolu 47).

Il-Qorti saħqet fuq l-importanza tal-Artikolu 47 tal-Karta dwar l-aċċess għall-ġustizzja b’rabta mar-rimedji disponibbli għall-konsumaturi b’rabta mad-drittijiet tal-konsumatur mogħtijin mid-direttivi tal-UE. Il-prinċipju ta’ effettività, kif issejjaħlu l-Qorti, ifisser li r-regoli nazzjonali tal-proċedura ma jistgħux jagħmluha diffiċli wisq jew impossibbli fil-prattika li l-konsumaturi jeżerċitaw id-drittijiet mogħtijin mid-dritt tal-UE (88).

1.2.13.   Relazzjoni mal-Artikoli 34-36 tat-TFUE

Miżura nazzjonali f’qasam li kienet is-suġġett ta’ armonizzazzjoni eżawrjenti fil-livell tal-UE trid tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dik il-miżura armonizzanti u mhux dawk tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (89). B’hekk, meta miżura nazzjonali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD (diskuss fit-taqsimiet 1.1 u 1.2 aktar ’il fuq), din għandha tiġi vvalutata fl-isfond tal-UCPD u mhux fl-isfond tat-TFUE.

Miżuri nazzjonali li la jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD u lanqas f’xi strument armonizzanti ieħor tad-dritt sekondarju tal-UE jridu jiġu vvalutati skont l-Artikoli 34-36 tat-TFUE. Il-projbizzjoni ta’ miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 34 TFUE tkopri r-regoli tan-negozjar kollha mdaħħlin fis-seħħ mill-Istati Membri li huma kapaċi jxekklu, b’mod dirett jew indirett, b’mod attwali jew potenzjali, il-kummerċ intra-UE (90). Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni fuq Gwida dwar l-Artikoli 34-36 tat-TFUE għal aktar gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (91).

Il-kwistjoni ta’ meta regola nazzjonali tkun kapaċi xxekkel il-kummerċ intra-UE ġiet indirizzata b’mod estensiv mill-Qorti. B’mod partikolari, f’Keck (92) il-Qorti ddikjarat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu jew jipprojbixxu ċerti arranġamenti ta’ bejgħ ma jkunux tali li jxekklu b’mod dirett jew indirett, b’mod attwali jew potenzjali, il-kummerċ bejn l-Istati Membri, dment li, l-ewwel nett, dawk id-dispożizzjonijiet ikunu japplikaw għall-kummerċjanti rilevanti kollha fi ħdan it-territorju nazzjonali u, it-tieni, ikunu jaffettwaw bl-istess mod, bil-liġi u bil-fatti, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti domestiċi u dawk minn Stati Membri oħrajn (93). Il-Qorti tinkludi fil-lista ta’ arranġamenti ta’ bejgħ, miżuri marbutin mal-kundizzjonijiet u mal-metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni (94), miżuri li huma relatati mal-ħin tal-bejgħ tal-prodotti (95), miżuri li huma relatati mal-post tal-bejgħ tal-prodotti jew ma’ restrizzjonijiet rigward min jista’ jbigħ il-prodotti (96) u miżuri li jistgħu jkunu marbutin ma’ kontrolli fuq il-prezzijiet (97).

Uħud mill-eżempji ta’ arranġamenti ta’ bejgħ imsemmijin fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b’mod partikolari dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni, ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD jekk jikkonċernaw prattiki kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur u jkunu intiżi sabiex jipproteġu l-interess ekonomiku tal-konsumaturi.

Ħafna prattiki kummerċjali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD jew dritt sekondarju ieħor tal-UE jidhru li jikkwalifikaw bħala arranġamenti ta’ bejgħ skont il-kawża Keck. Arranġamenti ta’ bejgħ bħal dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE jekk, bil-liġi jew bil-fatt, jintroduċu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini tal-prodotti. Id-diskriminazzjoni bil-liġi sseħħ meta l-miżuri jkunu diskriminatorji b’mod ovvju, filwaqt li d-diskriminazzjoni bil-fatt hija aktar kumplessa. Tali miżuri jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.

Jekk miżura jew prattika nazzjonali tikser l-Artikolu 34 tat-TFUE, fil-prinċipju tista’ tkun iġġustifikata skont l-Artikolu 36 tat-TFUE jew fuq il-bażi ta’ wieħed mir-rekwiżiti prevalenti fl-interess pubbliku rrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali li juru li r-restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-oġġetti tkun iġġustifikata abbażi ta’ waħda minn dawn ir-raġunijiet (98) Barra minn hekk, l-Istat Membru jrid juri li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun neċessarja sabiex jiġu protetti b’mod effettiv l-interessi pubbliċi invokati (99).

Sabiex ikunu permissibbli, tali dispożizzjonijiet iridu jkunu proporzjonati għall-objettiv segwit u l-objettiv ma jistax ikun jista’ jinkiseb b’miżuri li jkunu anqas restrittivi fuq il-kummerċ intra-UE (100). Aktar riċentement, il-Qorti ddikjarat li “għall-finijiet tal-eżami tal-proporzjonalità tar-restrizzjoni inkwistjoni, huwa importanti li jiġi vverifikat jekk il-mezzi implementati f’dan il-kuntest imorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu intiż. Fi kliem ieħor, għandu jiġi evalwat jekk jeżistux miżuri alternattivi li jistgħu jilħqu wkoll dan il-għan, imma li għandhom effett inqas restrittiv fuq il-kummerċ intra-Komunitarju” (101). Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat li “huwa importanti li jitfakkar f’dan il-kuntest li miżura restrittiva tista’ tiġi kkunsidrata bħala konformi mal-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni biss jekk tirrispondi verament għall-ħsieb li tintlaħaq l-implementazzjoni tal-għan intiż b’mod koerenti u sistematiku” (102).

1.2.14.   Relazzjoni mar-Regolament dwar il-Pjattaformi u n-Negozji

Ir-Regolament dwar il-Pjattaformi u n-Negozji (P2B) (103) jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta’ siti web korporattivi fir-rigward ta’ magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, ġustizzja u possibbiltajiet ta’ rimedju effettiv. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza tar-Regolament P2B ikopru l-klassifikazzjoni tar-riżultati tat-tiftix (l-Artikolu 5).

Il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida dwar it-trasparenza tal-klassifikazzjoni li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u tal-fornituri ta’ magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti (104).

Rekwiżit simili dwar it-trasparenza tal-klassifikazzjoni fil-qasam tal-B2C ġie introdott bid-Direttiva (UE) 2019/2161, li żiedet mal-UCPD punt 4a ġdid fl-Artikolu 7. Tirrikjedi li l-kummerċjanti jipprovdu lill-konsumaturi b’tagħrif dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tat-tiftixa u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri. Ir-relazzjoni bejn il-UCPD u r-Regolament P2B fil-qasam tat-trasparenza tal-ikklassifikar hija indirizzata fit-taqsima 4.2.3.

1.3.   Relazzjoni bejn il-UCPD u l-awtoregolamentazzjoni

Artikolu 2(f)

“kodiċi ta’ kondotta”tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta’ regoli mhux imposti b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxu l-imġiba ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x’jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta’ negozju;

Artikolu 10

Il-kodiċijiet ta’ kondotta

Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta’ prattiċi kummerċjali żleali minn sidien ta’ kodiċijiet u l-persuni jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 milli jirrikorru għal tali korpi jekk il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi huma addizzjonali għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi msemmija f’dak l-Artikolu. Ir-rikors għal dawn il-korpi ta’ kontroll ma għandu qatt jitqies bħala ekwivalenti għal rinunzja ta’ xi mezz ta’ rikors ġudizzjarju jew amministrattiv kif previst fl-Artikolu 11.

Il-UCPD tagħraf l-importanza tal-mekkaniżmi ta’ awtoregolamentazzjoni u tiċċara r-rwol li jista’ jkollhom is-sidien tal-kodiċijiet u l-korpi awtoregolatorji fl-infurzar. L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lis-sidien tal-kodiċijiet sabiex jivverifikaw hemmx prattiki kummerċjali żleali, minbarra li jinfurzaw il-UCPD.

Meta r-regoli fil-kodiċijiet awtoregolatorji jkunu stretti u applikati b’mod rigoruż mis-sidien tal-kodiċijiet u/jew infurzati ferm minn korpi awtoregolatorji indipendenti, dawn jistgħu tabilħaqq inaqqsu l-ħtieġa ta’ azzjoni amministrattiva jew ta’ infurzar ġuridiku. Barra minn hekk, meta l-istandards ikunu għoljin u l-operaturi tal-industrija jikkonformaw magħhom fil-parti l-kbira, tali regoli jistgħu jkunu punt ta’ referenza siewi għall-awtoritajiet u għall-qrati nazzjonali meta jivvalutaw jekk prattika kummerċjali tkunx żleali.

Il-UCPD fiha diversi dispożizzjonijiet li jipprevjenu lill-kummerċjanti milli jisfruttaw b’mod negattiv il-fiduċja li jkollhom il-konsumaturi fil-kodiċijiet awtoregolatorji. Dan huwa diskuss fit-Taqsima 2.8.4 dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta.

1.4.   Infurzar u rimedju

1.4.1.   Infurzar pubbliku u privat

Skont l-Artikolu 11 tal-UCPD, l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiki kummerċjali żleali sabiex tiġi infurzata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi.

Tali mezzi jinkludu dispożizzjonijiet legali li permezz tagħhom persuni jew organizzazzjonijiet meqjusin skont id-dritt nazzjonali bħala li għandhom interess leġittimu li jikkumbattu l-prattiki kummerċjali żleali, inklużi kompetituri, jistgħu jieħdu azzjoni legali fil-qrati nazzjonali u/jew quddiem awtorità amministrattiva kompetenti jew sabiex jiddeċiedu dwar l-ilmenti jew sabiex jibdew proċedimenti legali xierqa.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bona fide bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi differenti tal-infurzar. F’dawk l-Istati Membri fejn hemm awtoritajiet differenti responsabbli għall-infurzar tal-UCPD u leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq l-istess kummerċjant tas-suq u/jew prattika kummerċjali jkunu konsistenti.

Fir-rigward tal-infurzar tal-UCPD permezz ta’ azzjoni legali fil-qrati nazzjonali, fil-Kawża Movic, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li “taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, azzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ Stat Membru u professjonisti stabbiliti fi Stat Membru ieħor li fil-kuntest tagħha dawn l-awtoritajiet jitolbu, prinċipalment, li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur li jikkostitwixxi prattiki kummerċjali żleali allegatament illegali u li jiġi ordnat il-waqfien tagħhom, kif ukoll, sussidjarjament, li jiġu ordnati miżuri ta’ reklamar u li jiġi impost pagament ta’ penalità” fl-Artikolu 1(1) tar-Riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I (105).

Fil-qasam tal-infurzar privat, id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (106) dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi introduċiet fl-Istati Membri kollha l-possibbiltà li l-UCPD tiġi infurzata permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi. Tali azzjonijiet jistgħu jitressqu minn entitajiet kwalifikati, li jfittxu miżuri ta’ inibizzjoni u ta’ rimedju f’isem il-konsumaturi affettwati.

Fl-aħħar nett, il-persuni li jirrapportaw ksur tal-UCPD (u tas-CRD) huma koperti mir-reġim protettiv tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (107) (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni l-Informaturi) skont l-Artikolu 2(1)a)(ix). Billi jħossuhom sikuri sabiex jitkellmu, l-għadd ta’ rapporti tal-informaturi x’aktarx li se jiżdied, u b’hekk jissaħħaħ l-infurzar tal-UCPD.

1.4.2.   Penali

L-Artikolu 13 tas-UCPD jittratta penali għall-ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva. Il-paragrafu 1 jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva. Iħalli lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar it-tip ta’ penali disponibbli u jiddeterminaw il-proċeduri għall-impożizzjoni ta’ penali, dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 emendat l-Artikolu 13 u żiedet rekwiżiti addizzjonali. L-ewwel nett, tipprovdi lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ kriterji għall-applikazzjoni tal-penali (il-paragrafu 2). It-tieni, tistabbilixxi regoli aktar speċifiċi (il-paragrafi 3 u 4) dwar multi għal każijiet ta’ ksur mifruxa u għal każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal azzjonijiet ta’ infurzar ikkoordinati skont ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (108) dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament CPC”).

Il-Premessa 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tħeġġeġ lill-Istati Membri “jikkunsidraw li jtejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi kif ukoll interessi pubbliċi protetti oħrajn” fl-allokazzjoni tad-dħul mill-multi.

L-Artikolu 13(5) jirrikjedi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli nazzjonali dwar il-penali u kwalunkwe emenda sussegwenti, jiġifieri permezz ta’ notifika speċifika li tispjega d-dispożizzjonijiet nazzjonali eżatti kkonċernati u mhux biss bħala parti min-notifika ġenerali tal-miżuri ta’ traspożizzjoni.

Kriterji għall-applikazzjoni tal-penali

L-Artikolu 13(2) jistabbilixxi lista ta’ sitt kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li l-awtoritajiet kompetenti u l-qrati tal-Istati Membri għandhom iqisu meta jimponu l-penali. Japplikaw fuq bażi “fejn xieraq” għall-ksur, kemm f’sitwazzjonijiet domestiċi kif ukoll f’dawk transfruntiera:

Artikolu 13

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transkonfinali fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

Il-Premessa 7 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tispjega xi wħud mill-kriterji. Il-Premessa 8 tiċċara li “jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni dwar penali fir-rigward ta’ kull każ ta’ ksur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur mhux serju.” Barra minn hekk, “[j]enħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta’ penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta’ non bis in idem.”

In-natura intenzjonata tal-ksur hija rilevanti għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (f). Madankollu, l-intenzjoni mhijiex kundizzjoni meħtieġa għall-impożizzjoni ta’ penali f’każ ta’ ksur.

Il-kriterju stabbilit fil-punt (c) ikopri l-istess ksur preċedenti jew ksur differenti tal-kummerċjant rilevanti tas-UCPD.

Il-kriterju stabbilit fil-punt (e) jikkonċerna każijiet li fihom iseħħ l-istess ksur f’diversi Stati Membri. Japplika biss meta, permezz tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni stabbilit skont ir-Regolament CPC, ikun disponibbli tagħrif dwar il-penali imposti minn Stati Membri oħrajn fir-rigward tal-istess ksur.

Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, kwalunkwe penali imposta fuq l-istess kummerċjant fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħrajn għall-istess ksur tista’ tindika kemm skala akbar kif ukoll gravità akbar skont il-punt (a) u/jew tikkwalifika bħala “ksur preċedenti” skont il-punt (c). Għalhekk, il-penali imposti għall-istess ksur fi Stati Membri oħrajn jistgħu jkunu fattur aggravanti. L-impożizzjoni ta’ penali fi Stati Membri oħrajn għall-istess ksur tista’ titqies ukoll flimkien ma’ ċirkustanzi “aggravanti” oħrajn koperti mill-kriterji l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) li ġeneralment jirreferi għal “kwalunkwe” ċirkustanza aggravanti jew mitiganti. Madankollu, penali imposta minn Stat Membru ieħor fuq l-istess kummerċjant għall-istess ksur tista’ tkun rilevanti wkoll għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non bis in idem f’konformità mad-dritt nazzjonali u mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament CPC (109).

Penali fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ infurzar koordinati tas-CPC

L-Artikolu 13(3) u (4) jipprovdi regoli addizzjonali u aktar preskrittivi (meta mqabblin mar-regola ġenerali fil-paragrafu 1) rigward penali li jridu jkunu disponibbli skont id-dritt nazzjonali għal ksur li huwa soġġett għal azzjonijiet koordinati skont ir-Regolament CPC.

L-Artikolu 21 tar-Regolament CPC jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni koordinata jieħdu miżuri ta’ infurzar, inkluża l-impożizzjoni ta’ penali, b’mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat kontra l-kummerċjant responsabbli għal każ ta’ ksur mifrux jew għal każ ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni. “Każ ta’ ksur mifrux” u “każ ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni” huma ksur transfruntier iddefinit fl-Artikolu 3(3) u (4) tar-Regolament CPC (110).

Għal din il-kategorija ta’ ksur, l-Artikolu 13(3) tal-UCPD jirrikjedi li l-Istati Membri jipprevedu l-possibbiltà li jimponu multi u l-ammont massimu ta’ multa jrid ikun tal-anqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant. Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-limitu tal-multa massima wkoll ogħla minn 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant. Huma jistgħu jagħżlu wkoll li japplikaw il-multa bbażata fuq fatturat ta’ referenza akbar, bħall-fatturat dinji tal-kummerċjant. Bl-istess mod, jistgħu jestendu l-penali disponibbli fil-każ ta’ azzjonijiet koordinati tas-CPC għal tipi oħrajn ta’ ksur, bħal dawk domestiċi.

Meta t-tagħrif dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant ma jkunx disponibbli, pereżempju, fil-każ ta’ kumpaniji stabbiliti reċentement, l-Artikolu 13(4) jirrikjedi li l-Istati Membri jipprevedu l-possibbiltà li tiġi imposta multa massima ta’ mill-inqas EUR 2 miljun. Għal darba oħra, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-limitu tal-multa massima f’livell ogħla minn EUR 2 miljun ukoll.

Din l-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-multi għandha l-għan li tiżgura li l-miżuri ta’ infurzar ikunu possibbli u koerenti fl-Istati Membri kollha li jipparteċipaw f’azzjoni ta’ infurzar koordinata tas-CPC.

L-impożizzjoni ta’ multi f’konformità mal-Artikolu 13(3) u (4) tal-UCPD hija soġġetta għall-kriterji komuni stabbiliti fl-Artikolu 13(2), inklużi b’mod partikolari “[n-]natura, il-gravità u t-tul jew l-effetti temporali tal-ksur”. Il-multa attwali imposta mill-awtorità kompetenti jew mill-qorti f’każ speċifiku tista’ tkun anqas mill-ammonti massimi deskritti hawn fuq, skont in-natura, il-gravità u karatteristiċi rilevanti oħrajn tal-ksur.

Soġġetta għall-obbligi ta’ koordinazzjoni skont ir-Regolament CPC, l-awtorità kompetenti jew il-qorti tista’ tiddeċiedi li timponi multi perjodiċi (bħal multi ta’ kuljum) sakemm il-kummerċjant iwaqqaf il-ksur. Tista’ tiddeċiedi wkoll li timponi l-multa b’mod kondizzjonali jekk il-kummerċjant jonqos milli jwaqqaf il-ksur sat-terminu stipulat minkejja r-rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni għal dak l-għan.

Il-fatturat rilevanti li għandu jitqies għall-kalkolu tal-multa huwa l-fatturat miksub fl-Istat Membru li jimponi l-multa. Madankollu, l-Artikolu 13(3) jagħmilha wkoll possibbli li tiġi stabbilita l-multa bbażata fuq il-fatturat tal-kummerċjant miksub fl-Istati Membri kollha kkonċernati mill-azzjoni koordinata jekk il-koordinazzjoni tas-CPC tirriżulta fi Stat Membru wieħed li jimponi l-multa f’isem l-Istati Membri parteċipanti.

Il-Premessa 10 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tiċċara li “[f’]ċerti każijiet, il-kummerċjant jista’ jkun ukoll grupp ta’ kumpaniji”. Għaldaqstant, meta l-kummerċjant responsabbli għall-ksur ikun grupp ta’ kumpaniji, il-fatturat kombinat tal-grupp tiegħu fl-Istati Membri rilevanti jitqies għall-kalkolu tal-multa.

Id-Direttiva ma tiddefinixxix is-sena ta’ referenza għad-definizzjoni tal-fatturat annwali. Għalhekk, sabiex tiġi stabbilita l-multa, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw, pereżempju, l-aħħar data disponibbli dwar il-fatturat annwali fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar il-penali (jiġifieri s-sena kontabilistika preċedenti).

Skont l-Artikolu 13(3), l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal: (a) ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; u (b) l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerċjali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a). Għaldaqstant, din ir-restrizzjoni hija maħsuba sabiex tindirizza ċirkustanzi ta’ natura eċċezzjonali u tippermetti lill-Istat Membru ma japplikax id-dispożizzjonijiet dwar il-multi għal dak il-ksur ta’ darba soġġett għall-infurzar koordinat tas-CPC li għalih l-unika bażi ġuridika hija l-Artikolu 5 tal-UCPD dwar id-diliġenza professjonali.

1.4.3.   Rimedju għall-konsumatur

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet mal-UCPD Artikolu 11a ġdid li jirrikjedi lill-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi li ġarrbu dannu mill-ksur tal-UCPD ikollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, b’mod partikolari kumpens għad-dannu u, fejn rilevanti, għat-tnaqqis tal-prezzijiet u għat-terminazzjoni tal-kuntratti, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-livell nazzjonali. Għaldaqstant, ir-rimedju għall-konsumatur fil-UCPD jinkludi rimedji kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali.

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rimedji jiġu ddeterminati mill-Istati Membri u jistgħu jinkludu fatturi bħall-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab u ċirkustanzi rilevanti oħrajn, fejn xieraq. L-effetti dettaljati tar-rimedji għandhom jiġu ddeterminati wkoll mill-Istati Membri, bħal jekk ir-rimedju għat-terminazzjoni tal-kuntratt jirriżultax fin-nullità tal-kuntratt mill-konklużjoni tiegħu (bl-obbligu għaż-żewġ partijiet li jirritornaw għall-istat ta’ qabel il-kuntratt) jew biss fit-tneħħija tal-effetti futuri tagħha, dment li l-prinċipji tal-adegwatezza u tal-effettività jiġu rrispettati u l-effett tad-direttiva jiġi ssalvagwardjat.

Dawn ir-rimedji huma mingħajr preġudizzju għar-rimedji disponibbli fi strumenti oħrajn tad-dritt tal-UE, bħal dawk fid-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Kontenut Diġitali (111) u d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti (112). Dawn ir-rimedji jistgħu jintalbu wkoll b’mod kollettiv permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi skont id-Direttiva (UE) 2020/1828.

1.4.4.   Applikazzjoni tal-UCPD għal kummerċjanti stabbiliti f’pajjiżi terzi

L-applikabilità tal-UCPD għal kummerċjanti mhux tal-UE hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (113) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”). Dan ir-Regolament japplika “f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt ta’ liġijiet, għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali f’materji ċivili u kummerċjali”. Ruma II huwa applikabbli f’tilwim ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 6(1) tar-Regolament Ruma II:

Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ kompetizzjoni żleali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet ta’ kompetittività jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta.

Artikolu 6(4) tar-Regolament Ruma II:

Il-liġi applikabbli taħt dan l-Artikolu ma tistax tiġi derogata b’xi ftehim skont l-Artikolu 14.

Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Ruma II, eż. jekk reklamar qarrieqi jkun immirat lejn il-konsumaturi tal-UE u dan jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi tal-UE, tkun applikabbli l-UCPD. Skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Ruma II, il-liġi li hija applikabbli ma tistax tiġi dderogata minn ftehim dwar l-għażla tal-liġi.

2.   KUNĊETTI EWLENIN TAL-UCPD

2.1.   Il-funzjonament tal-UCPD — Dijagramma sekwenzjali tad-Direttiva

Din id-dijagramma sekwenzjali turi r-relazzjoni bejn il-“lista sewda” ta’ prattiki kummerċjali fl-Anness u l-klawżoli ġenerali tal-UCPD, jiġifieri l-Artikoli 6 sa 9 u l-Artikolu 5 rispettivament. Sabiex titqies bħala żleali u, għalhekk, ipprojbita skunk il-UCPD, huwa biżżejjed li prattika kummerċjali tissodisfa wieħed minn dawn it-testijiet biss.

Il-prattika kummerċjali:

Image 1

2.2.   Il-kunċett ta’ kummerċjant

Artikolu 2(b)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant.

Din id-definizzjoni ma tkoprix biss lill-kummerċjanti li jaġixxu f’isimhom biss iżda anki lil persuni, inklużi konsumaturi, li jaġixxu “f’isem” jew “fl-interessi ta’” kummerċjant ieħor.

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ddikjarat li kumpanija li għamlet riklami fil-media f’isem u fl-interessi ta’ kumpanija oħra, li kienet il-fornitur ta’ servizz, tqieset li hija kummerċjant skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-UCPD (114).

L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur li jaġixxu permezz tan-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) wettqu azzjoni konġunta ta’ infurzar fuq il-logħob online li joffru xirjiet mill-apps stess. Iċċaraw li, għalkemm li r-responsabbiltà għall-kontenut ta’ app tibqa’ primarjament f’idejn l-iżviluppatur tal-app, ħanut tal-apps jista’ jinżamm responsabbli wkoll sabiex jiżgura li l-logħob fuq il-pjattaforma tiegħu ma jkunx fih appelli diretti lit-tfal (115).

B’hekk, skont l-Artikolu 2(b) flimkien mal-liġijiet nazzjonali rilevanti dwar ir-responsabbiltà u s-sanzjonijiet, kummerċjant jista’ jinżamm responsabbli b’mod konġunt ma’ kummerċjant ieħor għall-ksur tal-UCPD imwettaq minn dan tal-aħħar f’ismu.

Barra minn hekk, il-Qorti ċċarat li f’sitwazzjoni li fiha l-prattiki kummerċjali ta’ operatur jintużaw minn impriża oħra, li taġixxi f’isem jew fl-interess ta’ dak l-operatur, il-UCPD tista’, f’ċerti sitwazzjonijiet, tiġi invokata kemm kontra dak l-operatur kif ukoll kontra l-impriża, jekk jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “kummerċjant” (116). Dan ifisser li d-Direttiva tista’ tintuża sabiex jiġu vvalutati wkoll il-prattiki kummerċjali tal-kummerċjanti meta dawk ikunu direttament marbutin ma’ tranżazzjoni ta’ konsumatur ma’ kummerċjant ieħor li f’ismu jew fl-interess tiegħu jkun qed jaġixxi tali kummerċjant.

Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom individwi li jidhru li huma konsumaturi li qegħdin ibigħu prodotti lil konsumaturi oħrajn fil-fatt jistgħu jkunu kummerċjanti huma stess jew inkella jkunu qegħdin jaġixxu f’isem kummerċjanti (bejgħ “B2C moħbi”).

Jekk bejjiegħ jikkwalifikax bħala “kummerċjant” jew konsumatur irid jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ. Fil-Kawża Kamenova, persuna kienet ippubblikat tmien reklami tal-bejgħ b’kollox għal diversi oġġetti ġodda u użati fuq sit web (117). Il-Qorti nnotat li s-sempliċi fatt li l-bejgħ huwa maħsub sabiex jiġġenera profitt jew li persuna fiżika tippubblika, fl-istess ħin, fuq pjattaforma online għadd ta’ reklami li joffru oġġetti ġodda u użati għall-bejgħ ma jistax ikun biżżejjed, fih innifsu, sabiex dik il-persuna tiġi kklassifikata bħala “kummerċjant”. Id-determinazzjoni tal-istatus mill-qorti nazzjonali trid tqis kriterji differenti mhux eżawrjenti u mhux esklużivi.

Il-kriterji jinkludu dawn li ġejjin:

jekk il-bejjiegħ għandux skop li jagħmel profitt, inkluż il-fatt li jista’ jkun li rċieva remunerazzjoni jew kumpens ieħor talli aġixxa f’isem kummerċjant partikolari;

l-għadd, l-ammont u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

il-fatturat mill-bejgħ tal-bejjiegħ; jekk il-bejjiegħ jixtrix prodotti sabiex jerġa’ jbigħhom;

jekk il-bejjiegħ huwiex soġġett għall-VAT;

jekk il-bejgħ jitwettaqx b’mod organizzat;

jekk il-bejjiegħ kellux status legali li kien jippermettilu jinvolvi ruħu f’attivitajiet kummerċjali;

jekk l-oġġetti għall-bejgħ kinux kollha tal-istess tip jew tal-istess valur, u, b’mod partikolari, jekk l-offerta kinitx ikkonċentrata fuq għadd żgħir ta’ oġġetti;

jekk il-bejjiegħ kellux tagħrif tekniku u għarfien espert relatati mal-prodotti li l-konsumatur mhux bilfors li kellu, li jirriżultaw f’pożizzjoni aktar vantaġġuża tal-bejjiegħ meta mqabbla ma’ dik tal-konsumatur;

jekk il-bejjiegħ xtarax dawn l-oġġetti sabiex jerġa’ jbigħhom, u b’hekk għamel din l-attività waħda regolari, frekwenti u/jew simultanja meta mqabbla mal-attività kummerċjali jew tan-negozju normali tiegħu (118).

Persuni li l-attività ewlenija tagħhom hija li jbigħu prodotti online fuq bażi frekwenti ħafna, li jixtru prodotti sabiex jerġgħu jbigħhom bi prezz ogħla, jistgħu pereżempju jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ kummerċjant.

Persuni li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ approvazzjoni kummerċjali online, bħall-kummerċjalizzazzjoni ta’ influwenzaturi (ara t-taqsima 4.2.6 għal aktar tagħrif), jistgħu jikkwalifikaw bħala kummerċjanti jekk jinvolvu ruħhom f’tali prattiki fuq bażi frekwenti, irrispettivament mid-daqs tal-udjenza tagħhom. Inkella, f’każ li l-persuni ma jikkwalifikawx bħala kummerċjanti, xorta waħda jistgħu jitqiesu li jaġixxu “f’isem” il-kummerċjant li l-prodotti tiegħu jiġu promossi mill-prattika u, għalhekk, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. L-obbligi li għandhom ikunu ċari dwar il-komunikazzjoni kummerċjali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 7(2) tal-UCPD, japplikaw għall-kummerċjanti irrispettivament minn jekk ikunux il-fornitur tal-prodotti jew le.

Organizzazzjonijiet bi skopijiet ta’ karità jew etiċi jistgħu jikkwalifikaw bħala kummerċjanti skont il-UCPD meta jidħlu f’attivitajiet kummerċjali (eż. il-bejgħ ta’ prodotti li jissodisfaw ċerti standards etiċi) għall-konsumaturi. Kull meta jaġixxu bħala kummerċjanti, għandhom jirrispettaw il-UCPD f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Pereżempju, tagħrif dwar l-oriġini tal-prodott jew l-aspetti etiċi tiegħu ma jistax ikun qarrieqi.

Il-fatt li organizzazzjoni hija strutturata bħala “mingħajr skop ta’ qligħ” mhuwiex deċiżiv għall-valutazzjoni ta’ jekk tikkwalifikax bħala kummerċjant jew le.

L-istess japplika għall-awtoritajiet pubbliċi, li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala kummerċjant meta jwettqu attivitajiet kummerċjali.

Pereżempju:

Muniċipalità li tikkumerċjalizza prezzijiet ta’ biljetti mraħħsin għal wirja tal-arti li torganizza tista’ taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ kummerċjant fil-UCPD.

Fil-Kawża BKK Mobil Oil, il-Qorti kkonfermat li korp irregolat bil-liġi pubblika inkarigat b’kompitu ta’ interess pubbliku bħall-ġestjoni ta’ fond statutorju tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jista’ jikkwalifika bħala “kummerċjant” peress li:

l-leġiżlatur tal-Unjoni ta sens partikolarment wiesa’ lill-kunċett ta’ “kummerċjant”, li jirreferi għal “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika” ladarba teżerċita attività bi qligħ u ma jeskludix mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu la l-entitajiet li jsegwu missjoni ta’ interess ġenerali u lanqas dawk li huma rregolati mid-dritt pubbliku” (119).

Il-Qorti kkonkludiet ukoll li:

[…] l-affiljati ta’ BKK, li b’mod ċar għandhom jitqiesu bħala konsumaturi fis-sens tad-Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali għandhom mnejn jiġu mqarrqa permezz ta’ informazzjoni qarrieqa li hija mxandra minn dan l-organu billi tipprekludihom milli jagħmlu għażla informata […] u billi twassalhom jieħdu deċiżjoni li ma kinux jieħdu fl-assenza ta’ tali informazzjoni, kif jipprovdi l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva. F’dan il-kuntest, in-natura pubblika jew privata tal-organu inkwistjoni l-istess bħall-missjoni speċifika segwita minn dan tal-aħħar ma humiex rilevanti” (120).

B’mod partikolari, skont l-Anness I tal-UCPD (il-“lista sewda”) Nru 22, huwa pprojbit li wieħed jiddikjara b’mod falz jew li tinħoloq l-impressjoni li l-kummerċjant ma jkunx qed jaġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu, jew li jirrappreżenta lilu nnifsu b’mod falz bħala konsumatur.

Dan jinkludi s-sitwazzjoni li fiha kummerċjant inizjalment jaġixxi bħala kummerċjant iżda mbagħad jagħmel tabirruħu li jkun konsumatur, pereżempju meta l-bejjiegħ jippreżenta lilu nnifsu bħala kummerċjant professjonali li jbigħ il-karozzi għall-finijiet tat-tranżazzjoni iżda aktar tard jiffirma l-kuntratt bħala persuna fiżika.

2.3.   Il-kunċett ta’ prattika kummerċjali

Artikolu 2(d)

“prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” […] tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;

Il-Qorti ddikjarat li l-uniku kriterju fl-Artikolu 2(d) tal-UCPD huwa li l-prattika tal-kummerċjant trid tkun direttament marbuta mal-promozzjoni, mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodott jew ta’ servizz lill-konsumatur (121).

Prattiki kummerċjali jistgħu jkunu “konnessi direttament” mal-promozzjoni ta’ prodott pereżempju billi jipprovdu “informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ prodott bi prezz vantaġġuż matul ċertu perjodu” (122). Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza disponibbli bħalissa, diffiċli jiġi ddefinit limitu għal meta prattiki kummerċjali ma jibqgħux “konnessi direttament” mal-promozzjoni ta’ prodott. Madankollu, bħala eżempju, meta kummerċjant ibigħ mappa tad-direzzjonijiet li ma jkun fiha ebda messaġġ promozzjonali, u mbagħad il-konsumatur juża dik il-mappa tad-direzzjonijiet sabiex isib fejn qiegħed ħanut partikolari, ma jkunx raġonevoli li l-bejgħ ta’ dik il-mappa tad-direzzjonijiet jiġi kkwalifikat bħala fost il-prattiki kummerċjali “konnessi direttament” mal-promozzjoni ta’ prodott f’dak il-ħanut partikolari.

Il-Qorti ddikjarat li l-UCPD tkopri attivitajiet ta’ professjonist li jsegwu wara tranżazzjoni kummerċjali marbuta ma’ xi oġġett jew servizz u wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew matul l-eżekuzzjoni ta’ dak il-kuntratt (123).

Fuq din il-bażi, il-Qorti kkonkludiet li:

[…] [il-]fatt li l-aġir tal-kummerċjant ikkonċernat seħħ biss darba u effettwa biss konsumatur wieħed huwa nieqes minn kull rilevanza f’dan il-kuntest.

Fil-fatt, la d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 2(ċ) u (d), 3(1) kif ukoll 6(1) tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali lanqas din tal-aħħar, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, ma jinkludu xi indizju fis-sens li l-azzjoni jew l-ommissjoni tal-kummerċjant għandha tkun ta’ natura ripetittiva jew tikkonċerna iktar minn konsumatur wieħed.

[…] [il-]komunikazzjoni, minn kummerċjant lil konsumatur, ta’ informazzjoni żbaljata, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tiġi kklassifikata bħala “prattika kummerċjali qarrieqa”, fis-sens ta’ din id-direttiva, anki jekk din il-komunikazzjoni kkonċernat biss konsumatur wieħed.” (124)

Il-Qorti pprovdiet gwida dwar il-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD fir-rigward tal-kunċett ta’ prattiki kummerċjali fil-Kawża Kirschstein. Hija affermat li hemm differenza bejn il-“prattiki kummerċjali” tal-kummerċjant li jkunu marbutin mill-qrib mal-promozzjoni u mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodotti lill-konsumaturi, u għalhekk koperti mid-Direttiva, u r-regoli li għalihom jirreferu dawk il-prattiki, li huma relatati mal-“prodott” innifsu (eż. awtorizzazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi li jistgħu joħorġu lawrji universitarji) u li għalhekk jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD.

Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li regola nazzjonali li hija intiża li tiddetermina liema operatur huwa awtorizzat li jipprovdi servizz li huwa s-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali, mingħajr ma tirregola direttament il-prattiki li dan l-operatur jista’ sussegwentement jimplimenta sabiex jippromwovi jew imexxi l-bejgħ ta’ dan is-servizz, ma tistax titqies li hija relatata ma’ prattika kummerċjali marbuta direttament mal-provvista tal-imsemmi servizz, fis-sens tad-Direttiva 2005/29.” (125)

Fir-rigward tal-qasam tar-reklamar tal-media stampata, filwaqt li l-Qorti rrikonoxxiet id-definizzjoni partikolarment wiesgħa ta’ “prattiki kummerċjali” u li l-UCPD tista’ tapplika f’sitwazzjoni li fiha l-prattiki kummerċjali ta’ operatur jintużaw minn impriża oħra, hija ddikjarat fil-Kawża RLvS li l-UCPD, u b’mod partikolari l-punt 11 tal-Anness I dwar ir-reklami editorjali, ma jistgħux jiġu invokati kontra pubblikaturi tal-gazzetti (126). Il-Qorti rreferiet għan-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE għall-media stampata u spjegat li din id-dispożizzjoni ma kinitx maħsuba bħala tali sabiex tirrikjedi li l-pubblikaturi tal-gazzetti jipprevjenu prattiki kummerċjali żleali possibbli minn dawk li jirreklamaw (127).

Il-kummerċjanti jridu ikunu kawti wkoll meta jagħmlu asserzjonijiet etiċi u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, li jistgħu jkopru diversi aspetti tal-metodi operattivi tal-kummerċjanti, pereżempju dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trattament xieraq tal-annimali, il-kontribuzzjonijiet għall-karità eċċ. Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tirreferi għall-kumpaniji li jieħdu r-responsabbiltà għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà billi jkollhom fis-seħħ proċess sabiex jintegraw it-tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumatur fl-operazzjonijiet kummerċjali u fl-istrateġija ewlenija tagħhom.

L-asserzjonijiet dwar aspetti bħal dawn saru għodda ta’ kummerċjalizzazzjoni użata sabiex jiġi ssodisfat t-tħassib dejjem akbar tal-konsumaturi li l-kummerċjanti jikkonformaw ma’ standards etiċi u soċjali. Dawn l-asserzjonijiet jista’ jkollhom impatt fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali ta’ konsumatur li jkollu jagħżel bejn żewġ prodotti f’kompetizzjoni ta’ kwalità u prezz simili. Għalhekk, jistgħu jitqiesu “konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott” u, għalhekk, jikkwalifikaw bħala prattika kummerċjali skont it-tifsira tal-UCPD. Minħabba s-similaritajiet sinifikanti bejn l-asserzjonijiet etiċi/dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-asserzjonijiet ambjentali, il-prinċipji ewlenin li japplikaw għall-asserzjonijiet ambjentali jistgħu japplikaw ukoll għall-asserzjonijiet etiċi u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (ara t-taqsima 4.1).

2.3.1.   Prattiki ta’ wara l-bejgħ, inklużi attivitajiet ta’ ġbir tad-dejn

Skont l-Artikolu 3(1), il-prattiki kummerċjali jseħħu mhux biss matul l-istadji tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-provvista, iżda wkoll wara li tkun saret it-tranżazzjoni (l-istadju ta’ wara l-bejgħ), li jistgħu jkunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD.

Il-Premessa 13 tal-UCPD tirreferi wkoll għal “prattiċi kummerċjali żleali li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew li jirriżultaw wara l-konklużjoni ta’ kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu”.

L-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejn għandhom jitqiesu bħala prattiki kummerċjali ta’ wara l-bejgħ, minħabba li l-ġbir tad-dejn huwa direttament marbut mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodotti. Ma hemm ebda raġuni oġġettiva sabiex issir distinzjoni għal dik il-valutazzjoni fuq il-bażi ta’ jekk kummerċjant jesternalizzahiex permezz ta’ aġenziji speċjalizzati jew le.

Dan huwa implikat ukoll fin-Nru 25 tal-Anness I li jqis il-prattika ta’ “Fejn il-kummerċjant jagħmel żjarat personali fid-dar tal-konsumatur u jinjora t-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obbligazzjoni kontrattwali ” bħala żleali f’kull ċirkustanza.

Fil-Kawża Gelvora, il-Qorti kkonfermat li r-relazzjoni legali bejn aġenzija għall-ġbir tad-dejn u d-debitur, li jsir inadempjenti skont ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li d-dejn tiegħu ġie assenjat lil dik l-aġenzija, fil-fatt taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva (128).

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ddikjarat li l-avviż lil klijent li mhuwiex jirrispetta l-obbligi finanzjarji tiegħu li ismu se jiġi ppubblikat bħala individwu inadempjenti fil-mezzi tax-xandir lokali huwa prattika kummerċjali aggressiva (129).

Awtorità tal-konsumatur ħadet passi kontra kollettur tad-dejn li kien juża logo, isem u dokumenti li kienu simili għal dawk li jużaw l-aġenziji uffiċjali. Il-kummerċjant ta x’jifhmu b’mod qarrieqi lill-konsumaturi li kien qiegħed jinfurza ordnijiet tal-qorti uffiċjali sabiex iġiegħel lill-konsumaturi jħallsu d-djun tagħhom meta, fil-verità, tali setgħat huma riżervati għall-awtoritajiet pubbliċi (130).

Awtorità tal-konsumatur qieset il-ġbir tad-dejn bħala prattika kummerċjali ta’ wara l-bejgħ li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD u mmultat lil aġenzija li tiġbor id-dejn talli qarrqet b’debituri konsumaturi dwar il-firxa u s-serjetà tal-konsegwenzi negattivi li kienu se jiffaċċjaw jekk ma jifdux id-dejn li kellhom minnufih. L-aġenzija tal-ġbir tad-dejn naqset ukoll milli tgħarraf lill-konsumaturi dwar il-bażi kuntrattwali preċiża għad-dejn u eżerċitat pressjoni psikoloġika eċċessiva fuqhom (131).

2.3.2.   Kummerċjanti li jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi

Ċerti kummerċjanti jistgħu jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi fl-attività professjonali tagħhom. Eżempji ta’ dan jinkludu negozjanti tal-karozzi, negozjanti ta’ antikitajiet u bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti użati.

Skont id-definizzjoni pprovduta fil-UCPD, prattiki kummerċjali huma biss dawk “ konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi ”. Is-sitwazzjoni kuntrarja, li fiha l-kummerċjanti jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD. Madankollu, hemm każijiet li fihom tista’ tiġi stabbilita rabta bejn il-bejgħ ta’ prodott minn konsumatur lil kummerċjant u l-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta’ prodott (differenti) lill-konsumatur.

Pereżempju, ftehimiet ta’ xiri bi tpartit huma komuni fis-settur tal-vetturi bil-mutur. Il-kummerċjant jixtri vettura użata mingħand il-konsumatur li, min-naħa tiegħu, jixtri vettura mingħand il-kummerċjant. F’dawn il-każijiet, ix-xirja mill-kummerċjant tista’ titqies li hija parti mir-rimunerazzjoni mogħtija mill-konsumatur għall-parti tat-tranżazzjoni fin-negozju mal-konsumatur. Huwa ċar li l-ftehimiet ta’ xiri bi tpartit jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD.

Kultant, ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid tad-deheb jistgħu jaqgħu taħt il-UCPD. Pereżempju, kummerċjant li joffri lill-konsumaturi evalwazzjoni professjonali għad-deheb tagħhom qabel ma jixtrih jista’ jitqies li qiegħed jipprovdi servizz lill-konsumaturi. Meta dan ikun il-każ, tapplika l-UCPD u, bħala konsegwenza, il-kummerċjant ma għandux jipprovdi tagħrif qarrieqi dwar il-valur reali tad-deheb jew fuq il-prezz tas-servizz offrut (eż. l-ommissjoni ta’ “tariffi amministrattivi”).

Pereżempju:

Kummerċjant li huwa espert fuq oġġetti tal-fuħħar miċ-Ċina jgħid lil konsumatur li vażun Ming huwa falz. Jekk dan ma jkunx minnu, id-dikjarazzjoni aktarx li tista’ titqies bħala azzjoni qarrieqa.

2.4.   Test tad-deċiżjoni tranżazzjonali

Artikolu 2(k)

“deċiżjoni tranżazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-UCPD (l-Artikoli 5 sa 9) ikopru prattiki kummerċjali żleali, qarrieqa u aggressivi li kapaċi jgħawġu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi, u b’hekk jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw li dawn jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu.

Il-kliem użat fl-Artikolu 2(k) jissuġġerixxi li d-definizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod ġenerali u li l-kunċett ta’ deċiżjoni tranżazzjonali għandu jkopri firxa wiesgħa ta’ deċiżjonijiet meħudin mill-konsumatur b’rabta ma’ prodott.

Il-Qorti ddikjarat li “deċiżjoni tranżazzjonali” ma tkoprix biss id-deċiżjoni ta’ jekk wieħed jixtrix prodott, iżda anki deċiżjonijiet konnessi direttament ma’ dik id-deċiżjoni, b’mod partikolari d-deċiżjoni li wieħed jidħol fil-ħanut:

Fil-fatt, sa fejn fil-kawża prinċipali, il-prattika kummerċjali tikkonċerna informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ prodott bi prezz vantaġġuż matul ċertu perijodu, għandu jiġi ddeterminat jekk atti preparatorji għax-xiri potenzjali ta’ prodott, bħal ma hu ċ-ċaqliq tal-konsumatur lejn il-ħanut jew il-fatt li jidħol fih, jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu deċiżjonijiet kummerċjali, fis-sens tal-imsemmija direttiva.

[…] deċiżjoni kummerċjali hija ‘kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri’. Dan il-kunċett jinkludi għalhekk mhux biss id-deċiżjoni li jiġi akkwistat jew le prodott, iżda wkoll dak li joħloq rabta diretta magħha, b’mod partikolari dik tad-dħul fil-ħanut.

[…] L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett tad-deċiżjoni kummerċjali kull deċiżjoni li għandha rabta diretta ma’ dik ta’ xiri jew le ta’ prodott” (132).

F’dak is-sens, il-kunċett ta’ deċiżjoni tranżazzjonali tkopri wkoll id-deċiżjonijiet ta’ qabel u wara x-xiri.

Hemm spettru wiesa’ ta’ deċiżjonijiet tranżazzjonali li jista’ jieħu konsumatur b’rabta ma’ prodott jew ma’ servizz apparti d-deċiżjoni dwar jekk jixtrix.

Dawn id-deċiżjonijiet tranżazzjonali jistgħu jirriżultaw f’azzjonijiet li ma jkollhom ebda konsegwenza legali skont id-dritt nazzjonali dwar il-kuntratti u jistgħu jittieħdu fi kwalunkwe ħin bejn il-mument li fih il-konsumatur ikun espost għall-ewwel darba għall-kummerċjalizzazzjoni u t-tmiem tal-ħajja ta’ prodott jew l-użu finali ta’ servizz.

Ħafna deċiżjonijiet ta’ qabel ix-xiri jistgħu jitqiesu bħala deċiżjonijiet tranżazzjonali.

Pereżempju:

Deċiżjoni li wieħed imur f’ħanut minħabba offerta kummerċjali.

Deċiżjoni ta’ qbil sabiex wieħed jattendi preżentazzjoni tal-bejgħ li ssir minn kummerċjant.

Deċiżjoni ta’ tiftix f’sit web minħabba offerta kummerċjali.

Ħafna deċiżjonijiet ta’ wara x-xiri meħudin wara li jinxtara prodott jew isir abbonament għal servizz jistgħu jikkwalifikaw bħala deċiżjonijiet tranżazzjonali.

Pereżempju:

Deċiżjoni ta’ rtirar minn jew ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ servizz.

Deċiżjoni ta’ qlib għal fornitur ta’ servizz ieħor.

Barra minn hekk, prattika kummerċjali żleali mmirata lejn konsumatur wieħed tista’ twassal għal deċiżjoni tranżazzjonali minn konsumatur ieħor, li dan tal-aħħar ma kienx jieħu f’każ ieħor.

Pereżempju:

Il-prattiki kummerċjali minn kummerċjant li joffri r-reċensjonijiet online ta’ utenti oħrajn li fihom il-kummerċjant jaħbi r-reċensjonijiet negattivi jistgħu jkunu azzjoni qarrieqa jew ommissjoni għad li d-deċiżjoni tranżazzjonali rilevanti tkun marbuta ma’ deċiżjoni minn konsumatur differenti minn dak li kien imġiegħel ineħħi jew ma jtellax reċensjoni negattiva. F’din is-sitwazzjoni, il-ħolqien min-naħa tal-kummerċjant ta’ impressjoni ġenerali falza jew qarrieqa dwar l-għamla tas-sit tar-reċensjonijiet tal-utenti, jew kif jopera, jista’ jwassal sabiex il-konsumatur medju li jaqra r-reċensjonijiet online jieħu deċiżjoni sabiex jikkuntattja lil kummerċjant elenkat (u mbagħad jidħol f’kuntratt miegħu) li ma kienx jieħu, li kieku kien jaf li r-reċensjonijiet negattivi nħbew.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-UCPD (l-Artikoli 5 sa 9) ikopru prattiki kummerċjali żleali, qarrieqa u aggressivi li kapaċi jgħawġu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet jużaw kliem ftit differenti sabiex jesprimu dawn ir-rekwiżiti.

Skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD, prattika kummerċjali tkun żleali jekk tkun kuntrarja għar-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali u “ toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali ” fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju. Madankollu, l-Artikoli 6, 7 u 8 jipprojbixxu prattika kummerċjali qarrieqa jew aggressiva jekk tikkawża jew aktarx li tikkawża li l-konsumatur medju “ jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra ”.

Ir-rekwiżit li prattika kummerċjali trid tkun kapaċi tgħawweġ l-imġiba ekonomika tal-konsumatur sabiex tkun żleali huwa fformulat b’mod differenti fl-Artikolu 5(2) mill-Artikoli 6, 7 u 8. Mal-ewwel daqqa t’għajn, din il-kontradizzjoni apparenti tista’ toħloq problemi ta’ interpretazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 5(2) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 2(e), li jgħid:

Artikolu 2(e)

“il-ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika ta’ konsumaturi” tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

Konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 5(2), dak li jistabbilixxi jekk prattika kummerċjali “ toħloq[x] distorsjoni sostanzjali jew tista[x] toħloq distorsjoni sostanzjali ” fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur huwa jekk il-prattika kummerċjali tikkaġunax jew aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur “ jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra ”.

Din hija l-istess valutazzjoni li trid issir fuq il-bażi tal-Artikoli 6, 7 u 8. Minn dan isegwi li għad li l-kliem tal-Artikolu 5(2) huwa differenti mill-kliem tal-Artikoli msemmijin l-aħħar, ir-rekwiżit b’rabta mad-distorsjoni materjali fl-imġiba tal-konsumatur huwa l-istess.

Il-kunċett ġenerali ta’ deċiżjoni tranżazzjonali żviluppat mill-Qorti (133) jippermetti sabiex il-UCPD tapplika għal firxa ta’ każijiet li fihom l-imġiba żleali ta’ kummerċjant ma tkunx limitata għat-twassil tal-konsumatur sabiex jidħol f’kuntratt ta’ bejgħ jew ta’ servizz.

Prattika kummerċjali tista’ titqies li hija żleali mhux biss jekk aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur medju jixtri jew ma jixtrix prodott, iżda anki jekk ma jkunx probabbli li twassal sabiex il-konsumatur, pereżempju:

jidħol f’ħanut;

iqatta’ aktar ħin fuq l-internet fi proċess ta’ ibbukkjar;

jiddeċiedi li ma jaqlibx għal fornitur ta’ servizz jew għal prodott ieħor;

jikklikkja fuq link jew reklam online;

ikompli juża s-servizz billi jibbrawżja jew jiskrollja.

Il-UCPD ma teħtieġx li jintwera jekk l-imġiba ekonomika tal-konsumatur (jiġifieri d-deċiżjoni tranżazzjonali tiegħu) fil-fatt ġietx soġġetta għal distorsjoni. Tippermetti wkoll valutazzjoni ta’ jekk prattika kummerċjali hijiex “probabbli” (jiġifieri kapaċi) li jkollha tali impatt fuq il-konsumatur medju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar għandhom jinvestigaw il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ individwali (jiġifieri in concreto), iżda jivvalutaw ukoll il-“probabilità” tal-impatt ta’ dik il-prattika fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumatur medju (jiġifieri in abstracto).

Pereżempju:

Tħabbira kummerċjali ddikjarat li mudell ġdid ta’ karozza kien “l-aktar karozza sikura fid-dinja”. Fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk l-asserzjoni kellhiex effett fuq kwalunkwe konsumatur meta ġie biex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali fondata sew, qorti nazzjonali ddikjarat li sabiex tiġi kkwalifikata bħala deċiżjoni tranżazzjonali, kien biżżejjed li l-kummerċjalizzazzjoni kellha probabilità li żżid l-interess fost il-konsumatur medju u twassal sabiex il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu azzjoni ulterjuri (eż. iżur ħanut jew sit web sabiex jikseb informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott) (134).

2.5.   Konsumatur medju

Premessa 18

Huwa xieraq li l-konsumaturi kollha jiġu protetti minn prattiċi kummerċjali żleali; il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja madankollu sabet li wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE, meta tiddeċiedi każijiet dwar reklamar, ikun meħtieġ li teżamina l-effett fuq konsumatur ipotetiku tipiku. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità , u sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet kontenuti fiha, din id-Direttiva tieħu bħala punt ta’ riferiment il-konsumatur medju, li huwa infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment attent u kawt, billi tieħu kont ta’ fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja iżda tinkludi dispożizzjonijiet li l-għan tagħhom huwa l-prevenzjoni tal-isfruttament tal-konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal prattiċi kummerċjali żleali. Fejn prattika kummerċjali hija mmirata speċifikament lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi, bħat-tfal, huwa mixtieq li l-impatt tal-prattika kummerċjali ikun eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp… L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw il-fakultà ta’ ġudizzju tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f’każ determinat .

Kif indikat fil-Premessa 18 u speċifikat aktar fl-Artikoli 5 sa 9, il-parametru referenzjarju tal-UCPD għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ prattika kummerċjali huwa l-kunċett tal-“konsumatur medju”, kif ġie żviluppat qabel mill-Qorti:

“…sabiex jiġi stabbilit jekk deskrizzjoni, trademark jew deskrizzjoni jew dikjarazzjoni promozzjonali partikolari hijiex qarrieqa, hemm bżonn li jitqiesu l-aspettattivi supponuti ta’ konsumatur medju li huwa raġonevolment informat sew u raġonevolment osservanti u ċirkospett .” (135)

Fil-fatt, dan il-kunċett ġie żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja qabel il-UCPD. Imbagħad ġie kkodifikat mill-UCPD sabiex jagħti lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali kriterji komuni sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u titnaqqas il-possibbiltà ta’ valutazzjonijiet diverġenti.

Fil-ġurisprudenza tal-Qorti, il-konsumatur medju huwa persuna kritika, konxja u ċirkospetta biżżejjed fl-imġiba tagħha fis-suq.

Pereżempju:

Il-“konsumatur ċirkospett b’mod raġonevoli” mhuwiex se jemmen li d-daqs ta’ marka promozzjonali fuq pakkett tikkorrispondi għaż-żieda promozzjonali fid-daqs ta’ dak il-prodott (136). Normalment, il-konsumatur medju mhuwiex se jattribwixxi l-prodotti li jkollhom il-marka “ttestjat dermatoloġikament” ma’ xi effett ta’ fejqan li tali prodotti ma jkollhomx (137).

Il-konsumatur medju skont il-UCPD qatt ma huwa xi ħadd li jeħtieġ biss livell baxx ta’ protezzjoni għaliex dejjem ikun f’pożizzjoni li jikseb it-tagħrif disponibbli u jaġixxi kif xieraq abbażi tiegħu. Għall-kuntrarju, kif tisħaq il-Premessa 18, it-test huwa msejjes fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-UCPD adottat dan il-kunċett sabiex issib il-bilanċ bejn il-ħtieġa li tħares il-konsumaturi u l-promozzjoni tal-kummerċ liberu f’suq kompetittiv liberament.

Għaldaqstant, il-kunċett tal-konsumatur medju skont il-UCPD dejjem għandu jiġi interpretat filwaqt li jitfakkar l-Artikolu 114 tat-Trattat, li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Fl-istess ħin, il-UCPD hija bbażata fuq l-idea li, pereżempju, miżura nazzjonali li tipprojbixxi asserzjonijiet li jistgħu jqarrqu biss konsumatur li jemmen kollox, inesperjenzat jew mgħaġġel (eż. “puffery” (138)) tkun sproporzjonata u toħloq ostakolu mhux iġġustifikat għall-kummerċ.

Kif inhu stipulat b’mod espliċitu fil-Premessa 18, it-test tal-konsumatur medju mhuwiex test statistiku. Dan ifisser li l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu jekk prattika għandhiex probabilità li tqarraq bil-konsumatur medju li jeżerċita l-ġudizzju personali tiegħu billi jqisu l-aspettattivi ġenerali supponuti tal-konsumaturi, bla ma jkollhom jikkummissjonaw rapport tal-esperti jew stħarriġ ta’ riċerka fost il-konsumaturi (139).

Pereżempju:

Qorti nazzjonali kkonstatat li n-nies b’vista batuta jistgħu jitqiesu konsumaturi medji wkoll u l-istampar ta’ informazzjoni b’tipa żgħira ħafna jista’ jitqies bħala prattika kummerċjali qarrieqa (140).Ittieħdet deċiżjoni simili minn awtorità oħra tal-infurzar (141).

Qorti nazzjonali kkonstatat li konsumatur li jaġixxi b’mod raġonevoli mhuwiex suspettuż u għandu tendenza li jafda li l-informazzjoni riċevuta hija valida u preċiża. Konsumatur li jaġixxi b’mod raġonevoli mhuwiex obbligat li jkompli jfittex għall-kontenut preċiż sħiħ tal-messaġġ li jasallu, sakemm min jibgħat il-messaġġ ma jiġbidlux l-attenzjoni b’mod enfatiku lejn tali obbligu fit-test tal-messaġġ, jew jiġbidlu l-attenzjoni lejn dan (142).

L-Artikolu 5(2)(b) tal-UCPD ikompli jirfina t-test dwar il-konsumatur medju meta jkunu kkonċernati l-interessi ta’ gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi. Meta l-prattika tkun immirata lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi, l-impatt tagħha għandu jkun eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp rilevanti. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta prattika kummerċjali tikkonċerna prodott uniku, li jiġi promoss permezz ta’ kanali ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex il-kummerċjalizzazzjoni tiġi mmirata lejn grupp speċifiku u limitat ta’ riċevituri, bħal professjoni partikolari. F’dan il-każ, il-membru medju ta’ dak il-grupp partikolari jista’ jkollu għarfien jew karatteristiċi aktar speċifiċi li konsumatur medju mhux neċessarjament ikollu, li jkollu impatt dirett fuq il-valutazzjoni tal-effetti tal-prattika kummerċjali. Minħabba d-distinzjoni mill-kategorija ġenerali tal-konsumatur medju, il-“grupp partikolari ta’ konsumaturi” għandu jkun identifikabbli biżżejjed, b’ambitu limitat u omoġenu. Jekk ma jkunx jista’ jiġi identifikat grupp partikolari, il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq il-parametru referenzjarju ġenerali tal-konsumatur medju.

Pereżempju:

F’kawża li tikkonċerna reklamar qarrieqi ta’ ħrieqi tat-tfal, li implika b’mod partikolari korrelazzjoni bejn allerġiji u l-ħrieqi tal-kummerċjant, qorti nazzjonali identifikat il-konsumatur medju bħala ġenituri bi tfal żgħar, mingħajr ebda għarfien speċjali dwar l-allerġiji (143).

Huwa possibbli wkoll li gruppi differenti ta’ konsumaturi jkunu affettwati mill-istess prattika kummerċjali. Pereżempju, jista’ jkun hemm konsumatur medju li l-prattika tilħqu jew li lilu tkun indirizzata (l-Artikolu 5(1)(b)) u, fl-istess ħin, il-prattika tista’ tkun immirata lejn grupp ta’ konsumaturi vulnerabbli. B’mod ġenerali, il-valutazzjoni għandha tqis il-konsumaturi li fil-fatt intlaħqu mill-prattika, irrispettivament minn jekk kinux il-konsumaturi li l-kummerċjant kien biħsiebu jilħaq.

Meta jfasslu l-messaġġi kummerċjali tagħhom, il-kummerċjanti, f’ċerti waqtiet u fid-dawl tal-għamla speċifika tal-prodotti kkonċernati, jista’ jkollhom bżonn iqisu ċerti karatteristiċi soċjali, lingwistiċi u kulturali li huma tipiċi tal-konsumaturi medji li l-prodotti huma mmirati lejhom. B’hekk, f’ċerti każijiet, tali karatteristiċi soċjali, lingwistiċi u kulturali, li jistgħu jkunu partikolari wkoll għal Stat Membru partikolari, jistgħu jiġġustifikaw interpretazzjoni differenti tal-messaġġ ikkomunikat fil-prattika kummerċjali mill-awtorità ta’ infurzar jew mill-qorti kompetenti. F’kawża marbuta mar-reklamar qarrieqi ta’ prodotti kożmetiċi, il-Qorti ddikjarat li:

Sabiex jiġi applikat dak it-test għal din il-kawża, iridu jitqiesu bosta kunsiderazzjonijiet. B’mod partikolari, irid jiġi ddeterminat jekk il- fatturi soċjali, kulturali jew lingwistiċi jistgħux jiġġustifikaw it-terminu ‘lifting’, użat b’rabta ma’ krema li tissoda, li jfisser xi ħaġa differenti għall-konsumatur [medju] Ġermaniż meta mqabbel mal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn , jew jekk l-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott humiex minnhom infushom biżżejjed sabiex jagħmluha kemxejn ċara li l-effetti tiegħu ma jdumux wisq, u b’hekk jinnewtralizzaw kwalunkwe konklużjoni li tmur kontra dak li jista’ jinftiehem mill-kelma ‘lifting’.” (144)

Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat li:

projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba l-għamla qarrieqa tat-trademark mhijiex, fil-prinċipju, prekluża mill-fatt li l-istess trademark ma titqiesx li hija qarrieqa fi Stati Membri oħrajn. […] huwa possibbli li minħabba d-differenzi lingwistiċi, kulturali u soċjali bejn l-Istati Membri, trademark li ma twassalx biex tqarraq b’konsumatur fi Stat Membru partikolari, tista’ tagħmel dan fi Stat Membru ieħor.” (145)

Għaldaqstant, fuq il-bażi tat-test tal-konsumatur medju u minkejja l-karattru ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-UCPD, jista’ jiġi ġġustifikat b’mod teoriku li kummerċjali barrani jipprovdi tagħrif addizzjonali fuq il-bażi ta’ raġunijiet soċjali, kulturali jew lingwistiċi. Fi kliem ieħor, l-ommissjoni ta’ tali tagħrif tista’ tqarraq bil-konsumaturi fil-pajjiż tad-destinazzjoni, għall-kuntrarju ta’ dawk fil-pajjiż ta’ oriġini.

2.6.   Konsumaturi vulnerabbli

Artikolu 5(3) — Projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali żleali

3. Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l- mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp . Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar ta’ stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.

Premessa 19

Fejn ċerti karatteristiċi bħall -età, il-mard fiżiku jew mentali jew il-kredulità jagħmlu lill-konsumaturi partikolarment suxxettibbli għal xi prattika kummerċjali jew għall-prodott konness magħha u huwa probabbli li l-imġiba ekonomika biss ta’ dawn il-konsumaturi tista’ tiġi distorta mill-prattika b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment jipprevedi, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-konsumaturi huma adegwatament protetti billi l-prattika tiġi eżaminata mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp .

Il-UCPD hija bbażata fuq l-idea li, filwaqt li xieraq li jiġu protetti t-tipi kollha ta’ konsumaturi minn prattiki kummerċjali żleali, il-konsumaturi li jikkwalifikaw bħala membri ta’ wieħed mill-gruppi elenkati fl-Artikolu 5(3) għandhom jiġu żgurati livell ogħla ta’ protezzjoni mill-“konsumatur medju” msemmi fl-Artikolu 5(2).

Il-Premessa 19 tal-Preambolu tiċċara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3): filwaqt li l-Artikolu 5(3) jidher li jikkwalifika b’mod esklussiv lill-konsumaturi bħala vulnerabbli minħabba l-“mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità” tagħhom, il-Premessa 19 tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi li jagħmlu konsumatur “partikolarment suxxettibbli”.

Il-kunċett ta’ vulnerabbiltà mhuwiex limitat għall-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 5(3), peress li jkopri wkoll vulnerabbiltajiet dipendenti fuq il-kuntest. Il-forom multidimensjonali ta’ vulnerabbiltà (146) huma partikolarment akuti fl-ambjent diġitali, li qed isir dejjem aktar ikkaratterizzat mill-ġbir ta’ data dwar il-karatteristiċi soċjodemografiċi iżda wkoll dwar il-karatteristiċi personali jew psikoloġiċi, bħall-interessi, il-preferenzi, il-profil psikoloġiku u l-burdata. Il-kunċett ta’ vulnerabbiltà fl-ambjent diġitali huwa diskuss aktar fit-taqsima 4.2.7.

Pereżempju:

F’każ li involva l-ommissjoni ta’ tagħrif importanti minn istituzzjoni tal-kreditu, l-awtorità tal-infurzar qieset li l-konsumaturi li kienu ġew ipprojbiti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba nuqqas ta’ ħila li jħallsu kienu partikolarment suxxettibbli għal offerta speċifika (147).

Mard (mentali jew fiżiku) jinkludi indeboliment sensorjali, mobilità limitata u diżabilitajiet oħrajn.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur qieset li reklamar li jippreżenta prodotti b’mod qarrieqi bħala li kapaċi jfejqu mard serju ta’ serjetà partikolari minħabba li jista’ jwassal sabiex konsumaturi vulnerabbli, bħal nies affettwati minn mard serju, jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra (148).

Rigward l-età, jista’ jkun xieraq li tiġi kkunsidrata prattika kummerċjali mill-perspettiva ta’ konsumaturi ta’ bosta etajiet.

L-anzjani jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal ċerti prattiki minħabba l-età tagħhom. Metodi aggressivi ta’ bejgħ bieb bieb jaf ma jaffettwawx lill-konsumatur medju iżda aktarx li jintimidaw lil ċertu grupp ta’ konsumaturi, speċjalment l-anzjani, li jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal bejgħ taħt pressjoni.

Minbarra l-Artikolu 5(3) tal-UCPD, it-tfal jibbenefikaw minn protezzjoni speċifika permezz tal-projbizzjoni fuq appelli diretti fl-Anness I Nru 28 tal-UCPD. Din il-projbizzjoni, li tinkludi t-tqegħid ta’ pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru prodott direttament jew sabiex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta tixtri l-oġġetti għalihom (is-“setgħa tal-qrid”), hija diskussa aktar fit-taqsima 3.7.

Il-kapaċitajiet tat-tfal sabiex jifhmu reklamar online u offline jvarjaw ħafna minn tifel għall-ieħor u jiddependu wkoll mill-età u mill-maturità (149). Sa ċertu punt, huwa possibbli li dan jiġi kkunsidrat fil-UCPD, peress li l-Artikolu 5(3) jippermetti li tiġi vvalutata l-prattika kummerċjali mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ grupp ta’ età speċifiku.

L-adolexxenti jirrappreżentaw kategorija oħra ta’ konsumaturi spiss fil-mira ta’ kummerċjanti malizzjużi. Il-promozzjoni ta’ prodotti li għandhom appell partikolari għall-adolexxenti tista’ tisfrutta n-nuqqas ta’ attenzjoni jew ta’ riflessjoni tagħhom, kif ukoll l-imġiba tagħhom li jieħdu riskji, minħabba l-immaturità u l-kredulità tagħhom.

Il-kunċett ta’ “kredulità” jkopri gruppi ta’ konsumaturi li jistgħu jkunu aktar lesti li jemmnu asserzjonijiet speċifiċi. It-terminu huwa newtrali u ċirkustanzjali, u għalhekk l-effett huwa li jkunu protetti membri ta’ grupp li għal xi raġuni jkunu partikolarment suxxettibbli li jkunu influwenzati minn prattika kummerċjali speċifika. Kwalunkwe konsumatur jista’ jikkwalifika bħala membru ta’ dan il-grupp.

L-istudju tal-2016 tal-Kummissjoni dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi sab li nies li ma jgħaddux minn test tal-kredulità għandhom probabilità akbar minn oħrajn li jkollhom problemi sabiex jagħżlu l-offerti. Barra minn hekk, nies li jqisu lilhom infushom li jemmnu aktar faċilment għandhom probabbiltà anqas li jilmentaw meta jiffaċċjaw problemi u għandhom probabbiltà akbar li jħossuhom vulnerabbli bħala konsumaturi.

Il-kriterji ta’ “konsumatur vulnerabbli” japplikaw jekk prattika kummerċjali tfixkel l-imġiba ekonomika ta’ grupp ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli “ b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi ”.

Dan il-kriterju jżid element ta’ proporzjonalità mal-valutazzjoni ta’ prattika kummerċjali marbuta mal-konsumaturi vulnerabbli.

Għandu l-għan li jżomm lill-kummerċjanti responsabbli biss jekk l-impatt negattiv ta’ prattika kummerċjali fuq kategorija ta’ konsumaturi vulnerabbli jista’ jiġi kkunsidrat prevedibbli b’mod raġonevoli mill-kummerċjant.

Dan ifisser li l-kummerċjanti mhumiex meħtieġa jagħmlu aktar minn dak li jkun raġonevoli, kemm meta jikkunsidraw jekk il-prattika jkollhiex impatt żleali fuq kwalunkwe grupp identifikabbli ta’ konsumaturi kif ukoll fit-teħid ta’ passi sabiex jillimitaw tali impatti.

Bħala konsegwenza, prattika kummerċjali ma jkollhiex probabbiltà li titqies qarrieqa jekk ċerti konsumaturi, minħabba l-innoċenza jew l-injoranza estrema tagħhom, jitqarrqu anki bl-aktar prattika kummerċjali onesta, jew inkella jaġixxu b’mod irrazzjonali bħala tweġiba għal tali prattika kummerċjali.

Pereżempju:

Jista’ jkun hemm xi konsumaturi li jemmnu li “Spaghetti Bolognese” fil-fatt isir f’Bologna. Madankollu, il-kummerċjanti ma jinżammux responsabbli għal kull interpretazzjoni konċepibbli tal-prattika kummerċjali tagħhom jew għal kull azzjoni meħuda bi tweġiba għal din minn ċerti konsumaturi.

2.7.   Artikolu 5 — Diliġenza professjonali

Artikolu 5 — Projbizzjoni ta’ Prattiki Kummerċjali Żleali  (150)

1.

Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.

2.

Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:

(a)

hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u

(b)

toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.

Artikolu 2(h)

“diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant;

L-Artikolu 5(2) jipprovdi klawżola ġenerali li tistabbilixxi żewġ kriterji kumulattivi għall-valutazzjoni ta’ jekk il-prattiki kummerċjali għandhomx jitqiesu żleali. Taħdem bħala “xibka ta’ sikurezza” sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe prattika żleali li ma tkunx koperta minn dispożizzjonijiet oħrajn tal-UCPD (jiġifieri li la tkun qarrieqa, u lanqas aggressiva jew elenkata fl-Anness I) xorta waħda tkun tista’ tiġi penalizzata. Id-dispożizzjoni tibqa’ valida wkoll fil-futur peress li tippermetti sabiex jiġu indirizzati prattiki żleali emerġenti.

L-Artikolu 5(2) jipprojbixxi prattiki kummerċjali li jkunu kuntrarji għar-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali jekk ikollhom probabilità ta’ distorsjoni sinifikanti fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju.

Dan huwa kriterju awtonomumhuwiex test kumulattiv addizzjonali li jrid jiġi ssodisfat sabiex prattika titqies li qiegħda tikser waħda mill-kategoriji speċifiċi ta’ prattiki żleali fl-Artikoli 6 sa 9 jew l-Anness I għall-UCPD. Dan huwa muri mid-dijagramma sekwenzjali tal-UCPD.

Dan ġie kkonfermat mill-Qorti:

45

[…] kemm fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-istruttura tal-Artikoli 5 u 6(1) tal-imsemmija direttiva kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ din tal-aħħar, li prattika kummerċjali għandha titqies bħala “qarrieqa” fis-sens tat-tieni minn dawn id-dispożizzjonijiet meta l-kriterji elenkati fiha jkunu sodisfatti, mingħajr il-ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kundizzjoni dwar il-kuntrarjetà ta’ din il-prattika mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, kif prevista fl-Artikolu 5(2)(a) tal-istess direttiva, humiex sodisfatti wkoll.

46

Din l-interpretazzjoni hija l-unika waħda li hija ta’ natura li tippreżerva l-effettività tar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikoli 6 sa 9 tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. Fil-fatt, li kieku l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli kienu identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tal-istess direttiva, l-imsemmija artikoli kienu jkunu nieqsa minn kull portata prattika, minkejja li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumatur mill-prattiki kummerċjali żleali l-iktar frekwenti […]’ (151)

Il-kunċett ta’ “diliġenza professjonali” jkopri prinċipji li diġà kienu stabbiliti sew fil-liġijiet tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tal-UCPD, bħall-“prattika tas-suq onesta”, “bona fide” u“prattika tajba tas-suq”. Dawn il-prinċipji jenfasizzaw valuri normattivi li japplikaw fil-qasam speċifiku ta’ attività kummerċjali. Jista’ jinkludi prinċipji derivati minn standards u minn kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali u internazzjonali (ara wkoll it-taqsima 2.8.4 dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta).

Pereżempju:

Awtorità tal-infurzar aġixxiet kontra kummerċjant li jipprovdi servizzi tat-televiżjoni bis-satellita fuq il-bażi li ma kienx wera diliġenza professjonali. Għad li l-kuntratti kienu ta’ żmien limitat, jekk il-konsumatur ma kienx jieħu passi sabiex jipprevjeni t-tiġdid mal-iskadenza, il-kummerċjant kien jikkunsidra l-kuntratt bħala mġedded b’mod awtomatiku (152)

Qorti nazzjonali ddeċidiet li, f’kawża ppreżentata minn awtorità tal-infurzar, aġenzija tal-ġbir tad-dejn li eżerċitat pressjoni fuq il-konsumaturi sabiex iħallsu l-kontijiet għal ftehimiet li kienu legalment invalidi u li rrifjutat li twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom, kisret id-diliġenza professjonali. Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jkunu jafu liema kont qed tiġbor l-aġenzija għall-ġbir tad-dejn, u jekk dik il-asserzjoni tkunx korretta jew le. L-awtorità bbażat l-interpretazzjoni tar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali fuq il-kodiċi ta’ kondotta ta’ assoċjazzjoni ta’ aġenziji għall-ġbir tad-dejn u qorti nazzjonali kkonfermat din l-interpretazzjoni. Hija ddikjarat ukoll li anki għall-kumpaniji li ma jkunux membri tal-assoċjazzjoni, dan il-kodiċi ta’ kondotta jista’ jintuża bħala referenza għad-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi kondotta professjonali (153)

Mill-Artikolu 5(2)(b) isegwi li sabiex tinstab li tmur kontra r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, prattika kummerċjali jrid ikollha wkoll probabilità li toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika” tal-konsumaturi. Dan il-kunċett huwa diskuss fit-taqsima 2.4 aktar ’il fuq.

Pereżempju:

Awtorità tal-infurzar ħadet azzjoni kontra kollettur tad-dejn. L-awtorità sabet li l-kummerċjant kien applika pressjoni bla bżonn u prattiki aggressivi ripetuti kontra l-konsumaturi, u kkonkludiet li tali mġiba tmur kontra r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u naqqset il-libertà tal-għażla tal-konsumatur medju, u b’hekk kien imġiegħel jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’sitwazzjoni oħra (154).

2.8.   Artikolu 6 — Azzjonijiet Qarrieqa

Artikolu 6 — Azzjonijiet Qarrieqa

1.

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:

(a)

l-eżistenza jew in-natura tal-prodott;

(b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-aċċessorji, l-assistenza ta’ wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament ta’ ilmenti, il-metodi u d-data ta’ manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-għan, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta’ eżamijiet jew kontrolli magħmula tal-prodott;

(c)

il-firxa tal-impenji min-naħa tal-kummerċjant, l-għanijiet għall-prattika kummerċjali u n-natura tal-proċess tal-bejgħ, kwalunkwe stqarrija jew simbolu fir-rigward ta’ sponsorizzazzjoni diretta jew indiretta jew approvazzjoni tal-kummerċjant jew tal-prodott;

(d)

il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;

(e)

il-bżonn ta’ servizz, parti, sostituzzjoni jew tiswija;

(f)

in-natura, l-attributi u d-drittijiet tal-kummerċjant jew tal-aġent tiegħu, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki, l-istatus, l-approvazzjoni, l-affiljazzjoni jew il-konnessjonijiet tiegħu u d-drittijiet tiegħu fuq proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premji li ngħata u r-rikonoxximenti mogħtija lilu;

(g)

id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż id-dritt ta’ tibdil jew rimborż taħt id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), u r-riskji li jista’ jiffaċċa.

2.

Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(a)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet kummerċjali u marki oħrajn distintivi ta’ kompetitur;

(b)

nuqqas ta’ konformità mill-kummerċjant mal-impenji kontenuti f’dawk il-kodiċijiet ta’ kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

(i)

l-impenn mhux wieħed li jaspira iżda huwa sod u li jista’ jiġi verifikat,

u

(ii)

il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi;

(c)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.

Flimkien mal-Artikolu 7 dwar ommissjonijiet qarrieqa, l-Artikolu 6 huwa bil-bosta l-aktar dispożizzjoni li tintuża għal finijiet ta’ infurzar.

L-għarfien mill-ekonomija tal-imġiba turi li mhux il-kontenut tat-tagħrif ipprovdut biss, iżda anki l-mod kif jiġi ppreżentat it-tagħrif jista’ jkollu impatt qawwi fuq kif il-konsumaturi jwieġbu għalih. Għalhekk, l-Artikolu 6 ikopri b’mod espliċitu sitwazzjonijiet li fihom il-prattiki kummerċjali aktarx li jqarrqu bil-konsumaturi “b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha”“anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment”.

Huwa f’idejn il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali li jivvalutaw il-karattru qarrieqi tal-prattiki kummerċjali billi jqisu l-aktar sejbiet riċenti fuq l-ekonomija tal-imġiba. Pereżempju, l-użu ta’ ssettjar predefinit (l-għażliet li l-konsumaturi jkunu supponuti li jagħmlu sakemm ma jindikawx b’mod espliċitu xi mod ieħor) jew l-għoti ta’ tagħrif kumpless wisq jista’ jitqies qarrieqi.

2.8.1.   Tagħrif qarrieqi ġenerali

L-Artikolu 6(1)(a) sa (g) jipprojbixxu l-azzjonijiet qarrieqa li jkunu kapaċi jqarrqu bil-konsumatur medju fuq firxa wiesgħa ta’ elementi: inklużi:

l-eżistenza tal-prodott;

il-karatteristiċi ewlenin tiegħu (eż. il-kompożizzjoni tiegħu, il-metodu ta’ manifattura, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali, ir-riskji u r-riżultati mistennijin mill-użu tiegħu);

il-prezz jew il-mod kif inhu kkalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;

l-għamla, l-attributi u d-drittijiet tal-kummerċjant.

L-Artikolu 6 ikopri biċ-ċar kwalunkwe prattika kummerċjali li “ fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità”.

It-tagħrif dwar il-“karatteristiċi ewlenin” tal-prodott irid jiġi pprovdut fi stedina għax-xiri f’konformità mal-Artikolu 7(4) tal-UCPD u qabel il-konklużjoni tal-kuntratt f’konformità mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. L-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD jipprojbixxi l-għoti ta’ tagħrif żbaljat dwar il-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott jekk x’aktarx li jikkawża lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni kontra kummerċjant li ddikjara b’mod falz li s-self tiegħu lill-konsumaturi kellu l-anqas rati tal-imgħax fis-suq. Barra minn hekk, il-kummerċjant inkluża tagħrif żbaljat fir-reklami billi indika li l-konsumaturi jingħataw self indipendentement mill-każijiet ta’ kreditu tagħhom (155).

Għal prodotti tal-IT bħal hard disks esterni, stikek USB, telefons ċellulari u tablets, il-kapaċità ta’ ħżin jew il-memorja hija element ewlieni tal-karatteristiċi ewlenin tagħhom. Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni kontra kummerċjant li ppromwova kapaċitajiet ta’ ħżin tal-prodotti tal-IT li kienu jvarjaw b’mod sinifikanti mill-kapaċità ta’ ħżin proprja tal-prodotti (156) B’mod simili, assoċjazzjoni tal-konsumatur ppreżentat azzjoni kollettiva fuq il-bażi ta’ investigazzjonijiet fost ditti differenti ta’ apparati tal-IT li sabet differenza fuq medja ta’ terz bejn il-memorja reklamata u dik proprja.

Aġenzija tat-titjiriet ikkomunikat lill-konsumaturi b’lingwa nazzjonali qabel it-tranżazzjoni. Madankollu, l-assistenza tal-klijenti wara l-bejgħ ġiet ipprovduta biss bil-lingwa Ingliża, li l-konsumaturi ma kinux informati dwarha qabel it-tranżazzjoni. Din il-prattika kummerċjali tqieset bħala ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD flimkien mal-punt 8 tal-Anness I (157).

Qorti nazzjonali kkonstatat li l-fatt li biljett inbiegħ mill-ġdid jikkwalifika bħala karatteristika ewlenija tal-biljett minħabba li x-xerrej ta’ biljett mibjugħ mill-ġdid jista’ jiġi miċħud id-dħul mill-bejjiegħ oriġinali (158).

L-Artikoli 6(1)(c) u 6(1)(f) ikopru tagħrif varju dwar il-kummerċjant u n-natura tal-proċess tal-bejgħ. Dan jista’ jinkludi wkoll prattiki kummerċjali li fihom kummerċjant jiddikjara b’mod falz jew jimplika li jkun awtorizzat ibigħ prodott meta l-prodott ikun soġġett għal network ta’ distribuzzjoni selettiva.

Prattika kummerċjali, spiss imsejħa “asserzjonijiet tas-sa”, timplika li l-kummerċjanti jipproponu, bħala argument tal-kummerċjalizzazzjoni, il-benefiċċju massimu li l-konsumaturi jistgħu jistennew mill-użu ta’ prodott. “Asserzjoni tas-sa” tista’ tinstab li tkun qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikoli 6 jekk ma tkunx tirrifletti r-realtà tal-offerta magħmula mill-kummerċjant u jekk tikkawża jew aktarx li tikkawża li l-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn. Asserzjonijiet tas-“sa” jistgħu jkunu qarrieqa jekk il-kummerċjanti ma jkunux f’pożizzjoni li jsostnu li l-konsumaturi aktarx li jiksbu r-riżultati massimi mwegħdin f’ċirkustanzi normali. Ara wkoll it-taqsima 2.8.2 dwar il-vantaġġi fil-prezzijiet.

Jekk asserzjoni tas-“sa” tkunx qarrieqa jrid jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ. Jistgħu jkunu rilevanti kriterji differenti, bħal:

Jekk jiżvelawx biċ-ċar ir-riżultati u l-benefiċċji li l-konsumatur medju jista’ raġonevolment jistenna li jikseb, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni applikabbli. Jekk ma jagħmlux dan, jistgħu jikkwalifikaw bħala qarrieqa b’rabta mal-“karatteristiċi ewlenin” tal-prodott:

o bl-ommissjoni tat-tagħrif importanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4)(a) (fil-każ ta’ stedina għax-xiri);

o bħala azzjoni qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD;

Jekk il-kummerċjant ikollux biżżejjed evidenza għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex isostni l-asserzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tal-UCPD.

Tagħrif ipprovdut lill-konsumaturi lanqas ma għandu jqarraq jew ikollu probabbilità li jqarraq bil-konsumatur b’xi mod, inkluż bil-preżentazzjoni ġenerali tiegħu, anki jekk it-tagħrif ikun fattwalment korrett.

Pereżempju:

Istituzzjoni finanzjarja ppromwoviet prodott ta’ investiment bħala depożitu b’riskju baxx fuq ħames snin b’imgħax privileġġjat u ritorn ta’ kapital garantit malli jiskadi. Fil-fatt, l-investituri tilfu l-imgħax fuq il-kapital u sehem importanti mill-kapital li investew inizjalment. Awtorità tal-konsumatur sabet li din il-prattika kummerċjali kienet qarrieqa, peress li l-investituri kienu rċevew tagħrif inadegwat u qarrieqi dwar il-prodott finanzjarju offrut (159).

Tribunal nazzjonali qies li kien qarrieqi r-reklamar minn operatur tat-telefonija ċellulari peress li l-kummerċjant, filwaqt li ddikjara li kellu rati tal-mowbajl 30 % orħos mill-kompetituri, naqas milli jindika b’mod mhux ambigwu li l-ewwel minuta ta’ konverżazzjoni fuq it-telefown ma kinitx fuq bażi fis-sekonda. It-tribunal qies li, minħabba l-preżentazzjoni ambigwa tal-offerta, il-konsumatur ma kienx f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni informata (160).

Il-UCPD ma tipprevedi l-ebda rekwiżit formali sabiex tiġi indikata l-oriġini ġeografika (jew kummerċjali) ta’ prodott jew il-kompożizzjoni tiegħu (161).Madankollu, tali rekwiżiti jistgħu jeżistu f’leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi (162).Barra minn hekk, skont il-UCPD, l-għoti ta’ tagħrif qarrieqi lill-konsumatur dwar dawn l-elementi jista’ jaqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD jekk tali tagħrif falz jew qarrieq x’aktarx li jwassal lill-konsumatur sabiex jieħu deċiżjoni ta’ xiri li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Ċerti deċiżjonijiet mill-qrati nazzjonali huma marbutin b’mod speċifiku mal-applikazzjoni tal-UCPD fuq asserzjonijiet qarrieqa dwar l-oriġini.

Pereżempju:

Kumpanija mir-Repubblika Dominicana kienet qiegħda tikkummerċjalizza l-produzzjoni tagħha ta’ rum fl-Unjoni billi għamlet bosta referenzi għal Kuba fuq il-fliexken u f’materjali kummerċjali. Qorti nazzjonali ddikjarat li r-referenza għal post ġeografiku popolari fuq prodott filwaqt li l-prodott ma jkunx joriġina minn dak il-post tikkostitwixxi prattika kummerċjali qarrieqa (163).

Tqajmu mistoqsijiet ukoll dwar it-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti, bħal oġġetti li fihom komponenti mhux tal-annimali ttikkettati jew immarkati bit-terminu “ġilda”.

Pereżempju:

Qrati nazzjonali ddeċidew li huwa qarrieqi li tiġi kummerċjalizzata għamara li ma fiha ebda ġilda bl-asserzjonijiet li partijiet mill-għamara huma magħmulin minn “ġilda tessili”. Il-qrati saħqu li l-konsumatur medju jassumi li jkun hemm il-ġilda f’din l-għamara (164).

Skont l-Artikolu 6(1)(g), il-kummerċjanti ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tad-drittijiet tagħhom bħala konsumatur.

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ma laqgħetx appell ippreżentat minn kummerċjant li ġie mmultat minn awtorità tal-infurzar talli qarraq bil-konsumaturi rigward id-dritt ta’ reċess tagħhom. Minflok ma għamlu referenza espliċita għall-fatt li l-konsumaturi kellhom 14-il jum għar-reċess mill-kuntratt, il-kuntratti kienu jinkludu biss referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’lingwaġġ mhux ċar u qarrieqi (165).

Kummerċjant kien qiegħed jirreklama bi prominenza garanzija kummerċjali b’xejn għal sena sabiex jippromwovi estensjoni bi ħlas ta’ din il-garanzija kummerċjali għal massimu ta’ tliet snin jew ta’ ħames snin. Il-kumpanija ma għarrfitx lill-konsumaturi kif xieraq dwar l-eżistenza tal-garanzija legali ta’ konformità li huma intitolati għaliha skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumaturi fi żmien sentejn mill-konsenja tal-prodott. Awtorità tal-konsumatur sabet li din il-prattika kummerċjali kienet qarrieqa, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1)(g) tal-UCPD (166).Dik id-deċiżjoni sussegwentement ġiet ikkonfermata minn qorti nazzjonali (167).

2.8.2.   Vantaġġi fil-prezz

L-Artikolu 6(1)(d) jipprojbixxi tagħrif qarrieqi dwar il-prezz. L-applikazzjoni tal-UCPD għal tnaqqis fil-prezz, li huwa soġġett għal regoli speċifiċi fid-Direttiva 98/6/KE dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet, hija diskussa fit-taqsima 1.2.5. Il-UCPD tibqa’ applikabbli bis-sħiħ u tirregola tipi oħrajn ta’ prattiki li jippromwovu vantaġġi tal-prezzijiet, bħal tqabbil ma’ prezzijiet oħrajn, offerti kondizzjonali kombinati jew marbutin u programmi ta’ lealtà. Diversi dispożizzjonijiet tal-UCPD huma rilevanti għal tali prattiki promozzjonali (eż. l-Artikolu 6(d) dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz u l-punt 20 dwar offerti mingħajr ħlas). Il-UCPD tapplika wkoll għal prezzijiet personalizzati (ara t-taqsima 4.2.8.).

B’mod partikolari, il-UCPD tkompli tapplika għal prattiki promozzjonali ta’ tqabbil tal-prezz mal-prezzijiet mitlubin minn kummerċjanti oħrajn jew ma’ prezzijiet ta’ referenza oħrajn, bħall-hekk imsejħa “prezzijiet bl-imnut rakkomandati” tal-manifattur. Il-kummerċjanti kkonċernati jridu joqogħdu ferm attenti li jinformaw b’mod ċar lill-konsumatur li l-prezz ta’ referenza indikat huwa tqabbil u mhux it-tnaqqis fil-prezz mitlub minn dak il-kummerċjant fil-passat. Spjegazzjoni bħal din trid tiġi indikata minnufih u faċilment flimkien mal-prezz ta’ referenza. Dan huwa partikolarment rilevanti meta jintużaw tali tekniki bħall-prezz ta’ referenza ingassat li l-konsumaturi x’aktarx jipperċepixxu bħala tnaqqis fil-prezz li fil-passat kien jintalab minn dak l-istess kummerċjant. Huwa f’idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jivvalutaw fuq bażi ta’ każ b’każ jekk tali prattiki jkunux qarrieqa u jkunux f’konformità mal-UCPD.

Għandu jiġi spjegat kwalunkwe użu ta’ “prezzijiet bl-imnut rakkomandati” fit-tqabbil tal-prezzijiet. L-użu tagħhom jista’ jmur kontra l-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD jekk ikunu għoljin b’mod mhux raġonevoli u mhux realistiċi u jagħtu lill-konsumaturi l-impressjoni li qed jiġu offruti vantaġġ aktar sinifikanti minn dak li jkun verament il-każ.

Fil-Kawża Canal Digital Danmark (168), il-Qorti ċċarat li prattika kummerċjali li tikkonsisti fid-diviżjoni tal-prezz ta’ prodott f’diversi komponenti u fl-enfasizzar ta’ wieħed minnhom, trid titqies bħala qarrieqa skont l-Artikolu 6(1), peress li dik il-prattika x’aktarx li, l-ewwel nett, tagħti lill-konsumatur medju l-impressjoni falza li ġie offrut prezz favorevoli u, it-tieni, li twasslu sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn, li huwa f’idejn il-qorti tar-rinviju li taċċerta, filwaqt li tqis iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-proċedimenti ewlenin (169).

Pereżempju:

Fl-2020, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali fin-Network tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) irċevew impenji mis-siti web ta’ ibbukkjar tal-vjaġġi Booking u Expedia. Bħala pjattaformi, huma qablu li jiżguraw il-preżentazzjoni ċara tat-tnaqqis fil-prezz u tal-iskontijiet f’konformità mal-liġi tal-konsumatur tal-UE, inklużi:

li jippreżentawx il-prezzijiet ikkalkolati fir-rigward ta’ dati ta’ soġġorn differenti bħala skont (eż. bl-użu ta’ ingassar jew ta’ termini bħal “tnaqqis ta’ %”)

jagħmluha ċara jekk il-prezzijiet aktar baxxi jkunux disponibbli biss għall-membri tal-programmi ta’ lealtà

ma jippreżentawx offerta bħala limitata fiż-żmien jekk l-offerta tkun se tibqa’ disponibbli bl-istess prezz wara wkoll (170).

Kummerċjant irreklama tagħmir sportiv billi qabbel il-prezz tiegħu mal-prezz għall-konsumatur rakkomandat kemxejn ogħla tal-importatur, għad li l-importatur ma kienx qiegħed ibigħ tali prodott lill-konsumaturi direttament. Qorti nazzjonali kkonstatat li l-prattika kienet qarrieqa u pprojbiet lill-kummerċjant milli jqabbel il-prezz tiegħu mal-prezz għall-konsumatur rakkomandat, sakemm tali prezz ma jkunx jaqbel mal-prezz ġeneralment mitlub minn bejjiegħa bl-imnut oħrajn għall-istess prodott (171).

Qorti nazzjonali kkonstatat li kummerċjant kiser l-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD billi uża prezzijiet ta’ referenza ingassati għall-għamara, filwaqt li dawk il-prodotti qatt ma ġew offruti b’dak il-prezz. B’dan il-mod, il-kummerċjant ħoloq vantaġġ mhux eżistenti fil-prezz, li kien iqarraq jew seta’ potenzjalment iqarraq bil-konsumaturi (172).

2.8.3.   Kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni

L-Artikolu 6(2)(a) tal-UCPD tindirizza l-kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni.

Artikolu 6(2)(a):

Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(a)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet kummerċjali u marki oħrajn distintivi ta’ kompetitur;

Pereżempju:

Qorti nazzjonali qieset li l-bgħit ta’ fatturi li jimitaw id-ditta ta’ kummerċjant ieħor tas-suq (l-isem, il-marki u d-disinn tal-fattura tiegħu) u l-ħolqien tal-impressjoni li s-servizzi qegħdin jiġu pprovduti minn dan il-kummerċjant l-ieħor huma prattika kummerċjali żleali. Dan imur kontra n-Nru 21 tal-Anness I għall-UCPD (inklużjoni f’materjal tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ fattura jew ta’ dokument simili li jfittex il-ħlas li jagħti lill-konsumatur l-impressjoni li diġà ordna l-prodott ikkummerċjalizzat meta fil-fatt ma jkunx) (173).

L-istess qorti qieset ukoll li l-użu tal-indikazzjonijiet “Taxi” u “Taxi Gothenburg”, it-tnejn li huma f’disinn isfar fuq vettura taxi, jikkostitwixxi reklamar komparattiv u joħloq konfużjoni mal-marki rikonoxxuti ta’ kompetitur. Dan għaliex kummerċjant ieħor kien ilu jipprovdi servizzi ta’ taxi fiż-żona ta’ Gothenburg sa mill-1922 billi juża l-kliem “Taxi Gothenburg” u l-kulur isfar bħala t-trademarks tiegħu (174).

Prattika li tqajjem kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà ma’ din id-dispożizzjoni hija l-“imballaġġ ikkupjat”, li jista’ jseħħ fil-kanali tal-bejgħ online u offline. Dan jirreferi għall-prattika ta’ tfassil tal-imballaġġ ta’ prodott (jew il-“libsa kummerċjali” tiegħu) sabiex jingħataw “id-dehra u l-idea” ġenerali ta’ ditta kompetitriċi magħrufa sew.

L-imballaġġ ikkupjat huwa distint mill-falsifikazzjoni peress li normalment ma jinvolvix l-ikkupjar tat-trademarks. Ir-riskju li jġib miegħu l-imballaġġ ikkupjat huwa konfużjoni għall-konsumaturi u, konsegwentement, id-distorsjoni tal-imġiba kummerċjali tagħhom.

Il-qerq bil-konsumatur ikkaġunat mill-imballaġġ ikkupjat jista’ jieħu diversi forom:

Konfużjoni diretta — il-konsumatur jixtri l-prodott ikkupjat għaliex ikun ħasbu d-ditta l-proprja;

Qerq fuq l-oriġini — il-konsumatur jagħraf li l-prodott ikkupjat huwa differenti iżda jemmen, minħabba l-imballaġġ simili, li jsir mill-istess manifattur;

Qerq fuq il-kwalità jew l-għamla — hawn ukoll, il-konsumatur jagħraf li l-prodott ikkupjat huwa differenti iżda jemmen, minħabba l-imballaġġ simili, li l-kwalità hija l-istess jew eqreb għal dik tal-prodott ikkupjat.

L-imballaġġ simili jissuġġerixxi lill-konsumaturi li l-kwalità jew l-għamla tal-prodott ikkupjat hija paragunabbli għall-kwalità jew għall-għamla tad-ditta inkwistjoni jew tal-anqas li hija iktar paragunabbli minn dak li kienu jassumu f’ċirkustanzi oħrajn. B’hekk, l-imballaġġ simili jagħti l-impressjoni lill-konsumaturi li l-prezz waħdu huwa l-uniku terminu ta’ tqabbil bejn il-prodotti (minflok it-taħlita ta’ prezz u kwalità).

Pereżempju:

Kummerċjant isemmi jew jimmarka n-nuċċalijiet tax-xemx il-ġodda tiegħu b’tali mod li jkunu jixbhu ħafna l-isem jew id-ditta ta’ nuċċalijiet tax-xemx ta’ kompetitur. Din il-prattika aktarx li tmur kontra l-Artikolu 6(2) tal-UCPD jekk is-similarità tant tkun qrib li toħloq konfużjoni għall-konsumatur medju, u tagħmlu aktar probabbli li jmur għan-nuċċalijiet tax-xemx il-ġodda meta, mingħajr tali konfużjoni, ma kienx jagħmel hekk.

L-Anness I tal-UCPD jipprojbixxi f’kull ċirkustanza ċerti prattiki kummerċjali speċifiċi li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni marbuta ma’ trademarks, ma’ ditti u ma’ karatteristiċi relatati:

Nru 3 tal-ANNESS I

Il-wiri mill-kummerċjant ta’ marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Nru 4 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

Nru 13 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant jippromwovi prodott simili għal xi prodott magħmul minn manifattur partikolari b’mod tali li deliberatament iqarraq bil-konsumatur li jemmen li l-prodott huwa magħmul minn dak l-istess manifattur meta ma jkunx.

Prattika li tista’ twassal sabiex il-konsumaturi jiġu mqarrqa hija l-bejgħ minn kummerċjanti jew minn swieq online ta’ ismijiet ta’ ditti bħala kliem ewlieni jekk dan joħloq konfużjoni fir-rigward tal-identità tal-kummerċjant li fil-fatt joffri l-prodott. Il-UCPD, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1)(a) u 6 (2)(a), tkun importanti jekk ir-riżultati murijin aktarx li jqarrqu bil-konsumaturi dwar l-għamla tal-prodott jew joħolqu konfużjoni bejn il-prodotti, it-trademarks, l-ismijiet kummerċjali jew marki distinti oħrajn tal-kompetituri. Il-kumpaniji li jużaw il-kliem ewlieni trademarked tad-ditta sabiex ibigħu prodotti ffalsifikati jistgħu potenzjalment jinstabu li qed jiksru l-punt Nru 9 tal-Anness I tal-UCPD.

2.8.4.   Nonkonformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta

Artikolu 6(2)(b):

2.

Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(…)

(b)

nuqqas ta’ konformità mill-kummerċjant mal-impenji kontenuti f’dawk il-kodiċijiet ta’ kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

(i)

l-impenn mhux wieħed li jaspira iżda huwa sod u li jista’ jiġi verifikat,

u

(ii)

il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi.

Il-UCPD fiha diversi dispożizzjonijiet li jipprevjenu lill-kummerċjanti milli jisfruttaw b’mod negattiv il-fiduċja li jkollhom il-konsumaturi fil-kodiċijiet awtoregolatorji. Ma tipprovdix regoli speċifiċi dwar il-validità ta’ kodiċi ta’ kondotta, iżda tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li d-dikjarazzjonijiet qarrieqa dwar l-affiljazzjoni ta’ kummerċjant jew dwar approvazzjoni minn korp awtoregolatorju jistgħu jfixklu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi u jxekklu l-fiduċja li għandhom il-konsumaturi f’kodiċijiet awtoregolatorji. L-ewwel nett, l-Artikolu 6(2)(b) jobbliga lill-kummerċjanti jirrispettaw il-kodiċijiet ta’ kondotta li huma stess ħadu impenn fuqhom fil-komunikazzjonijiet kummerċjali.

Il-Qorti ċċarat fil-Kawża Bangia li l-UCPD ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix natura legalment vinkolanti fuq il-kodiċijiet ta’ kondotta (175). Filwaqt li l-Qorti rrikonoxxiet li l-Artikolu 6(2)(b) jipprevedi li n-nuqqas ta’ konformità minn kummerċjant ma’ kodiċi ta’ kondotta jista’ jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali, id-Direttiva minnha nnifisha ma teħtieġx li l-Istati Membri jipprevedu konsegwenzi diretti għall-kummerċjanti biss fuq il-bażi li ma kkonformawx ma’ kodiċi ta’ kondotta (176).

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni kontra fornitur ta’ servizzi tal-provvista tal-enerġija. Il-fornitur, li kien membru ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpaniji tal-enerġija, iddikjara li kien marbut b’kodiċi ta’ kondotta maħruġ mill-assoċjazzjoni. Il-kodiċi ta’ kondotta ddikjara li meta l-konsumaturi jitolbu tagħrif biss, ma għandhomx jiġu ppreżentati b’offerti ta’ prodotti jew ta’ servizzi. Madankollu, f’dan il-każ, il-konsumaturi jew ma rċevewx it-tagħrif mitlub jew spiċċaw marbutin b’kuntratt li ma kinux taw il-kunsens tagħhom għalih. Il-kodiċi ta’ kondotta ddikjara wkoll li membru ma għandux jisfrutta n-nuqqas ta’ esperjenza jew il-vulnerabbiltà (l-età) tal-konsumatur. Madankollu, il-fornitur tal-enerġija inkwistjoni kien qarraq b’bosta persuni anzjani li kienu ġew ikkuntattjati (177).

It-tieni, l-Anness I tal-UCPD jipprojbixxi ċerti prattiki fiċ-ċirkustanzi kollha sabiex jiżgura li l-kummerċjanti jagħmlu użu responsabbli mill-kodiċijiet ta’ kondotta fil-kummerċjalizzazzjoni (il-punti 1 u 3 tal-Anness I dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta, il-punt Nru 2 dwar il-marki ta’ fiduċja u l-punt Nru 4 dwar l-approvazzjoni minn korp pubbliku jew privat).

2.8.5.   Kummerċjalizzazzjoni ta’ “kwalità doppja”

Artikolu 6(2)(c)

2.

Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(…)

(c)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.

Il-moviment liberu tal-oġġetti ma jfissirx neċessarjament li kull prodott irid ikun identiku f’kull rokna tas-Suq Uniku. Filwaqt li l-konsumaturi huma liberi li jixtru l-prodotti tal-għażla tagħhom, l-operaturi ta’ negozju wkoll huma liberi li jikkummerċjalizzaw u jbigħu oġġetti b’kompożizzjoni jew b’karatteristiċi differenti, dment li tirrispetta għalkollox il-leġiżlazzjoni tal-UE (kemm jekk dwar is-sikurezza tal-prodotti, it-tikkettar jew leġiżlazzjoni orizzontali jew settorjali oħra).

Madankollu, kif stabbilit fil-Premessa 52 tad-Direttiva (UE) 2019/2161, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ oġġetti bħala identiċi meta fir-realtà jkunu differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, tista’ tqarraq bil-konsumaturi u twassalhom sabiex jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra. Prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal dawn spiss jissejħu ta’“kwalità doppja”.

Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2019/2161 introduċiet dispożizzjoni speċifika (l-Artikolu 6(2)(c)) fil-UCPD sabiex tindirizza sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjanti jikkummerċjalizzaw oġġetti fi Stati Membri differenti bħala identiċi filwaqt li fir-realtà jkollhom differenzi sinifikanti f’termini tal-kompożizzjoni jew tal-karatteristiċi tagħha, sakemm ma jkunux iġġustifikati minn fatturi leġittimi u oġġettivi. L-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2)(c) hija bbażata fuq iċ-ċirkustanzi oġġettivi u evidenti tal-preżentazzjoni u tal-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi tal-oġġetti kkonċernati.

L-Artikolu 6(2)(c) tal-UCPD jiċċara l-applikazzjoni tal-UCPD għal prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni “ta’ kwalità doppja” qarrieqa u jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-konsumatur b’bażi ġuridika aktar ċara u aktar speċifika sabiex jindirizzaw prattiki qarrieqa bħal dawn. Din il-gwida tissostitwixxi u tipprevali fuq l-Avviż tal-Kummissjoni tal-2017 rigward l-applikazzjoni tal-UCPD (oriġinali) għall-“kwalità doppja” tal-ikel (178).

Suġġett u kummerċjanti kkonċernati

L-Artikolu 6(2)(c) japplika biss għal “oġġetti”, li mhumiex iddefiniti fil-UCPD. Il-UCPD tapplika għal “prodotti” ddefiniti b’mod wiesa’ bħala li jinkludu oġġetti, servizzi u kontenut diġitali. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ “oġġetti” fid-Direttiva (UE) 2019/771 dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti għandha tiġi applikata b’analoġija. Għaldaqstant, “oġġetti” tfisser oġġetti mobbli tanġibbli kif ukoll ilma, gass u elettriku f’volum limitat jew fi kwantità stabbilita. Konsegwentement, l-Artikolu 6(2)(c) ma japplikax għal servizzi u għal kontenut diġitali, li jibqgħu soġġetti għar-regoli ġenerali tal-UCPD dwar azzjonijiet jew ommissjonijiet qarrieqa.

Il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ “kwalità doppja” jippreżentaw l-aktar problemi fil-qasam tal-ikel (inkluż ix-xorb). Madankollu, l-Artikolu 6(2)(c) tal-UCPD japplika wkoll għal tipi oħrajn ta’ oġġetti.

L-Artikolu 6(2)(c) japplika għall-“kummerċjalizzazzjoni” li hija kunċett wiesa’ li jinkludi kemm il-preżentazzjoni tal-oġġetti fuq l-imballaġġ tagħhom, ir-reklamar relatat, u l-promozzjonijiet u l-bejgħ tal-oġġetti lill-konsumaturi.

Il-grupp fil-mira primarju tal-Artikolu 6(2)(c) huwa l-kummerċjanti li jiddeterminaw il-preżentazzjoni u l-kompożizzjoni tal-oġġetti kkonċernati. Dawn normalment ikunu l-produtturi, inklużi s-sidien ta’ tikketti “privati” u marki tal-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk, l-attivitajiet ta’ infurzar li jikkonċernaw l-Artikolu 6(2)(c) għandhom, jiffokaw primarjament fuq il-produtturi tal-oġġetti.

Is-sempliċi bejjiegħa bl-imnut normalment ma jkollhomx influwenza fuq il-kompożizzjoni jew fuq l-imballaġġ tal-oġġetti li jbigħu. Minkejja dan, ladarba jiġi stabbilit il-fatt ta’ prattiki qarrieqa ta’ “kwalità doppja” fir-rigward ta’ oġġett speċifiku, l-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jeħtieġu wkoll azzjoni ta’ rimedju mill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu l-oġġett inkwistjoni. B’mod partikolari, jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħa bl-imnut jipprovdu lill-konsumaturi b’tagħrif addizzjonali fil-punt tal-bejgħ, u b’hekk jiżguraw li l-konsumaturi jsiru jafu li l-oġġett ikkonċernat ma jkunx fil-fatt identiku għall-oġġett mibjugħ f’pajjiżi oħrajn. Peress li l-UCPD ma japplikax għar-relazzjonijiet minn negozju għal negozju (B2B), ma tirregolax il-konsegwenzi ta’ tali azzjonijiet ta’ infurzar fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali B2B bejn il-bejjiegħa bl-imnut u l-produtturi.

Minħabba n-natura transfruntiera tal-każijiet ta’ “kwalità doppja”, l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkooperaw, fejn applikabbli, skont ir-Regolament CPC (UE) 2017/2394. B’mod partikolari, ir-Regolament CPC jistabbilixxi b’mod ċar l-obbligi ta’ għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kummerċjant jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex iwaqqfu ksur li jaffettwa lill-konsumaturi f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni.

Stabbiliment tad-differenzi u jekk l-oġġetti humiex kummerċjalizzati bħala “identiċi”

Skont l-Artikolu 6(2)(c) tal-UCPD, jeżistu prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ “kwalità doppja” potenzjalment żleali fir-rigward ta’ oġġett meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-oġġett jiġi kummerċjalizzat bħala identiku għall-oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħrajn, u

2.

l-oġġett għandu kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-oġġett kummerċjalizzata fi Stati Membri oħrajn.

Ir-referenza għal “Stati Membri oħrajn” għandha tinftiehem bħala li tkopri Stat Membru wieħed jew aktar minbarra dak li jwettaq l-infurzar (179)

It-termini “kummerċjalizzazzjoni bħala identiċi” jirreferu għal kif l-oġġetti jiġu ppreżentati u perċepiti minn konsumatur medju. Għaldaqstant, il-preżentazzjoni tal-oġġett ma għandhiex għalfejn tkun kompletament identika fl-aspetti kollha sabiex titqies bħala identika minn persuna medja. Skont il-Premessa 53 tad-Direttiva (UE) 2019/2161, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id-differenzjazzjoni tal-oġġett hijiex faċilment identifikabbli mill-konsumaturi billi jħarsu lejn id-disponibbiltà u l-adegwatezza tat-tagħrif.

Meta jippreżentaw lill-konsumaturi fi Stati Membri differenti verżjonijiet ta’ oġġett b’differenzi sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi tagħha, il-kummerċjanti għandhom ipoġġu lilhom infushom fil-pożizzjoni tal-konsumatur medju u jivverifikaw jekk il-konsumatur medju huwiex probabbli li jipperċepixxi dawk il-verżjonijiet differenti bħala identiċi. F’dan ir-rigward, il-kummerċjanti jistgħu jieħdu ispirazzjoni mill-prattiki tajba eżistenti ta’ kummerċjalizzazzjoni li bihom il-kumpaniji jippreżentaw verżjonijiet differenti tal-prodotti tal-ikel tagħhom (li jkunu disponibbli b’mod parallel f’kull wieħed mis-swieq nazzjonali) b’mod li d-differenzi tagħhom ikunu ċari ħafna għall-konsumatur, filwaqt li jinżammu elementi komuni li jidentifikaw il-marka.

Peress li l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2)(c) tiskatta mal-eżistenza ta’ “differenzi”, din ma teħtieġx id-determinazzjoni ta’ “oġġett ta’ referenza”. Jiġifieri, ma teħtieġx li jiġi stabbilit liema mill-oġġetti kummerċjalizzati b’mod identiku huwa dak “oriġinali” u liema huwa l-verżjoni “differenzjata”. Dak kollu li jgħodd huwa jekk l-oġġetti kummerċjalizzati fi Stati Membri differenti humiex differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi tagħhom jew le. Dan ifisser ukoll li huwa f’idejn il-kummerċjanti li jiddeċiedu kif jiżguraw li l-verżjonijiet differenti tal-oġġetti tagħhom ikunu distingwibbli b’mod ċar mill-konsumaturi.

Sabiex jiġu stabbiliti d-differenzi mal-oġġetti kummerċjalizzati fi Stati Membri oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jeħtieġ li jqabblu t-tagħrif disponibbli dwar l-imballaġġ (jiġifieri fil-kamp viżiv prinċipali u fuq it-tikketta). Jekk it-tagħrif dwar it-tikkettar legalment meħtieġ jinstab li jkun skorrett (permezz ta’ testijiet fil-laboratorju), l-ewwel nett tkun qed tikser ir-regolamenti tal-UE dwar l-ikel — ara aktar hawn taħt u fit-taqsimiet 1.2.2 u 3.3.

Valutazzjoni ta’ każ b’każ u “sinifikat” tad-differenza

Skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 6 tal-UCPD, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti b’kompożizzjoni jew b’karatteristiċi differenti bħala identiċi fi Stati Membri differenti hija qarrieqa u, għalhekk, żleali u pprojbita, jekk tali kummerċjalizzazzjoni x’aktarx taffettwa d-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumatur medju. Dan jeħtieġ valutazzjoni ta’ każ b’każ tal-prattiki kummerċjali kkonċernati. It-test tad-deċiżjonijiet tranżazzjonali huwa l-pedament u l-prerekwiżit għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin kollha tal-UCPD dwar prattiki kummerċjali żleali (jiġifieri l-Artikoli 5 sa 9).

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, fis-Suq Uniku, il-konsumaturi għandhom fehim ġenerali li huma żgurati ċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti u l-aċċess ugwali għall-oġġetti. B’mod speċjali, il-marki jaġixxu f’moħħ il-konsumaturi bħala ċertifikat għal kwalità kkontrollata u kostanti. Ir-reklamar u l-isforzi għall-bini tal-immaġni tal-marki jikkontribwixxu għal din il-perċezzjoni tal-konsumatur. Barra minn hekk, asserzjonijiet bħal “oriġinali”, “uniku” u “ir-riċetta tal-fundatur” li jinstabu ta’ spiss, pereżempju, fuq l-imballaġġ tal-ikel, ikomplu jsaħħu l-messaġġ tas-sid tal-marka dwar il-karatteristiċi uniformi tal-oġġett fis-swieq kollha.

Għalhekk, il-konsumaturi ma jistennewx, a priori, oġġett tad-ditta mibjugħ f’pajjiżi differenti li jkollu kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti. Konsegwentement, jaf ma kinux jixtru l-oġġett li kieku kienu jafu li l-oġġett offrut għall-bejgħ f’pajjiżhom kien differenti f’termini ta’ karatteristiċi jew ta’ kompożizzjoni mill-oġġett offrut lill-konsumaturi f’pajjiżi oħrajn. Madankollu, fir-rigward tal-ikel, studju tal-JRC tal-2020 wera li d-differenzjazzjoni tal-verżjonijiet kellha impatt eteroġenu fuq id-deċiżjonijiet tax-xiri tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel studjati u fl-Istati Membri. Jiġifieri, f’xi każijiet, it-tagħrif lill-konsumaturi dwar id-differenzjazzjoni tal-prodotti tal-ikel irriżulta fil-preferenza tagħhom għall-verżjonijiet “domestiċi”, u f’xi oħrajn għall-verżjonijiet “barranin” tal-prodotti tal-ikel (180)

Ir-rapport tal-JRC sab ukoll li l-imġiba tal-konsumatur meta jkun ikkonfrontat b’differenzjazzjoni tal-oġġetti tkun tiddependi wkoll fuq l-iskala tad-differenza. Id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumaturi medji hija aktar probabbli li tkun affettwata jekk ikunu jafu li ingredjent minnhom jew għadd ta’ ingredjenti ewlenin jew il-kontenut tagħhom, pereżempju, fl-ikel, ivarja sostanzjalment (181).Differenzi akbar fil-kompożizzjoni huma aktar probabbli li jwasslu għal karatteristiċi sensorjali differenti, li huma wieħed mid-determinanti importanti tal-kwalità tal-ikel għall-konsumaturi. Minkejja dan, huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-perċezzjoni sensorjali tal-ikel hija biss wieħed mill-elementi li jistgħu jaffettwaw l-għażliet tal-konsumaturi. Pereżempju, il-konsumaturi jistgħu jkunu jixtiequ jevitaw ukoll ċerti tipi ta’ ingredjenti għal diversi raġunijiet għajr dawk marbutin mas-saħħa tagħhom (eż. allerġeni). B’mod partikolari, il-konsumaturi qed jorbtu dejjem aktar importanza mal-impatt ambjentali ta’ ċertu oġġett jew ingredjenti tiegħu, mal-oriġini ġeografika, mal-mod tal-manifattura, mal-kompożizzjoni kimika tiegħu, eċċ. (182)

Il-klassifikazzjoni ta’ differenzi “sinifikanti” u “mhux sinifikanti” ma tistax tiġi ddeterminata minn qabel fir-rigward, pereżempju, ta’ ingredjenti speċifiċi fl-ikel. Minflok, is-“sinifikat” tad-differenza hija element inerenti tal-valutazzjoni ta’ każ b’każ tal-impatt tal-prattika ta’ kummerċjalizzazzjoni “ta’ kwalità doppja” fuq il-konsumatur medju. Huwa f’dan is-sens — tal-impatt fuq il-konsumatur medju — li dan il-kunċett jintuża fl-Artikolu 6(2)(c) tal-UCPD.

Eċċezzjonijiet ġustifikati

L-Artikolu 6(2)(c) jippermetti lill-kummerċjanti (ikomplu) jikkummerċjalizzaw oġġetti li jvarjaw b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi bħala identiċi meta dan ikun iġġustifikat minn “fatturi leġittimi u oġġettivi”. Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ fatturi bħal dawn hija msemmija fil-Premessa 53 tad-Direttiva (UE) 2019/2161, jiġifieri: ir-rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali; id-disponibbiltà/l-istaġjonalità tal-materja prima; u strateġiji volontarji sabiex jittejjeb l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru oġġetti tal-istess marka f’imballaġġi ta’ piż jew ta’ volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti.

Fil-fatt, ir-regoli nazzjonali jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-kompożizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ ikel mibjugħin f’xi pajjiżi, li ma jeżistux fi Stati Membri oħrajn. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm differenzi oġġettivi fl-akkwist minħabba d-disponibbiltà ġeografika u/jew staġjonali ta’ materja prima li jkollhom effett fuq il-kompożizzjoni u/jew fuq it-togħma tal-prodotti. Il-kummerċjanti jistgħu jintroduċu wkoll riċetti ġodda taħt politiki volontarji ta’ riformulazzjoni nutrizzjonali, li ma jistgħux isiru teknikament jew ekonomikament fl-istess ħin fis-swieq kollha.

Barra minn hekk, peress li l-eżempji msemmijin fil-Premessa 53 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 mhumiex eżawrjenti, id-differenzjazzjoni tal-oġġetti kummerċjalizzati fi Stati Membri differenti tista’ tiġi ġġustifikata wkoll minn fatturi oġġettivi oħrajn.

Il-merti ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni avvanzata mill-kummerċjanti għad-differenzjazzjoni tal-oġġetti jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-kummerċjanti jridu juru l-validità tal-eċċezzjoni. B’mod partikolari, meta kummerċjant jadatta l-verżjonijiet nazzjonali tal-prodotti għall-preferenzi lokali tal-konsumatur, dan irid jkun f’pożizzjoni li juri (permezz ta’, pereżempju, studji ekonomiċi jew tas-suq) l-eżistenza ta’ preferenzi tal-konsumatur u li d-differenzjazzjoni tal-prodott ġenwinament tindirizza dawk il-preferenzi.

Il-Premessa 53 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tenfasizza li l-kummerċjanti li jiddifferenzjaw il-verżjonijiet tal-oġġetti tagħhom minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi xorta għandhom jinformaw lill-konsumaturi b’dan. Filwaqt li l-metodu sabiex jiġi pprovdut tali tagħrif jitħalla f’idejn il-kummerċjanti, il-Premessa tiddikjara li l-alternattivi għat-tikketta tal-oġġetti għandhom ġeneralment jiġu ppreferuti mill-kummerċjanti. Tali mezzi oħrajn jistgħu jkunu tagħrif fil-bini tal-bejjiegħ bl-imnut/fuq interfaċċi tal-bejgħ online, f’siti web tal-prodotti (li għandhom ikunu faċilment u direttament aċċessibbli, eż. bi skennjar ta’ kodiċi QR fuq l-imballaġġ) jew fir-reklamar tal-prodotti. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif għandu jkun faċilment u direttament aċċessibbli għall-konsumatur medju, inkluż għall-konsumaturi vulnerabbli. Permezz ta’ komunikazzjoni attiva u trasparenti dwar id-differenzjazzjoni tal-oġġetti permezz ta’ dawn il-mezzi l-oħrajn, il-kummerċjanti mhux biss jinformaw lill-konsumaturi iżda jagħmluha ċara għalihom u għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar li huma jqisu li l-kummerċjalizzazzjoni kontinwa tal-oġġetti rilevanti bħala identika hija ġġustifikata f’konformità mal-UCPD. Barra minn hekk, għandu jkun hemm ukoll interess kummerċjali f’komunikazzjoni attiva u trasparenti bħal din, b’mod partikolari, meta d-differenzjazzjoni tal-verżjonijiet tal-oġġett tkun implimentata verament bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali nazzjonali jew tittejjeb l-esperjenza tal-konsumatur.

L-asserzjonijiet tal-kummerċjant dwar il-ġustifikazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti bħala identika minkejja d-differenzi sinifikanti tagħha jaqgħu taħt l-Artikolu 12 tal-UCPD. L-Artikolu 12 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jagħtu s-setgħa lill-qrati u lill-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu evidenza mingħand kummerċjanti sabiex jissostanzjaw l-asserzjonijiet fattwali tagħhom. Din is-setgħa għandha tapplika wkoll għall-asserzjonijiet tal-kummerċjanti dwar il-ġustifikazzjoni tad-differenzjazzjoni.

Prodotti tal-ikel

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ikel tapplika b’mod parallel mal-UCPD u tista’ tkun rilevanti wkoll meta jiġu ttrattati każijiet ta’ “kwalità doppja”, peress li dawn jidhru li jseħħu prinċipalment fis-settur tal-ikel.

B’mod speċifiku, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interess tal-konsumaturi fir-rigward tal-ikel, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Huwa l-pedament tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Jistabbilixxi, fost l-oħrajn, prinċipji komuni tal-liġi (tal-Unjoni u nazzjonali) dwar l-ikel kif ukoll responsabbiltajiet dwar l-operaturi ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

F’dak ir-rigward, jistabbilixxi l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi bħala prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel (183).Għaldaqstant, il-liġi dwar l-ikel trid tkun immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur u trid tipprovdi bażi għall-konsumaturi sabiex jagħmlu għażliet informati dwar l-ikel li jikkunsmaw. B’mod partikolari, irid ikollha l-għan li tipprevjeni: (a) prattiki frawdolenti jew qarrieqa; (b) l-adulterazzjoni tal-ikel; u (c) kwalunkwe prattika oħra li tista’ tqarraq bil-konsumatur.

Tipprovdi wkoll obbligu ġenerali għat-tikkettar, għar-reklamar u għall-preżentazzjoni tal-ikel jew tal-għalf, inkluża l-forma, id-dehra jew l-imballaġġ tagħhom, il-materjali tal-imballaġġ użati, il-mod li bih ikunu organizzati, l-issettjar li fih jiġu spostati, u t-tagħrif li għandu jkun disponibbli dwarhom ikun x’ikun il-mezz, impost fuq l-operaturi ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf, sabiex ma jqarrqux bil-konsumaturi (184).Il-prodotti tal-ikel u tal-għalf sikuri biss jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni (185).L-operaturi ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom huma meħtieġa jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jkunu relevanti għall-attivitajiet tagħhom u jridu jivverifikaw li dawk il-ħtiġijiet ikunu ssodisfati (186).

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ir-Regolament FIC) jistabbilixxi regoli u rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettar, inkluż l-għoti obbligatorju ta’ lista kompluta ta’ ingredjenti, il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew ta’ kategoriji ta’ ingredjenti, it-tagħrif dwar l-allerġeni, dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, eċċ. Dan jippermetti lill-konsumaturi jkunu informati bis-sħiħ dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel u jipprevjeni tagħrif qarrieqi dwar l-ikel. It-tagħrif dwar l-ikel irid ikun ċar, preċiż u jinftiehem faċilment mill-konsumatur. Għal dak l-għan, ir-Regolament FIC jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-preżentazzjoni ta’ tagħrif obbligatorju, inkluż id-daqs minimu tat-tipa.

Il-liġi tal-UE dwar l-ikel tistabbilixxi qafas legali komprensiv immirat sabiex jiżgura mhux biss livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u tal-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom, iżda wkoll il-moviment liberu ta’ ikel sikur fis-Suq Uniku tal-UE.

Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mir-Regolament FIC huma tagħrif “importanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 7(5) tal-UCPD. L-ommissjoni ta’ dan it-tagħrif tista’ tkun, wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, ikkunsidrata qarrieqa sal-punt li x’aktarx taffettwa d-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumatur medju.

L-investigazzjoni ta’ prattiki ta’ infurzar “ta’ kwalità doppja” potenzjalment qarrieqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-UCPD normalment tkun ibbażata fuq it-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tal-prodott ipprovdut fuq l-imballaġġ f’konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar l-ikel (187).

Madankollu, jistgħu jseħħu wkoll prattiki qarrieqa ta’ “kwalità doppja” f’każijiet fejn id-differenzi fil-prodotti ma jkunux evidenti mit-tikketta tal-prodotti. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtoritajiet responsabbli mil-liġi dwar l-ikel jivverifikaw il-konformità mar-Regolament FIC u mar-regolamenti applikabbli speċifiċi għall-prodott li jistabbilixxu l-istandards tal-kompożizzjoni. F’dawk l-Istati Membri fejn hemm awtoritajiet differenti responsabbli għall-infurzar tal-UCPD u tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-ikel, dawn l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq l-istess kummerċjant tas-suq u/jew prattika kummerċjali jkunu konsistenti.

Oġġetti oħra

Minħabba li l-projbizzjoni ta’ prattiki qarrieqa ta’ “kwalità doppja” mhijiex ristretta għall-prodotti tal-ikel, u fid-dawl tat-tħassib fir-rigward ta’ prattiki simili fil-kuntest ta’ oġġetti oħrajn tal-konsum (188), mill-2021, il-Kummissjoni bdiet twettaq studju pilota fil-qasam tal-prodotti tat-tindif, tad-deterġenti u tal-prodotti kożmetiċi. L-objettiv ta’ dan l-istudju huwa li jeżamina jekk il-metodoloġija komuni msemmija hawn fuq żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fil-qasam tal-prodotti tal-ikel tistax tiġi estiża sabiex titqabbel il-kompożizzjoni ta’ tali oġġetti kif ukoll il-fattibbiltà li tinħoloq għodda ta’ monitoraġġ għal każijiet ta’ “kwalità doppja” mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mill-NGOs jew mill-industrija.

2.9.   Artikolu 7 — Ommissjonijiet Qarrieqa

Artikolu 7 — Ommissjonijiet Qarrieqa

1.

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skont il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

2.

Prattika kummerċjali għandha titqies ukoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha, dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f’dak il-paragrafu, jew jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

3.

Fejn il-mezz użat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ żmien, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-limitazzjonijiet u ta’ kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra meta jiġi deċiż jekk xi tagħrif ġiex imħolli barra.

4.

F’każ ta’ stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:

(a)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, sa fejn xieraq għall-mezz u l-prodott;

(b)

l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu qiegħed jaġixxi;

(c)

il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment kalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta’ ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d)

l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;

(e)

għal prodotti u tranżazzjonijiet li jinvolvu d-dritt ta’ rtirar jew ta’ kanċellazzjoni, l-eżistenza ta’ dan id-dritt;

(f)

għal prodotti offruti fi swieq online, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online.

4a.

Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni ġenerali, li tkun disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri, meta mqabbla ma’ parametri oħrajn, għandha titqies bħala importanti. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.

Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti.

6.

Fejn kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott, għandha titqies bħala importanti.

2.9.1.   Tagħrif importanti

L-Artikolu 7(1) u (2) jistabbilixxi f’termini ġenerali ħafna obbligu pożittiv fuq il-kummerċjanti li jipprovdu t-tagħrif kollu li l-konsumatur jeħtieġ sabiex jieħu deċiżjoni ta’ xiri informata. Dan huwa dak li jissejjaħ “tagħrif importanti” fl-Artikolu 7.

Il-UCPD ma tiddefinix “tagħrif importanti”, ħlief fil-każ speċifiku ta’ “stedina għax-xiri”, li hija indirizzata fl-Artikolu 7(4) (ara t-taqsima 2.9.5). Barra minn hekk, l-Artikolu 7(5) tal-UCPD jiċċara li r-“rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar” għandhom jitqiesu bħala importanti (ara t-taqsima 1.2.2).

Għall-kuntrarju, kif spjegat fil-Premessa 15, meta l-Istati Membri jkunu introduċew aktar rekwiżiti ta’ tagħrif minn dak li huwa speċifikat fid-dritt Komunitarju, fuq il-bażi ta’ klawżoli minimi, l-ommissjoni ta’ dak it-tagħrif żejjed ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa skont din id-Direttiva.

Sabiex jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ jekk ġiex ommess tagħrif importanti, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali jridu jqisu l-karatteristiċi u ċ-ċirkustanzi kollha ta’ prattika kummerċjali partikolari, inklużi l-limitazzjonijiet tal-mezz użat sabiex jiġi komunikat.

Pereżempju:

Awtorità nazzjonali aġixxiet kontra kummerċjant li offra prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja mingħajr ma inkluda tagħrif importanti fir-reklamar. Il-kummerċjant iddikjara li l-qraba ta’ persuna koperta mill-assigurazzjoni jiksbu l-benefiċċji tal-assigurazzjoni kollha jekk dik il-persuna tmut. Madankollu, il-kummerċjant ma għarrafx lill-konsumaturi li jekk il-persuna tmut fi żmien l-ewwel 24 xahar mill-kuntratt għal raġunijiet oħrajn li ma jkunux aċċident, il-qraba jirċievu benefiċċji tal-assigurazzjoni limitati biss (189).

Ċerti għodod ta’ tqabbil jużaw asserzjonijiet bħal “l-aqwa offerti” sabiex jidentifikaw offerti li mhux bilfors ikunu l-orħos, iżda dawk li joffru l-aqwa valur għall-flus. L-ommissjoni ta’ tagħrif dwar il-kriterji għall-asserzjoni ta’ “l-aqwa offerta” tista’ tkun qarrieqa skont l-Artikolu 7 tal-UCPD.

2.9.2.   Kummerċjalizzazzjoni moħbija/nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-intenzjoni kummerċjali

Skont l-Artikolu 7(2), in-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-intenzjoni kummerċjali ta’ prattika kummerċjali jitqies bħala ommissjoni qarrieqa, meta dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

B’mod simili, id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (190), id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (191) u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (192) jistabbilixxu ċerti rekwiżiti f’dan ir-rigward għal komunikazzjonijiet kummerċjali u għall-bgħit ta’ posta elettronika għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta. Aspett speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni moħbija huwa rregolat bl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur ukoll.

L-Artikolu 8(5) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur:

“(…) jekk il-kummerċjant iċempel lill-konsumatur bil-għan li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu, fil-bidu tal-konverżazzjoni mal-konsumatur, jiżvela l-identità tiegħu u, jekk applikabbli, l-identità ta’ dik il-persuna li f’isimha qed jagħmel it-telefonata, kif ukoll l-iskop kummerċjali tat-telefonata”.

Meta dawn id-dispożizzjonijiet jiffokaw fuq prattiki jew fuq setturi kummerċjali speċifiċi, l-Artikolu 7(2) ikollu kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u usa’ u jindirizza kwalunkwe prattika kummerċjali.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni kontra kummerċjant li stieden lill-konsumaturi għal laqgħat billi offrielhom viżta b’xejn bħala parti minn programm “Jimpurtani minn saħħti”. Il-kummerċjant naqas milli jiżvela l-fatt li l-iskop ewlieni tal-laqgħat kien li jippreżenta prodotti sabiex ibigħhom lill-konsumaturi (193).

Minbarra l-Artikolu 7(2), il-UCPD tipprojbixxi f’kull ċirkustanza ċerti prattiki speċifiċi li jinvolvu nuqqas ta’ żvelar ta’ intenzjoni kummerċjali.

Il-Punt Nru 11 tal-Anness I jipprojbixxi l-użu ta’ kontenut editorjali fil-midja sabiex jippromwovi prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta’ immaġini u ħsejjes identifikabbli b’mod ċar mill-konsumatur”.

Pereżempju:

Gazzetta ewlenija ħadmet ma’ operatur tat-telekomunikazzjoni li jiffinanzja taqsima partikolari tal-gazzetta bit-titlu “The Digital Life”. Din it-taqsima u l-materjal kollu tagħha, inklużi l-promozzjonijiet ta’ prodotti li l-operatur tat-telekomunikazzjoni daqt kien se jniedi, jidhru qishom kontenut editorjali ta’ gazzetta; l-unika żvelar lill-pubbliku dwar l-għamla kummerċjali tal-materjal ippreżentat hija d-dehra diskreta tat-test “f’kollaborazzjoni ma’” segwita mit-trademark tal-operatur tat-telekomunikazzjoni. Instab li din il-prattika kienet qed tikser il-Punt 11 tal-Anness I tal-UCPD (194).

Il-Punt Nru 22 tal-Anness I jipprojbixxi “[f]ejn il-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur ”.

L-Artikolu 7(2), flimkien mal-punti 11 u 22 tal-Anness I, jistgħu jkunu partikolarment rilevanti għall-kummerċjanti online (ara t-taqsima 4.2.5 dwar il-media soċjali u 4.2.6 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi).

2.9.3.   Tagħrif importanti pprovdut b’manjiera mhux ċara

Skont l-Artikolu 7(2), il-forniment ta’ tagħrif importanti “b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha” huwa ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Pereżempju:

Qorti nazzjonali kkonkludiet li kummerċjant kiser l-Artikolu 7 tal-UCPD billi għarraf lill-konsumaturi dwar drittijiethom b’manjiera mhux ċara, ambigwa u mhux intelliġibbli b’mod raġonevoli. Il-kummerċjant kien għarraf lill-konsumaturi dwar id-dritt ta’ reċess tagħhom billi pprovdielhom test sħiħ ta’ Digriet tal-Gvern. Il-qorti kkonstatat li t-test kien jindika bosta dispożizzjonijiet li ma kinux japplikaw għall-kuntratti inkwistjoni u li l-forniment tat-test sħiħ tad-Digriet tal-Gvern ma kienx jikkwalifika bħala tagħrif li bih il-konsumaturi setgħu jsiru jafu b’mod ċar u konkret x’inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dritt tagħhom ta’ reċess mill-kuntratt (195).

Operatur tat-telefonija rreklama fuq it-TV abbonament għal telefon ċellulari billi xeħet dawl fuq il-benefiċċji speċifiċi tal-prezz, filwaqt li r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-offerta kienu ppreżentati biss b’tipa żgħira u dehru fuq l-iskrin għal ħin qasir ħafna. Ġie ddikjarat li, minkejja l-limiti ta’ spazju u ta’ ħin tal-mezz użat (TV), xejn ma żamm lill-kummerċjant milli jindika b’mod aktar ċar fatti tant ċentrali bħal dawn. B’hekk, peress li kien ġie ommess tagħrif importanti, instab li r-reklamar kien qarrieqi (196).

Ir-rekwiżit li jiġi pprovdut tagħrif importanti b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli u f’waqtha jista’ jinkiser f’sitwazzjoni li fiha kummerċjant online jimmira lejn il-konsumaturi fi Stat Membru speċifiku, billi jipprovdi parti mit-tagħrif importanti fil-lingwa ta’ dak il-pajjiż iżda jagħmel biċċiet oħra ta’ tagħrif importanti disponibbli biss b’lingwa differenti (197),pereżempju fit-termini u fil-kundizzjonijiet standard (198).L-applikazzjoni tal-UCPD f’każijiet bħal dawn hija komplementari u mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti lingwistiċi aktar speċifiċi pprovduti f’konformità ma’ liġijiet oħrajn tal-UE, bħall-għażla regolatorja prevista fid-Direttiva 2011/83/UE dwar informazzjoni kuntrattwali f’kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju (ara t-taqsima 4.1.8 tal-Avviż ta’ Gwida tas-CRD).

2.9.4.   Il-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użat

L-Artikolu 7(1) jisħaq li sabiex jiġi vvalutat jekk prattika kummerċjali hijiex qarrieqa, hemm bżonn li tiġi kkunsidrata “fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni ”.

L-Artikolu 7(3) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 7(1). Skont l-Artikolu 7(3), meta jiġi vvalutat jekk ġiex ommess tagħrif importanti, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

il-limiti ta’ spazju u ta’ ħin tal-mezz tal-komunikazzjoni użat;

kwalunkwe miżura meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għat-taqsimiet kollha tal-Artikolu 7. Barra minn hekk, skont il-parti introduttorja tal-Artikolu 7(4), il-kummerċjanti ma għandhomx bżonn jipprovdu tagħrif fi stediniet għax-xiri li diġà tkun ċara mill-kuntest.

Il-Qorti ċċarat li l-valutazzjoni ta’ ommissjoni qarrieqa fl-Artikolu 7(1) u (3) tal-UCPD trid tqis il-fatturi msemmijin hawn fuq, anki jekk din ma tkunx imsemmija b’mod espliċitu fil-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni iżda, minflok, tista’ tinstab, pereżempju, f’xogħlijiet preparatorji (199)

Fl-istess kawża, il-Qorti kkonstatat ukoll li l-limiti ta’ żmien u ta’ spazju tal-mezz tal-komunikazzjoni użat iridu jiġu ponderati skont in-natura u l-karatteristiċi ta’ prodott partikolari. Huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-kummerċjant sabx li kien impossibbli li jiġi inkluż jew ikkomunikat b’mod ċar it-tagħrif. Meta jkun impossibbli li jiġi inkluż it-tagħrif importanti kollu dwar prodott, il-kummerċjant jista’ jirreferi għas-sit web tiegħu fuq il-prodott. Madankollu, is-sit web irid ikun fih tagħrif dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, il-prezz u kundizzjonijiet oħrajn kif meħtieġ mill-Artikolu 7 (200)

Skont l-Artikolu 7(2), il-forniment ta’ tagħrif importanti “b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha” huwa ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Pereżempju:

Operatur tat-telefonija rreklama fuq it-TV abbonament għal telefon ċellulari billi xeħet dawl fuq il-benefiċċji speċifiċi tal-prezz, filwaqt li r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-offerta kienu ppreżentati biss b’tipa żgħira u dehru fuq l-iskrin għal ħin qasir ħafna. Qorti nazzjonali ddikjarat li, minkejja l-limiti ta’ spazju u ta’ ħin tal-mezz użat (TV), xejn ma żamm lill-kummerċjant milli jindika b’mod aktar ċar fatti tant ċentrali bħal dawn. B’hekk, peress li kien ġie ommess tagħrif importanti, instab li r-reklamar kien qarrieqi (201).

L-Artikolu 7(4)(a) jiddikjara wkoll li, fi stediniet għax-xiri, għandu jingħata kont lill-“mezz u l-prodott” meta jiġi ċċarat jekk il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott humiex wieħed mill-elementi li għandhom jitqiesu bħala tagħrif importanti.

Fil-Kawża Ving Sverige, il-Qorti kkonstatat li “jista’ jkun biżżejjed li jiġu indikati biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott, jekk fir-rigward tal-kumplament il-kummerċjant jirreferi għas-sit internet tiegħu, sakemm dan is-sit ikun fih informazzjoni importanti dwar il karatteristiċi ewlenin tal-prodott, il-prezz u l-kundizzjonijiet l-oħrajn skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.” (202)

Fid-dawl tal-importanza tagħha għad-deċiżjoni ta’ xiri tal-konsumatur, it-tagħrif dwar il-prezz sħiħ u l-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott għandu jintwera b’mod prominenti.

Pereżempju:

Qorti nazzjonali qieset bħala qarrieqi fuljett li ddikjara li l-konsumaturi li jużaw il-karta tal-kreditu promossa jistgħu jiffrankaw 3 % fuq ix-xiri tagħhom. Il-qorti qieset li d-dikjarazzjoni ġenerali fil-fuljett tagħti x’jifhmu lill-konsumaturi li jistgħu jiffrankaw fuq kull tip ta’ xirja li ssir bil-karta tal-kreditu, filwaqt li fil-verità kienu japplikaw limitazzjonijiet importanti. Tali limitazzjonijiet kienu stipulati fil-klawżoli kuntrattwali biss: dan ma tqiesx li kien biżżejjed, peress li kien ommess tagħrif importanti dwar il-karatteristiċi tal-prodott irreklamat (203).

Il-firxa ġenerali tat-tagħrif meħtieġ dwar il-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-kuntest tal-istedina għax-xiri, tat-tipoloġija tal-prodott u tal-mezz tal-komunikazzjoni użat.

2.9.5.   Tagħrif importanti fl-istediniet għax-xiri — l-Artikolu 7(4)

Stediniet għax-xiri

Artikolu 2(i)

“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;

Għal “stediniet għax-xiri”, l-Artikolu 7(4) tal-UCPD iqis ċerti siltiet ta’ tagħrif bħala “importanti”. Dan ifisser li l-kummerċjanti se jkollhom bżonn jipprovdu lill-konsumaturi b’dan it-tagħrif jekk ma jkunx ovvju mill-kuntest.

Il-“karatteristiċi tal-prodott” bilfors ikunu preżenti malli ssir referenza verbali jew viżwali għall-prodott. Interpretazzjoni differenti tista’ tinċentivizza lill-kummerċjanti sabiex jipprovdu deskrizzjonijiet vagi tal-prodotti jew jommettu tagħrif fl-offerti kummerċjali tagħhom sabiex jevitaw ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stipulati fl-Artikolu 7(4) tal-UCPD.

L-aħħar parti tad-definizzjoni fl-Artikolu 2(i) (“u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja”) ma teħtieġx li l-komunikazzjoni kummerċjali tipprovdi lill-konsumatur b’mekkaniżmu sabiex fil-fatt jixtri (eż. numru tat-telefon jew kupun). Tfisser li t-tagħrif mogħti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott irid ikun biżżejjed sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu d-deċiżjoni dwar jekk jixtrix prodott speċifiku għal prezz speċifiku.

Fil-Kawża Ving Sverige, il-Qorti ddikjarat li:

Minn dan isegwi li biex komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala stedina għax-xiri, mhux neċessarju li tkun tinkludi mezz konkret biex jinxtara l-prodott jew li din tidher viċin tali mezz jew meta jkun hemm tali mezz.” (204)

Stedina għax-xiri hija kunċett aktar ristrett mir-reklamar, u mhux il-komunikazzjonijiet kummerċjali kollha jikkwalifikaw bħala stedina għax-xiri skont it-tifsira tal-Artikolu 2(i).

Madankollu, stedina għax-xiri hija kunċett usa’ minn tagħrif prekuntrattwali. Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ tagħrif prekuntrattwali jirreferu għal tagħrif li jrid jiġi pprovdut qabel ma l-konsumatur jidħol f’kuntratt, stedina għax-xiri mhux bilfors timplika li l-pass li jmiss għall-konsumatur huwa li jidħol f’kuntratt ma’ kummerċjant.

Pereżempju:

Reklamar fuq ir-radju li jinkludi l-karatteristiċi u l-prezz ta’ prodott huwa stedina għax-xiri, iżda normalment ma jikkwalifikax bħala tagħrif prekuntrattwali.

Din id-distinzjoni hija partikolarment importanti b’rabta mar-relazzjoni bejn il-UCPD u s-CRD. Firxa wiesgħa ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali normalment tikkwalifika bħala stediniet għax-xiri.

Pereżempju:

Sit web ta’ linja tal-ajru li juri offerti għal titjiriet u l-prezzijiet tagħhom.

Reklam għal ordni bil-posta (205).

Fuljett minn supermarket li jirreklama prezzijiet imraħħsin fuq ċerti prodotti.

Il-UCPD tħalli lill-kummerċjanti jagħżlu huma jekk jinkludux il-prezz fil-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħhom. Komunikazzjoni kummerċjali jew reklam li jinkludi deskrizzjoni eżawrjenti dwar l-għamla, il-karatteristiċi u l-benefiċċji ta’ prodott jew ta’ servizz iżda mhux il-prezz tiegħu ma tistax titqies bħala “stedina għax-xiri” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(i) tal-UCPD. Eżempju ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali li mhumiex stediniet għax-xiri jkun reklami li jippromwovu “marka” ta’ kummerċjant minflok xi prodott partikolari (jiġifieri reklamar tal-marka).

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ddikjarat li reklam li jistieden lil konsumatur sabiex iżur sit web bl-għan li jikseb offerta tal-assigurazzjoni ma jikkostitwixxix stedina għax-xiri (206).

Tagħrif importanti

L-Artikolu 7(4) jelenka għadd ta’ rekwiżiti ta’ tagħrif li huma meqjusin importanti. Dan sabiex jiġi żgurat l-ammont massimu ta’ ċertezza legali għall-konsumaturi f’dan il-punt kritiku (207).L-iskop tal-Artikolu 7(4) huwa li jiżgura li, kull meta l-kummerċjanti jagħmlu offerti kummerċjali, iqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-istess ħin, b’manjiera intelliġibbli u mhux ambigwa, biżżejjed tagħrif sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata sabiex jixtri, sakemm dak it-tagħrif ma jkunx diġà evidenti mill-kuntest.

In-nuqqas ta’ għoti ta’ tagħrif meħtieġ mill-Artikolu 7(4) lill-konsumaturi fil-każ ta’ stedina għax-xiri jkun ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Il-Qorti ċċarat li l-Artikolu 7(4) fih lista eżawrjenti tat-tagħrif importanti li jrid jiġi inkluż fi stedina għax-xiri. Madankollu, il-fatt li kummerċjant jipprovdi t-tagħrif kollu elenkat fl-Artikolu 7(4) ma jipprekludix li dik l-istedina titqies bħala prattika qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1) jew tal-Artikolu 7(2) (208)

Madankollu, sabiex ma jitqegħdux piżijiet żejda jew sproporzjonati ta’ tagħrif fuq il-kummerċjanti, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(4) mhumiex statiċi u jeħtieġu biċċiet ta’ tagħrif differenti skont is-sitwazzjoni. Dan isegwi, b’mod partikolari, mill-kjarifiki li jsiru kemm fl-Artikoli 7(1), 7(3) kif ukoll 7(4) li l-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użati għandhom jiġu kkunsidrati, kif diskuss fit-taqsima ta’ qabel.

Il-Kawża Verband Sozialer Wettbewerb kien jikkonċerna reklamar magħmul minn pjattaforma, li turi prodotti differenti li mhumiex ipprovduti mill-pjattaforma nnifisha iżda minn bejjiegħa terzi fuq il-pjattaforma (209).Is-suq iffaċilita l-konklużjoni ta’ kuntratti bejn il-kummerċjanti u x-xerrejja, inklużi l-konsumaturi. Il-Qorti ċċarat li r-reklam jista’ jiġi vvalutat skont l-Artikolu 7(4), b’mod partikolari sabiex tivverifika jekk it-tagħrif importanti kollu ġiex ipprovdut, bħall-ismijiet tal-kummerċjanti li joffru prodotti speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet tal-ispazju u ċirkustanzi speċifiċi oħrajn tal-każ. Il-Qorti ċċarat ukoll li jista’ jkun hemm limitazzjonijiet ta’ spazju skont it-tifsira tal-Artikolu 7(3) li jistgħu jiġġustifikaw it-tneħħija tal-indirizz ġeografiku u tal-identità ta’ kull kummerċjant. Madankollu, tali tagħrif irid jiġi pprovdut sempliċiment u malajr, mal-aċċess għall-pjattaforma (210).

L-Artikolu 7(4)(a) jiċċara b’mod speċifiku li, meta jiġi vvalutat jekk hemmx ommissjoni ta’ tagħrif importanti fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, għandu jittieħed kont tal-“mezz u l-prodott”.

Għalhekk, l-istabbiliment ta’ x’jikkostitwixxi l-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott jiddependi fuq il-prodott ikkonċernat u fuq dak li jista’ jitqies bħala “xieraq”minħabba l-“mezz” użat mill-kummerċjant sabiex jagħmel il-komunikazzjoni kummerċjali.

It-tagħrif dwar il-karatteristiċi ewlenin għall-oġġetti diġà jista’ jkun disponibbli mid-dehra, mill-imballaġġ jew mit-tikkettar tagħhom li l-konsumatur jista’ jikkonsulta fil-ħin tal-bejgħ. Oġġetti aktar kumplessi jistgħu jeħtieġu l-komunikazzjoni ta’ tagħrif addizzjonali — fuq it-tikketti tad-deskrizzjoni tal-prodott fil-ħanut jew fuq il-paġni online — sabiex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi ewlenin tagħha.

Dawk il-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet restrittivi ta’ dawk il-prodotti tal-aħħar li l-konsumaturi medji normalment ma jistennewx mill-kategorija jew mit-tip ta’ prodott partikolari jridu jiġu kkomunikati lill-konsumatur b’mod partikolari peress li dawn x’aktarx jaffettwaw id-deċiżjonijiet tranżazzjonali tagħhom. Dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu, pereżempju, il-limitazzjoni tad-durata jew tan-natura u tal-prestazzjoni ta’ servizz (eż. jekk servizz tal-internet tat-tip “fibra” huwiex “fibra sad-dar” jew ta’ tip ieħor) jew kompożizzjoni jew speċifikazzjoni partikolari tal-oġġetti (eż. l-oriġini sintetika tal-ġebel prezzjuż bħad-djamanti).

It-twissijiet dwar is-sikurezza jistgħu, soġġetti għal valutazzjoni ta’ każ b’każ, jikkostitwixxu karatteristika ewlenija ta’ prodott skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4). Bħalissa, il-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi fuq is-sikurezza tal-prodotti normalment teħtieġ li l-kummerċjanti jgħarrfu dwar problemi fis-sikurezza fuq il-prodott innifsu u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu. Għalhekk, fil-każ ta’ bejgħ online, jista’ jkun diffiċli għall-konsumaturi li jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali verament informati f’każ li s-sit web online rilevanti ma jipprovdix stampa leġġibbli tat-tikkettar tal-prodott/tal-imballaġġ. Eċċezzjoni importanti għal dan l-approċċ tinsab fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (211) dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, li tirrikjedi b’mod espliċitu li t-twissijiet tas-sikurezza għall-ġugarelli, bħal dawk li jispeċifikaw l-età minima/massima tal-utent, iridu jkunu viżibbli b’mod ċar qabel ix-xiri, inkluż fejn ix-xiri jsir online. Għall-biċċa l-kbira tal-prodotti l-oħrajn, il-UCPD tista’ tintuża bħala bażi ġuridika sabiex tirrikjedi li l-kummerċjanti, speċjalment meta jippromwovu l-prodotti online, jinformaw lill-konsumaturi dwar dawk l-aspetti ta’ sikurezza li jistgħu, fid-dawl tan-natura tal-prodott, jitqiesu bħala karatteristiċi ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Skont l-Artikolu 7(4)(b), nuqqas milli l-konsumaturi jiġu informati dwar l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant jista’ jikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa.

Pereżempju:

F’każ marbut ma’ servizz ta’ dating online, qorti nazzjonali ordnat sabiex kummerċjant itella’ tagħrif dwar ismu, l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu b’mod dirett u permanenti meta jikkummerċjalizza s-servizzi li jipprovdi fuq l-Internet. Il-qorti ddikjarat li n-nuqqas ta’ tlugħ tal-indirizz korrett jew ta’ xi indirizz tal-posta elettronika min-naħa tal-kummerċjant fuq is-sit web tiegħu kien jikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa li aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn (212).

Min-naħa l-oħra, l-ommissjoni milli wieħed jipprovdi tagħrif dwar l-identità tal-kummerċjant kultant tista’ titqies bħala “apparenti mill-kuntest” skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Pereżempju:

L-indirizz ta’ ħanut jew ta’ ristorant li l-konsumatur diġà jkun jinsab fih.

Għal ħwienet online, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jeħtieġ li l-kummerċjanti jagħmlu isimhom, l-indirizz u dettalji oħrajn tagħhom inkluż l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom stess faċilment, direttament u permanentement aċċessibbli. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, ċertu tagħrif (eż. dwar id-diversi stadji tekniċi neċessarji qabel il-konklużjoni formali ta’ kuntratt) irid jiġi pprovdut ukoll qabel ma ssir l-ordni.

Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ każ b’każ, id-dikjarazzjoni tal-isem kummerċjali ta’ kummerċjant tista’ tkun biżżejjed sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit fl-Artikolu 7(4)(b) fuq l-identità tal-kummerċjant. L-isem legali jrid ikun iddikjarat fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-bejgħ, iżda mhux bilfors jiġi kkunsidrat bħala tagħrif importanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Pereżempju:

Fil-materjal ta’ reklamar tagħha, kumpanija tal-fast food ma jkollhiex bżonn tispeċifika l-istatus ġuridiku tagħha bħal Ltd, SA, SARL, Inc.

Minbarra r-rekwiżit fl-Artikolu 7(4)(b), is-CRD tistabbilixxi aktar rekwiżiti ta’ tagħrif dwar id-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjant, speċifikament fl-Artikolu 5(1) (bejgħ fil-post tan-negozju) u fl-Artikolu 6(1) (bejgħ lil hinn mill-post tan-negozju u bejgħ mill-bogħod).

L-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jeħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi online jagħmlu aċċessibbli għal dawk li jirċievu s-servizzi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti tagħrif dwar “id-dettalji ta’ dak li jipprovdi s-servizz, inkluż l-indirizz elettroniku tiegħu, li jippermettilu li jkun ikkuntattjat u li jikkuntattja b’rapidità u b’manjiera diretta u effettiva”.

Għalhekk, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjanti tal-kummerċ elettroniku jistgħu jkunu tagħrif importanti skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD. Dan it-tagħrif għandu jkun jista’ jintalab faċilment (jiġifieri mhux fit-termini u fil-kundizzjonijiet ġenerali) u jkun aċċessibbli b’mod dirett u permanenti.

Barra minn hekk, skont il-GDPR, kontrollur tad-data jeħtieġlu jipprovdi lis-suġġett tad-data ċertu tagħrif obbligatorju li, fost l-oħrajn jinkludi l-identità (u d-dettalji ta’ kuntatt) tal-kontrollur u tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm (ħlief fejn is-suġġett tad-data diġà jkollu dak it-tagħrif).

L-Artikolu 7(4)(c) jeħtieġ li l-kummerċjanti jiddikjaraw il-prezz totali (jew finali) fi stedina għax-xiri. Dan irid jinkludi t-taxxi u l-imposti kollha applikabbli (eż. l-VAT). Il-prezz finali jrid jinkludi l-imposti u t-taxxi applikabbli li jkunu inevitabbli u prevedibbli meta tiġi ppubblikata l-offerta. Meta n-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jkunx jista’ b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfin kif xieraq dwar il-mod li bih ikun ikkalkolat il-prezz, kif ukoll, fejn ikun xieraq, dwar kull tariffa addizzjonali għall-ġarr, għall-kunsinna jew għall-posta jew, meta dawn l-imposti ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, dwar il-fatt li tali tariffi addizzjonali jistgħu jkunu pagabbli (ara wkoll l-Artikoli 5(1) u 6(1) tas-CRD).

Fil-Kawża Canal Digital Danmark, il-Qorti stabbiliet li fejn kummerċjant jiddikjara l-prezz għal abbonament sabiex il-konsumatur ikollu jħallas kemm tariffa ta’ kull xahar kif ukoll tariffa ta’ kull sitt xhur, dik il-prattika trid titqies bħala ommissjoni qarrieqa skont l-Artikolu 7 jekk il-prezz tat-tariffa ta’ kull xahar jiġi enfasizzat b’mod partikolari fil-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li l-imposta ta’ kull sitt xhur titħalla kompletament barra jew tiġi ppreżentata biss b’mod anqas viżibbli, jekk dan in-nuqqas iwassal sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn (213).

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni kontra operatur tat-telekomunikazzjoni li ma għarrafx lill-konsumaturi li kien se jkollhom iħallsu tariffa ta’ attivazzjoni sabiex jużaw is-servizzi pprovduti. Il-konsumaturi kienu informati biss dwar din it-tariffa wara li ġie ffirmat il-kuntratt (214).

Awtorità tal-konsumatur imponiet multi amministrattivi kontra operatur tat-telekomunikazzjoni li applika imposti li l-konsumaturi ma kinux ġew informati bihom, sabiex jipprovdi servizzi li l-kumpanija ma setgħetx tipprovdi/tforni (215).

Qorti nazzjonali kkonfermat deċiżjoni minn muniċipalità li imponiet multa fuq fornitur tal-internet li ma kienx wera l-prezz sħiħ tas-servizzi tiegħu fl-offerti kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari billi naqas milli jinkludi l-imposti tan-network u t-taxxi (216).

Skont l-Artikolu 7(4)(c) tal-UCPD, l-użu ta’ “prezzijiet ta’ livell bażiku”, jiġifieri l-indikazzjoni tal-prezz “li jibda minn” ammont minimu speċifiku, huwa awtorizzat biss jekk il-prezz finali “ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel” minħabba l-għamla tal-prodott.

Pereżempju:

Aġenzija tal-ivvjaġġar indikat il-prezzijiet bħala “jibdew minn” għal titjiriet u għal pakketti tal-ivvjaġġar partikolari. Qorti nazzjonali ddeċidiet li l-UCPD ma teskludix l-użu ta’ prezzijiet ta’ livell bażiku, dment li t-tagħrif ipprovdut jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi ta’ każ reali. Iddikjarat li: “Għalhekk, is-sempliċi indikazzjoni ta’ prezz inizjali tista’ tiġi ġġustifikata f’sitwazzjonijiet fejn il-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott.” (217)

Madankollu, il-prezz minimu għandu jkun prezz reali applikabbli għal ċerti prodotti, f’konformità mar-reklam.

Pereżempju:

Kumpanija reklamat il-bejgħ ta’ appartamenti bl-użu ta’ dikjarazzjonijiet bħal “huma orħos milli taħseb. Il-prezzijiet jibdew minn EUR 2 150 għal kull metru kwadru”. Madankollu, instab li ma kien hemm ebda appartament disponibbli bil-prezz indikat. Barra minn hekk, il-prezz indikat ma kienx jinkludi l-VAT. Awtorità tal-konsumatur sabet li din il-prattika kummerċjali kienet qarrieqa (218).

Anki prattiki kummerċjali li fihom il-kummerċjanti jirreklamaw prezzijiet li ma jeżistux jistgħu jkunu qegħdin jiksru l-punti 5 u 6 tal-Anness I tal-UCPD, peress li jistgħu jitqiesu każijiet ta’ “bait advertising” (il-punt 5) jew “bait and switch” (il-punt 6).

Skont l-Artikolu 7(4)(d), il-kummerċjanti jridu jipprovdu tagħrif dwar l-arranġamenti għall-ħlas, għall-kunsinna, għall-eżekuzzjoni, jekk jitbiegħdu mir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali. Dan ifisser li tali tagħrif irid jintwera biss jekk tali arranġamenti jkunu ta’ żvantaġġ għall-konsumatur meta mqabblin mal-istandard ta’ ħila u kura speċjali li kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni jeżerċita fir-rigward tal-konsumaturi.

Ir-rekwiżit li jiġi pprovdut tagħrif fir-rigward tal-politika dwar it-trattament tal-ilmenti tħassar wara l-emendi mid-Direttiva (UE) 2019/2161. Dak it-tagħrif huwa l-aktar rilevanti fl-istadju prekuntrattwali, li diġà huwa rregolat bis-CRD, u għalhekk ir-rekwiżit ma kienx meħtieġ għal stediniet għax-xiri fl-istadju tar-reklamar skont il-UCPD.

Skont l-Artikolu 7(4)(e), l-eżistenza ta’ dritt ta’ rtirar jew ta’ kanċellazzjoni trid tissemma fl-istediniet għax-xiri kull meta dan ikun applikabbli. Skont dan ir-rekwiżit, il-kummerċjanti huma meħtieġa jgħarrfu lill-konsumaturi tagħhom biss bl-eżistenza ta’ tali drittijiet, mingħajr ma joqogħdu jispjegaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri sabiex jeżerċitawhom.

Is-CRD tistabbilixxi aktar regoli dwar it-tagħrif prekuntrattwali li jrid jiġi pprovdut lill-konsumatur qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, pereżempju fuq siti web tal-kummerċ elettroniku, matul żjara d-dar ta’ bejjiegħ jew matul telefonati bi skop ta’ bejgħ (l-Artikoli 5(1)(d) u 6(1)(g)).

Pereżempju, dik id-Direttiva teħtieġ li l-kummerċjant jipprovdi tagħrif dwar “il-prezz totali” qabel ma l-konsumatur ikun marbut minn kuntratt (l-Artikoli 5(1)(c) u 6(1)(e)). Barra minn hekk, il-konsumatur huwa intitolat għar-rimborż ta’ kwalunkwe ħlas żejjed li fih il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu għal tali pagament, iżda l-kummerċjant ikun implikah billi uża alternattivi predefiniti, eż. billi juża l-kaxex immarkati bil-lest (l-Artikolu 22).

Għal kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant irid jipprovdi tagħrif dwar il-kundizzjonijiet, il-limitu ta’ żmien u l-proċeduri għall-eżerċitar tad-dritt ta’ reċess. Irid jipprovdi wkoll il-mudell tal-formola ta’ reċess stabbilit fl-Anness I(B) għad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (l-Artikolu 6(1)(h)).

L-obbligi fl-Artikolu 7(4)(f), (4a) u (6) dwar is-swieq online, it-trasparenza tar-riżultati tat-tiftix u r-reċensjonijiet tal-utenti huma diskussi fit-taqsima 4.2.

2.9.6.   Provi b’xejn u nassa għall-abbonament

Il-provi b’xejn huma għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni li jippermettu lill-konsumaturi jordnaw prodott jew jabbonaw għal servizz mingħajr kostijiet jew għal ammont żgħir (jiġifieri tal-posta tal-kampjun). Uħud mill-provi b’xejn jinvolvu prattiki kummerċjali żleali li jqarrqu bil-konsumaturi f’abbonamenti. Studju tal-2017 tal-Kummissjoni dwar il-provi online b’xejn u n-nases tal-abbonament irrapporta l-prevalenza ta’ diversi prattiki deskritti hawn taħt (219).

Jekk kummerċjant jonqos milli jipprovdi l-indirizz ġeografiku u l-identità tiegħu fi stedina għax-xiri, dan jista’ jmur kontra l-Artikolu 7(4)(b) tal-UCPD. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1) tas-CRD u l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jeħtieġu li l-kummerċjanti online jagħmlu aċċessibbli tagħrif li jippermetti lill-konsumaturi jikkuntattjawhom. Ir-rekwiżiti ta’ dawn id-Direttivi jikkwalifikaw bħala tagħrif importanti skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD.

Jekk kummerċjant ma jagħmilhiex ċara lill-konsumaturi li jistgħu jidħlu f’abbonamenti meta jirreġistraw għal prova b’xejn, jista’ jkun qiegħed jikser l-Artikolu 7(1), 7(2) u 7(4)(a) tal-UCPD għaliex ikun qiegħed jommetti tagħrif importanti. Skont iċ-ċirkustanzi, jista’ jkun hemm ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tal-UCPD ukoll.

L-ommissjoni jew l-għoti ta’ tagħrif b’mod mhux ċara dwar il-kostijiet rikorrenti ta’ abbonament jista’ jmur kontra l-Artikoli 6(1)(d) u/jew 7(1), 7(2) u 7(4)(c) tal-UCPD.

Pereżempju:

Operatur tat-telekomunikazzjoni rreklama fuq il-kartelluni li l-konsumaturi jistgħu jirċievu żewġ tablets jew inkella telefon ċellulari u tablet għall-prezz ta’ PLN 1,-. Madankollu, il-kummerċjant ma għarrafx biċ-ċar lill-konsumaturi li, sabiex jieħdu vantaġġ minn din l-offerta, ikollhom jabbonaw għal kuntratt ta’ abbonament għal 24 xahar kif ukoll jixtru kuntratt għall-prodotti b’36 ħlas parzjali fix-xahar. Awtorità tal-konsumatur sabet dan ir-reklamar qarrieqi skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD (220).

Fl-2021, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur ħadu azzjoni dwar in-nuqqas ta’ tagħrif ċar meta jsir xiri b’karti tal-kreditu, li jista’ jinvolvi problemi bħall-ħabi tal-kostijiet attwali f’tipa moħbija jew żgħira dwar il-pagamenti rikorrenti (221) Filwaqt li l-kumpaniji tal-karti tal-kreditu mhumiex dawk li qed joperaw dawn l-iskemi, huma għandhom id-dmir li jinformaw kif xieraq lill-klijenti tagħhom. Fil-perjodu tal-ħlas fejn il-konsumaturi jdaħħlu t- tagħhom dwar il-karta ta’ kreditu meta jixtru online, spiss ikun hemm biss tagħrif dwar ammont ta’ pagament ta’ darba, mhux l-abbonament rikorrenti. Skont il-UCPD u d-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament, il-konsumaturi jeħtiġilhom isiru konxji tal-ammonti speċifiċi għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament kollha, inklużi dawk rikorrenti.

Fl-2020, awtorità nazzjonali mmultat multa lill-operatur ta’ żewġ siti web ta’ dating għal ksur tal-UCPD dwar il-mudelli ta’ abbonament tas-siti web. B’mod speċifiku, l-awtorità sabet li għalkemm is-siti web ġew irreklamati mingħajr ħlas, is-servizzi essenzjali (eż. il-kuntatt ma’ utenti oħrajn) kienu soġġetti għal tariffa, u għalhekk kien qed jiġi pprovdut tagħrif qarrieqi lill-konsumaturi dwar l-abbonamenti, it-tiġdid u t-tariffi. Barra minn hekk, in-numru kbir ta’ lmenti mill-konsumaturi, kif ukoll it-trattament ħażin tagħhom indikaw ir-rifjut tal-kummerċjant li jibdel il-prattiċi ta’ komunikazzjoni tiegħu (222).

Barra minn hekk, is-CRD fiha regoli speċifiċi sabiex titjieb it-trasparenza tal-pagamenti fuq l-internet fl-Artikolu 8(2) tagħha. Skont l-Artikolu 8(2), fil-kuntratti mill-bogħod konklużi b’mezzi elettroniċi, it-tagħrif relatat mal-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizz, il-prezz li jinkludi t-taxxi, id-durata tal-kuntratt u tal-obbligi tal-konsumaturi jridu jkunu pprovduti b’manjiera ċara u prominenti, u direttament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni tiegħu; mhuwiex biżżejjed li jiġi pprovdut dan it-tagħrif fil-passi preċedenti tal-proċess tal-ordni. Barra minn hekk, il-konsumatur jeħtieġlu jingħata l-possibbiltà li jikkonferma b’mod espliċitu li l-ordni timplika obbligu ta’ ħlas, inklużi ammonti rikorrenti, eż. billi jattiva buttuna li b’mod mhux ambigwu turi li jrid jordna. Kemm l-ammont ta’ pagament ta’ darba kif ukoll l-ammont ta’ pagamenti rikorrenti li jistgħu jsegwu għandhom jiġu pprovduti b’mod ċar lill-konsumatur.

Pereżempju:

Kummerċjant ikkuntattja lill-konsumaturi permezz tat-telekummerċjalizzazzjoni sabiex jippromwovi l-bejgħ ta’ ktieb mingħajr ħlas tal-puzzles flimkien ma’ abbonament ta’ sitt xhur, li kien jinvolvi ħames kotba addizzjonali bi ħlas. Qorti nazzjonali qieset li, fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut u tal-enfasi fuq l-ewwel ktieb mingħajr ħlas, il-konsumaturi setgħu jaħsbu li huma ħadu impenn għal ħlas ta’ darba, filwaqt li fil-fatt kienu involuti f’abbonament. Il-kummerċjant instab li kiser l-Artikolu 6(1)(a) tal-UCPD billi ma pprovdiex tagħrif ċar dwar in-natura tal-prodott (223).

Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta’ prodott bħala “gratis”, “b’xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett” hija prattika kummerċjali li fiċ-ċirkustanzi kollha titqies li hija żleali u, b’hekk, ipprojbita mill-UCPD. Dan isegwi min-Nru 20 tal-Anness I tad-Direttiva.

Anki l-bejgħ mhux mitlub (it-talba ta’ ħlas għal jew ir-ritorn jew iż-żamma ta’ prodotti mhux solleċitati mill-konsumatur) huwa prattika kummerċjali li fiċ-ċirkustanzi kollha hija pprojbita mill-UCPD. Dan isegwi min-Nru 29 tal-Anness I tad-Direttiva.

2.10.   L-Artikoli 8 u 9 — Prattiki kummerċjali aggressivi

Artikolu 8 — Prattiki kummerċjali aggressivi

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà tal-għażla jew l-imġiba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

Artikolu 9 — L-Użu ta’ Fastidju, Kostrizzjoni u Influwenza Mhux Xierqa

Fid-determinazzjoni jekk prattika kummerċjali tużax il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew l-influwenza mhux xierqa, għandu jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:

(a)

iż-żmien, il-lok, in-natura u l-persistenza tagħha;

(b)

l-użu tal-lingwaġġ użat jew l-imġiba ta’ theddid jew abbużiva;

(c)

l-isfruttament mill-kummerċjant ta’ kwalunkwe sfortuna jew ċirkostanza speċifika ta’ tali gravità li tfixkel il-ġudizzju tal-konsumatur, li biha l-kummerċjant ikun jaf, sabiex jinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott;

(d)

kwalunkwe ostakli mhux kontrattwali, onerużi jew sproporzjonati imposti mill-kummerċjant fejn konsumatur ikun jixtieq jeżerċita xi drittijiet mogħtija fil-kuntratt, inklużi d-drittijiet tat-tħassir tal-kuntratt jew tal-bidla għal prodott ieħor jew għal kummerċjant ieħor;

(e)

kwalunkwe theddida li tiġi meħuda, kwalunkwe azzjoni li legalment ma tistax tittieħed.

Il-UCPD tipprovdi definizzjoni waħda ta’ prattiki kummerċjali aggressivi li jistgħu jiġu applikati madwar l-UE. Id-Direttiva tipprevjeni lill-kummerċjanti milli jadottaw tekniki ta’ bejgħ li jillimitaw il-libertà tal-għażla jew il-kondotta tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott, u b’hekk jaffettwawlu l-imġiba ekonomika tiegħu.

Prattiki kummerċjali aggressivi huma dawk li jagħmlu użu minn fastidju, koerċizzjoni, forza fiżika jew influwenza mhux xierqa. Jistgħu jinvolvu mġiba fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni iżda anki prattiki li jseħħu waqt jew wara li tkun saret tranżazzjoni. Kif iċċarat mill-Qorti, sakemm ma jiġux ivvalutati prattiki pprojbiti fl-Anness I, prattika kummerċjali ma tista’ tiġi kklassifikata bħala aggressiva “biss wara evalwazzjoni konkreta u speċifika tal-elementi tagħha, billi ssir evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 ta’ din id-direttiva” (224).

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ddikjarat li sabiex tikkwalifika bħala aggressiva u żleali, prattika kummerċjali ma għandhiex tinfluwenza biss id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumatur, iżda titwettaq b’metodi speċifiċi wkoll. Dan jimplika li prattika aggressiva għandha tinvolvi kondotta attiva mill-kummerċjant (“fastidju, koerċizzjoni inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew influwenza mhux xierqa”) li tillimita l-libertà tal-għażla tal-konsumatur (225).

Prattiki aggressivi jistgħu jinvolvu kondotta diġà koperta minn leġiżlazzjoni nazzjonali oħra, inkluż id-dritt kuntrattwali u penali. Il-UCPD iżżid saff ieħor ta’ protezzjoni li jista’ jiġi attivat b’mezzi ta’ infurzar pubbliċi bla ma jkun hemm għalfejn jinfetħu proċedimenti tad-dritt penali jew ċivili.

L-Artikolu 9(c) jipprojbixxi prattiki li jeżerċitaw influwenza mhux xierqa fuq il-konsumaturi, bħal meta kummerċjant jisfrutta sfortuna jew ċirkostanza speċifika li jkun jaf biha sabiex jinfluwenza deċiżjoni ta’ konsumatur fuq prodott. Għal spjegazzjonijiet addizzjonali dwar ir-rilevanza ta’ din il-bażi ġuridika fl-ambjent diġitali, ara t-taqsima 4.2.7.

L-Artikolu 9(d) jipprevjeni lill-kummerċjanti milli jimponu ostakoli mhux kuntrattwali sproporzjonati li jkunu għad-detriment tal-konsumaturi li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtijin f’kuntratt, inkluż id-dritt li jtemmu l-kuntratt jew id-dritt li jaqilbu għal prodott jew għal kummerċjant ieħor. Din id-dispożizzjoni hija importanti, speċjalment sabiex jiġu evitati ostakli mhux kuntrattwali għall-qlib fil-kuntratti tat-telekomunikazzjoni (226) u tal-utilitajiet tal-enerġija. Għal spjegazzjonijiet addizzjonali dwar il-kwistjoni tal-“intrappolament tal-konsumatur”, ara t-taqsima 4.2.11.

Pereżempju:

Qorti nazzjonali kkonstatat li l-prattika li biha kummerċjant jagħmilha partikolarment diffiċli għall-klijenti tiegħu li jtemmu l-kuntratti tas-servizzi tagħhom miegħu sal-punt li spiss kienu maqbudin f’tiġdid awtomatiku de facto kienet prattika kummerċjali aggressiva (227).

L-Artikolu 9(e) ikopri kwalunkwe theddida li tittieħed kwalunkwe azzjoni li legalment ma tistax tittieħed. Il-prattiki amministrattivi spiss iseħħu fil-bejgħ fid-dar jew f’bejgħ ieħor lil hinn mill-post tan-negozju ta’ oġġetti tal-konsum u fis-settur tat-timeshare. Prattiki aggressivi jistgħu jseħħu wkoll fl-irkupru tad-djun, fejn terzi jkollhom mandat sabiex jiġbru d-djun. Ostakli onerużi jew sproporzjonati għall-qlib għandhom jitqiesu bħala prattiki aggressivi wkoll.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur iddikjarat li l-bgħit ta’ avviż lil konsumatur sabiex jidher quddiem imħallef li ma kellu ebda ġuriżdizzjoni u li ma kien irċieva ebda applikazzjoni mingħand il-kummerċjant kien prattika aggressiva. L-iskop tal-prattika kien li tintimida lill-konsumaturi permezz ta’ influwenza mhux xierqa (228).

Il-Qorti pprovdiet aktar gwida dwar il-valutazzjoni ta’ prattiki aggressivi f’każijiet speċifiċi.

Fil-Kawża Wind Tre, il-Qorti sostniet li l-bejgħ ta’ SIM cards b’servizzi installati u attivati minn qabel mingħajr ma l-konsumaturi jiġu informati b’mod adegwat dwar dawn is-servizzi u l-kostijiet tagħhom, jista’ jkun prattika aggressiva pprojbita ta’ bejgħ mhux mitlub skont il-punt 29 tal-Anness I (229).Għall-finijiet tal-valutazzjoni, mhuwiex rilevanti jekk l-użu tas-servizzi kienx jeħtieġ azzjoni konxja mill-konsumatur jew jekk il-konsumatur setax jiddiżattiva s-servizzi, minħabba li mingħajr tagħrif suffiċjenti, azzjoni bħal din ma tistax titqies li qed teżerċita għażla libera fir-rigward tas-servizzi (230).

Il-Qorti ċċarat fil-Kawża Waternet li l-punt 29 tal-Anness I ma jkoprix prattika li tinżamm il-konnessjoni man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma meta konsumatur imur joqgħod f’abitazzjoni li diġà kienet okkupata qabel, billi dak il-konsumatur ma jkollux l-għażla tal-fornitur ta’ dak is-servizz, dak il-fornitur jitlob rati li jkopru l-kostijiet, trasparenti u mhux diskriminatorji li jkunu proporzjonati għall-konsum tal-ilma, u l-konsumatur ikun jaf li l-abitazzjoni hija konnessa man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma u li l-ilma jkun ipprovdut bi ħlas (231). Il-Qorti ddistingwiet dan ix-xenarju mill-Kawża Wind Tre u nnotat li l-użu tal-ilma jeħtieġ att konxju mill-konsumatur u li konsumatur medju x’aktarx ikun jaf li abitazzjoni tkun konnessa man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma tax-xorb bi ħlas (232).

Fil-Kawża Orange Polska, il-Qorti sostniet li l-iffirmar ta’ kuntratt fil-preżenza ta’ kurrier ma jistax jitqies fiċ-ċirkustanzi kollha bħala prattika aggressiva bl-użu ta’ influwenza mhux xierqa skont l-Artikoli 8-9 (233). Trid titqies l-imġiba tal-kummerċjant fil-każ speċifiku, li l-effett tagħha jkun li tagħmel pressjoni fuq il-konsumatur sabiex il-libertà tal-għażla tiegħu tkun imfixkla b’mod sinifikanti, u li ġġiegħel lill-konsumatur iħossu skomdu jew tħawwad il-mod kif jaħseb dwar id-deċiżjoni tranżazzjonali li għandu jieħu. Għalhekk, irid ikun hemm valutazzjoni tas-“sinifikat” tal-indeboliment tal-libertà tal-għażla jew tal-imġiba tal-konsumatur medju fir-rigward ta’ prodott.

Il-fatt li l-konsumatur ma ngħatax l-opportunità li jaqra minn qabel il-klawżoli kuntrattwali standard mhuwiex minnu nnifsu biżżejjed sabiex jikklassifika dak il-mudell għall-konklużjoni tal-kuntratti bħala prattika aggressiva (il-punt 43). Madankollu, il-Qorti tat eżempji ta’ xenarji li jistgħu jitqiesu bħala aggressivi fil-punt 48:

Bħala eżempju, x’aktarx taqa’ f’din il-kategorija ta’ aġir, id-dikjarazzjoni li kwalunkwe dewmien sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt jew l-emenda jkun jimplika li l-konklużjoni sussegwenti tal-kuntratt jew l-emenda tiegħu tkun possibbli biss taħt kundizzjonijiet inqas favorevoli, jew li l-konsumatur jista’ jkollu jħallas penali kuntrattwali jew, fil-każ ta’ emenda tal-kuntratt, ikun suġġett għal sospensjoni tal-provvista tas-servizz min-negozjant. Min-naħa l-oħra, jista’ jaqa’ taħt l-istess kategorija ta’ aġir il-fatt li l-messaġġier jinforma lill-konsumatur li, f’każ ta’ assenza jew dewmien fl-iffirmar tal-kuntratt jew tal-emenda li huwa jkun tah, huwa jista’ jirċievi evalwazzjoni sfavorevoli minn min jimpjegah.

3.   LISTA SEWDA TA’ PRATTIKI KUMMERĊJALI (ANNESS I)

L-Artikolu 5(5)

Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista’ tiġi modifikata biss permezz ta’ reviżjoni tad-Direttiva.

Premessa 17

Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.

Il-lista fl-Anness I tfasslet sabiex l-infurzaturi, il-kummerċjanti, il-professjonisti tal-kummerċjalizzazzjoni u l-klijenti jkunu jistgħu jidentifikaw ċerti prattiki u jagħtu rispons ta’ infurzar aktar immedjat għalihom. Għaldaqstant, iġġib magħha ċertezza legali akbar. Jekk jista’ jintwera bil-provi li l-kummerċjant wettaq prattika kummerċjali li tinsab fil-lista sewda, l-infurzaturi nazzjonali jistgħu jieħdu azzjoni sabiex jissanzjonaw lill-kummerċjant bla ma jkollhom japplikaw test ta’ każ b’każ (jiġifieri jivvalutaw l-impatt probabbli tal-prattika fuq l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju).

3.1.   Prodotti li ma jistgħux jinbiegħu legalment — Nru 9

Punt Nru 9 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant jistqarr u b’mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista jinbiegħ legalment meta ma jistax.”

Din il-prattika ġiet ipprojbita sabiex tipprevjeni sitwazzjonijiet li fihom kummerċjant jikkummerċjalizza prodott jew servizz u jonqos milli jgħarraf biċ-ċar lill-konsumatur li jkun hemm regoli legali li jistgħu jirrestrinġu l-bejgħ, il-pussess jew l-użu ta’ prodott partikolari. Dan jinvolvi prodotti jew servizzi li għalihom il-bejgħ huwa pprojbit jew illegali fiċ-ċirkustanzi kollha, bħall-bejgħ ta’ drogi illeċiti jew oġġetti misruqa. Peress li tali prattiki spiss ikunu jinvolvu attivitajiet kriminali u/jew operaturi diżonesti, dawn malajr jiġu identifikati. Tali prattiki normalment ikunu ksur serju ta’ liġijiet oħrajn li normalment ikunu aktar speċifiċi u li jieħdu preċedenza fuq il-UCPD.

It-tieni kategorija ta’ prattiki tikkonċerna prodotti jew servizzi li mhumiex illegali iżda li jistgħu jkunu kkummerċjalizzati u jinbiegħu legalment biss f’ċerti kundizzjonijiet u/jew soġġetti għal ċerti restrizzjonijiet.

Pereżempju:

Il-pakketti tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu organizzati biss minn kummerċjanti li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni mill-insolvenza imposti mid-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar (234) Qorti nazzjonali kkonstatat li aġenzija tal-ivvjaġġar li toffri tali pakketti minkejja li naqset milli tippreżenta depożitu ta’ garanzija ma’ fond nazzjonali ta’ insolvenza, kienet kisret il-punt Nru 9 tal-Anness I peress li l-konsumaturi ngħataw l-impressjoni falza li l-offerta kienet f’konformità sħiħa mal-liġi (235).

L-għoti tal-impressjoni li l-biljetti jistgħu jinbiegħu legalment fejn ikun hemm projbizzjoni leġiżlattiva nazzjonali jew fl-istat tal-bejgħ taż-ŻEE, fl-Istat tal-eżekuzzjoni taż-ŻEE jew fit-tnejn li huma jitqies bħala prattika kummerċjali żleali, skont is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA f’kawża li tikkonċerna l-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid ta’ biljetti minn kummerċjant għal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku ta’ Londra tal-2012 (236).

3.2.   Skemi piramidali — Nru 14

Il-Punt Nru 14 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta’ prodotti.”

Din il-prattika ġiet ipprojbita sabiex il-kummerċjanti ma jkunux jistgħu jattiraw lil konsumaturi lejn skemi billi jwegħduhom kumpens meta, fil-fatt, il-konsumatur jiġi kkumpensat primarjament billi jġib membri ġodda fl-iskema, minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti. L-istruttura piramidali tal-iskema ġeneralment tkun imfassla b’tali mod li tipprovdi benefiċċji biss lill-organizzaturi fil-quċċata, filwaqt li l-konsumaturi reklutati normalment ma jkollhom ebda possibbiltà raġonevoli li jirkupraw dawk li jkunu investew. Il-Qorti ċċarat il-kundizzjonijiet li fihom sistema ta’ promozzjoni tal-kummerċ tista’ titqies li hija “skema promozzjonali piramidali” skont it-tifsira tal-Punt Nru 14 tal-Anness I. Il-Qorti osservat li:

l-projbizzjoni ta’ skemi promozzjonali piramidali hija bbażata (…) fuq tliet kundizzjonijiet komuni. Qabelxejn, tali promozzjoni hija bbażata fuq il-wegħda li l-konsumatur ser ikollu l-opportunità li jagħmel qligħ ekonomiku. It-tieni nett, it-twettiq ta’ tali wegħda jiddependi mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema. Fl-aħħar nett, il-parti l-kbira tad-dħul li jippermetti li jiġi ffinanzjat il-ħlas imwiegħed lill-konsumaturi ma tirriżultax minn attività ekonomika reali” (237).

Fl-istess Kawża, il-Qorti ċċarat li:

skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, inkambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti” (238).

F’dan il-każ, kumpanija kienet irreklamat bonus lil klijenti ġodda għal kull klijent ieħor li jaħtru. Kwalunkwe klijent maħtur ġdid kellu jħallas l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni. Il-Qorti esprimiet dubju fuq kemm il-possibbiltà li l-konsumatur jirċievi kumpens kienet derivata primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema, filwaqt li osservat li l-bonusijiet imħallsin lil membri eżistenti kienu ffinanzjati biss sa ċertu punt limitat mill-korrispettiv finanzjarju meħtieġ mill-membri l-ġodda. Il-Qorti fakkret ukoll li, jekk prattika partikolari ma tkunx ipprojbita mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, xorta waħda jista’ jiġi konkluż li l-prattika tkun żleali skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva (Artikoli 5 sa 9).

Kawża oħra Loterie Nationale kienet tikkonċerna skema li fiha l-lagħba kienu jiġu rreklutati sabiex jilagħbu l-Lottu flimkien. L-atturi l-ġodda kienu jiġu rreklutati b’mod kostanti u de facto jħallsu ’il fuq fl-iskema lil-lagħba li ngħaqdu qabilhom u għall-benefiċċju tal-organizzaturi tal-iskema. Membri ġodda jħallsu EUR 10 bħala tariffa ta’ introduzzjoni u madwar EUR 43 fix-xahar sabiex jipparteċipaw. Il-lagħba li jirbħu effettivament jirċievu 50 % tar-rebħ tagħhom u kien hemm ukoll limitu massimu fuq ir-rebħiet ta’ aktar minn EUR 1 miljun, li ma kinux jitħallsu lil-lagħba. Il-Qorti ċċarat li huwa biżżejjed li jkun hemm rabta indiretta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsin minn lagħba ġodda u l-kumpens/profitt imħallas lil-lagħba eżistenti sabiex tali skema tiġi kklassifikata bħala skema piramidali. Interpretazzjoni kuntrarja tkun iċċaħħad il-projbizzjoni tal-effettività tagħha (239).

Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi dedott mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li r-rabta finanzjarja meħtieġa għandha neċessarjament tkun diretta. Dak li huwa rilevanti huwa l-klassifikazzjoni ta’ ‘primarji’ jew ta’ ‘prinċipali’ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn parteċipanti ġodda f’tali skema.” (240)

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni fi tliet każijiet li kienu jinvolvu skemi piramidali. Każ minnhom kien jinvolvi skema ta’ bejgħ li biha s-sistema ta’ kumpens ma kinitx ibbażata fuq il-volumi ta’ bejgħ biss, iżda fuq in-numru ta’ aġenti tal-bejgħ ġodda li kull wieħed mir-rivendituri kien kapaċi jattira lejn is-sistema (241). Każ ieħor kien jinvolvi skema ta’ bejgħ li biha l-istruttura tal-premji kienet immirata primarjament lejn l-attirazzjoni ta’ konsumaturi ġodda bl-irkupru tat-tariffa ta’ reġistrazzjoni mid-dħul ta’ aġenti oħrajn (242). Fit-tielet każ, ġie propost li l-konsumaturi jixtru prodotti b’mekkaniżmi mmirati għar-reklutaġġ ta’ bejjiegħa oħrajn li ntalbu kontribuzzjoni inizjali jew abbonament għal programm ta’ xirjiet personali (243). L-Awtorità qieset ukoll kif l-iskemi kienu jaħdmu fil-prattika. Iffokat fuq in-numru ta’ aġenti li fil-fatt kienu ġġeneraw bejgħ meta mqabblin man-numru totali ta’ konsumaturi maħturin u fuq is-sinifikat li varja tad-dħul/tal-akkwiżizzjonijiet mill-aġenti jew mill-bejgħ lil persuni esterni. L-investigazzjonijiet urew li l-mekkaniżmi kienu tali li l-konsumatur ma setax jagħmel kontribuzzjoni bi skambju għall-opportunità li jirċievi kumpens li kien derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema iżda mill-bejgħ/mill-konsum ta’ prodotti.

Strutturi ġerarkiċi bħal skemi piramidali huma kumplessi u jista’ jkun diffiċli li jiġu kwantifikati l-benefiċċji ta’ membri ġodda għall-kumpanija. Jista’ jkun hemm ukoll metodi differenti ta’ kif jiġi kkalkolat il-kumpens li jirċievu membri eżistenti.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur ħadet azzjoni kontra skema piramidali li fiha l-organizzatur offra lill-parteċipanti opportunitajiet li jirċievu donazzjonijiet fi flus talli jintroduċu membri ġodda fl-iskema (244) Sabiex jiksbu tali qligħ finanzjarju, il-parteċipanti kellhom: iħallsu tariffa ta’ reġistrazzjoni, jagħmlu donazzjoni fi flus lil parteċipant ieħor, jagħmlu donazzjonijiet oħrajn lil parteċipant ieħor u jħallsu kummissjoni lill-organizzatur tas-sistema. L-opportunità li jinkisbu donazzjonijiet fi flus mingħand parteċipant ġdid tkun tidher biss meta jkun hemm “Ċirku Blu” fis-seħħ li jikkonsisti f’parteċipanti introdotti minn nies li qabel ikunu ġew introdotti minn parteċipant ġdid.

Jidher li huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-prattika kummerċjali pprojbita Nru 14, li fiha l-parteċipanti jagħmlu l-flus l-iktar jew unikament billi jaħtru parteċipanti ġodda fil-programm, u l-kummerċjalizzazzjoni fuq bosta livelli, li biha l-bejjiegħa jiġu kkumpensati l-aktar għall-bejgħ li jiġġeneraw huma stess kif ukoll għall-bejgħ tal-persuni l-oħrajn li jaħtru sabiex ibigħu.

Diffiċli wkoll li taqta’ linja dritta bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti: wara li konsumatur jidħol fi skema, dik il-persuna tista’, mill-mument li fih tibda tippromwoviha, titqies li hija kummerċjant u ssir soġġetta għall-projbizzjoni tal-UCPD hija stess, fir-rigward tal-kondotti professjonali mwettqin fil-kuntest tal-iskema.

3.3.   Prodotti li jfejqu mard, disfunzjonijiet u malformazzjonijiet — Nru 17

Punt Nru 17 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant isostni, bil-qerq, li prodott jista’ jfejjaq mard, xi disfunzjoni jew malformazzjonijiet.”

Din il-projbizzjoni tkopri sitwazzjonijiet li fihom kummerċjant isostni li l-prodott jew is-servizz tiegħu jista’ jtejjeb jew ifejjaq ċerti mard jew tbatija fiżiċi jew psikoloġiċi.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur iddeċidiet li asserzjonijiet li pultruna tal-massaġġi kellha effetti ta’ fejqan fuq is-saħħa tal-bniedem (inkluż li tfejjaq mard tas-sinsla tad-dahar u taċ-ċirkulazzjoni tad-demm) kienu jaqgħu taħt il-projbizzjoni imposta fil-punt Nru 17 tal-Anness I (245)

Il-miżinformazzjoni relatata mal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa kienet prevalenti matul il-pandemija tal-COVID-19. Kummerċjanti qarrieqa rreklamaw u biegħu prodotti, bħal maskri protettivi, brieret u sanitizzaturi tal-idejn, li allegatament jipprevjenu jew ifejqu infezzjoni. Madankollu, tali dikjarazzjonijiet spiss saru mingħajr referenzi għal evidenza xjentifika soda jew mingħajr ma kienu f’konformità sħiħa mal-parir uffiċjali minn esperti. Tali asserzjonijiet jistgħu jiksru l-Artikoli 5 u 6 tal-UCPD li jipprojbixxu azzjonijiet qarrieqa dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott; f’każijiet speċifiċi, tali asserzjonijiet jistgħu jiġu pprojbiti mill-projbizzjoni fin-Nru 17 tal-Anness I. Sabiex tgħin fil-ġlieda kontra prattiki bħal dawn, il-Kummissjoni ġabret flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali li jaħdmu fin-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u adottat pożizzjoni komuni (246) dwar kif għandhom jiġu indirizzati scams relatati mal-COVID-19.

Pereżempju:

Awtorità nazzjonali mblokkat is-sit web ta’ kummerċjant li rreklama prodott mediċinali li fih l-ingredjenti attivi tal-mediċina antivirali għat-trattament tal-HIV bħala “l-uniku prodott mediċinali kontra l-Coronavirus (COVID-19)” u “l-uniku rimedju għall-ġlieda kontra l-Coronavirus (COVID19)” minkejja dikjarazzjonijiet uffiċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa li ma hemm l-ebda kura effettiva għall-ġlieda kontra l-virus (247)

Fi tliet każijiet ta’ kummerċjanti li kkummerċjalizzaw prodotti filwaqt li jagħtu l-impressjoni li l-prodotti jistgħu jipproteġu kontra l-coronavirus, l-awtoritajiet nazzjonali u qorti sabu li tali prattiki kienu aggressivi. B’mod partikolari, instab li l-kummerċjanti ħadu vantaġġ mill-biża’ tal-konsumaturi li jiġu infettati bil-coronavirus, u b’hekk fixlu l-ġudizzju tagħhom, u l-prattiki speċifiċi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu qed jisfruttaw sitwazzjoni ta’ tħassib serju għas-soċjetà (248)

Tali asserzjonijiet huma wkoll parzjalment koperti minn leġiżlazzjoni speċifika tal-UE. Il-UCPD hija wkoll mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-UE dwar il-proprjetajiet tas-saħħa tal-prodotti. Għaldaqstant, il-punt 17 japplika biss oltre r-regoli eżistenti tal-UE dwar indikazzjonijiet dwar is-saħħa. Madankollu, kwalunkwe prattika qarrieqa rigward il-prodotti tas-saħħa u tal-benessri xorta waħda tista’ tiġi vvalutata fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-UCPD (eż. meta l-preżentazzjoni ġenerali tkun qarrieqa).

Qabel kollox, il-projbizzjoni hija marbuta mal-asserzjonijiet rigward l-istati fiżiċi kklassifikati mix-xjenza medika bħala patoloġiji, disfunzjonijiet jew malformazzjonijiet. Madankollu, peress li tali asserzjonijiet huma rregolati wkoll b’leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi, l-utilità prattika tal-punt 17 b’rabta ma’ dawn il-prattiki hija marġinali.

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament FIC (249), informazzjoni dwar ikel ipprovdut minn kummerċjant lil konsumatur “m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi”. Din id-dispożizzjoni ġenerali tapplika għall-operaturi ta’ negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari, fejn l-attivitajiet tagħhom ikollhom x’jaqsmu mal-għoti ta’ tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi. It-terminu “informazzjoni dwar l-ikel” ifisser it-tagħrif li jikkonċerna l-ikel u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ tikkettar ta’ materjal ieħor li jakkumpanja, jew ta’ xi mezz ieħor inklużi għodod teknoloġiċi jew komunikazzjoni verbali.

Apparti minn hekk, ir-Regolament tal-UE dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u s-Saħħa (250) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq l-ikel f’komunikazzjonijiet kummerċjali kemm jekk fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni jew inkella fir-reklamar tal-ikel.

Skont ir-Regolament, l-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni (“kull stqarrija li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li xi ikel għandu propjetajiet ta’ nutriment ta’ benefiċċju partikolari”) għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu elenkati fl-Anness u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar Indikazzjonijiet. L-indikazzjoni dwar is-saħħa (“kull stqarrija li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta’ ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa”) għandhom ikunu pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati f’konformità mar-Regolament dwar Indikazzjonijiet u inklużi fil-listi ta’ indikazzjonijiet awtorizzati pprovduti fl-Artikoli 13 u 14. Ir-Regolament jipprojbixxi b’mod speċifiku wkoll l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġejjin: (251)

indikazzjonijiet li jissuġġerixxu li s-saħħa tista’ tiġi affettwata jekk l-ikel ma jkunx ikkunsmat;

indikazzjonijiet li jirreferu għar-rata jew għall-ammont ta’ tnaqqis fil-piż;

indikazzjonijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta’ tobba individwali jew ta’ professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u ta’ assoċjazzjonijiet oħrajn li mhumiex imsemmijin fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-Indikazzjonijiet.

indikazzjonijiet marbutin mas-saħħa huma koperti wkoll mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u l-prodotti farmaċewtiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE dwar prodotti mediċinali jagħmilha ċara li ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru sakemm ma tinħariġx awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. L-Artikoli 86 sa 100 ta’ din id-Direttiva jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-reklamar ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku ġenerali. Ir-reklamar ta’ mediċini bir-riċetta biss u ta’ prodotti li fihom sustanzi psikotropiċi jew narkotiċi huwa pprojbit. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu wkoll ir-reklamar għal prodotti li jiġu rrimborżati. Huwa permess reklamar għal prodotti li huma disponibbli sabiex jinxtraw mingħajr riċetta iżda b’kundizzjonijiet preċiżi. Pereżempju:

irid ikun magħmul b’tali mod li jkun ċar li l-messaġġ ikun reklam u li l-prodott ikun identifikat biċ-ċar bħala prodott mediċinali;

għandu jinkoraġġixxi l-użu razzjonali tal-prodott mediċinali, billi jippreżentah oġġettivament u mingħajr ma jkabbar iż-żejjed il-proprjetajiet tiegħu;

ma għandux ikun qarrieqi;

ma jistax ikun immirat esklussivament jew prinċipalment lejn it-tfal;

ma jistax juża, f’termini skorretti, allarmanti jew qarrieqa, rappreżentazzjonijiet bl-istampi ta’ tibdiliet fil-ġisem tal-bniedem ikkawżati minn mard jew korriment, jew tal-azzjoni ta’ prodott mediċinali fil-ġisem tal-bniedem;

ma jistax jirreferi għar-rakkomandazzjoni minn xjenzati jew professjonisti tas-saħħa li, minħabba l-fama tagħhom, jistgħu jħeġġu l-użu tal-prodott.

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (252) dwar apparati mediċi u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (253) dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro introduċew fil-livell tal-UE projbizzjoni fuq l-asserzjonijiet fit-tikkettar, fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fir-reklamar li jqarrqu bl-utent jew bil-pazjent fir-rigward tal-għan maħsub, tas-sikurezza jew tal-prestazzjoni tal-apparat, b’mod partikolari billi:

jattribwixxu funzjonijiet u proprjetajiet lill-apparat li l-apparat ma jkollux;

joħolqu impressjoni falza rigward trattament jew dijanjożi, funzjonijiet jew proprjetajiet li l-apparat ma jkollux;

ma jinformawx lill-utent jew lill-pazjent dwar riskju probabbli assoċjat mal-użu tal-apparat skont l-għan maħsub tiegħu;

jissuġġerixxu użi tal-apparat li mhumiex dawk iddikjarati li jifformaw parti mill-għan maħsub li għalih saret il-valutazzjoni tal-konformità.

Barra minn hekk, jeżistu limiti speċifiċi (jiġifieri projbizzjonijiet) fuq il-promozzjoni ta’ farmaċewtiċi u ta’ trattamenti mediċi bejn il-professjonisti, jiġifieri l-kummerċjanti u t-tobba. L-għażla tal-prodott/tat-trattament tiddependi mit-tabib jew mill-ispeċjalist li jordnah. Kwalunkwe reklamar qarrieqi f’dan il-qasam (kemm jekk jikkonċerna kummerċjant awtorizzat kif ukoll jekk le) jiskatta r-regoli tal-UE jew nazzjonali rilevanti u jkun soġġett għas-sistemi ta’ infurzar u għas-sanzjonijiet rispettivi. Dawn jieħdu preċedenza fuq il-UCPD.

In-Nru 17 japplika wkoll għal oġġetti jew servizzi bħal trattamenti estetiċi, prodotti ta’ benesseri u simili f’każ li jiġu kkummerċjalizzati b’asserzjonijiet foloz li jistgħu jfejqu mard, disfunzjoni jew deformazzjonijiet.

Fir-rigward ta’ prodotti kożmetiċi, l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (254) dwar il-prodotti kożmetiċi jeħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu kliem, l-użu ta’ ismijiet, trademarks, stampi jew sinjali oħrajn (figurattivi jew differenti) li jissuġġerixxu karatteristika li l-prodotti inkwistjoni ma jkollhomx fit-tikkettar, fit-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq u fir-reklamar tal-prodotti kożmetiċi.

Nuqqas min-naħa ta’ kummerċjant milli jipprovdi l-evidenza xierqa u rilevanti fuq l-effetti fiżiċi li konsumatur jista’ jistenna mill-użu ta’ prodott jaqa’ taħt il-prattika kummerċjali pprojbita Nru 17 fuq il-bażi tar-raġuni li tkun saret asserzjoni falza, jekk dan ma jkunx kopert minn leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur.

Sabiex jevitaw il-projbizzjoni, il-kummerċjanti jridu jkunu kapaċi jissostanzjaw kwalunkwe asserzjoni fattwali ta’ dan it-tip b’evidenza xjentifika. Il-fatt li l-oneru tal-provi huwa fuq il-kummerċjant jirrifletti l-prinċipju, spjegat f’iktar dettall fl-Artikolu 12 tal-UCPD, li jiddikjara li l-“Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi […]: (a) jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali jekk, b’kont meħud tal-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta’ kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher ġustifikata abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari”.

Pereżempju:

Kummerċjant online rreklama għadd ta’ prodotti fis-sit web tiegħu, inklużi ħwejjeġ u prodotti kożmetiċi, bħala prodotti li għandhom diversi effetti pożittivi fuq is-saħħa (eż. inaqqsu l-uġigħ, itejbu l-irqad u jnaqqsu t-tikmix). Madankollu, ma setax isostni l-asserzjonijiet tiegħu bl-evidenza xierqa. Awtorità nazzjonali qieset li dan huwa eżempju ta’ prattika kummerċjali qarrieqa pprojbita skont l-Anness I tal-UCPD (255)

3.4.   Użu tal-asserzjoni “b’xejn” — Nru 20

Punt Nru 20 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant jiddeskrivi prodott bħala “gratis”, “b’xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett.”

Din il-projbizzjoni hija bbażata fuq l-idea li l-konsumaturi jippretendu li asserzjoni “b’xejn” tfisser preċiżament hekk, jiġifieri li jirċievu xi ħaġa mingħajr ma jħallsu flus għaliha. Dan ifisser li offerta tista’ tiġi deskritta bħala b’xejn biss jekk il-konsumaturi ma jħallsux iktar minn dawn:

il-kost minimu u inevitabbli tat-tweġib għall-prattika kummerċjali (eż. ir-rati tal-posta pubblika attwali, il-kost tat-telefonata sa u inkluża r-rata nazzjonali standard jew il-kost minimu inevitabbli sabiex wieħed jibgħat messaġġ bil-mowbajl);

il-kost veru/reali tat-trasport jew tal-kunsinna;

il-kost, inklużi l-ispejjeż inċidentali, ta’ kwalunkwe vvjaġġar involut jekk il-konsumatur jiġbor l-offerta personalment.

Bħala konsegwenza ta’ dan, il-kummerċjanti ma għandhomx jitolbu ħlas għall-imballaġġ, għat-tqandil jew għall-amministrazzjoni ta’ prodott ikkummerċjalizzat bħala b’xejn. Meta l-kummerċjanti jagħmlu offerti “b’xejn”, għandhom jiddikjaraw ukoll biċ-ċar f’kull materjal x’inhi r-responsabbiltà tal-konsumatur għal kwalunkwe kost inevitabbli, kif imsemmi aktar ’il fuq.

Huwa aktar diffiċli li jiġi stabbilit jekk il-prattika kummerċjali tkunx żleali meta l-asserzjoni “b’xejn” tintuża f’offerti kombinati, li huma offerti kummerċjali li jinvolvu aktar minn prodott jew servizz wieħed. Normalment, l-offerti kombinati jkunu promozzjonijiet ta’ xiri kundizzjonali jew offerti f’pakkett. Dawn li ġejjin huma wħud mill-prinċipji li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni meta jivvalutaw l-offerti kombinati. Fil-parti l-kbira tagħhom, diġà huma riflessi f’xi kodiċijiet regolatorji tar-reklamar:

Il-kummerċjanti ma jistgħux jippruvaw jirkupraw il-kostijiet tagħhom billi jnaqqsu l-kwalità jew il-kompożizzjoni jew billi jżidu l-prezz ta’ kwalunkwe prodott li jrid jinxtara bħala prekundizzjoni għall-kisba ta’ oġġett separat b’xejn.

Il-kummerċjanti ma għandhomx jiddeskrivu element individwali ta’ pakkett bħala “b’xejn” jekk il-kost ta’ dak l-element ikun inkluż fil-prezz tal-pakkett.

Pereżempju:

F’offerta kombinata għal telefon ċellulari b’abbonament, operatur tat-telekomunikazzjoni tal-Iżvezja kkummerċjalizza l-prezz bħala “0 kr”. Madankollu, ladarba l-konsumaturi aċċettaw l-offerta, il-ħlasijiet parzjali ta’ kull xahar għall-abbonament żdiedu. Qorti nazzjonali qieset li dan kien jaqa’ taħt il-punt Nru 20 fl-Anness I tal-UCPD (256)

Fil-każ ta’ offerta għal “kreditu b’xejn”, awtorità tal-konsumatur sabet li din kienet taqa’ taħt il-punt Nru 20 fl-Anness I tal-UCPD jekk il-konsumatur jaf ikollu jiffirma kuntratt tal-assigurazzjoni tal-kreditu b’kostijiet addizzjonali sabiex jingħata s-self.

Il-projbizzjoni ma tipprevjenix lill-kummerċjanti milli jużaw l-asserzjoni “b’xejn” fi promozzjonijiet ta’ xiri kundizzjonali li fihom il-klijenti ma jkunux meħtieġa jixtru oġġetti oħrajn (jiġifieri offerti tat-tip “ixtri wieħed u tieħu ieħor b’xejn”), dment li:

ikun ċar għall-konsumaturi li jridu jħallsu għall-kostijiet kollha;

il-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-oġġetti mixtrijin ma tonqosx; u

il-prezz tal-oġġetti mixtrijin ma jkunx żdied sabiex jiġi rkuprat il-kost għall-forniment tal-oġġett b’xejn.

Pereżempju:

Kummerċjant nieda kampanja promozzjonali fuq l-internet u fil-gazzetti li fiha offra żewġ tajers tal-karozzi b’xejn meta tixtri tnejn ġodda. Fil-verità, il-prezz iddikjarat għaż-żewġ tajers fil-kampanja kien id-doppju tal-prezz li bih qabel kienu jinbiegħu lill-konsumaturi. Awtorità nazzjonali ddikjarat li din il-promozzjoni kondizzjonali tax-xiri kienet ipprojbita skont il-punt Nru 20 tal-Anness I (257)

Il-karatteristika distintiva ewlenija ta’ promozzjoni ta’ xiri kundizzjonali hija li l-oġġett deskritt bħala “b’xejn” trid tkun ġenwinament separata minn u addizzjonali għall-oġġett(i) li l-klijent ikun meħtieġ iħallas għalih(om). B’hekk, f’dawn il-promozzjonijiet ta’ xiri kundizzjonali, il-kummerċjanti jridu jkunu kapaċi juru:

li l-oġġett b’xejn ikun ġenwinament addizzjonali għall-oġġett(i) li normalment jinbiegħ(u) jew li l-oġġett b’xejn ikun ġenwinament separabbli mill-oġġett(i) mixtri(jin);

li jipprovdu biss l-oġġett “b’xejn” mal-oġġett(i) mixtri(jin) jekk il-konsumatur jirrispetta l-klawżoli tal-promozzjoni; u

li l-konsumaturi jkunu jafu bil-prezz awtonomu tal-oġġett(i) li qegħdin iħallsu għalih(om) u li l-prezz għadu l-istess bl-oġġett b’xejn jew mingħajr.

Pereżempju:

Asserzjoni“powster kbir b’xejn meta tixtri l-gazzetta tal-Ħamis” hija leġittima jekk il-gazzetta tinbiegħ mingħajr powster kbir f’jiem oħrajn bl-istess prezz.

Asserzjoni “assigurazzjoni tal-ivvjaġġar b’xejn għal klijenti li jibbukkjaw il-btala tagħhom online” hija leġittima jekk il-klijenti li jibbukkjaw l-istess btala bit-telefon jiġu offruti l-istess prezz iżda mingħajr l-assigurazzjoni b’xejn.

Asserzjoni li l-konsumaturi jistgħu jiksbu “abbonament bla ħlas għal servizz ta’ streaming għal ċertu numru ta’ xhur” flimkien max-xiri tagħhom ta’ oġġett, bħal televiżjoni, hija leġittima jekk il-konsumatur ma jkunx meħtieġ iħallas għal dak l-abbonament u l-prezz tal-oġġett ma jiżdiedx minħabba l-abbonament miżjud.

Il-punt 20 tal-Anness I jipprojbixxi l-użu tal-asserzjoni “b’xejn” sabiex jiddeskrivu element individwali ta’ offerta f’pakkett jekk il-kost ta’ dak l-element ikun inkluż fil-prezz tal-pakkett.“Offerta f’pakkett” hawnhekk tfisser taħlita ppreparata bil-lest ta’ affarijiet offruti għal prezz wieħed li jinkludi kollox li fiha l-klijenti ma jistgħux jeżerċitaw għażla ġenwina fuq kemm-il element tal-pakkett jirċievu għal dak il-prezz.

Pereżempju:

Jekk karozza hija rreklamata b’sits tal-ġilda, l-arja kundizzjonata u sistema multimedjali għal prezz standard ta’ EUR 10 000, dik it-taħlita ta’ karatteristiċi hija pakkett. Il-konsumatur iħallas prezz wieħed li jinkludi kollox għall-karozza kif irreklamata. Jekk titneħħa kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi rreklamati, ikunu qegħdin jitnaqqsu l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-karozza li għaliha l-klijent ikun qiegħed iħallas EUR 10 000. Sabiex jiġi sostnut li s-sistema multimedjali hija b’xejn u li l-EUR 10 000 huma marbutin ma’ elementi oħrajn, il-kummerċjant irid juri jew (a) li r-rekwiżiti ta’ promozzjoni ta’ xiri kundizzjonali huma ssodisfati, jew (b) li s-sistema multimedjali kienet karatteristika addizzjonali ġdida u li l-prezz tal-karozza ma żdiedx.

Madankollu, il-kummerċjanti kultant iżidu elementi ġodda ma’ pakketti eżistenti mingħajr ma jżidu l-prezz ġenerali tal-pakkett jew inaqqsu l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-elementi inklużi. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-konsumaturi aktarx li jqisu l-element li żdied mal-pakkett bħala addizzjonali għall-pakkett stabbilit għal perjodu wara l-introduzzjoni tiegħu. Madankollu, jekk il-prezz ta’ pakkett jiżdied jew il-kwalità jew il-kompożizzjoni tiegħu titnaqqas wara li jiżdied element ġdid, l-element il-ġdid ma jistax jiġi deskritt bħala “b’xejn”.

Il-kostijiet bil-quddiem ta’ darba mġarrbin, pereżempju, sabiex jinxtara jew jiġi installat tagħmir, ma jinnegawx l-asserzjonijiet li l-prodotti jew is-servizzi forniti mingħajr abbonament huma “b’xejn” skont it-tifsira tan-Nru 20 tal-Anness I. Pereżempju, il-kanali tat-televiżjoni diġitali mingħajr ħlas huma disponibbli biss għall-konsumaturi li jkollhom it-tagħmir diġitali riċevitur neċessarju; b’mod simili, pakketti ta’ telefonati huma disponibbli biss għal konsumaturi li jkollhom linja tat-telefon.

Bl-istess mod, it-tariffi tal-konnessjoni pagabbli lil parti terza sabiex jiġi attivat servizz tal-internet ma jinnegawx l-asserzjonijiet li s-servizz tal-internet huwa b’xejn, dment li t-tariffa tal-konnessjoni ma tkunx żdiedet sabiex tkopri l-kost tal-forniment tas-servizz tal-internet b’xejn. Il-kummerċjanti dejjem jridu jgħarrfu lill-konsumaturi b’mod adegwat dwar ir-rekwiżit għal kwalunkwe pagament bil-quddiem bħal dan.

Prodotti ppreżentati bħala “b’xejn” huma partikolarment komuni fis-settur online. Madankollu, ħafna minn dawn is-servizzi jiġbru data personali tal-utenti bħall-identità u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Huwa importanti li l-UCPD tkopri l-prattiki kummerċjali kollha li jikkonċernaw prodotti “b’xejn” u ma teħtieġx ħlas bil-flus bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni tagħha. Il-prattiki xprunati mid-data jinvolvu interazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-UCPD. Hemm għarfien dejjem akbar tal-valur ekonomiku tat-tagħrif relatat mal-preferenzi tal-konsumaturi, mad-data personali u ma’ kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali prodotti bħala “b’xejn” mingħajr ma jiġi spjegat b’mod adegwat lill-konsumaturi kif se jintużaw il-preferenzi, id-data personali u l-kontenut iġġenerat mill-utent tista’ titqies bħala prattika qarrieqa minbarra ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/770 (258) tapplika għal kuntratti fejn il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jiġu pprovduti lill-konsumaturi u l-konsumaturi jipprovdu jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu data personali. Id-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali tapplika irrispettivament minn jekk id-data personali tiġix ipprovduta lill-kummerċjant fiż-żmien tal-konklużjoni ta’ kuntratt jew aktar tard, pereżempju meta l-konsumatur jagħti kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali. Wara l-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2019/2161, tapplika wkoll id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (mit-28 ta’ Mejju 2022) għal kuntratti għall-provvista ta’ servizzi u ta’ kontenut diġitali meta l-konsumaturi jipprovdu jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu data personali.

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur immultat lil pjattaforma online għal tagħrif qarrieqi fuq il-bażi tal-Artikolu 6 tal-UCPD għall-asserzjoni tagħha li s-servizz tagħha huwa “b’xejn” jew “mingħajr ħlas”, minħabba li l-kumpanija tikseb id-dħul tagħha mill-analiżi tad-data privata tal-utenti u tipprovdi t-tagħrif lil kummerċjanti terzi (259).

Awtorità tal-konsumatur immultat lil pjattaforma online talli qarrqet bl-utenti (skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD) fir-reġistrazzjoni u billi ma informathomx minnufih u b’mod adegwat matul il-ħolqien tal-kont li d-data pprovduta kienet se tintuża għal skopijiet kummerċjali u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-finijiet rimunerattivi li fuqhom huwa bbażat is-servizz, u minflok enfasizzat in-natura mingħajr ħlas tas-servizz (260).

3.5.   Biljetti ta’ avvenimenti ta’ bejgħ mill-ġdid miksubin b’mezzi awtomatizzati — Nru 23a

Punt Nru 23a tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant ibigħ mill-ġdid biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti.”

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet mal-UCPD prattika kummerċjali pprojbita ġdida fil-Punt 23a, li jipprojbixxi lill-kummerċjanti milli jbigħu mill-ġdid lill-konsumaturi biljetti għal avvenimenti kulturali u sportivi li jkunu kisbu bl-użu ta’ software speċjalizzat (“bots”).

Tali mezzi awtomatizzati jippermettu lill-kummerċjanti jixtru biljetti li jaqbżu l-limiti tekniċi imposti mill-bejjiegħ tal-biljetti primarju jew li jevitaw kwalunkwe mezz tekniku ieħor stabbilit mill-bejjiegħ primarju sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-biljetti għall-individwi kollha, bħall-organizzazzjoni tal-kju tax-xiri online. Il-projbizzjoni tkun tapplika wkoll f’każ li l-biljetti jiġu “rriżervati” mis-software awtomatizzat, iżda mbagħad jitħallsu separatament b’mezzi oħrajn. Tapplika wkoll meta r-rivenditur tal-biljetti jikseb il-biljetti minn parti terza li tkun użat bots sabiex tixtri l-biljetti. Il-fatt li l-użu tal-bot mir-rivenditur kien magħruf mill-bejjiegħ tal-biljetti primarju mhuwiex rilevanti għall-finijiet tal-projbizzjoni, dment li l-użu tiegħu jkun ippermetta lir-rivenditur jikseb dawk il-biljetti f’għadd akbar milli kien possibbli għal xerrejja oħrajn.

Il-projbizzjoni tapplika b’mod ġenerali għal “avvenimenti” li jinkludu avvenimenti kulturali u sportivi msemmijin speċifikament fil-Premessa 50 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 u tipi oħrajn ta’ attivitajiet ta’ divertiment. Tapplika biss għal miżuri tekniċi użati mir-rivenditur sabiex jevita l-miżuri tekniċi implimentati mill-bejjiegħ tal-biljetti primarji sabiex jiġi limitat l-għadd ta’ biljetti mibjugħin lil kull xerrej jew sabiex jiġi ġestit il-proċess tal-bejgħ. Miżuri bħal dawn jistgħu jiġu implimentati mill-bejjiegħ primarju fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta’ rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-projbizzjoni fil-Punt 23a tal-Anness I tikkomplementa d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-UCPD dwar prattiki żleali fir-rigward ta’ dan l-aspett speċifiku tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti. Il-Premessa 50 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tispjega li l-projbizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura nazzjonali oħra li l-Istati Membri jistgħu jieħdu sabiex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u sabiex jiżguraw politika kulturali u aċċess wiesa’ għall-individwi kollha għal avvenimenti kulturali u sportivi, bħal regolazzjoni tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti.

3.6.   Kummerċjalizzazzjoni persistenti b’mezzi remoti — Nru 26

Punt Nru 26 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant jagħmel solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz tat-telefown, tal-faks, bl-e-mail jew mezz ieħor remot ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obligazzjoni kontrattwali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE, id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE.”

Din il-projbizzjoni għandha l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi kontra fastidju b’għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni remoti. Il-Punt Nru 26 tal-Anness I ma jipprojbixxix il-kummerċjalizzazzjoni remota per se iżda s-solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa (261)

Pereżempju:

Konsulent tal-assigurazzjoni fittex fuq gazzetti online u offline għal rapporti ta’ aċċidenti u mbagħad bagħat ittri standard lill-vittmi, li fihom offrielhom pariri u għajnuna dwar kwistjonijiet assoċjati mal-kumpens. Qorti nazzjonali ddikjarat li l-bgħit ta’ ittra waħda lil persuna ma jikkwalifikax bħala “solleċitazzjoni persistenti u mhux mixtieqa” skont it-tifsira tal-punt 26 tal-Anness I (262).

Regoli speċifiċi dwar komunikazzjonijiet mhux solleċitati bl-użu ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri bit-telefon jew bil-posta elettronika) huma stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-Privatezza Elettronika. Magni tat-telefonati, magni facsimile (fax) jew posta elettronika awtomatiċi jistgħu jintużaw biss għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti f’kuntatt li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel. Madankollu, meta persuna naturali jew ġuridika tikseb mill-klijenti tagħha d-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-posta elettronika, fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ prodott jew ta’ servizz, l-istess persuna fiżika jew ġuridika tista’ tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti jew tas-servizzi simili tagħha stess, dment li l-klijenti jingħataw b’mod ċar u distint l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b’mod faċli, għal tali użu ta’ dettalji ta’ kuntatt elettroniku fil-ħin tal-ġbir tagħhom u fl-okkażjoni ta’ kull messaġġ fil-każ li fih il-klijent ma jkunx irrifjuta inizjalment tali użu. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-setturi jipprevalu fuq il-UCPD, u dan ifisser li tali solleċitazzjonijiet ma għandhomx ikunu persistenti u li l-Istati Membri jridu jippenalizzaw solleċitazzjonijiet mill-ewwel telefonata jew ittra elettronika.

Jekk għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, kontrollur juża data personali (eż. l-isem u/jew l-indirizz tar-riċevitur jew data oħra marbuta ma’ persuna identifikabbli), dan jikkostitwixxi proċessar ta’ tali data skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data . Is-salvagwardji u l-obbligi skont il-GDPR iridu jiġu rrispettati, inkluż l-informar tal-individwi li l-proċessar se jsir qabel ma ssir kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni u l-għoti ta’ possibbiltà lill-individwi sabiex joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ data personali tagħhom għal dan il-għan (l-Artikolu 21(2) GDPR).

Ma hemm ebda regola simili tal-UE speċifika għas-setturi għall-kummerċjalizzazzjoni bil-posta u b’reklamar stampat ieħor. Dawn huma rregolati b’mod eżawrjenti mill-UCPD, u mill-punt Nru 26 tal-Anness b’mod partikolari. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu kull tip ta’ reklamar stampat mhux indirizzat, sakemm il-konsumaturi ma jagħtux kunsens minn qabel (inklużjoni fakultattiva), imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet kompletament armonizzati tal-UCPD. Tali projbizzjoni tkun awtorizzata biss jekk taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, jiġifieri ma jkollhiex l-għan li tħares l-interess ekonomiku tal-konsumaturi. Tali Stati Membri ddefendew tali projbizzjonijiet fuq il-bażi ta’ raġunijiet differenti, eż. il-protezzjoni tal-ambjent (tnaqqis ta’ karti moħlijin fuq materjal tal-kummerċjalizzazzjoni).

3.7.   Appelli diretti lit-tfal — Nru 28

Punt Nru 28 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant jinkludi f’reklam it-tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru jew sabiex jipperswadu l-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtrulhom il-prodotti reklamati. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 89/552/KEE dwar xandir bit-televiżjoni.”

Din il-projbizzjoni tinkludi t-tqegħid ta’ pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru prodott direttament jew sabiex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta sabiex tixtrilhom l-oġġetti (is-“setgħa tal-qrid”). Asserzjoni rikorrenti magħmula minn ħafna kummerċjanti dwar din il-projbizzjoni hija li jista’ jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-kummerċjalizzazzjoni mmirata lejn it-tfal u kummerċjalizzazzjoni mmirata lejn konsumaturi oħrajn. B’mod simili, kultant jista’ ma jkunx ċar jekk prattika kummerċjali tinkludix appelli diretti lit-tfal.

Madankollu, il-verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk prattika kummerċjali taqax taħt il-Punt 28 tal-Anness I trid titwettaq filwaqt li jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha ta’ każ individwali. Il-valutazzjoni tista’ tqis diversi fatturi, bħad-disinn tal-kummerċjalizzazzjoni, il-mezz użat sabiex tintbagħat il-kummerċjalizzazzjoni, it-tip ta’ lingwa użata, il-preżenza ta’ suġġetti jew karattri li jistgħu b’mod partikolari jappellaw għat-tfal, il-preżenza ta’ restrizzjonijiet fuq l-età l-għoti ta’ links diretti fejn isir ix-xiri eċċ (263).Awtorità nazzjonali tal-infurzar jew qorti lanqas ma hija marbuta mid-definizzjoni proprja tal-kummerċjant tal-grupp fil-mira għall-prattika kummerċjali inkwistjoni, għalkemm dik id-definizzjoni tista’ tiġi kkunsidrata. Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll il-passi li l-kummerċjant ikun ħa fil-protezzjoni tal-minorenni minn appell dirett. Il-kummerċjanti għandhom jadattaw il-kummerċjalizzazzjoni skont il-konsumaturi li fil-fatt jistgħu jintlaħqu mill-prattika, mhux biss skont il-grupp fil-mira maħsub.

Pereżempju:

Prattika kummerċjali online li tinvolvi komunità tal-logħob li fiha t-tfal ilibbsu pupi virtwali stiednet lit-tfal sabiex “jixtru aktar”, “jixtru minn hawn”, “jaġġornaw issa” u “jaġġornaw sabiex isiru Superstar”. Qorti nazzjonali pprojbiet prattiki bħal dawn fuq il-bażi li d-dikjarazzjonijiet kienu appelli diretti lit-tfal skont it-tifsira tan-Nru 28 tal-Anness I (264).

Organizzatur tal-kunċerti kien irreklama l-biljetti għal kunċert ta’ Justin Bieber bl-użu ta’ frażijiet bħal “Belibers — għad hemm cards tal-RIMI disponibbli f’ħafna ħwienet. Iġri, aqbad ir-rota tiegħek jew għid lil xi ħadd iwasslek” u “Ftakar biex tixtri wkoll biljetti għall-Bieberexpress meta tixtri biljetti tal-kunċerti fl-RIMI llum”. Qorti nazzjonali kkonstatat li dan kien jikser il-punt Nru 28 tal-Anness I (265).

Awtorità nazzjonali sabet li meta bank indirizza ittra ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lit-tfal li għalqu l-10 snin, din kienet prattika aggressiva. Fl-ittra, it-tfal ingħataw merħba f’uffiċċju ta’ fergħa tal-bank sabiex jiksbu karta Visa Electron personali bħala tifkira tal-għeluq tal-10 snin tagħhom (266).

Awtorità nazzjonali sabet appell dirett f’reklam tal-kompetizzjoni li twettaq bl-użu tar-realtà awmentata (AR). Il-qarrej iniżżel applikazzjoni tal-AR fil-mowbajl tiegħu u jużaha sabiex jiskennja l-pannelli ta’ storja b’materjali tal-video. Il-videos kienu jinkludu diversi elementi viżwali u effetti tal-ħoss simili għall-comics. Fi tmiem l-istorja, l-applikazzjoni kienet turi rota tax-xorti li fiha l-qarrej kellu ċans jirbaħ il-biljetti għal kunċert. Jekk il-qarrej ma kienx ixxurtjat biżżejjed li jirbaħ, kienet titla’ link ħdejn ir-rota tax-xorti li tħeġġeġ lill-qarrej “jagħti ħarsa lejn il-biljetti”. Fl-istess sitwazzjoni, l-avatar virtwali ħeġġeġ lill-qarrej “jikklikkja hawn u jikseb il-biljetti”. Skont l-awtorità nazzjonali, din kienet stedina diretta għax-xiri, speċjalment minħabba li kien possibbli li jinxtraw biljetti mil-link assoċjata. L-awtorità nazzjonali kienet tal-fehma wkoll li l-kontenut u r-reklamar tal-AR kienu mmirati lejn it-tfal ġew ippubblikati f’rivista f’għamla ta’ comic, li hija stess kienet immirata lejn udjenza magħmula minn tfal (267).

Qorti ta’ Stat Membru kkunsidrat il-kwistjoni ta’ jekk il-wiri ta’ link għal ħanut online jikkostitwixxix stedina diretta għax-xiri. Il-qorti kkonstatat li reklam li jindirizza lill-viżitatur fit-tieni persuna singular, bl-użu ta’ termini tipiċi għat-tfal jimmira lit-tfal fl-ewwel lok, u li tali stediniet diretti għax-xiri huma koperti mill-punt Nru 28 tal-Anness I anki jekk il-prezzijiet u l-karatteristiċi tal-prodotti rreklamati ma jintwerewx sakemm tingħafas il-link (268).

F’kawża simili, il-qorti ta’ Stat Membru kkunsidrat li l-istediniet indiretti għax-xiri mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni fil-punt Nru 28 tal-Anness I, u huma ddefiniti bħala referenzi għall-użu maħsub tal-prodotti rreklamati. F’dan il-każ, il-messaġġi tar-reklamar u l-links għall-ħanut online kienu akkumpanjati mill-messaġġ “Jekk tixtieq ukoll kopja għalik stess, tista’ tordnaha wkoll għall-konsol tiegħek billi tuża l-links ta’ hawn taħt”. Instab li l-għoti ta’ tagħrif dwar opportunità ta’ xiri jew l-istedina lill-utent għal bini ta’ negozju virtwali mhuwiex inammissibbli (269).

Fl-2021, awtorità tal-infurzar immultat multa lill-operatur ta’ logħba online u lil diversi aġenziji ta’ influwenzaturi online għall-ksur tal-projbizzjoni fil-punt Nru 28 tal-Anness I. Ir-reklami għal-logħba ġew promossi f’medda ta’ kanali online, li ħeġġew lit-tfal u lill-adolexxenti jinteraġixxu ma’ karattru ta’ annimal billi jibagħtu messaġġi SMS b’rati primjum. Għalhekk, it-tfal ġew mistiedna direttament sabiex jixtru. Barra minn hekk, il-multa qieset il-prattiki qarrieqa tal-kummerċjant u tal-influwenzaturi, peress li ċerti reklami u promozzjonijiet ma kinux immarkati kif xieraq u qarrqu bil-konsumaturi sabiex jaraw reklam (270).

Fl-2013-2014, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, wettqu azzjoni konġunta ta’ infurzar dwar il-logħob online li toffri possibbiltajiet sabiex isiru xirjiet direttament mil-logħba (xiri fl-applikazzjoni) u li x’aktarx jappellaw jew jintlagħbu mit-tfal, li hija diskussa aktar fit-taqsima 4.2.9 (271).L-awtoritajiet qiesu li l-Punt Nru 28 tal-Anness I tal-UCPD kien japplika għal-logħob li x’aktarx jappella għat-tfal, mhux biss għal dawk immirati biss jew speċifikament lejn it-tfal. Logħba jew applikazzjoni, u l-appell li jinsab fiha, jista’ jitqies bħala mmirat lejn it-tfal skont it-tifsira tal-punt Nru 28 tal-Anness I jekk il-kummerċjant ikun raġonevolment mistenni li jipprevedi li aktarx se jappella għat-tfal.

3.8.   Premji — Nru 31

Punt Nru 31 tal-Anness I

“Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni falza li konsumatur diġà rebaħ, se jirbaħ, jew li hekk kif jagħmel xi azzjoni partikolari jirbaħ, xi premju jew xi benefiċċju ekwivalenti ieħor, meta fil-fatt

ma jkun hemm ebda premju jew benefiċċju ekwivalenti ieħor,

jew

it-teħid ta’ xi azzjoni fir-rigward tal-ġbir tal-premju jew tal-benefiċċju ekwivalenti ieħor teħtieġ lill-konsumatur li jħallas xi flus jew li jidħol f’xi spejjeż.”

Il-valutazzjoni tal-ewwel kategorija ta’ sitwazzjonijiet (jiġifieri ebda premju) hija kemxejn sempliċi. Sabiex ma jiksrux il-projbizzjoni, il-kummerċjanti dejjem iridu ikunu kapaċi juru li taw il-premju/i jew benefiċċju/i ekwivalenti skont il-klawżoli preċiżi stipulati fit-tħabbira tagħhom lill-konsumatur. Fin-nuqqas ta’ dan, il-prattika taqa’ taħt il-projbizzjoni.

Pereżempju:

Kummerċjant ħoloq l-impressjoni falza li l-konsumaturi setgħu jirbħu premju billi jiddikjaraw li kull min jieħu sehem f’lotterija speċifika kien se jkollu l-possibbiltà li jirbaħ laptop. Fil-verità, ma seta’ jintrebaħ ebda kompjuter bħal dan (272).

Kummerċjant ħoloq l-impressjoni falza li konsumatur kien rebaħ premju billi ddikjara mingħajr ekwivoċi f’ittra lill-konsumatur li kien rebaħ premju ta’ EUR 18 000, meta fil-fatt ma kien hemm ebda premju bħal dan. Qorti nazzjonali ċċarat li din il-prattika kummerċjali kienet tmur kontra l-liġi nazzjonali li tittrasponi n-Nru 31 tal-Anness I tal-UCPD (273).

It-tieni parti tal-Punt Nru 31 (jiġifieri l-premju jew il-benefiċċju huwa soġġett għall-ħlas ta’ flus min-naħa tal-konsumatur jew it-tiġrib ta’ kost) tkopri prattiki diżonesti li fihom, pereżempju, il-konsumaturi jiġu informati li rebħu premju iżda jridu jċemplu fuq linja b’rata primjum sabiex jeħduh, jew meta l-konsumaturi jkunu inizjalment informati li rebħu premju iżda mbagħad isiru jafu li jridu jordnaw prodott jew servizz ieħor sabiex jirċievu l-premju rreklamat jew il-benefiċċju ekwivalenti.

Il-Qorti ċċarat li anki meta l-kost impost fuq il-konsumatur sabiex jieħu l-premju (jiġifieri t-talba ta’ tagħrif fuq l-għamla ta’ dak il-premju jew it-teħid tiegħu fil-pussess) ikun minimu, bħal fil-każ ta’ bolla, meta mqabbel mal-valur tal-premju, u indipendentement minn jekk il-ħlas ta’ tali kostijiet iġibx miegħu xi benefiċċju għall-kummerċjant, tali prattiki huma pprojbiti mill-punt Nru 31 tal-Anness I (274).

Pereżempju:

Kumpanija ta’ bejgħ bil-korrispondenza bagħtet reklamar promozzjonali bil-posta li fih iddikjarat li l-konsumatur “għandu garanzija ta’ 100 % li huwa wieħed mill-persuni magħżulin sabiex jirċievu prodott elettroniku. Dan il-prodott huwa b’xejn!” Fil-fatt, il-konsumaturi kellhom iwieġbu fi żmien jumejn u jħallsu EUR 19.99 sabiex ikopru l-“kostijiet amministrattivi u tat-trasport”. Awtorità tal-konsumatur sabet li l-għoti lill-konsumaturi tal-impressjoni falza li diġà rebħu premju filwaqt li jkunu meħtieġa jħallsu tariffa fi żmien jumejn mindu jirċievu notifika dwar l-azzjoni promozzjonali kien jaqa’ taħt il-punt Nru 31 tal-Anness I u anki azzjonijiet oħrajn fil-lista s-sewda bħan-Nru 20 fid-dawl tal-użu tal-kelma “b’xejn” (275).

4.   APPLIKAZZJONI TAL-UCPD GĦAL OQSMA SPEĊIFIĊI

4.1.   Sostenibbiltà

4.1.1.   Asserzjonijiet ambjentali

L-espressjonijiet “asserzjonijiet ambjentali” u “asserzjonijiet ekoloġiċi” jirreferu għall-prattika li biha jiġi ssuġġerit jew inkella tinħoloq l-impressjoni (f’komunikazzjoni kummerċjali, f’kummerċjalizzazzjoni jew f’reklamar) li oġġett jew servizz għandu impatt pożittiv jew ma għandu l-ebda impatt fuq l-ambjent jew jagħmel anqas ħsara lill-ambjent mill-oġġett jew mis-servizzi tal-kompetituri. Dan jista’ jkun dovut għall-kompożizzjoni tiegħu, għal kif ġie mmanifatturat, għal kif jista’ jintrema u għat-tnaqqis fl-enerġija jew għat-tniġġis mistenni meta jintuża. Meta tali asserzjonijiet ma jkunux minnhom jew ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati, din il-prattika spiss tissejjaħ “greenwashing”. L-iskrinjar ikkoordinat tas-siti web (“sweep”) li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur wettqu fl-2020 ikkonferma l-prevalenza ta’ asserzjonijiet ekoloġiċi vagi, esaġerati, foloz jew qarrieqa (276).

“Greenwashing” fil-kuntest tar-relazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur jistgħu jkunu relatati mal-forom kollha ta’ prattiki kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur dwar l-attributi ambjentali tal-prodotti. Skont iċ-ċirkustanzi, dan jista’ jinkludi t-tipi kollha ta’ dikjarazzjonijiet, tagħrif, simboli, logos, grafiki u ismijiet tad-ditti, u r-relazzjoni tagħhom ma’ kuluri, fuq l-imballaġġ, fuq it-tikkettar, fir-reklamar, fil-media kollha (inklużi siti web) u magħmulin minn kwalunkwe organizzazzjoni, jekk tikkwalifika bħala “kummerċjant” u tieħu sehem fi prattiki kummerċjali għall-konsumaturi.

Il-UCPD ma tipprovdix regoli speċifiċi dwar l-asserzjonijiet ambjentali. Madankollu, tipprovdi bażi ġuridika sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjanti ma jippreżentawx asserzjonijiet ambjentali b’modi li jkunu żleali għall-konsumaturi. Ma tipprojbixxix l-użu ta’ “asserzjonijiet ekoloġiċi” dment li ma jkunux żleali. Għall-kuntrarju, il-UCPD tista’ tgħin lill-kummerċjanti jinvestu fl-asserzjoni ambjentali tal-prodotti tagħhom billi tippermettilhom jikkomunikaw dawn l-isforzi lill-konsumaturi b’mod trasparenti u billi tipprevjeni lill-kompetituri milli jippreżentaw asserzjonijiet ambjentali qarrieqa.

L-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida (277) u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 2020 (278) jipprevedu aktar proposti sabiex jiġi indirizzat il-greenwashing. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed taħdem fuq inizjattivi bħall-istabbiliment ta’ standards għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju (279).

Fir-rigward tar-rimedju tal-konsumatur għal dannu mġarrab minn ksur tal-UCPD b’rabta ma’ asserzjonijiet ambjentali, bħal kumpens għal dannu, tnaqqis fil-prezz u terminazzjoni ta’ kuntratt, ara t-taqsima 1.4.3.

4.1.1.1.   Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar l-asserzjonijiet ambjentali

L-Artikolu 3(4) u l-Premessa 10 jistabbilixxu l-prinċipju li l-UCPD tikkomplementa leġiżlazzjoni oħra tal-UE bħala “xibka ta’ sikurezza” li tiżgura li jinżamm livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur kontra prattiki kummerċjali żleali fis-setturi kollha. Fil-qasam tal-asserzjonijiet ambjentali, il-UCPD tikkomplementa strumenti bħal:

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (280) dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE;

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (281) li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija;

Id-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibilità ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda;

id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (282), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 (283);

Id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (284);

Ir-Regolament (UE) Nru 2020/740 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (285);

Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (286) dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku;

Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (287);

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (288) dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi;

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (289) dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (290) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali.

Dawn huma ftit eżempji tar-relazzjoni bejn il-UCPD u leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li tikkonċerna l-asserzjonijiet ambjentali.

Pereżempju:

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija jipprojbixxi tikketti u simboli addizzjonali li fihom infushom jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew ta’ riżorsi oħrajn (291).Madankollu, ma tinkludix regoli speċifiċi dwar x’jitqies li huwa qarrieqi. Fuq dan il-punt, il-UCPD jista’ jkollha rwol importanti. Pereżempju, qorti qieset l-użu tas-slogan “tiffranka ħafna enerġija” għal friġġ/friżer bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika “A” bħala prattika kummerċjali qarrieqa skont il-UCPD. 308 minn 543 apparat fis-suq f’dak iż-żmien kienu jappartjenu għall-klassi “A+” u 17 % mill-apparati kollha disponibbli kienu fil-klassi tal-effiċjenza enerġetika “A++” (292).

Manifattur tat-tajers kellu t-tikketta tat-tajers tiegħu stess għat-tqegħid fis-suq tat-tajers. It-tikketta kienet maħsuba sabiex turi l-kapaċitajiet tas-sewqan ta’ tajer fil-kundizzjonijiet xitwin. It-tikketta tal-kumpanija stess hija simili ħafna għat-tikketta uffiċjali tal-UE għat-tajers  (293),li saret obbligatorja minn Novembru 2012. Il-manifattur tat-tajers ikkummerċjalizza t-tajers tiegħu billi uża tikketta proprjetarja, li setgħet tagħti lill-konsumaturi l-impressjoni qarrieqa li t-tajers kienu konformi mar-rekwiżiti ta’ ttestjar u ta’ klassifikazzjoni mit-tikketta tal-UE għat-tajers. Barra minn hekk, it-tikketta tat-tajers ma kinitx tagħti stampa affidabbli tal-proprjetajiet tat-tajers, meta mqabbla ma’ dawk ta’ manifatturi oħrajn li kellhom it-tikketta tal-UE. Qorti pprojbiet lill-manifattur tat-tajers milli juża t-tikketta tal-kumpanija stess għat-tajers fil-kummerċjalizzazzjoni mmirata lejn il-konsumatur, sakemm il-kumpanija ma tagħmilx distinzjoni ċara ta’ din it-tikketta mit-tikketta tal-UE għat-tajers (294).

Skont id-Direttiva (UE) 2019/944 il-fornituri tal-elettriku jeħtieġ li jispeċifikaw fit-tagħrif tagħhom dwar il-kontijiet “l-impatt ambjentali, f’termini ta’ mill-anqas tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti” u l-kumpaniji fornituri se jkollhom jispeċifikaw l-impronta tas-CO2 attwali tat-taħlita enerġetika tagħhom f’konformità mal-Anness I (5)(b) tagħha.

Kummerċjant irreklama l-karozzi diżil tiegħu lill-konsumaturi bħala “ekoloġiċi”, filwaqt li fir-realtà t-testijiet tal-emissjonijiet tal-gass tal-egżost ġew immanipulati permezz tal-użu ta’ software ta’ apparat ta’ manipulazzjoni (l-iskandlu “Dieselgate”). L-asserzjonijiet dwar il-karatteristiċi ambjentali tal-karozzi inkwistjoni ntwerew fuq is-sit web tal-kummerċjant, fuq il-materjali tar-reklamar u fil-listi tal-prodotti. Fis-sentenza tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża C-693/18, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li s-software ta’ apparat ta’ manipulazzjoni kien illegali skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip  (295).Mill-perspettiva tal-UCPD, il-prattika inkwistjoni tqajjem tħassib skont l-Artikolu 5 (prattika li tmur kontra d-diliġenza professjonali), l-Artikolu 6 (fejn il-kummerċjant jipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif qarrieqi dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħall-impatt ambjentali rreklamat tal-prodott) u l-punt Nru 4 tal-Anness I (fejn il-kummerċjant isostni li prodott ġie approvat minn korp pubbliku mingħajr ma jikkonforma mat-termini tal-approvazzjoni). L-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur ħarġu multi fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (296)

4.1.1.2.   Prinċipji ewlenin

L-applikazzjoni tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali tista’ tinġabar fil-qosor fil-prinċipji ewlenin li ġejjin (297)

Fuq il-bażi tal-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD dwar azzjonijiet u ommissjonijiet qarrieqa, l-asserzjonijiet ekoloġiċi jridu jkunu veritiera, ma jkunx fihom tagħrif falz u jiġu ppreżentati b’mod ċar, speċifiku, preċiż u mhux ambigwu, sabiex il-konsumaturi ma jitqarrqux.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tal-UCPD, il-kummerċjanti jeħtieġ li jkollhom evidenza li ssostni l-asserzjonijiet tagħhom u jkunu lesti li jipprovduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar b’mod li jinftiehem jekk l-asserzjoni tiġi kkontestata.

Barra minn hekk, l-Anness I tal-UCPD fih lista ta’ prattiki żleali li huma pprojbiti fil-każijiet kollha. Diversi punti tal-Anness I huma relatati ma’ asserzjonijiet speċifiċi jew mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċertifikazzjonijiet, ta’ tikketti u ta’ kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti.

Il-klawżola ġenerali tal-Artikolu 5(2) tal-UCPD tipprovdi possibbiltà addizzjonali sabiex jiġu vvalutati prattiki kummerċjali żleali. Taħdem bħala “xibka ta’ sikurezza” addizzjonali sabiex tkopri kwalunkwe prattika żleali li ma tkunx koperta minn dispożizzjonijiet oħrajn tal-UCPD (jiġifieri li la tkun qarrieqa, u lanqas aggressiva jew elenkata fl-Anness I). Tipprojbixxi prattiki kummerċjali li jkunu kuntrarji għar-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali jekk ikollhom probabbiltà ta’ distorsjoni sinifikanti fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju.

L-istandard tad-diliġenza professjonali fil-qasam tal-asserzjonijiet ambjentali jista’ jinkludi prinċipji derivati minn standards u minn kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali u internazzjonali. Pereżempju, id-diliġenza professjonali tista’ tirrikjedi li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni li l-kummerċjanti jużaw sabiex jippromwovu l-virtujiet ambjentali tal-prodotti tagħhom jaderixxu ma’ dawn l-istandards u jipprovdu benefiċċji sostanzjali lill-konsumaturi u li jkunu kkontrollati u awditjati b’mod indipendenti. Prattiki li jmorru kontra d-diliġenza professjonali jkunu żleali jekk jikkawżaw jew x’aktarx jikkawżaw lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn, bħall-akkwist ta’ prodott speċifiku bħala riżultat tal-benefiċċji mistennijin li jirriżultaw mill-aderenza sostnuta għal skema ta’ ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jivvalutaw tali sitwazzjonijiet fuq il-bażi tal-fatti u taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali.

4.1.1.3.   Applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-UCPD għall-asserzjonijiet ambjentali

L-Artikolu 6 tal-UCPD jimplika li l-konsumaturi jridu jkunu kapaċi jafdaw l-asserzjonijiet ambjentali proposti mill-kummerċjanti. Konsegwentement, sabiex ma jkunux qarrieqa, l-asserzjonijiet ambjentali jridu jkunu veri, ma jkunx fihom tagħrif falz u jkunu ppreżentati b’mod ċar speċifiku, mhux ambigwu u preċiż.

Asserzjoni ambjentali tista’ tkun qarrieqa jekk ikun “ fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx vera ” b’rabta ma’ wieħed mill-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1)(a) sa (g).

Pereżempju:

L-użu tat-terminu “bijodegradabbli” għal prodott li fil-fatt ma jkunx fil-fatt bijodegradabbli jew li għalih ma jkun twettaq ebda test (298).

Il-preżentazzjoni ta’ apparati elettriċi bħal ħdejjed tal-mogħdija, vacuum cleaners, magni tal-kafè, bħala “ekoloġiċi” (“eko”), għad li t-testijiet juru li spiss ma jaħdmux aħjar minn prodotti simili jew meta ma jkun twettaq l-ebda test (299).

Il-preżentazzjoni ta’ tajers tal-karozzi bħala “ekotajers” u l-promozzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u tal-impatt tagħhom fuq il-konsum tal-fjuwil, għad li t-testijiet juru riżultati li jvarjaw (300).

Il-preżentazzjoni ta’ pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda li jkun fihom il-bambù bħala alternattiva sostenibbli, riċiklabbli u ekoloġika għall-materjali tal-plastik, meta tali prodotti jkunu fir-realtà taħlita ta’ plastik, ta’ bambù (xi drabi trab tal-bambù) u reżina magħmula mill-melamina u mill-formaldeid li tkun neċessarja sabiex jiġu prodotti diversi forom (platti, skutelli, eċċ.) u l-gradi ta’ ebusija (301).

Asserzjoni ambjentali tista’ tkun qarrieqa wkoll jekk “ tqarraq bil-konsumatur medju, anki jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment ” fir-rigward tal-elementi msemmijin fl-Artikolu 6(1)(a) sa (g).

Skont dan, anki l-istampi u l-preżentazzjoni ġenerali tal-prodott (jiġifieri t-tifsila, l-għażla tal-kuluri, l-immaġnijiet, l-istampi, il-ħsejjes, is-simboli jew it-tikketti), għandhom ikunu rappreżentazzjoni veritiera u preċiża tal-iskala tal-benefiċċju ambjentali, u ma għandhomx jiddikjaraw b’mod eċċessiv il-benefiċċju miksub. Asserzjonijiet impliċiti jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, jinkludu l-użu ta’ stampi (eż. siġar, foresti tropikali, ilma, annimali) u kuluri (eż. sfondi jew test blu jew aħdar) li huma assoċjati mas-sostenibbiltà ambjentali.

L-asserzjonijiet ambjentali x’aktarx li jkunu qarrieqa jekk ikunu jikkonsistu f’dikjarazzjonijiet vagi u ġenerali ta’ benefiċċji ambjentali mingħajr sostanzjar xieraq tal-benefiċċju u mingħajr indikazzjoni tal-aspett rilevanti tal-prodott li għalih tirreferi l-asserzjoni. Eżempji ta’ tali asserzjonijiet huma “favur l-ambjent”, “tajbin għall-ambjent”, “eko”, “ħodor”, “ħabib tan-natura”, “ekoloġiċi”, “ambjentalment korretti”, “favur il-klima”, “ħanin mal-ambjent”, “ħieles mill-inkwinanti”, “bijodegradabbli”, “emissjonijiet żero”, “inaqqas il-karbonju”, “emissjonijiet imnaqqsa tas-CO2”“newtrali fil-karbonju”, “newtrali għall-klima” u saħansitra l-asserzjonijiet aktar ġeneriċi “konxji” u “responsabbli”.

Tali asserzjonijiet mhux sostanzjati aktarx li, f’xi każijiet, jagħtu l-impressjoni lill-konsumaturi li prodott jew attività ta’ kummerċjant ma jkollha l-ebda impatt negattiv jew ikollha impatt pożittiv biss fuq l-ambjent. Tali asserzjonijiet jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 6(1)(a) u 6(1)(b) tal-UCPD jekk aktarx li jqarrqu bil-konsumatur medju u jwasslu sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Peress li termini bħal “konxji” u “responsabbli” jistgħu jirreferu għal diversi aspetti, inklużi kundizzjonijiet soċjali jew ekonomiċi, tali asserzjonijiet jistgħu jitqiesu qarrieqa anki jekk ikunu kkwalifikati, peress li huma vagi u ambigwi.

Jekk jintużaw asserzjonijiet vagi u ambigwi, il-kwalifiki jeħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed sabiex l-asserzjoni ma tkunx tista’ tinftiehem b’xi mod ieħor għajr il-mod kif ikun maħsub mill-kummerċjant.

Pereżempju:

Asserzjoni li l-kiri ta’ karozzi elettriċi huwa “ekoloġiku” tista’ tinstab qarrieqa mingħajr ma jingħata tagħrif sabiex l-asserzjoni titqiegħed f’perspettiva. B’mod partikolari, jekk l-elettriku meħtieġ sabiex il-karozzi jiġu ċċarġjati mill-ġdid ma jiġix minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, is-servizz ta’ kiri tal-karozzi xorta jkollu impatt negattiv fuq l-ambjent (302).

Il-kummerċjanti qed jagħmlu dejjem aktar asserzjonijiet dwar in-newtralità karbonika billi jinvestu fi proġetti li jikkumpensaw għall-emissjonijiet tas-CO2. Pereżempju, kumpanija ta’ kiri tal-karozzi toffri lill-konsumaturi l-possibbiltà li “jsuqu b’mod newtrali għas-CO2” billi jagħmlu għażla li tikkumpensa għall-emissjonijiet. Din il-prattika tista’ tkun problematika jekk il-krediti tal-karbonju sottostanti jkunu ta’ integrità ambjentali baxxa jew ma jiġux ikkunsidrati kif xieraq, sabiex ma jirrappreżentawx tnaqqis reali u addizzjonali tal-emissjonijiet. L-asserzjonijiet għall-assorbiment tal-karbonju għandhom ikunu awtentiċi, robusti, trasparenti, irrapportati, monitorabbli, kredibbli, iċċertifikati, ma għandhomx ixekklu l-azzjoni ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fuq terminu qasir f’setturi emittenti, għandhom jiggarantixxu addizzjonalità u għandhom jiżguraw kontabilità xierqa tal-assorbimenti tal-karbonju fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra. Awtorità nazzjonali tal-konsumatur qieset fil-linji gwida tagħha li l-konsumaturi għandhom ikunu informati kif xieraq dwar il-funzjonament tal-miżuri li jikkumpensaw għall-emissjonijiet tas-CO2 , bħan-numru ta’ kilometri li huma kompletament ikkumpensati u l-mod kif dan jinkiseb, kif u fejn jitqies il-kumpens (303).

Qorti qieset li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-kura tax-xagħar u tal-ġilda, fejn il-kummerċjant kien iddikjara li l-prodotti tagħhom huma organiċi b’asserzjonijiet bħal “eko” u “organiċi”, kienu vagi u mingħajr kwalifiki ċari. Il-qorti vvalutat ukoll li mhuwiex ċar biżżejjed bis-simbolu grafiku/bil-logo/bit-tikketta/b’tikketta ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza biss bħala kwalifika ta’ xi tfisser organiċi u/jew eko (304).

Kummerċjant irreklama l-bejgħ ta’ boroż tal-ħelu billi ddikjara li għal kull borża li jbigħ, iħawwel siġra. Madankollu, il-kummerċjant diġà kien qabel li jħawwel ċertu għadd ta’ siġar, indipendentement mill-għadd ta’ boroż tal-ħelu mibjugħin. Qorti nazzjonali laqgħet asserzjoni mill-ombudsman rilevanti li din id-dikjarazzjoni kienet tikkwalifika bħala reklamar qarrieqi li sfrutta l-kredulità tal-konsumaturi li kienu mħassbin dwar l-ambjent (305).

L-asserzjonijiet għandhom jerġgħu jiġu vvalutati kif ikun neċessarju, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, u l-emerġenza ta’ prodotti komparabbli jew ta’ ċirkustanzi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-preċiżjoni jew ir-rilevanza tal-asserzjoni. L-asserzjonijiet ambjentali ma għandhomx ikunu marbutin ma’ titjib meta mqabbel ma’ prodott mingħand l-istess kummerċjant jew ma’ kompetitur li ma jkunx għadu fis-suq jew il-kummerċjant ma jkunx għadu jbigħ lill-konsumaturi, sakemm dan it-titjib ma jkunx sinifikanti u riċenti.

Jekk kummerċjant juża dikjarazzjonijiet ambjentali fl-isem tal-kumpanija, fl-isem tal-marka, fl-isem tal-prodott tiegħu, eċċ., u l-isem jintuża għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, tali kummerċjalizzazzjoni tkun soġġetta għall-istess rekwiżiti ta’ sostanzjar bħal dawk li japplikaw għal asserzjonijiet ambjentali oħrajn fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, sakemm il-kumpanija ma tkunx kapaċi turi bil-provi li dan l-isem ma jkollu l-ebda konnotazzjoni ambjentali jew diġà kien jeżisti minn qabel. Madankollu, sabiex imur kontra l-UCPD, isem użat fil-kummerċjalizzazzjoni jrid ikun iqarraq bil-konsumaturi medji u aktarx li jwassal sabiex jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’ċirkustanzi oħrajn.

Pereżempju:

Qorti indirizzat il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott taż-żejt, filwaqt li ddikjarat li t-termini “ambjentali” flimkien ma’ “plus” fl-isem tal-prodott kienu jagħtu x’jifhmu li l-prodott kellu ċerti vantaġġi ambjentali, għad li ż-żejt fossili dejjem jikkaġuna ħsara lill-ambjent. F’dan ir-rigward, il-qorti ġġudikat li t-terminu “Ambjent” ma setax jintuża fl-isem tal-prodott (306).

Meta tiġi vvalutata asserzjoni ambjentali, ikunu rilevanti l-impatti ambjentali ewlenin tal-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluża l-katina tal-provvista tiegħu. Asserzjoni ambjentali għandha tkun marbuta ma’ aspetti li huma sinifikanti f’termini tal-impatt ambjentali tal-prodott.

L-industriji li jniġġsu ħafna għandhom jiżguraw li l-asserzjonijiet ambjentali tagħhom ikunu preċiżi f’sens li jkunu relattivi, eż. “anqas ħsara għall-ambjent” minflok “ekoloġiċi” (ara wkoll it-taqsima 4.1.1.7 dwar l-asserzjonijiet ambjentali komparattivi). Dan jippermetti lill-konsumatur medju jifhem aħjar l-impatt relattiv tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, asserzjoni ambjentali għandha tkun marbuta ma’ aspetti li huma sinifikanti f’termini tal-impatti ambjentali totali tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. L-industriji li jniġġsu ħafna jistgħu jkunu meħtieġa mill-qrati jew mill-awtoritajiet sabiex jagħmluha ċara lill-konsumatur fl-asserzjonijiet ambjentali tagħhom li l-prodott ikollu impatt negattiv ġenerali fuq l-ambjent.

Pereżempju:

Korp awtoregolatorju sab li asserzjoni fuq sit web li jippreżenta l-gass fossili bħala “sors tal-enerġija li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent” kienet qed tikser ir-regolamenti applikabbli dwar ir-reklamar, peress li l-formulazzjoni kienet assoluta wisq u mingħajr spjegazzjonijiet jew kuntestwalizzazzjoni (307).

Barra minn hekk, l-asserzjonijiet għandhom ikunu ċari u mhux ambigwi fir-rigward ta’ liema aspett tal-prodott jew taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jirreferu għalih (308).Jekk kummerċjant jagħmel asserzjoni ambjentali billi jixħet dawl fuq wieħed biss minn fost id-diversi impatti li l-prodott iħallu fuq l-ambjent, l-asserzjoni tista’ tkun qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6 jew 7 tal-UCPD.

Barra minn hekk, il-kummerċjanti ma għandhomx ifixklu l-asserzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-prodott (inkluża l-materja prima), jew l-użu tiegħu, il-proċess tal-manifattura, it-trasport jew l-impatti ta’ tmiem il-ħajja tiegħu, pereżempju billi jenfasizzaw bla bżonn l-importanza ta’ aspetti pożittivi, li fir-realtà jkunu biss marġinali jew filwaqt li l-impatt ambjentali ġenerali li jirriżulta miċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott ikun negattiv.

Pereżempju:

Asserzjoni bħall-“użu ta’ 100 % ta’ enerġija rinnovabbli” tista’ tkun qarrieqa jekk ma tispeċifikax li l-enerġija rinnovabbli ntużat biss matul ċertu stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. B’kuntrast ma’ dan, asserzjoni bħal “100 % ta’ materjal rinnovabbli (minbarra l-fittings)” tagħmilha ċara liema komponenti tal-prodott ma kinux magħmulin minn materjali rinnovabbli (309).

Ir-reklamar ta’ prodott bħala li fih “qoton sostenibbli” jista’ jkun qarrieqi jekk l-oriġini tal-qoton la tkun traċċabbli u lanqas separata fil-katina tal-produzzjoni mill-qoton konvenzjonali.

Ir-reklamar ta’ prodott bħat-turf artifiċjali bħala li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent minħabba li ma jkollux bżonn ilma, fertilizzant jew manutenzjoni matul il-fażi tal-użu tiegħu, jista’ ma jiġġustifikax l-asserzjoni jekk l-istadji tal-manifattura u ta’ tmiem il-ħajja jkollhom impatt negattiv serju fuq l-ambjent.

Tagħrif qarrieqi dwar is-sorsi tal-enerġija indikat fit-tagħrif dwar il-kontijiet, bħal tagħrif astratt dwar it-taħlita enerġetika nazzjonali jew tagħrif qarrieqi dwar l-impatt ambjentali/il-kontribut attwali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-elettriku mixtri mill-klijent finali (eż. enfasi mhux xierqa fuq is-sehem tal-RE).

Il-benefiċċju sostnut ma għandux jirriżulta fi trasferiment mhux dovut tal-impatti, jiġifieri l-ħolqien jew iż-żieda ta’ impatti ambjentali negattivi oħrajn fi stadji oħrajn taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għandha tiġi evitata, sakemm il-benefiċċju ambjentali nett totali ma jkunx ġie mtejjeb b’mod sinifikanti, pereżempju, skont valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u metodi rikonoxxuti jew ġeneralment aċċettati applikabbli għat-tip ta’ prodott rilevanti u għandu jiġi vverifikat minn parti terza.

Pereżempju:

Manifattur isostni li l-prodott tiegħu jikkonsma ftit ilma. Madankollu, fl-istess ħin il-prodott jikkonsma aktar enerġija minn prodott komparabbli tal-istess kategorija, li jżid l-impatt ambjentali ġenerali tal-prodott b’mod sinifikanti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-asserzjoni tista’ tkun qarrieqa b’rabta mal-għamla tal-prodott (Artikolu 6(1)(a)) jew inkella b’rabta mal-karatteristiċi ewlenin tiegħu (Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD).

Il-kodiċijiet ta’ kondotta jistgħu jinkludu impenji marbutin mal-protezzjoni tal-ambjent jew mal-“imġiba ekoloġika”. Konsumatur medju jkun jistenna li tali firmatarji għall-kodiċi jbigħu prodotti li jirrispettaw dak il-kodiċi. Kummerċjant li jkun ħabbar li jkun marbut iżda li ma jikkonformax ma’ kodiċi bħal dan jista’ jitqies bħala qarrieqi jekk l-aderenza sostnuta mal-kodiċi taffettwa jew x’aktarx taffettwa d-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumaturi. Din is-sitwazzjoni hija koperta bl-Artikolu 6(2)(b) tal-UCPD.

Pereżempju:

Kummerċjant intrabat b’kodiċi tal-prattika li jippromwovi l-użu sostenibbli tal-injam u juri l-logo tal-kodiċi fuq is-sit web tiegħu. Il-kodiċi tal-prattika fih impenn li l-membri tiegħu ma jużawx injam iebes minn foresti ġestiti b’mod insostenibbli. Madankollu, instab li l-prodotti rreklamati fuq is-sit web fihom injam eżattament minn foresta bħal din. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-asserzjoni tista’ tikser il-punt 4 tal-Anness I jew tkun qarrieqa skont l-Artikolu 6(2)(b) tal-UCPD.

Ċerti prattiki kummerċjali qarrieqa marbutin mal-kodiċijiet ta’ kondotta jitqiesu li huma żleali per se skont l-Anness I għall-UCPD (ara t-taqsima 4.1.1.6).

Konsumatur medju mhuwiex mistenni li jkun jaf it-tifsira jew is-sinifikat ta’ diversi kodiċijiet ta’ kondotta, skemi ta’ tikkettar, ċertifikati jew logos pubbliċi u privati. Il-kummerċjanti għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar dawn l-elementi u l-karatteristiċi rilevanti fir-rigward tal-asserzjoni inkwistjoni, b’referenza għal fejn jista’ jinstab it-tagħrif kollu dwar iċ-ċertifikazzjoni, inkluż jekk iċ-ċertifikazzjoni hijiex magħmula minn parti terza jew le. Il-kummerċjanti għandhom jiżguraw ukoll li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jirċievu tagħrif addizzjonali b’mod aċċessibbli u ċar, eż. permezz ta’ link jew taqsima ta’ tagħrif fil-viċinanza tal-asserzjoni. Pereżempju, il-kummerċjanti għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar l-iskemi privati ta’ ċertifikazzjoni li l-logos tagħhom ikunu qed juru. B’mod ġenerali, mhuwiex biżżejjed li ssir referenza fil-qosor biss għal ċertifikazzjoni ta’ parti terza.

Jekk kummerċjant jew l-industrija jagħżlu li jużaw skemi ta’ tikkettar, simboli jew ċertifikati privati għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, dawn iridu jiġu applikati biss għall-prodotti/għas-servizzi jew għall-kummerċjanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti sabiex jikkwalifikaw għall-użu tagħhom. Il-kriterji għandhom juru benefiċċji ambjentali ċari meta mqabblin ma’ prodotti jew ma’ kummerċjanti kompetituri u għandhom ikunu faċilment aċċessibbli b’mod pubbliku. Inkella, tali tikkettar aktarx li jkun qarrieqi. It-tikkettar jista’ jkollu jiġi kkwalifikat aktar, sabiex jiġu enfasizzati t-tifsira u l-aktar kriterji rilevanti tat-tikkettar (eż. jiġi enfasizzat jekk l-użu tal-ilma huwiex l-aktar kriterju rilevanti għal prodott partikolari). Barra minn hekk, il-kummerċjanti għandhom jikkunsidraw verifika ta’ parti terza sabiex jiġu żgurati l-kredibilità u r-rilevanza tat-tikketta. In-natura privata tat-tikketta (jekk dan ikun il-każ) u t-tifsira jew is-sinifikat tagħha jridu jiġu ċċarati wkoll għall-konsumatur. Finalment, tali tikketti ma jridux ikunu jistgħu jiġu konfużi ma’ tikketti oħrajn, inklużi, pereżempju, tikketti ta’ skemi ta’ tikkettar immexxijin pubblikament jew skemi ta’ kompetituri.

4.1.1.4.   Applikazzjoni tal-Artikolu 7 tal-UCPD għall-asserzjonijiet ambjentali

L-Artikolu 7 tal-UCPD jelenka elementi speċifiċi li huma rilevanti meta jiġi vvalutat jekk prattika kummerċjali tinvolvix ommissjoni qarrieqa.

L-asserzjonijiet ekoloġiċi jistgħu jkunu qarrieqa jekk ikunu jikkonsistu f’dikjarazzjonijiet vagi u ġenerali ta’ benefiċċji ambjentali (ara wkoll it-taqsima 4.1.1.3 preċedenti dwar azzjonijiet qarrieqa). Tali asserzjonijiet huma anqas probabbli li jkunu qarrieqa skont l-Artikolu 7 jekk ikunu supplimentati minn speċifikazzjonijiet prominenti jew minn dikjarazzjonijiet spjegattivi fuq l-impatt ambjentali tal-prodott, pereżempju billi l-asserzjoni tiġi limitata għal benefiċċji ambjentali speċifiċi.

L-għoti ta’ tali tagħrif supplimentari jgħin sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7(4)(a) (fil-każ ta’ stedina għax-xiri) li tipprojbixxi lill-konsumaturi milli jipprovdu tagħrif importanti relatat mal-“karatteristiċi ewlenin tal-prodott” b’“manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha”.

Jekk il-kummerċjant jipprovdi tagħrif supplimentari lill-konsumaturi, eż. fuq is-sit web tiegħu, it-tagħrif għandu jkun ċar u jinftiehem għall-konsumatur medju. Il-kumplessità u n-natura teknika tat-tagħrif ma għandhomx jintużaw sabiex iqarrqu bil-konsumaturi dwar il-veraċità tal-asserzjonijiet ekoloġiċi.

F’każ li jsiru asserzjonijiet ambjentali fuq l-imballaġġ tal-prodotti u/jew ta’ kanali oħrajn ta’ komunikazzjoni (eż. powsters, billboards, rivisti), li għandhom spazju limitat għall-ispeċifikazzjonijiet, il-post tal-asserzjoni ambjentali ewlenija u t-tagħrif supplimentari dwar l-asserzjoni għandhom jippermettu lill-konsumatur medju jifhem ir-rabta bejn it-tnejn li huma. Jekk it-tagħrif supplimentari ma jiġix ipprovdut jew jiġi pprovdut b’mod mhux ċar jew ambigwu, dan jista’ jitqies qarrieqi, skont il-valutazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ individwali. Jekk ma jkun hemm l-ebda spazju sabiex tiġi speċifikata l-asserzjoni ambjentali, ġeneralment l-asserzjoni ma għandhiex issir.

B’analoġija, fil-qasam tal-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq l-ikel, il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/63/UE (310) jipprevedi li meta ssir referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tas-saħħa, huwa meħtieġ li tali referenzi jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi fir-Reġistru tal-Unjoni. Għall-finijiet tar-Regolament, l-indikazzjoni dwar is-saħħa awtorizzata speċifika li takkumpanja d-dikjarazzjoni li tagħmel referenza għall-benefiċċji tas-saħħa ġenerali mhux speċifiċi, għandha ssir “biswit” jew “wara” tali dikjarazzjoni. Skont il-Qorti, meta referenza għal benefiċċji għas-saħħa ġenerali mhux speċifiċi ta’ nutrijent jew ta’ ikel tidher fuq quddiem tal-imballaġġ, filwaqt li l-indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa maħsuba sabiex takkumpanjaha tidher biss fuq wara ta’ dak l-imballaġġ, għandu jkun hemm referenza ċara, bħal asterisk, bejn it-tnejn, sabiex jiġi żgurat il-fehim tal-konsumatur (311).

Pereżempju:

Il-kummerċjanti kultant jipprovdu tagħrif dwar l-asserzjonijiet ambjentali b’mod li jirrikjedi li l-konsumatur jieħu azzjoni addizzjonali sabiex jaċċessa (eż. konsumatur jista’ jkollu jikklikkja għal darb’oħra fil-kuntest ta’ post tal-media soċjali jew ta’ lista tal-prodotti sabiex jikseb it-tagħrif supplimentari meħtieġ), li jista’ jkun qarrieqi f’xi każijiet. Rappreżentanti min-network tas-CPC tal-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur qiesu li, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u b’mod partikolari l-limitazzjonijiet tal-mezz, jista’ jkun qarrieqi li l-konsumatur jintalab jieħu tali azzjoni sabiex jikseb it-tagħrif rilevanti, speċjalment jekk ikun possibbli li dak it-tagħrif jiġi pprovdut b’mod aktar prominenti, eż. biswit l-asserzjoni (312).

Il-kummerċjanti jistgħu jagħżlu li juru b’mod prominenti ċerti asserzjonijiet ambjentali (eż. fuq quddiem tal-imballaġġ tal-prodott), filwaqt li jħallu tagħrif addizzjonali dwar l-asserzjonijiet f’post anqas prominenti (eż. fuq wara tal-imballaġġ tal-prodott). Rappreżentanti min-network tas-CPC tal-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur li, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u b’mod partikolari l-limitazzjonijiet tal-mezz, dan jista’ jkun qarrieqi (313).

Qorti qieset li l-kwalifiki għall-asserzjonijiet vagi bħal “eko” u “organiċi” għal ċerti prodotti għandhom jitqiegħdu direttament biswit l-asserzjonijiet. Mhuwiex biżżejjed li l-kwalifika titqiegħed fuq paġna oħra fuq is-sit web (klikk ’il bogħod mill-asserzjoni) (314).

Asserzjonijiet li prodott huwa “kompostabbli” fuq l-imballaġġ x’aktarx li jkunu qarrieqa jekk ikun jista’ jiġi kkompostjat biss permezz ta’ mezzi industrijali u jekk l-imballaġġ ma jispeċifikax l-azzjonijiet li l-konsumatur jeħtieġ li jieħu għall-ikkompostjar tal-prodott.

L-użu ta’ asserzjoni ta’ benefiċċju ġenerali (mingħajr kwalifiki ulterjuri) jista’ jkun iġġustifikat f’xi każijiet.

Dan huwa l-każ għal prodotti b’asserzjoni ta’ “organiċi” koperta mir-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi.

Dan jista’ jkun ukoll il-każ jekk prodott ikun kopert minn liċenzja għall-użu tal-ekotikketta ta’ skema ta’ ekotikketta mmexxija pubblikament (bħall-Ekotikketta tal-UE, l-Ekotikketta Nordika “iċ-Ċinju” jew il-“Blue Angel” tal-Ġermanja) jew skemi ta’ tikkettar robusti u ta’ reputazzjoni oħrajn soġġetti għal verifika minn parti terza (eż. l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-Ekotikketta jirreferi għal skemi ta’ ekotikkettar tat-tip I EN ISO 14024 rikonoxxuti b’mod uffiċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali).

Dan jista’ jkun il-każ ukoll jekk l-istudji ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott ikunu wrew il-prestazzjoni ambjentali tiegħu (315).Dawn l-istudji għandhom isiru skont metodi rikonoxxuti u ġeneralment aċċettati applikabbli għat-tip ta’ prodott rilevanti u għandhom ikunu vverifikati minn terzi. Tali evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni ambjentali jistgħu jinvolvu paraguni (ara wkoll it-taqsima 4.1.1.7 dwar asserzjonijiet ambjentali komparattivi). Jekk tali metodi ma jkunux għadhom ġew żviluppati fil-qasam rilevanti, il-kummerċjanti għandhom jevitaw milli jużaw asserzjonijiet ta’ benefiċċji ġenerali. Għal tali prodotti, il-kummerċjanti xorta waħda għandhom jiżguraw it-trasparenza li tikkonċerna l-aspetti ambjentali rilevanti, u jaraw li tali tagħrif ikun faċilment disponibbli għall-konsumaturi, inkluż billi juru l-logo rilevanti.

B’mod simili, asserzjoni ambjentali tista’ tkun qarrieqa skont l-Artikolu 7(2) jekk tkun ippreżentata b’mod mhux ċar jew mhux intelliġibbli. Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ każ b’każ, dan jista’ jkun il-każ jekk l-ambitu u l-limiti tal-asserzjoni ma jkunux iċċarati.

Pereżempju:

Mhuwiex ċar jekk l-asserzjoni tkoprix il-prodott sħiħ jew wieħed mill-komponenti biss, jew il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kumpanija jew uħud mill-attivitajiet tagħha jew liema impatt ambjentali jew proċess tindirizza l-asserzjoni.

Meta ssir asserzjoni ambjentali, ikunu rilevanti l-impatti ambjentali ewlenin tal-prodott. Barra minn hekk, asserzjoni ambjentali li tikkonċerna prodott trid tkun relatata ma’ impatt ambjentali reali ta’ dak il-prodott speċifiku u għandha ssir distinzjoni bejn asserzjonijiet ambjentali aktar ġenerali dwar il-kummerċjant, il-prattiki tiegħu u l-politiki ta’ sostenibbiltà tiegħu.

Pereżempju:

Kummerċjant juri diversi asserzjonijiet ambjentali ġenerali fuq is-sit web tiegħu, bħal dikjarazzjonijiet dwar il-programm ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva tiegħu u tikketta ta’ sostenibbiltà li hija rilevanti għal ċerti meded ta’ prodotti. Sabiex jiġu evitati konsumaturi qarrieqa, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-asserzjonijiet ambjentali li jintwerew fuq il-paġna ewlenija tal-prodott jikkonċernaw l-impatt ambjentali attwali tal-prodott speċifiku u li jiġu distinti minn asserzjonijiet aktar ġenerali oħrajn dwar dak il-kummerċjant u l-prattiki tiegħu (316).

4.1.1.5.   Applikazzjoni tal-Artikolu 12 tal-UCPD għall-asserzjonijiet ambjentali

Artikolu 12:

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 11 sabiex:

(a)

jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali jekk, b’kont meħud tal-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta’ kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher ġustifikata abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari;

(b)

jikkunsidraw il-pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova rikjesta skont il-paragrafu (a) ma tinġiebx jew titqies insuffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva.”

L-Artikolu 12 tal-UCPD jiċċara li kwalunkwe asserzjoni (inklużi asserzjonijiet ambjentali) għandha tkun ibbażata fuq evidenza li tista’ tiġi vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-kummerċjanti jridu ikunu kapaċi jissostanzjaw l-asserzjonijiet ambjentali bl-evidenza xierqa. Konsegwentement, l-asserzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq evidenza robusta, indipendenti, verifikabbli u rrikonoxxuta b’mod ġenerali li tqis sejbiet u metodi xjentifiċi aġġornati. Ma hemm l-ebda obbligu ekwivalenti fil-UCPD sabiex il-kummerċjant jipprovdi dokumentazzjoni jew evidenza oħra ta’ sostenn lill-konsumaturi.

L-oneru tal-provi dwar il-preċiżjoni tal-asserzjoni jaqa’ fuq il-kummerċjant. L-Artikolu 12(a) tal-UCPD jipprevedi li l-awtoritajiet tal-infurzar għandu jkollhom is-setgħa li “jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali”.

L-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit trid tqis l-interessi leġittimi tal-kummerċjant, bħal fil-każ ta’ sigrieti tal-mestier jew il-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, li l-awtoritajiet jista’ jkollhom jittrattaw b’mod kunfidenzjali.

Pereżempju:

Kumpanija tal-ilma minerali ppreżentat il-prodotti tagħha bl-asserzjonijiet “Impatt Żero”, u ddikjarat li l-manifattura u l-bejgħ tal-fliexken tal-ilma ma kellhom ebda impatt fuq l-ambjent. Madankollu, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet involuta f’attivitajiet speċifiċi li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-prodotti tagħha, ħlief li tieħu sehem fi proġett sabiex tikkumpensa għall-ħsara ambjentali. Fuq din il-bażi, l-awtorità nazzjonali tal-infurzar tal-konsumatur ikkonkludiet li l-kampanja ta’ “Impatt Żero” kienet tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali li kapaċi tinfluwenza d-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumaturi (317).

Sabiex jaraw li l-asserzjonijiet ambjentali jkunu ssostanzjati, il-kummerċjanti għandu jkollhom l-evidenza neċessarja sabiex isostnu l-asserzjonijiet tagħhom minn meta jibdew jintużaw l-asserzjonijiet jew inkella jkunu ċerti li din tista’ tinkiseb u tiġi ppreżentata jekk jintalbu din l-evidenza.

Għad li asserzjoni tista’ tkun korretta u rilevanti għal prodott meta ssir għall-ewwel darba l-asserzjoni, tista’ ssir anqas sinifikanti maż-żmien. Sabiex jiġi żgurat li jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu d-dokumentazzjoni neċessarja lill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva, il-kummerċjanti għandhom jaraw li d-dokumentazzjoni għall-asserzjoni tkun aġġornata sakemm l-asserzjonijiet jibqgħu jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni.

L-evidenza ppreżentata għandha tkun ċara u robusta. L-ittestjar minn terzi indipendenti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi kompetenti jekk tiġi kkontestata l-asserzjoni. Jekk l-istudji minn esperti jwasslu għal nuqqas ta’ qbil sinifikanti jew għal dubju fuq l-impatti ambjentali, il-kummerċjant għandu jżomm lura mill-asserzjonijiet għalkollox. Il-kontenut u l-ambitu tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta jiddependu mill-kontenut speċifiku tad-dikjarazzjoni. Il-kumplessità tal-prodott jew tal-attività tkun ta’ rilevanza f’dan ir-rigward.

4.1.1.6.   Applikazzjoni tal-Anness I għall-asserzjonijiet ambjentali

Il-prattiki li ġejjin elenkati fl-Anness I huma ta’ rilevanza partikolari għall-asserzjonijiet ambjentali:

Punt Nru 1 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa firmatarju ta’ kodiċi ta’ kondotta meta ma jkunx.”

Pereżempju:

Kummerċjant juri b’mod falz fuq is-sit web tiegħu li huwa firmatarju għal kodiċi ta’ kondotta dwar l-asserzjonijiet ambjentali tal-prodott.

Punt Nru 2 tal-ANNESS I

“Il-wiri mill-kummerċjant ta’ marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.”

Pereżempju:

L-użu ta’ xi tikketta tal-UE jew nazzjonali (eż.: l-Ekotikketta tal-UE, it-Tikketta Nordika taċ-Ċinju jew il-Blue Angel jew logo ieħor) mingħajr awtorizzazzjoni.

Punt Nru 3 tal-ANNESS I

“Fejn il-kummerċjant isostni li fil-kodiċi ta’ kondotta għandu l-appoġġ uffiċjali ta’ xi korp pubbliku jew korp ieħor, meta ma jkollux.”

Pereżempju:

Kummerċjant isostni b’mod falz li l-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija tiegħu tal-manifattura tal-karozzi huwa approvat mill-aġenzija ambjentali nazzjonali, minn ministeru jew minn organizzazzjoni tal-konsumatur.

Punt Nru 4 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

Pereżempju:

L-asserzjoni falza li karozza tikkonforma mat-termini tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, filwaqt li tkun tuża apparati ta’ manipulazzjoni illegali.

Punt Nru 10 tal-ANNESS I

“Fejn il-kummerċjant jippreżenta drittijiet mogħtija mil-liġi lill-konsumaturi bħala karatteristika distintiva tal-offerta tiegħu”.

Din id-dispożizzjoni tiċċara li l-kummerċjanti ma għandhomx iqarrqu bil-konsumatur billi jenfasizzaw b’mod eċċessiv attributi li jkunu ġejjin minn rekwiżiti regolatorji.

Pereżempju:

Il-kummerċjanti ma għandhomx isostnu li prodott ikun ħieles minn ċerti sustanzi jekk tali sustanzi diġà jkunu pprojbiti mil-leġiżlazzjoni.

4.1.1.7.   Tqabbil tal-asserzjonijiet ambjentali

L-asserzjonijiet ambjentali jistgħu jissuġġerixxu li prodott ikollu impatt aktar pożittiv fuq l-ambjent jew jagħmel anqas ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma’ oġġetti jew ma’ servizzi tal-kompetituri, jew ma’ verżjonijiet preċedenti tal-oġġetti jew tas-servizzi tiegħu stess. Il-prodotti li jkollhom asserzjonijiet komparattivi bħal dawn għandhom jiġu vvalutati fir-rigward ta’ prodotti simili (jew, fejn xieraq, fir-rigward ta’ verżjoni preċedenti tal-istess prodott) u l-istess metodu ta’ valutazzjoni jrid jiġi applikat b’mod konsistenti sabiex ikun jista’ jsir tqabbil bħal dan.

L-awtoritajiet tal-infurzar u l-korpi awtoregolatorji nazzjonali normalment jinterpretaw dan il-prinċipju li jfisser li t-tqabbil għandu jirreferi għal prodotti fl-istess kategorija ta’ prodotti. Madankollu, jidher li daqstant ieħor huwa importanti li l-metodu użat sabiex tiġi prodotta l-asserzjoni ambjentali jkun l-istess, li jiġi applikat b’mod konsistenti (jiġifieri jiġu applikati l-istess għażliet u regoli metodoloġiċi, ir-riżultati jkunu riproduċibbli), u li l-metodu applikat jippermetti li jsir tqabbil, inkella kwalunkwe tqabbil isir qarrieqi (318).Pereżempju, skont il-prodotti inkwistjoni, asserzjonijiet ambjentali komparattivi x’aktarx li jkunu qarrieqa jekk jeskludu fatturi, bħat-trasport b’mod partikolari meta fatturi bħal dawn jikkontribwixxu l-aktar għall-impronta ambjentali ta’ prodott.

Pereżempju:

Kumpanija tagħmel asserzjoni komparattiva li xafra A fiha anqas plastik minn xfafar oħrajn fis-suq. Din l-asserzjonijiet x’aktarx li tkun qarrieqa jekk ix-xfafar l-oħrajn magħżula għat-tqabbil ma jkunux rappreżentattivi tas-suq kollu, u l-ammont ta’ plastik fix-xfafar ġeneralment ikun bħala medja anqas minn dak tax-xafra A.

Linja tal-ajru ssostni li hija l-“linja tal-ajru l-aktar ekoloġika” u li għandha “l-anqas emissjonijiet ta’ CO2 mil-linji tal-ajru ewlenin kollha” (319).Fir-reklamar tagħha, il-linja tal-ajru tqabbel l-emissjonijiet ta’ CO2 tagħha għal kull passiġġier-km ma’ dawk ta’ erba’ linji tal-ajru Ewropej “ewlenin” oħrajn, u turi li għandha l-anqas emissjonijiet ta’ CO2 għal kull passiġġier-km. Din l-asserzjoni tista’ tkun qarrieqa jekk l-emissjonijiet imqabblin ma jiġux ikkalkolati bl-istess mod, jekk l-emissjonijiet totali ta’ CO2 tal-linja tal-ajru jkunu ogħla minn ta’ linji tal-ajru oħrajn u jekk l-emissjonijiet ikunu żdiedu b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin. Ikun aktar ċar li wieħed isostni b’mod aktar speċifiku li għandha l-anqas emissjonijiet ta’ CO2 għal kull passiġġier-km meta mqabbla mal-erba’ linji tal-ajru Ewropej ewlenin l-oħrajn, dment li l-metodu jippermetti tali tqabbil u li l-linja tal-ajru ma taħbix il-fatt li l-emissjonijiet tagħha żdiedu f’termini assoluti. Jekk l-asserzjonijiet relatati mal-klima jkunu bbażati fuq il-kumpens għall-emissjonijiet ta’ karbonju/ta’ gassijiet serra, dawn jeħtieġ li jkunu trasparenti u dettaljati, minħabba r-riskji assoċjati ta’ greenwashing. Barra minn hekk, it-tqabbil bejn il-modi rilevanti kollha tat-trasport, mhux biss l-ivvjaġġar bl-ajru, ikun saħansitra aktar oġġettiv u informattiv. Il-ħtiġijiet ta’ mobilità tal-konsumaturi jistgħu jiġu ssodisfati mhux biss permezz ta’ titjira iżda b’mezzi oħra tat-trasport, skont ir-rotta. Għalhekk, tqabbil tal-emissjonijiet medji ta’ passiġġieri-km bejn il-modi ferrovjarji, bit-triq u bl-ajru jipprevjeni li l-konsumaturi jitqarrqu li l-għażla tagħhom tkun “ekoloġika”, meta jkunu jeżistu alternattivi vijabbli b’emissjonijiet aktar baxxi.

Kumpanija tagħmel asserzjoni komparattiva li l-“oġġett manifatturat mill-ġdid” tagħha tkun aktar ekoloġika minn “oġġett ġdid”. Din l-asserzjoni tista’ tkun qarrieqa jekk is-soluzzjonijiet ta’ riċiklaġġ jew ta’ teħid lura applikabbli jkunu komparattivament agħar u, b’hekk, l-impronta ambjentali ġenerali tkun aktar sinifikanti.

Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, li tkopri r-relazzjonijiet minn negozju għal negozju, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom huwa permess li jsir reklamar komparattiv. Dawn il-kundizzjonijiet huma rilevanti wkoll sabiex jiġi vvalutat jekk ir-reklamar komparattiv ikunx legali fir-relazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur fil-kuntest tal-UCPD. It-tqabbil tal-benefiċċji ambjentali tal-prodotti, fost l-oħrajn:

1.

ma għandux ikun qarrieqi skont it-tifsira tal-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD;

2.

għandu jqabbel oġġetti jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li jkunu maħsubin għall-istess għan;

3.

għandu jqabbel b’mod oġġettiv karatteristika materjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattiva waħda jew iktar ta’ dawk l-oġġetti u s-servizzi.

Pereżempju:

Qorti qieset li kien qarrieqi reklam li ddikjara li l-ilma ffiltrat kien aħjar għall-ambjent mill-ilma minerali fil-fliexken, u ta l-impressjoni lill-konsumaturi li l-konsum ta’ ilma ffiltrat minflok ilma minerali jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent. B’mod partikolari, ir-referenza għal protezzjoni aħjar tal-ambjent tqieset li kienet qarrieqa peress li t-tqabbil ma kienx ibbażat fuq xi bażi oġġettiva bħal studju tal-impatt. (320)

4.1.2.   Obsolexxenza programmata

Il-konsumaturi jistgħu jiltaqgħu ma’ prattiki ta’ obsolexxenza bikrija fejn l-oġġetti jdumu anqas minn kemm tkun il-“ħajja” normali tagħhom skont l-aspettattivi raġonevoli tal-konsumaturi. B’mod partikolari, il-ħsara prematura fl-oġġetti tista’ tkun dovuta għal obsolexxenza programmata, jew għal obsolexxenza inkorporata fid-disinn industrijali, li hija politika kummerċjali li tinvolvi l-ippjanar jew it-tfassil deliberat ta’ prodott b’ħajja ta’ użu limitata sabiex isir obsolet jew ma jibqax jaħdem wara ċertu perjodu ta’ żmien. Kif spjegat fit-taqsima 2.3.1 aktar ’il fuq, il-UCPD tkopri wkoll prattiki kummerċjali li jseħħu wara li tkun saret it-tranżazzjoni. Fir-rigward ta’ oġġetti intelliġenti u konnessi, tali prattiki kummerċjali wara x-xiri jistgħu jikkonsistu fit-tnaqqis tal-funzjonalità jew fit-tnaqqis tar-ritmu tal-operat tal-oġġetti permezz ta’ aġġornamenti tas-software mingħajr raġuni valida.

Il-UCPD ma għandhiex dispożizzjonijiet li jindirizzaw speċifikament l-obsolexxenza. Madankollu, meta l-kummerċjant, inkluż il-manifattur, jinvolvi ruħu fi prattiki kummerċjali fir-rigward tal-konsumatur, in-nuqqas tiegħu li jinforma lill-konsumatur li prodott ikun tfassal b’ħajja limitata jista’, soġġett għal valutazzjoni każ b’każ, jitqies bħala ommissjoni ta’ tagħrif importanti skont l-Artikolu 7 tal-UCPD. Barra minn hekk, tali prattiki jistgħu wkoll imorru kontra r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD jekk x’aktarx li jfixklu materjalment l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju.

Pereżempju:

L-ommissjoni ta’ tagħrif li batterija ta’ smartphone (li hija soġġetta għal tkagħbir bl-użu partikolari) ma tistax tiġi ssostitwita jew li stoċċijiet tal-linka tal-printer jiġu pprogrammati sabiex is-sostituzzjoni tagħhom tkun meħtieġa qabel ma fil-fatt jintużaw kollha kemm huma tista’ tikser l-Artikolu 7 tal-UCPD, anki jekk jista’ jkun hemm ġustifikazzjonijiet tekniċi għat-tfassil tal-oġġett b’dan il-mod.

Awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur immultat lil produttur tal-printers għal prattiki qarrieqa u aggressivi, inkluż li ma enfasizzax b’mod adegwat il-limitazzjonijiet fuq l-użu ta’ stoċċijiet tal-linka mhux oriġinali tal-printers fuq pakketti tal-bejgħ (321).

L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur ħadu azzjoni dwar l-obsolexxenza prematura tal-ismartphones (322).Ċerti mudelli ta’ smartphones ġew affettwati b’mod negattiv mill-installazzjoni ta’ sistema operattiva ġdida u minn aġġornamenti sussegwenti, li wasslu għal tnaqqis fil-ħajja tal-batterija u għal tnaqqis fil-prestazzjoni. Il-konsumaturi ma ġewx informati b’mod adegwat dwar l-iskop tal-aġġornamenti u l-konsegwenzi tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 7 tal-UCPD.

Leġiżlazzjoni oħra tal-UE tipprovdi mezzi addizzjonali sabiex tiġi miġġielda l-obsolexxenza programmata għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti.

Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (323) tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi obbligatorji sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, inkluż fir-rigward tal-possibbiltà ta’ tiswija u tad-durabbiltà. Diġà hemm rekwiżiti tad-durabbiltà tal-Ekodisinn fis-seħħ għall-vacuum cleaners (għal xi komponenti) (324), u għall-bozoz (325),u rekwiżiti dwar il-possibbiltà ta’ tiswija tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil (326),għall-magni tal-ħasil tal-platti (327),għall-friġġijiet (328),għat-televiżjonijiet (329),eċċ. Ir-rekwiżiti l-ġodda tal-ekodisinn qed jitħejjew għal merkanziji oħrajn tal-konsum, bħal pereżempju smartphones u tablets (330),f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u mal-Pjanijiet ta’ Ħidma sottostanti dwar l-Ekodisinn (331).Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn spiss imorru id f’id ma’ tikketti tal-enerġija ġodda jew aġġornati għall-istess prodotti, li jipprovdu tagħrif dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodott iżda wkoll parametri oħrajn (332).

Fil-kuntest tal-Inizjattiva dwar Prodotti Sostenibbli, qed tiġi eżaminata emenda tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn sabiex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha lil hinn mill-prodotti relatati mal-enerġija, u sabiex issir applikabbli għall-usa’ firxa possibbli ta’ prodotti (333).

Ir-Regolament dwar l-Ekotikketta (334) jistabbilixxi skema volontarja għall-għoti ta’ ekotikketta maħsuba sabiex tippromwovi prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom u sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif preċiż dwar l-impatt ambjentali tal-prodotti. Il-kriterji tal-Ekotikketta jqisu l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-impatti ambjentali minħabba d-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid tal-prodotti, pereżempju fil-każ ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi u ta’ għamara.

Id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti (UE) 2019/771 tipproteġi lill-konsumaturi kontra n-nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt (difett) li jkun jeżisti fiż-żmien tal-konsenja tal-oġġetti u li jsir evidenti fi żmien sentejn mill-konsenja tal-oġġetti (“garanzija legali” — l-Artikolu 10(1) u (2)). Sabiex jipprovdu għal protezzjoni tal-konsumatur aktar b’saħħitha, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu limiti ta’ żmien saħansitra itwal għar-responsabbiltà tal-bejjiegħ. Il-garanzija legali tista’ tapplika meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ikkawżat minn prattiki ta’ obsolexxenza.

F’każ ta’ tilwima, il-konsumatur irid juri n-nuqqas ta’ konformità. L-Artikolu 11 jiċċara li fi żmien sena mill-konsenja, il-konsumatur ma għandux għalfejn juri bil-provi li n-nuqqas ta’ konformità diġà kien jeżisti fiż-żmien tal-konsenja. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn għal dan l-oneru tal-provi invers.

L-Artikolu 7(3) jobbliga wkoll lill-bejjiegħ jiżgura li jiġu pprovduti aġġornamenti lill-konsumaturi għal “oġġetti intelliġenti” għall-perjodu ta’ żmien li l-konsumatur jista’ jistenna b’mod raġonevoli (għal att uniku ta’ provvista tal-element diġitali), jew matul il-perjodu ta’ garanzija legali kollu (għall-provvista kontinwa tal-element diġitali). Barra minn hekk, jekk il-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz tal-oġġett intelliġenti jiġi pprovdut kontinwament għal perjodu itwal mill-perjodu tal-garanzija legali, il-bejjiegħ ikun obbligat jipprovdi aġġornamenti għal dak il-perjodu itwal.

Barra minn hekk, l-Artikolu 7(1)(d) iżid id-durabbiltà bħala rekwiżit ta’ konformità oġġettiv (definita bħala “[l-]kapaċità tal-oġġetti li jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni tagħhom f’użu normali” fl-Artikolu 2(13)). Filwaqt li r-rekwiżiti relatati mal-prodott fir-rigward ta’ tipi jew ta’ gruppi speċifiċi ta’ prodotti jitħallew għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għall-prodotti, id-Direttiva tipprevedi b’mod ġenerali li l-oġġetti jrid ikollhom id-durabbiltà li hija normali għall-oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ jistenna b’mod raġonevoli, minħabba n-natura tal-oġġetti u kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem kwalunkwe persuna fil-katina tat-tranżazzjonijiet.

L-Artikolu 17(1) jirreferi wkoll għall-“garanzija kummerċjali tad-durabbiltà” offruta minn produttur bħala forma speċifika ta’ “garanzija kummerċjali” volontarja. Produttur li joffri tali garanzija huwa responsabbli direttament fir-rigward tal-konsumatur matul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali tad-durabbiltà għat-tiswija jew għas-sostituzzjoni tal-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva, jiġifieri mingħajr ħlas, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

L-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida (335) u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 2020 (336) jipprevedu aktar proposti sabiex tiġi indirizzata l-obsolexxenza prematura.

4.2.   Settur diġitali

Id-Direttiva għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ peress li tkopri t-tranżazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur kollha, kemm offline kif ukoll dawk online. Hija newtrali għat-teknoloġija u tapplika indipendentement mill-kanal, mill-mezz jew mill-apparat użat sabiex tiġi implimentata prattika kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur. Tapplika għall-intermedjarji online, inkluża l-media soċjali, is-swieq online u l-ħwienet tal-applikazzjonijiet mobbli, il-magni tat-tiftix, l-għodod ta’ tqabbil (337) u diversi kummerċjanti oħrajn li joperaw fis-settur diġitali.

Id-Direttiva tapplika wkoll għal prattiki u għal prodotti li jinvolvu l-użu ta’ teknoloġiji bħal algoritmi, it-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet u l-Intelliġenza Artifiċjali (IA). Dan jinkludi l-prattiki kollha fin-negozju mal-konsumatur imwettqin mill-kummerċjanti fir-rigward tal-konsumaturi fil-fażijiet tar-reklamar, tal-bejgħ u ta’ wara l-bejgħ, bħall-użu ta’ teknoloġiji ta’ trekkjar u mmirar, personalizzazzjoni algoritmika, ottimizzazzjoni dinamika u teknoloġiji ta’ reġistru distribwit.

4.2.1.   Pjattaformi online u l-prattiki kummerċjali tagħhom

Il-pjattaformi online ġeneralment jipprovdu infrastruttura u jippermettu l-interazzjonijiet bejn il-fornituri u l-utenti għall-forniment ta’ prodotti, ta’ servizzi, ta’ kontenut diġitali u ta’ tagħrif online. Il-mudelli ta’ negozju tal-pjattaformi online jvarjaw minn sempliċiment li jippermettu lill-utenti jfittxu tagħrif ipprovdut minn terzi sabiex jippermettu direttament tranżazzjonijiet kuntrattwali bejn kummerċjanti u konsumaturi terzi. Il-pjattaformi jistgħu wkoll jirreklamaw u jbigħu, f’isimhom stess, tipi differenti ta’ prodotti.

Il-UCPD tapplika għall-prattiki kummerċjali tal-pjattaforma u tal-kummerċjanti li jużaw il-pjattaforma sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi. Minħabba li l-UCPD tapplika biss f’sitwazzjonijiet B2C, l-ewwel pass fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għal fornitur ta’ pjattaforma online għandu jkun li jiġi evalwat jekk din tikkwalifikax bħala “kummerċjant” jew li “[t]aġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant” skont l-Artikolu 2(b) tal-UCPD. Skont valutazzjoni ta’ każ b’każ, fornitur tal-pjattaforma jista’ jkun qiegħed jaġixxi għal finijiet marbutin man-negozju tiegħu kull meta, pereżempju, jitlob kummissjoni fuq it-tranżazzjonijiet bejn il-fornituri u l-utenti, jipprovdi servizzi addizzjonali bi ħlas jew jagħmel id-dħul minn reklamar immirat.

Pereżempju:

Servizz ta’ tqabbil tal-prezzijiet tal-merċa tqies minn qorti nazzjonali bħala sit web ta’ kummerċjant u għodda għal reklamar komparattiv (338).

Fil-prinċipju, organizzazzjoni tal-konsumatur li topera għodda ta’ tqabbil li toffri tagħrif lill-konsumaturi bi ħlas ta’ abbonament ikollha tirrispetta r-rekwiżiti tal-UCPD. Dan is-servizz jista’ jkun parti mill-istrateġija tal-organizzazzjoni sabiex tikseb profitt kummerċjali mis-servizzi tagħha għall-konsumaturi, sabiex b’hekk tagħmilha “kummerċjant” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva.

It-tieni pass fil-valutazzjoni ta’ jekk il-UCPD hijiex applikabbli għandu jkun li jiġi evalwat jekk il-fornitur tal-pjattaforma huwiex attiv fi “prattiki kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d), fir-rigward ta’ utenti (fornituri u riċevituri) li jikkwalifikaw bħala “konsumatur” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tal-UCPD.

Pjattaforma li tikkwalifika bħala kummerċjant dejjem trid tikkonforma mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki kummerċjali tagħha stess, irrispettivament mill-fatt li dawn il-prattiki jistgħu jikkonċernaw prodotti forniti minn terzi u mhux mill-pjattaformi nfushom. Dan huwa possibbli minħabba d-definizzjoni wiesgħa ħafna ta’ “prattika kummerċjali” fl-Artikolu 3(1) tal-UCPD bħala prattika “konness[a] direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi”, mingħajr ma jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-oriġini tal-prodott.

F’Verband Sozialer Wettbewerb, il-Kawża l-Qorti kkonfermat dan l-ambitu kbir ta’ “prattika kummerċjali” f’każ li jikkonċerna r-reklamar minn pjattaforma online f’mezz stampat:

31.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligu li stedina għax-xiri [ta’ prodott] tkun tindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) tad-Direttiva 2005/29 ma jiddependix minn jekk il-fornitur tal-prodotti kkonċernati huwiex l-awtur ta’ din l-istedina [jiġifieri l-pjattaforma online] jew terz. Għaldaqstant, fil-każ fejn reklamar [minn pjattaforma online], fi pubblikazzjoni stampata, jippromwovi prodotti li joriġinaw minn diversi fornituri, l-informazzjoni meħtieġa minn din id-dispożizzjoni tibqa’ neċessarja, bla ħsara għal-limitazzjonijiet ta’ spazju msemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza.” (339)

Obbligi ta’ trasparenza

B’mod partikolari, il-pjattaformi huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, li jirrikjedu li dawn il-pjattaformi jżommu lura minn azzjonijiet u minn ommissjonijiet qarrieqa kull meta jkunu attivi fil-promozzjoni, fil-bejgħ jew fil-forniment ta’ prodott lill-konsumaturi.

Pereżempju, il-pjattaformi online għandhom ikunu trasparenti dwar il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tagħhom skont l-Artikolu 7 tal-UCPD. Skont il-mudell ta’ negozju speċifiku tal-pjattaforma, elementi differenti jistgħu jkunu rilevanti għall-konsumatur, bħall-kopertura tal-offerta tal-pjattaforma (eż. setturi u tipi u għadd ta’ fornituri), il-frekwenza tal-aġġornamenti tat-tagħrif (b’mod partikolari dwar il-prezz u d-disponibbiltà tal-prodotti), kif tagħżel il-fornituri li joperaw permezz tagħha u jekk twettaqx kontrolli fir-rigward tal-affidabbiltà tagħhom u, jekk iva, liema.

Tali tagħrif jista’ jippermetti lill-konsumaturi jifhmu li d-disponibbiltà tal-prodotti jew tal-fornituri fil-pjattaforma mhijiex eżawrjenti u li jistgħu jsibu offerti oħrajn jekk jużaw kanal ta’ tagħrif differenti. Jgħin ukoll sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ qerq tal-konsumaturi mil-listi mmarkati bħala “l-aqwa offerta” jew “l-għażla rakkomandata”.

Il-promozzjoni ta’ prezzijiet jew ta’ prodotti meta l-pjattaforma tkun raġonevolment konxja mill-fatt li fil-fatt ma jkunux disponibbli tista’ tkun qed tikser l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD u, skont iċ-ċirkustanzi, bosta dispożizzjonijiet tal-lista s-sewda fl-Anness I tal-UCPD, li jipprojbixxu, f’kull ċirkustanza, bait advertising (il-punt Nru 5), bait and switch (il-punt Nru 6) u l-għoti ta’ tagħrif li huwa essenzjalment mhux eżatt dwar kondizzjonijiet tas-suq bl-intenzjoni li jinduċu lill-konsumatur jixtri dak il-prodott b’kundizzjonijiet anqas favorevoli mill-kundizzjonijiet normali tas-suq (il-punt Nru 18). Dikjarazzjonijiet qarrieqa dwar disponibilità limitata ta’ prodott jistgħu jkunu qed jiksru l-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD.

Meta pjattaforma tippermetti lill-konsumaturi jixtru prodotti flimkien bi prezz aktar favorevoli (pjattaformi ta’ “xiri kollettiv”), għandhom jinformaw b’mod ċar lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi u l-prezz tal-offerta u tal-fornitur tagħha. B’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-prodott/tas-servizz miksub wara xiri minn grupp ma għandhomx ikunu inferjuri għal dawk disponibbli bil-prezz regolari, sakemm il-konsumaturi ma jkunux infurmati b’mod ċar li dan ikun il-każ. Il-kundizzjonijiet li fihom il-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw mill-prodott (eż. l-għadd minimu ta’ xerrejja, id-durata tal-offerta) għandhom ikunu stipulati ċari.

Pereżempju:

Offerta għal trattament speċifiku f’ċentru tal-benessri hija reklamata b’tnaqqis ta’ 50 % jekk jinxtara mingħand pjattaforma ta’ xiri minn grupp. Aktarx li offerta bħal din taqa’ taħt l-Artikolu 6(1)(b) u (d) (bħala indikazzjoni qarrieqa ta’ vantaġġ fil-prezz) jekk it-trattament offrut idum biss 30 minuta filwaqt li bil-prezz sħiħ tas-soltu jdum 60 minuta, sakemm il-konsumaturi ma jkunux ġew informati biċ-ċar dwar dan.

Fil-każ ta’ offerti f’pakkett, jiġifieri taħlita ta’ bosta prodotti jew servizzi, meta l-prezz jista’ jvarja skont l-għadd/il-volum ta’ prodotti jew ta’ servizzi mixtrijin, il-prezz tal-pakkett sħiħ irid ikun indikat sabiex tiġi evitata xi impressjoni li għadd akbar ta’ prodotti jew ta’ servizzi jista’ jinxtara bi prezz orħos meta dan ma jkunx il-każ (340).

Diliġenza professjonali

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD, l-ebda pjattaforma li tikkwalifika bħala kummerċjant ma għandha taġixxi b’mod li jmur kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali fil-prattiki kummerċjali tagħha fir-rigward tal-konsumaturi. Skont l-Artikolu 2(h) tal-UCPD, “diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant.

Id-dmirijiet ta’ diliġenza professjonali ta’ dawn il-kummerċjanti fir-rigward tal-konsumaturi skont il-UCPD tvarja minn, iżda hija kumplimentari għall-iskema dwar l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbilita skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għal tagħrif illegali ospitat mill-fornituri ta’ servizzi fuq talba ta’ terzi. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jipprevjeni lill-Istati Membri milli jimponu fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ hosting obbligu ġenerali li jissorveljaw it-tagħrif maħżun jew li jkunu attivi fil-ġbir ta’ tagħrif.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jagħmilha ċara li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku “tikkumplimenta l-liġi tal-Komunità applikabbli għal servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni mingħajr preġudizzju għall-livell ta’ protezzjoni ta’, partikolarment, interessi tas-saħħa pubblika u tal-konsumatur, kif stabbiliti b’atti tal-Komunità u leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimentahom sal-limiti li ma jirrestrinġix il-libertà li jkunu provduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”. Dan ifisser li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u l-acquis rilevanti tal-UE dwar il-konsumatur japplikaw fil-prinċipju b’mod kumplimentari (341).

Bħala riżultat tal-obbligi ta’ diliġenza professjonali tagħhom skont il-UCPD, il-pjattaformi għandhom jieħdu miżuri xierqa li — mingħajr ma jammontaw għal obbligu ġenerali li jimmonitorjaw jew iwettqu ġbir ta’ tagħrif — jippermettu lill-kummerċjanti terzi rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni.

Pereżempju, tali miżuri jistgħu jimplikaw li l-pjattaformi jfasslu l-interfaċċi tagħhom b’mod li jippermetti lill-kummerċjanti terzi jippreżentaw tagħrif lill-utenti tal-pjattaformi f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-konsumatur — speċjalment it-tagħrif meħtieġ mill-Artikolu 7(4) tal-UCPD fil-każ ta’ stediniet għax-xiri u mill-Artikolu 6 tas-CRD. Pereżempju, is-swieq online jridu jippermettu lill-fornituri terzi jinformaw lill-konsumaturi dwar l-identità tagħhom, id-dettalji ta’ kuntatt, il-prezz tal-prodott u kwalunkwe kost addizzjonali li l-konsumatur jista’ jiffaċċja bħal permezz ta’ xiri direttament mill-applikazzjoni.

Jekk il-pjattaformi online li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD jonqsu milli jikkonformaw ma’ tali rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali jew inkella jippromwovu, ibigħu jew jipprovdu prodott lill-utenti b’manjiera żleali, dawn jistgħu jinstabu li qed jiksru l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur. Ma jistgħux jinvokaw l-eżenzjoni tar-responsabbiltà tal-intermedjarju skont id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki kummerċjali tagħhom stess peress li dik l-eżenzjoni tirrigwarda biss tagħrif illegali maħżun fuq it-talba ta’ terzi.

4.2.2.   Intermedjazzjoni ta’ kuntratti konkluż minn konsumatur ma’ terzi

Wara l-emendi mid-Direttiva (UE) 2019/2161, l-UCPD tinkludi definizzjoni speċifika ta’ “suq online”, li hija pjattaforma online li tippermetti lill-klijenti jixtru prodotti offruti minn fornituri terzi (kummerċjanti jew konsumaturi) direttament fuq l-interfaċċa tas-suq. Is-“suq online” huwa kunċett newtrali għat-teknoloġija, inklużi wkoll ħwienet tal-applikazzjonijiet mobbli li jipprovdu kontenut u servizzi diġitali.

Ħafna swieq online joffru wkoll il-prodotti tagħhom stess minbarra l-prodotti tal-kummerċjanti terzi. Xi swieq jospitaw biss fornituri professjonali terzi, oħrajn għandhom taħlita ta’ offerti minn individwi u minn professjonisti privati jew jiffaċilitaw biss ir-relazzjonijiet bejn konsumaturi pari (ċerti pjattaformi ta’ ekonomija kollaborattiva jew ta’ kondiviżjoni fejn il-fornituri u l-utenti ġenwinament jikkondividu l-assi, ir-riżorsi, il-ħin u l-ħiliet fuq bażi mhux għall-profitt, bħal vjaġġi bil-karozza billi jaqsmu l-kostijiet).

Is-swieq online jridu jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-konsumatur ikun informat kif xieraq dwar l-identità tal-kummerċjant fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut mill-kummerċjant innifsu. Fil-fatt, jekk in-nuqqas mis-suq li jinforma dwar l-identità tal-kummerċjant proprju joħloq l-impressjoni li s-suq huwa l-kummerċjant proprju, dan jista’ jirriżulta fir-responsabbiltà tiegħu għall-obbligi tal-kummerċjant.

Il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat il-kwistjoni tal-identità tal-kummerċjant fil-Kawża Wathelet (342),li ttrattat ir-responsabbiltà ta’ intermedjarju offline (garaxx tal-karozzi) għall-konformità tal-oġġetti mibjugħin lill-konsumaturi skont id-Direttiva preċedenti 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (343) dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti lill-Konsumatur.

Il-Qorti ddikjarat (fil-punti 33-34) li, filwaqt li d-Direttiva 1999/44/KE ma tindirizzax il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-intermedjarji vis-a-vis il-konsumaturi, “ma teskludix per se li l-kunċett ta’ “bejjiegħ”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jinkludi professjonist li qed jaġixxi f’isem individwu fejn hu, mill-perspettiva tal-konsumatur […, jippreżenta lilu nnifsu] bħala bejjiegħ ta’ oġġett tal-konsum skont kuntratt fil-kuntest tas-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu. Fil-fatt, dan il-professjonist jista’ joħloq konfużjoni f’moħħ il-konsumatur billi jwasslu lil dan tal-aħħar li jaħseb b’mod żbaljat li qed jaġixxi bħala bejjiegħ proprjetarju tal-oġġett.”

Il-Qorti ddikjarat ukoll (fil-punt 44) li “Jistgħu jkunu rilevanti f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, il-grad ta’ parteċipazzjoni u l-intensità tal-isforzi mill-intermedjarju fil-bejgħ, iċ-ċirkustanzi li fihom l-oġġett ikun ġie ppreżentat lill-konsumatur […] kif ukoll l-aġir ta’ dan tal-aħħar, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan setax jifhem li l-intermedjarju kienx qed jaġixxi f’isem l-individwu.

Il-konklużjonijiet ta’ din il-Qorti dwar ir-responsabbiltà tal-intermedjarju offline għall-konformità tal-oġġetti jistgħu jkunu rilevanti wkoll għal intermedjarji oħrajn u għal obbligi oħrajn tal-kummerċjanti skont id-dritt tal-UE, inkluż f’kuntest online. B’mod partikolari, l-intermedjarji online jistgħu jinstabu responsabbli għall-obbligi tal-kummerċjant rigward tagħrif prekuntrattwali jew eżekuzzjoni ta’ kuntratt fejn, mill-perspettiva tal-konsumatur, jippreżentaw ruħhom bħala kummerċjanti skont il-kuntratt (propost).

Fil-Kawża Wathelet, il-Qorti enfasizzat (fil-punt 37) li “l-għarfien mill-konsumatur tal-identità tal-bejjiegħ u b’mod partikolari tal-kwalità tiegħu ta’ individwu jew ta’ professjonist, huwa imperattiv sabiex jippermetti lil dan tal-aħħar li jibbenefika mill-protezzjoni li tagħti d-Direttiva.” Madankollu, anki meta l-fornitur attwali kien ukoll kummerċjant u l-konsumatur ma kienx, għaldaqstant, imċaħħad mid-drittijiet tiegħu, il-konsumatur jista’ ma jkunx ikkonkluda l-kuntratt jekk l-identità tal-kummerċjant attwali kienet magħrufa minħabba, pereżempju, tħassib dwar l-affidabbiltà ta’ tali kummerċjant u l-possibbiltà li jiġu infurzati d-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward tiegħu.

Tista’ tkun mistennija aktar gwida dwar il-kunċett ta’ “kummerċjant” fil-Kawża pendenti C-536/20 Tiketa, li tittratta l-kwistjoni ta’ jekk intermedjarju online (pjattaforma tal-biljetti) jistax jinżamm responsabbli b’mod konġunt mal-kummerċjant li fil-fatt jipprovdi s-servizz, jekk l-intermedjarju jkun naqas milli jipprovdi tagħrif ċar li jkun qed jaġixxi sempliċiment bħala intermedjarju.

Żdied punt (f) ġdid mal-Artikolu 7(4) bid-Direttiva (UE) 2019/2161. Jirrikjedi b’mod speċifiku li l-fornituri ta’ suq online jinformaw lill-konsumatur, fi kwalunkwe stedina għax-xiri, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew mhijiex kummerċjant (bħal konsumatur par), fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut minn dak il-fornitur terz. Id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet l-istess rekwiżiti ta’ tagħrif u rekwiżiti ta’ tagħrif ulterjuri għas-swieq online fis-CRD (l-Artikolu 6a).

Artikolu 7 — Ommissjonijiet Qarrieqa

4.

F’każ ta’ stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:

(f)

għal prodotti offruti fi swieq online, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online.

L-għan ta’ dan ir-rekwiżit ta’ tagħrif speċifikament għas-swieq online huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi dejjem ikunu jafu minn min ikunu qed jixtru prodott fis-suq online — kummerċjant jew konsumatur ieħor. Suppożizzjoni żbaljata li l-fornitur terz huwa kummerċjant tista’ tikkawża problemi għall-konsumatur jekk xi ħaġa tmur ħażin fix-xiri online (eż. nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti) u jekk imbagħad jirriżulta li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, bħad-dritt ta’ reċess fi żmien 14-il jum jew il-garanzija legali, fil-fatt ma japplikawx għall-kuntratt konkluż.

Id-dispożizzjoni tal-UCPD (u tas-CRD) tispeċifika li t-tagħrif dwar l-istatus tal-fornitur terz ikun ibbażat fuq dikjarazzjoni ta’ dak il-fornitur li s-suq online mbagħad jittrażmetti lill-konsumatur. Għalhekk, is-suq online jista’ jiddependi primarjament fuq id-dikjarazzjoni pprovduta mill-fornitur terz. Dan l-approċċ huwa allinjat mal-projbizzjoni fuq l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ monitoraġġ ġenerali fuq l-intermedjarji online skont id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku sal-punt li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku japplikaw għas-suq online. Fl-istess ħin, huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-suq rigward il-kontenut illegali, bħal azzjoni fuq il-bażi ta’ avviż, li jagħmel il-pjattaforma konxja ta’ offerti frodulenti speċifiċi mill-kummerċjanti (344).

Għandu jiġi enfasizzat li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi rekwiżit ta’ tagħrif sabiex tiġi promossa ċ-ċarezza għall-konsumaturi li jixtru minn swieq online. L-awtodikjarazzjoni hija indikatur tajjeb tal-istatus legali tal-fornitur iżda ma tissostitwixxix id-definizzjoni ta’ “kummerċjant” li għad trid tiġi applikata f’konformità mal-kriterji speċifikati. F’dan ir-rigward, għandha ssir referenza għall-punt 22 tal-Anness I tal-UCPD, li jipprojbixxi lill-kummerċjanti milli jagħmluha tabirruħhom li ma jkunux kummerċjanti. Din il-projbizzjoni tapplika għal kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta jew mhux preċiża li ma jkunux kummerċjanti skont din ir-regola l-ġdida ta’ tagħrif.

Sabiex jistimola lill-kummerċjanti jiddikjaraw l-istatus tagħhom b’mod korrett, l-Artikolu 6a(1)(c) tas-CRD jirrikjedi wkoll li l-fornitur ta’ suq online javża lill-konsumatur li ma jibbenefikax mid-drittijiet tal-konsumaturi meta l-fornitur terz ikun iddikjara l-istatus tiegħu bħala mhux kummerċjant.

Fl-aħħar nett, fil-Kawża Kamenova li tikkonċerna bejjiegħ individwali fuq pjattaforma online, il-Qorti pprovdiet kriterji addizzjonali sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna tikkwalifikax bħala kummerċjant (ara t-taqsima 2.2 dwar il-kunċett ta’ kummerċjant).

4.2.3.   Trasparenza tar-riżultati tat-tiftix

Il-magni tat-tiftix jippermettu li wieħed ifittex tagħrif fuq l-internet skont algoritmu speċifiku. Barra minn hekk, intermedjarji oħrajn, bħal swieq online u servizzi ta’ tqabbil tal-prezzijiet, jipprovdu l-possibbiltà li wieħed ifittex fost il-prodotti u l-fornituri differenti li jkunu aċċessibbli permezz tas-servizzi tagħhom. Il-konsumaturi jistennew li r-riżultati tat-tiftix ikunu “naturali” jew “organiċi” u bbażati fuq kriterji imparzjali biżżejjed. Madankollu, il-fornituri jinkludu wkoll fir-riżultati tat-tiftix reklamar imħallas jew itejbu l-klassifikazzjoni tal-prodotti minħabba pagament dirett jew indirett li jirċievu mingħand il-kummerċjanti terzi rilevanti.

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet mal-Artikolu 7 tal-UCPD paragrafu 4a ġdid li jistabbilixxi rekwiżit ta’ tagħrif speċifiku dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, żdied punt 11a ġdid mal-Anness I tal-UCPD, li jipprojbixxi reklamar u promozzjoni bi ħlas moħbijin fir-riżultati tat-tiftix.

Tagħrif dwar il-parametri tal-klassifikazzjoni

Artikolu 7

4a.

Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni ġenerali, li tkun disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri, meta mqabbla ma’ parametri oħrajn, għandha titqies bħala importanti. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1150 […]”

Ir-rekwiżit il-ġdid ta’ tagħrif fl-Artikolu 7(4a) japplika biss għall-kummerċjanti li jippermettu lill-konsumaturi jfittxu prodotti offruti minn oħrajn, minn terzi, minn kummerċjanti jew minn konsumaturi, jiġifieri swieq online u għodod ta’ tqabbil. Ma japplikax għall-kummerċjanti li jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom bil-possibbiltà li jfittxu biss fost l-offerti tagħhom ta’ prodotti differenti.

Ir-rekwiżit ta’ tagħrif lanqas ma japplika għal “magni tat-tiftix online” kif iddefiniti fir-Regolament (UE) 2019/1150 (ir-“Regolament P2B”). Dan għaliex ir-Regolament P2B diġà jirrikjedi li l-fornituri kollha ta’ magni tat-tiftix online jippubblikaw “deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku” tal-parametri ewlenin tagħhom, li għalhekk tkun aċċessibbli wkoll għall-konsumaturi u mhux biss għall-utenti kummerċjali.

Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ tagħrif fil-UCPD japplika għall-kummerċjanti meta l-konsumatur idaħħal tiftixa. B’kuntrast ma’ dan, ir-rekwiżit ma japplikax għall-organizzazzjoni prestabbilita tal-interfaċċa online li tintwera lill-konsumatur u li mhijiex ir-riżultat ta’ tiftixa speċifika fuq dik l-interfaċċa online.

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 żiedet obbligu ta’ tagħrif simili wkoll għas-CRD li japplika biss għas-swieq online, jiġifieri intermedjarji li jippermettu l-konklużjoni diretta ta’ kuntratti konklużi minn konsumatur ma’ terzi (kuntratti kemm B2C kif ukoll C2C).

Il-kunċett ta’ “klassifikazzjoni” huwa ddefinit fl-Artikolu 2(m) tal-UCPD bħala “[l-]prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni”. L-istess definizzjoni tapplika wkoll fil-kuntest tas-CRD.

Il-Premessa 19 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tkompli tispjegaha bħala “…inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta’ dawn”.

Fir-rigward tal-kontenut tat-tagħrif, il-pjattaforma trid tipprovdi tagħrif “ġenerali” dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti u dwar l-“importanza relattiva” ta’ dawk il-parametri għall-kuntrarju ta’ parametri oħrajn.

Skont il-Premessa 22 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 “Parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tfisser kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta’ aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.

It-tagħrif dwar il-klassifikazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (345) dwar is-sigrieti kummerċjali. Kif spjegat fl-obbligu ta’ trasparenza tal-klassifikazzjoni parallela għall-pjattaformi online kollha u għall-magni tat-tiftix online stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament P2B, dan ifisser li kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri rilevanti qatt ma għandha twassal għal rifjut ta’ żvelar tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni. Fl-istess ħin, la d-Direttiva (UE) 2016/943 u lanqas ir-Regolament P2B ma jeħtieġu l-iżvelar tal-funzjonament dettaljat tal-mekkaniżmi ta’ klassifikazzjoni tal-fornituri rilevanti, inklużi l-algoritmi tagħhom (346).L-istess approċċ japplika għar-rekwiżit ta’ tagħrif skont il-UCPD.

Id-deskrizzjoni tal-parametri ta’ klassifikazzjoni prestabbilita tista’ tibqa’ f’livell ġenerali u ma għandhiex għalfejn tiġi ppreżentata b’mod personalizzat għal kull tfittxija individwali (347).It-tagħrif irid jiġi pprovdut b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod xieraq għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Huwa speċifikat ukoll li għandu jkun f’taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun direttament u faċilment aċċessibbli mill-paġna fejn jiġu ppreżentati l-offerti.

L-obbligu ta’ tagħrif japplika wkoll meta kummerċjant jippermetti tfittxijiet fuq interfaċċa online permezz ta’ ordnijiet bil-vuċi (permezz ta’ “assistenti diġitali”), minflok permezz ta’ ttajpjar. Barra minn hekk, f’dan il-każ, it-tagħrif irid ikun disponibbli għal konsultazzjoni fuq is-sit web/l-applikazzjoni tal-kummerċjant fuq “taqsima speċifika tal-interfaċċa online”.

Ir-regoli l-ġodda dwar il-klassifikazzjoni tat-trasparenza fir-rigward tal-konsumaturi (fis-CRD u fil-UCPD) jiddefinixxu “klassifikazzjoni” f’termini materjalment simili għar-Regolament P2B. Ir-Regolament P2B jirrikjedi li l-pjattaformi jinformaw lill-utenti kummerċjali tagħhom permezz ta’ tagħrif fit-Termini u fil-Kundizzjonijiet minn negozju għal negozju tal-pjattaforma, jew jagħmlu t-tagħrif disponibbli fl-istadju prekuntrattwali.

Għalkemm ir-rekwiżiti ta’ tagħrif rispettivi huma simili, l-“udjenzi” tagħhom huma differenti. Għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-UCPD (u fis-CRD) jeħtieġu biss tagħrif “ġenerali” dwar il-parametri prinċipali tal-klassifikazzjoni u l-importanza relattiva tagħhom. Din id-differenza mir-Regolament P2B tirrifletti l-ħtiġijiet ta’ tagħrif tal-konsumaturi li jeħtieġu tagħrif konċiż li jkun faċli sabiex jinftiehem. Għall-istess raġuni, ir-regoli tal-UCPD u tas-CRD lanqas ma jeħtieġu spjegazzjoni tar-“raġunijiet” għall-importanza relattiva tal-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni li hija meħtieġa mir-Regolament P2B.

Fil-prattika, il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online se jkunu jistgħu jużaw it-tagħrif aktar dettaljat li jipprovdu lill-utenti kummerċjali tagħhom skont ir-Regolament P2B bħala bażi sabiex ifasslu spjegazzjoni orjentata lejn il-konsumatur tal-parametri tal-klassifikazzjoni. Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar il-klassifikazzjoni tat-trasparenza skont ir-Regolament P2B (348).Dawn il-linji gwida jindirizzaw diversi mistoqsijiet li huma wkoll rilevanti fl-applikazzjoni tar-regoli tas-UCPD u tal-CRD dwar il-klassifikazzjoni tat-trasparenza, bħall-kunċett ta’ “parametri prinċipali”, ta’ “prominenza relattiva” u ta’ “remunerazzjoni diretta u indiretta”.

Żvelar ta’ reklamar u ta’ klassifikazzjoni bi ħlas

Punt Nru 11a tal-ANNESS I

11a.

Fejn il-kummerċjant jipprovdi riżultati tat-tiftix b’rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma juri b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”

Il-Punt 11a l-ġdid japplika għal kwalunkwe kummerċjant u jipprevedi l-possibbiltà li wieħed ifittex “prodotti” (jiġifieri oġġetti, servizzi, kontenut diġitali), inklużi magni tat-tiftix.

Ma jipprojbixxix l-inklużjoni ta’ reklami jew klassifikazzjoni ogħla minħabba l-pagamenti riċevuti mill-kummerċjanti kkonċernati, iżda jeħtieġ li l-fornitur tal-faċilità tat-tiftix jinforma b’mod ċar lill-konsumatur meta r-riżultati tat-tiftix jinkludu prodotti jew siti web jew URLs ta’ kummerċjanti li jkunu ħallsu sabiex jiġu inklużi fir-riżultati tat-tiftix (reklam) jew meta l-klassifikazzjoni tkun influwenzata minn pagamenti diretti jew indiretti.

Reklam” jirreferi għat-tidħil fuq jew fi ħdan ir-riżultati “naturali” tal-elenkar li kieku ma kienx jiġi ppreżentat lill-konsumatur skont il-kriterji oġġettivi applikabbli tat-tiftix.

Klassifikazzjoni ogħla” tirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom il-pożizzjoni ta’ element wieħed jew aktar fil-klassifikazzjoni tkun tjiebet minħabba pagamenti diretti jew indiretti. Il-Premessa 20 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tipprovdi eżempji mhux eżawrjenti ta’ pagament indirett għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni ogħla:

L-aċċettazzjoni minn kummerċjant ta’ obbligi addizzjonali fir-rigward tal-fornitur;

Żieda fil-kummissjoni għal kull tranżazzjoni;

Skemi ta’ kumpens differenti li speċifikament iwasslu għal klassifikazzjoni ogħla;

B’kuntrast ma’ dan, pagamenti indiretti ma jkoprux il-pagamenti għas-servizzi ġenerali, bħall-elenkar tat-tariffi jew tal-abbonamenti għas-sħubija, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ funzjonalitajiet, dment li tali pagamenti ma jkunux iddedikati għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla.

Ir-reklamar fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix u r-riżultati tat-tiftix li huma s-suġġett ta’ ħlas speċifikament għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla jridu jkunu enfasizzati b’mod ċar u prominenti bħala tali. Tagħrif dwar ir-reklam jew il-ħlas speċifikament sabiex tinkiseb klassifikazzjoni ogħla irid jiġi ppreżentat f’affiljazzjoni immedjata mar-riżultat tat-tiftix rilevanti b’mod li jidher ċar, li jispikka mill-bqija tal-interfaċċa online ġenerali, u b’mod li l-konsumatur ma jkunx jista’ jevita li jinnota meta jara r-riżultat tat-tiftix.

Madankollu, meta l-pagamenti li jsiru speċifikament sabiex tinkiseb klassifikazzjoni ogħla jkunu parti mill-parametri tal-ikklassifikar u jinfluwenzaw il-klassifikazzjoni tar-riżultati kollha murijin, tagħrif dwar tali pagamenti jista’ jiġi pprovdut ukoll permezz ta’ dikjarazzjoni waħda ċara u prominenti fil-paġna tar-riżultati tat-tiftix. Tali dikjarazzjoni għandha tkun separata u addizzjonali għat-tagħrif ġenerali dwar il-parametri ta’ klassifikazzjoni li l-kummerċjanti jridu jipprovdu f’konformità mal-Artikolu 7(4a) tal-UCPD diskuss aktar ’il fuq.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi fin-network CPC indirizzaw l-iżvelar tar-reklamar u tal-klassifikazzjoni bi ħlas fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix fl-azzjonijiet konġunti rigward il-pjattaformi Booking.com u Expedia (349) (ara wkoll it-taqsima 4.3.6). Bħala riżultat ta’ dawn l-azzjonijiet, dawn il-pjattaformi aċċettaw li juru fil-paġna tar-riżultati tat-tiftix meta l-ħlasijiet jaffettwaw il-klassifikazzjoni tal-akkomodazzjonijiet. Huma żiedu wkoll link għal spjegazzjoni ulterjuri u mmarkaw dawn il-proprjetajiet b’mod ċar. Barra minn hekk, l-indikazzjoni preċedenti “sponsored” (“sponsporjati”) ġiet issostitwita bit-tikketti aktar ċari “Ad”, “Advert”, jew “Advertisement” (“reklam”), jew ekwivalenti simili fil-lingwa lokali, u dawk l-indikazzjonijiet saru aktar prominenti.

Pereżempju:

Sit web ta’ tqabbil tal-prezzijiet offra li jikklassifika fl-ogħla post il-prodotti tal-kummerċjanti li jħallsu tariffa addizzjonali. Qorti nazzjonali ddikjarat li d-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumaturi jistgħu jkunu influwenzati minn wiri komparattiv u huma jistgħu jemmnu li ma jkollu l-ebda intenzjoni jew objettiv kummerċjali. Fuq din il-bażi, il-prattika kummerċjali tas-sit web ta’ tqabbil ġiet ikkwalifikata bħal qarrieqa. Il-qorti kkonstatat li n-nuqqas min-naħa tal-għodda ta’ tqabbil milli tidentifika biċ-ċar din l-ogħla klassifikazzjoni bħala bi ħlas aktarx li taffettwa b’mod materjali l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi (350).

Qorti nazzjonali kkonstatat li l-prattika ta’ fornitur kbir ta’ servizzi ta’ tqabbil u ta’ prenotazzjoni sabiex il-lukandi jkunu jistgħu jimmanipulaw il-klassifikazzjoni billi jħallsu tariffi ogħla tal-kummissjoni kienet qarrieqa (351).

4.2.4.   Reċensjonijiet tal-utenti

Ħafna pjattaformi online u anki kummerċjanti individwali jipprovdu l-possibbiltà għall-konsumaturi li jinformaw lil konsumaturi oħrajn dwar l-esperjenza tagħhom bi prodotti jew ma’ kummerċjanti differenti. Il-faċilitajiet ta’ reċensjoni spiss ikunu inklużi fis-swieq online, fil-magni tat-tiftix, fis-siti speċjalizzati fir-reċensjonijiet dwar l-ivvjaġġar, fl-għodod ta’ tqabbil u fin-networks soċjali. Diversi studji juru l-importanza ta’ reċensjonijiet għad-deċiżjonijiet dwar ix-xiri tal-konsumaturi. Għalhekk, huwa importanti li l-kummerċjanti li jagħtu aċċess għar-reċensjonijiet tal-konsumatur jieħdu passi raġonevoli u proporzjonati sabiex jiżguraw li jirriflettu l-esperjenza tal-konsumaturi reali bil-prodott rilevanti. Il-kunċett ta’ “reċensjonijiet” għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, u jinkludi prattiki relatati mal-klassifikazzjonijiet.

Madankollu, f’dan il-qasam ġew identifikati għadd ta’ prattiki żleali. Il-kummerċjanti jużaw tekniki differenti sabiex iżidu l-għadd ta’ reċensjonijiet pożittivi għall-prodotti tagħhom fuq pjattaformi jew sabiex inaqqsu jew inaqqsu l-għadd ta’ dawk negattivi. Sabiex jagħtu spinta lill-prodotti tagħhom, xi kummerċjanti jorganizzaw l-ippostjar ta’ reċensjonijiet pożittivi foloz billi, pereżempju, jinvolvu kumpaniji speċjalizzati li jirreklutaw konsumaturi proprji permezz ta’ networks soċjali jew mezzi oħrajn. Imbagħad, dawn il-konsumaturi jixtru l-prodotti tal-kummerċjanti rispettivi fuq pjattaformi online u jħallu punteġġi ta’ ħames stilel bi skambju għal benefiċċji speċifiċi. Jew jinċentivaw lill-konsumaturi jittestjaw il-prodotti tagħhom bi skambju mal-ippostjar tar-reċensjonijiet tagħhom (reċensjonijiet sponsorjati) mingħajr ma jiżvelaw il-fatt tal-isponsorizzazzjoni.

Barra minn hekk, ir-reċensjonijiet inċentivati/foloz jistgħu jinfluwenzaw il-klassifikazzjoni tal-prodott u għalhekk il-viżibbiltà fuq il-pjattaforma jekk il-parametri tat-tiftix tal-pjattaforma jqisu l-punteġġ tar-reċensjoni.

Prattiki bħal dawn ifixklu l-għażliet tal-konsumaturi. Għalkemm xi pjattaformi jirrapportaw li jieħdu miżuri sabiex jillimitaw ir-reċensjonijiet foloz, il-problema jidher li qed tikber u wasslet għal ammont dejjem akbar ta’ attività ta’ infurzar pubbliku. L-effett ta’ dawn il-prattiki qarrieqa huwa aggravat mid-distakk kostanti fil-provvista tar-reċensjonijiet ordinarji, b’mod partikolari għal prodotti ġodda jew għal dawk ġodda fis-suq (352).

Il-UCPD tapplika mhux biss għall-prattiki kummerċjali tal-pjattaformi online u ta’ kummerċjanti oħrajn li jagħmlu disponibbli jew jipprovdu aċċess għar-reċensjonijiet tal-konsumaturi iżda wkoll għal kwalunkwe kummerċjant li jorganizza l-provvista ta’ reċensjonijiet għall-benefiċċju ta’ kummerċjanti oħrajn. Kif spjegat fit-taqsima 2.3 dwar id-definizzjoni ta’ prattika kummerċjali, il-prattiki kummerċjali ta’ kummerċjant huma soġġetti għall-UCPD irrispettivament mill-fatt jekk tali prattiki kummerċjali jippromwovux il-prodotti tiegħu stess jew il-prodotti forniti minn kummerċjanti oħrajn.

B’kuntrast ma’ dan, il-UCPD ma tapplikax għall-konsumaturi li jipprovdu tagħrif dwar l-esperjenza tagħhom bi prodotti jew b’servizzi, sakemm ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala li qed jaġixxu “f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant” (ara t-taqsima 4.2.6 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi).

Prattiki qarrieqa fir-rigward tar-reċensjonijiet u tal-approvazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jiksru l-Artikolu 7(2) tal-UCPD, li jirrikjedi li l-kummerċjanti jidentifikaw l-intenzjoni kummerċjali tal-prattika kummerċjali jekk ma tkunx diġà evidenti mill-kuntest.

Id-Direttiva (UE) 2019/2161 saħħet il-UCPD billi introduċiet dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qasam tar-reċensjonijiet u tal-approvazzjonijiet tal-konsumaturi. Speċifikament, il-punt 23b tal-Anness I jipprojbixxi lill-kummerċjanti milli jiddikjaraw li r-reċensjonijiet ta’ prodott ikunu sottomessi minn konsumaturi li fil-fatt ikunu użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma ħadu passi raġonevoli sabiex jivverifikaw li joriġinaw minn tali konsumaturi. Il-punt 23c jipprojbixxi b’mod espliċitu s-sottomissjoni jew l-ikkummissjonar ta’ persuna ġuridika jew fiżika oħra sabiex tippreżenta reċensjonijiet foloz tal-konsumatur sabiex tippromwovi l-prodotti. Jipprojbixxi wkoll ir-rappreżentanza ħażina tar-reċensjonijiet tal-konsumaturi sabiex jiġu promossi l-prodotti. Fl-aħħar nett, il-kummerċjanti li jagħtu aċċess għar-reċensjonijiet iridu jinformaw lill-konsumaturi dwar jekk u kif jiżguraw li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw mill-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 7(6).

Il-UCPD tapplika għal prattiki fin-negozju mal-konsumatur direttament marbutin mal-promozzjoni, mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi. Għalhekk, ir-referenza għal “prodotti” f’dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-UCPD dwar ir-reċensjonijiet għandha l-għan li tenfasizza li ma japplikawx għal tipi oħrajn ta’ reċensjonijiet mhux relatati mal-promozzjoni, mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodott.

Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għal dawk ir-reċensjonijiet li, filwaqt li ma jindirizzawx il-prodotti jew il-karatteristiċi tagħhom “strictu sensu”, għandhom bħala t-tir ewlieni tagħhom il-kwalitajiet u l-prestazzjoni tal-kummerċjanti meta joffru jew ibigħu dawk il-prodotti. Meta r-reċensjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-“kummerċjanti” f’dak il-qafas jintużaw bħala għodda għall-promozzjoni tal-prodotti tagħhom, dawk ir-reċensjonijiet jistgħu jitqiesu wkoll bħala importanti għall-konsumatur fit-teħid tad-deċiżjonijiet tranżazzjonali dwar il-prodotti ta’ dak il-kummerċjant. B’mod partikolari, meta r-reċensjonijiet jivvalutaw lill-kummerċjant fuq parametri bħall-kwalità, l-affidabbiltà jew il-veloċità tal-konsenja tal-prodotti, tali reċensjonijiet jistgħu jimmiraw lejn jew ikunu marbutin mal-promozzjoni tal-prodotti tal-kummerċjant. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-UCPD jistgħu jiġu applikati għal reċensjonijiet bħal dawn.

B’kuntrast ma’ dan, ir-reċensjonijiet li jivvalutaw il-kwalitajiet tal-kummerċjant barra mill-kuntest tan-negozju mal-konsumatur, bħar-responsabbiltà soċjali, il-kundizzjonijiet tal-impjieg, it-tassazzjoni, it-tmexxija tas-suq, l-aspetti etiċi eċċ. x’aktarx jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD, inklużi d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar ir-reċensjonijiet tal-konsumaturi.

Tagħrif dwar it-trattament tar-reċensjonijiet

Artikolu 7(6)

6.

Fejn kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott, għandha titqies bħala importanti.

L-obbligu l-ġdid ta’ tagħrif japplika għal kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi aċċess għar-reċensjonijiet tal-konsumaturi, inkluż meta kummerċjant jippromwovi fuq l-interfaċċa online tiegħu r-reċensjonijiet magħmulin disponibbli minn kummerċjant ieħor, bħal għodda speċjalizzata ta’ reċensjoni. Il-Premessa 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tispjega l-ambitu tar-rekwiżit b’mod wiesa’. Jiġifieri, it-tagħrif irid ikopri mhux biss il-miżuri speċifiċi sabiex jiġi vverifikat li r-reċensjonijiet joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott iżda wkoll l-ipproċessar tar-reċensjonijiet b’mod aktar ġenerali. Dan jinkludi tagħrif dwar jekk ir-reċensjonijiet kollha humiex ippubblikati, kif jinkisbu, kif jiġu kkalkolati l-punteġġi medji tar-reċensjonijiet u jekk ikunux influwenzati minn reċensjonijiet sponsorjati jew minn relazzjonijiet kuntrattwali mal-kummerċjanti ospitati fuq il-pjattaforma.

It-tagħrif tal-kummerċjanti dwar il-passi meħudin sabiex jiġi żgurat li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott huwa importanti wkoll minħabba li jiġi analizzat sabiex jiġi vvalutat jekk il-kummerċjant jistax fil-fatt jippreżenta reċensjonijiet bħala reċensjonijiet tal-konsumaturi f’konformità mal-punt 23b il-ġdid tal-Anness I.

Dan it-tagħrif irid ikun ċar, jinftiehem u jkun disponibbli meta jiġi pprovdut “aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur”, jiġifieri t-tagħrif għandu jkun disponibbli mill-istess interfaċċa fejn ir-reċensjonijiet ikunu ppubblikati għall-konsultazzjoni, inkluż permezz ta’ hyperlinks identifikati b’mod ċar u murijin b’mod prominenti.

Prattiki pprojbiti

Anness I punt Nru 23b

23b.

Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi.

Il-punt 23b il-ġdid tal-Anness I jipprevjeni lill-kummerċjanti milli jqarrqu bl-utenti tiegħu fir-rigward tal-oriġini tar-reċensjonijiet: ma jistgħux jiddikjaraw li r-reċensjonijiet li jagħmlu disponibbli joriġinaw minn utenti reali, sakemm ma jiħdux passi raġonevoli u proporzjonati li — mingħajr ma jammontaw għal obbligu ġenerali li jimmonitorjaw jew iwettqu ġbir ta’ informazzjoni (ara l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku) — iżidu l-probabbiltà li tali reċensjonijiet jirriflettu l-esperjenzi reali tal-utenti.

Jekk il-preżentazzjoni mill-kummerċjant tar-reċensjonijiet issarrafx f’dikjarazzjoni li “saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott” jiddependi fuq kif tiġi perċepita mill-konsumatur medju. Ir-reċensjonijiet mhux neċessarjament iridu jiġu ppreżentati f’dawn it-termini — anki referenzi aktar ġenerali għar-reċensjonijiet tal-“konsumatur” jew tal-“klijent/utent” jistgħu jwasslu lill-konsumatur medju sabiex jarahom bħala reċensjonijiet minn konsumaturi oħrajn li jkunu użaw jew xtraw il-prodott

Il-passi “raġonevoli u proporzjonati” neċessarji għandhom jiġu vvalutati filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-mudell tan-negozju tal-kummerċjant — suq online li jippreżenta r-reċensjonijiet tal-klijenti tiegħu stess jista’ jkollu japplika miżuri differenti minn servizz ta’ reċensjoni speċjalizzat li jilqa’ reċensjonijiet mill-pubbliku ġenerali mingħajr ma jkollu relazzjoni kuntrattwali. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-iskala tal-attività u l-livell ta’ riskju tal-kummerċjant sabiex jiġi stabbilit x’inhu “raġonevoli u proporzjonat” għal dak il-kummerċjant partikolari. Pereżempju, pjattaformi kbar b’riskju għoli ta’ attività frodulenti u b’riżorsi akbar ikunu mistennijin jużaw mezzi aktar sinifikanti sabiex jiġġieldu l-frodi b’reċensjonijiet mill-konsumaturi meta mqabblin ma’ kummerċjanti iżgħar.

Madankollu, il-passi sabiex tiġi vverifikata l-oriġini tar-reċensjonijiet għandhom ikunu proporzjonati wkoll fis-sens li ma għandhomx jagħmlu l-ippostjar tar-reċensjonijiet diffiċli wisq u b’hekk jiskoraġġixxu lill-konsumaturi li fil-fatt ikunu xtraw jew użaw il-prodott milli jissottomettu r-reċensjonijiet.

Il-Premessa 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tispjega li passi raġonevoli u proporzjonati jistgħu jinkludu li “tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt uża jew xtara l-prodott”. Tali tagħrif jista’ jkun, pereżempju, numru tal-ibbukkjar. “Passi raġonevoli u proporzjonati” oħrajn jistgħu jinkludu:

ir-rekwiżit li min iħalli reċensjoni jkollu jirreġistra;

l-użu ta’ mezzi tekniċi sabiex jiġi vverifikat li min iħalli reċensjoni jkun fil-fatt konsumatur (eż. verifika tal-indirizz tal-IP, verifika permezz tal-posta elettronika);

l-istabbiliment ta’ regoli ċari għal min iħalli reċensjoni li jipprojbixxu reċensjonijiet sponsorjati foloz u mhux trasparenti;

il-varar ta’ għodod sabiex tiġi identifikata awtomatikament attività frodulenti;

il-fatt li jkun hemm miżuri u riżorsi adegwati sabiex jitwieġbu l-ilmenti dwar reċensjonijiet suspettużi, inkluż fejn il-kummerċjant ikkonċernat mir-reċensjonijiet jipprovdi evidenza li dawn ma jkunux sottomessi minn konsumaturi li jkunu fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott.

Bis-saħħa tat-tagħrif li l-kummerċjanti jippubblikaw f’konformità mal-Artikolu 7(6), huwa mistenni li jkun possibbli kemm għall-utenti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar li jivvalutaw u jevalwaw il-passi meħudin mill-kummerċjant, filwaqt li jqabbluhom ukoll mal-aħjar prattiki tal-industrija li jistgħu jiżviluppaw maż-żmien. Hemm standard tal-ISO disponibbli f’dan il-qasam — “Online consumer reviews: Principles and requirements for their collection, moderation and publication” (ISO 20488:2018).

Anness I punt Nru 23c

23c.

Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-media soċjali, sabiex jippromwovi prodotti.

Il-punt 23c il-ġdid ikopri żewġ tipi ta’ prattiki kummerċjali żleali:

L-ewwel element huwa mmirat lejn il-kummerċjanti li jissottomettu jew li jikkummissjonaw, inkluż billi jixtru mingħand oħrajn (eż. mingħand “fabbriki simili” jew mingħand persuni fiżiċi) reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz. Ikopri, b’mod partikolari, il-prattika li jiġu involuti konsumaturi attwali li jixtru l-prodott u li jingħataw remunerazzjoni talli jtellgħu reċensjonijiet pożittivi. Din il-parti tal-punt 23c tapplika kemm għall-professjonisti kif ukoll għall-konsumaturi involuti f’dawn l-attivitajiet qarrieqa sa fejn jikkwalifikaw bħala “kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant”. Madankollu, ma tapplikax għal dawk il-kummerċjanti, b’mod partikolari pjattaformi online, li jospitaw u jagħtu aċċess għar-reċensjonijiet tal-konsumaturi mingħajr ma jkunu involuti fis-sottomissjoni tagħhom (l-ippostjar).

It-tieni element huwa mmirat lejn il-kummerċjanti, inklużi l-pjattaformi online, li jagħtu aċċess għar-reċensjonijiet tal-konsumaturi jew għall-approvazzjonijiet soċjali u li jirrappreżentawhom ħażin, bħal billi jitolbu u jagħmlu disponibbli biss reċensjonijiet pożittivi u jiksbu l-irtirar ta’ reċensjonijiet negattivi.

Il-kunċett ta’ “approvazzjonijiet” għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, u jkopri wkoll prattiki relatati ma’ segwaċi, ma’ reazzjonijiet u ma’ fehmiet.

L-ewwel element għandu l-għan li jiżgura li r-reċensjonijiet tal-konsumaturi jirriflettu l-opinjonijiet, is-sejbiet, it-twemmin jew l-esperjenza reali tal-konsumaturi. Għalhekk, jipprojbixxi l-prattika li l-kummerċjanti jissottomettu, jew jinvolvu lil persuni oħrajn, bħal konsumaturi reali, sabiex jissottomettu reċensjonijiet foloz.

Fir-rigward tat-tieni element li jipprojbixxi r-rappreżentazzjoni ħażina tar-reċensjonijiet tal-konsumatur jew tal-approvazzjonijiet soċjali, il-Premessa 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 tagħti l-eżempji li ġejjin ta’ prattiki manipulattivi pprojbiti:

Il-pubblikazzjoni ta’ reċensjonijiet pożittivi biss u t-tħassir ta’ dawk negattivi;

Ir-rabta tal-approvazzjonijiet tal-konsumaturi ma’ kontenut differenti minn dak maħsub mill-konsumatur.

Eżempji ulterjuri ta’ prattiki manipulattivi huma sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjant:

jipprovdi lill-konsumaturi b’mudelli ta’ reċensjoni pożittivi mimlijin minn qabel;

jinvolvi lill-konsumaturi matul il-proċess ta’ moderazzjoni sabiex jinċentivahom bl-għan li jbiddlu r-reċensjonijiet tagħhom jew jirtiraw ir-reċensjonijiet negattivi;

jippreżenta klassifikazzjonijiet konsolidati ta’ reċensjoni fuq il-bażi ta’ kriterji mhux rikonoxxuti u/jew mhux ċari.

Il-projbizzjoni ta’ rappreżentanza ħażina tar-reċensjonijiet tal-konsumatur hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligu tal-kummerċjant li jagħmel ir-reċensjonijiet disponibbli sabiex irażżan ir-reċensjonijiet negattivi foloz bħala parti mill-miżuri sabiex jiżgura li r-reċensjonijiet joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt ikunu użaw jew xtraw il-prodott.

Filwaqt li d-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Anness I tal-UCPD jipprojbixxu l-prattiki kummerċjali rispettivi li jikkonċernaw ir-reċensjonijiet tal-utenti fiċ-ċirkustanzi kollha, jista’ jiġi nnotat li l-kummerċjanti li jagħmlu disponibbli r-reċensjonijiet iżda li jrażżnu r-reċensjonijiet negattivi tal-konsumaturi mingħajr raġuni valida jistgħu wkoll iwasslu sabiex il-konsumaturi medji li jaqraw ir-reċensjonijiet online jkomplu jużaw is-servizzi tal-kummerċjant jew, fil-każ ta’ pjattaformi, jieħdu deċiżjoni li jikkuntattjaw lil kummerċjant li ma kinux jieħdu li kieku kienu jafu li kienu trażżnu r-reċensjonijiet negattivi.

Barra minn hekk, il-kummerċjanti li jinvolvu ruħhom mal-konsumaturi u/jew ma’ kummerċjanti oħrajn li jagħmlu r-reċensjonijiet disponibbli sabiex jipprevjenu r-reċensjonijiet negattivi dwarhom milli jiġu ppubblikati jew jitneħħew wara l-pubblikazzjoni jistgħu jwasslu wkoll biex il-konsumatur medju (li jkun għadu ma ġiex f’kuntatt ma’ dan il-kummerċjant) jagħżel lil dan il-kummerċjant minflok kompetitur li ma kienx involut fi prattiki kummerċjali żleali bħal dawn.

Pereżempju:

Kummerċjant tefa’ “likes” għall-prodotti tas-snien tiegħu fuq is-sit web tiegħu stess u sostna “garanzija ta’ reċensjonijiet minn klijenti veri” u mbagħad illinkja l-“likes” ma’ sit fejn jinqasmu r-reċensjonijiet tal-utenti, li fuqu r-reċensjonijiet pożittivi tal-konsumaturi ngħataw preferenza fuq dawk newtrali jew negattivi. Qorti nazzjonali kkonstatat li kien qarrieqi mill-kummerċjant li jsostni “garanzija ta’ reċensjonijiet maqsumin minn klijenti veri” (353).

4.2.5.   Media soċjali

Pjattaformi tal-media soċjali bħal Facebook, Twitter, YouTube, Instagram u TikTok jippermettu lill-utenti joħolqu profili u jikkomunikaw ma’ xulxin, inkluż li jikkondividu tagħrif u kontenut. Il-pjattaformi tal-media soċjali qed juru dejjem aktar prattiki kummerċjali li jistgħu jkunu problematiċi skont il-UCPD u l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur b’mod aktar ġenerali, bħal:

reklamar moħbi mill-pjattaforma tal-media soċjali jew minn kummerċjanti terzi, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni qarrieqa tal-influwenzaturi;

klawżoli kuntrattwali standard inġusti;

servizzi tal-media soċjali li qed jiġu ppreżentati lill-konsumaturi bħala “b’xejn” meta jkunu jiddependu fuq mudell ta’ reklamar li jipproċessa ammonti kbar ta’ data personali bi skambju għal aċċess;

prattiki algoritmiku problematiċi, bħar-reklamar jew prattiki mmirati manipulattivi sabiex tinġabar l-attenzjoni tal-konsumatur sabiex ikompli juża s-servizz (ara wkoll it-taqsima 4.2.7);

prattiki żleali relatati max-xiri fil-pjattaforma, bħal oġġetti virtwali;

prattiki kummerċjali implimentati minn kummerċjanti terzi permezz ta’ pjattaformi tal-media soċjali, inklużi scams u frodi, reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz jew qarrieqa maqsumin minn utenti, appelli diretti lit-tfal, spam u nases għall-abbonament.

Ċerti pjattaformi tal-media soċjali saru ambjenti għar-reklamar, għall-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u għar-reċensjonijiet tal-konsumaturi. Għaldaqstant, jistgħu jippreżentaw riskji akbar għal reklamar moħbi, peress li l-elementi kummerċjali spiss jitħalltu ma’ kontenut soċjali u kulturali ġġenerat mill-utenti. Barra minn hekk, il-konsumaturi mhux dejjem jistgħu jkunu konxji li l-kummerċjanti jużaw il-media soċjali għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Il-pjattaformi tal-media soċjali juru tipi differenti ta’ reklamar, bħar-reklamar nattiv, li jinvolvi t-taħlit ta’ kontenut kummerċjali ma’ kontenut mhux kummerċjali u spiss jintwera bl-istess format u fl-istess pożizzjoni bħall-kontenut iġġenerat mill-utenti (eż. fil-feed personali ta’ utent). Huwa wkoll aktar prominenti f’ambjenti mobbli minħabba li l-kontenut jista’ jieħu l-ispazju kollu ta’ skrin iżgħar. Il-kontenut spiss ikun żviluppat minn dawk li jirreklamaw bl-użu tal-għażliet ta’ pubblikazzjoni disponibbli fi ħdan il-pjattaforma tar-reklamar. Tip komuni ieħor ta’ reklamar jinvolvi l-użu ta’ influwenzaturi, li huwa spjegat aktar fit-taqsima li jmiss.

Il-forom kollha ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali fuq pjattaformi tal-media soċjali jridu jiġu żvelati b’mod ċar. Il-projbizzjonijiet kontra r-reklamar moħbi fl-Artikolu 7(2) u fil-punt Nru 22 tal-Anness I tal-UCPD jistgħu jiġu invokati kemm kontra l-pjattaformi tal-media soċjali kif ukoll kontra kummerċjanti terzi li jużaw pjattaformi tal-media soċjali. Rekwiżit simili ta’ żvelar jirriżulta mill-Artikolu 6(a) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u mill-Artikoli 9, 10 u 28b tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva. L-obbligi tal-pjattaformi tal-media soċjali jistgħu jissaħħu aktar fir-rigward tar-reklamar online fl-Atti proposti dwar is-Servizzi Diġitali u dwar is-Swieq Diġitali.

Barra minn hekk, ħafna utenti tal-media soċjali huma tfal u żgħażagħ. Konsegwentement, l-Artikolu 5(3) tal-UCPD jista’ jkun rilevanti bħala bażi ġuridika għall-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli u l-iżvelar tal-komunikazzjonijiet kummerċjali jrid ikun komprensibbli għall-udjenza fil-mira probabbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ u l-ambjent tal-pjattaforma speċifika tal-media soċjali. Barra minn hekk, il-punt Nru 28 tal-Anness I jipprojbixxi l-appelli diretti lit-tfal f’komunikazzjonijiet kummerċjali. Għalhekk, il-prattiki ta’ reklamar immirati li jiffokaw fuq it-tfal bħala l-grupp fil-mira ma jistax ikun fihom xi appelli diretti sabiex jinxtraw il-prodotti rreklamati skont il-UCPD. Barra minn hekk, hemm regoli speċifiċi taħt il-GDPR dwar il-validità tal-kunsens tat-tfal u l-għoti ta’ tagħrif meta s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jiġu offruti direttament lit-tfal. Ir-reklamar immirat jista’ jaqa’ wkoll taħt ir-regoli dwar it-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet fl-Artikolu 22 tal-GDPR (354).

Fl-2016-2019, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kisbu impenji mingħand Facebook, Twitter u Google+ sabiex iġibu l-prattiki tagħhom f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur. Huma indirizzaw prattiki bħan-nuqqas ta’ trasparenza dwar il-mudell ta’ negozju tagħhom għall-konsumaturi, u diversi termini fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom (355),li kienu jinkludu l-limitazzjoni jew l-esklużjoni totali tar-responsabbiltà tal-pjattaforma b’rabta mat-twettiq tas-servizz u mal-identifikazzjoni tal-komunikazzjonijiet kummerċjali, mar-rinunzja tad-drittijiet obbligatorji tal-konsumatur tal-UE, u mat-tiċħid tad-drittijiet tal-UE tal-konsumaturi fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni u tad-dritt applikabbli.

4.2.6.   Kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi tinvolvi l-promozzjoni ta’ ditti jew ta’ prodotti speċifiċi permezz ta’ influwenzaturi li jużaw l-impatt pożittiv li l-influwenzaturi x’aktarx ikollhom fuq il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi. Influwenzatur huwa ġeneralment deskritt bħala persuna fiżika jew entità virtwali (356) li jkollha reach akbar mill-medja fi pjattaforma rilevanti. Meta mqabbla mal-biċċa l-kbira tal-forom l-oħrajn ta’ reklamar online, il-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi għandha saħansitra anqas karatteristiċi li jagħmluha possibbli għall-konsumaturi li jidentifikaw in-natura kummerċjali tal-kontenut. Anki jekk l-influwenzatur juża dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà sabiex jaċċenna l-preżenza ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali, il-konsumatur medju, b’mod partikolari t-tfal u ż-żgħażagħ, jista’ jassumi li l-kontenut huwa ppreżentat tal-anqas parzjalment bħala approvazzjoni personali u mhux kummerċjali, aktar milli reklamar dirett u identifikabbli b’mod ċar.

Għall-finijiet tal-UCPD, influwenzatur jikkwalifika bħala “kummerċjant” jew, inkella, bħala persuna “li taġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant”. Il-persuni li ta’ spiss iwettqu attivitajiet promozzjonali fir-rigward tal-konsumaturi fuq il-kontijiet tal-media soċjali tagħhom x’aktarx jikkwalifikaw bħala “kummerċjanti”, irrispettivament mill-ammont ta’ segwaċi tagħhom. Ara t-taqsima 2.2 dwar il-kunċett ta’ “kummerċjant” għal eżempji ta’ fatturi li jridu jitqiesu f’din id-determinazzjoni. L-obbligi li għandhom ikunu ċari dwar il-komunikazzjoni kummerċjali japplikaw għall-kummerċjanti irrispettivament minn jekk ikunux il-fornituri tal-prodotti (357).

Bħal fil-każ ta’ forom oħrajn ta’ kummerċjalizzazzjoni moħbija, in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ċara tal-element kummerċjali fil-kontenut jew fil-prattika ta’ influwenzatur jista’ jsarraf fi prattika qarrieqa skont l-Artikoli 6 u 7. L-approvazzjonijiet mill-influwenzatur ikopru diversi prattiki, inklużi posts bi ħlas, kontenut affiljat (eż. influwenzatur jaqsam kodiċi ta’ skont jew link għall-udjenza tiegħu għal tariffa tal-kummissjoni), retweets jew ittaggjar tal-kummerċjant/tal-marka. Skont l-Artikolu 7(2), il-komunikazzjonijiet kummerċjali kollha jridu jiġu indikati b’mod ċar bħala tali, sakemm ma jkunux diġà evidenti mill-kuntest. Barra minn hekk, minbarra l-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 li japplikaw fil-każijiet kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi, il-punt Nru 11 tal-Anness I jipprojbixxi prattiki li ma jagħmluha ċara li kummerċjant ikun ħallas għall-promozzjoni ta’ prodott f’kontenut editorjali. Il-kunċett ta’ “kontenut editorjali” għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, u f’xi każijiet ikopri wkoll kontenut iġġenerat mill-influwenzatur jew imtella’ minnhom fuq pjattaformi tal-media soċjali. Fil-Kawża Peek & Cloppenburg, il-Qorti kkonfermat li l-punt Nru 11 għandu jiġi interpretat b’mod li jirrifletti r-realtà tal-prattika tal-ġurnalisti u tar-reklamar (358).Il-każ kien jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pagament”, li huwa spjegat aktar ’il quddiem. Fil-kuntest tal-iżgurar tal-effettività tal-projbizzjoni, il-Qorti enfasizzat ir-rilevanza “tar-reklamar “moħbi” fuq l-internet permezz tax-xandir ta’ kummenti fuq networks soċjali, forums jew bloggs, li jidhru li joriġinaw minn konsumaturi stess meta fir-realtà jkunu messaġġi ta’ natura pubbliċitarja jew kummerċjali, direttament jew indirettament iġġenerati jew iffinanzjati minn atturi ekonomiċi, u jinsistu fuq l-effetti dannużi ta’ tali prattiki fuq il-fiduċja tal-konsumaturi (…)” (359).Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta’ żvelar adegwat mill-influwenzatur ikkonċernat iżid ukoll ir-riskju ta’ ksur tal-punt Nru 22 tal-Anness I, li jipprojbixxi li wieħed jirrappreżenta lilu nnifsu b’mod falz bħala konsumatur.

L-iżvelar tal-element kummerċjali jrid ikun ċar u xieraq, filwaqt li jitqies il-mezz li fih isseħħ il-kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-kuntest, l-inklużjoni, it-twaqqit, id-durata, il-lingwa, l-udjenza fil-mira u aspetti oħrajn. L-iżvelar irid ikun notevoli biżżejjed sabiex jinforma b’mod adegwat lill-konsumatur medju jew vulnerabbli li jirċievi l-kontenut. Pereżempju, l-iżvelar ma jistax jitqies adegwat f’każ li t-tagħrif dwar il-komunikazzjoni kummerċjali ma jintweriex b’mod prominenti (eż. hashtags fi tmiem dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà twila; sempliċiment ittaggjar ta’ kummerċjant) jew il-ħtieġa li l-konsumatur jieħu passi addizzjonali (eż. ikklikkja fuq “aqra aktar”) (360).

Huwa wkoll neċessarju li kull komunikazzjoni kummerċjali tiġi ttikkettata individwalment peress li tilħaq lill-konsumaturi, anki jekk l-influwenzatur ikun involut f’arranġament usa’ ta’ approvazzjoni ma’ kummerċjant/marka.

L-element kummerċjali jitqies li huwa preżenti kull meta l-influwenzatur jirċievi kwalunkwe forma ta’ kunsiderazzjoni għall-approvazzjoni, inkluż fil-każ ta’ pagament, ta’ skontijiet, ta’ arranġamenti ta’ sħubija, ta’ perċentwal minn rabtiet affiljati, ta’ prodotti ħielsa (inklużi rigali mhux mitlubin), ta’ stediniet għal vjaġġi jew għal avvenimenti, eċċ. Il-preżenza ta’ kuntratt u ta’ pagament monetarju mhijiex neċessarja sabiex tiskatta l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli. Fil-Kawża Peek & Cloppenburg, il-Qorti kkonfermat li kummerċjant ikun “[iffinanzja]” kontenut editorjali wkoll fil-każ ta’ pagament mhux monetarju. Il-Qorti qieset li jrid ikun hemm “korrispettiv li għandu valur patrimonjali” u rabta definita bejn il-pagament minn dak il-kummerċjant u dak il-kontenut. Madankollu, il-forma speċifika ta’ pagament ma għandhiex rilevanza mil-lat tal-protezzjoni tal-konsumatur. Pereżempju, instab li korrispettiv kien preżenti meta l-kummerċjant jagħmel disponibbli, mingħajr ħlas, immaġnijiet protetti bid-dritt tal-awtur li fuqhom ikunu viżibbli l-bini kummerċjali u l-prodotti li joffri għall-bejgħ. Il-Qorti nnotat ukoll li ma hemm l-ebda rekwiżit għal ammont minimu ta’ pagament jew għall-proporzjon ta’ dak il-pagament fil-kost totali tal-kampanja ta’ reklamar ikkonċernata (361).

Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, il-ksur jista’ jiġi attribwit kemm lill-influwenzatur kif ukoll lill-kummerċjant/marka li tkun qabbdet lill-influwenzatur u li jibbenefika mill-approvazzjoni. Il-preżenza ta’ kontroll editorjali mill-kummerċjant mhijiex neċessarja sabiex tiskatta l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli iżda tista’ sservi bħala fattur fid-determinazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu. Il-kummerċjant/marka hija responsabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq u b’mod partikolari r-rekwiżit li tiġi eżerċitata d-diliġenza professjonali skont l-Artikolu 5. Soġġetta għall-valutazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ, tali responsabbiltà x’aktarx li ma tkunx preżenti fix-xenarju fejn influwenzatur ma jkollu l-ebda konnessjoni mal-kummerċjant/marka (jiġifieri jagħmilha tabirruħu li jkun qed jaġixxi f’isem il-kummerċjant). L-influwenzatur ikun responsabbli għall-obbligi tiegħu stess skont il-UCPD, dment li jikkwalifika bħala “kummerċjant”, kif spjegat aktar ’il fuq.

Pereżempju:

Kummerċjant itella’ mill-ġdid posts tal-media soċjali ta’ influwenzaturi li jkunu ppromwovew il-prodotti tiegħu bi skambju għal korrispettiv iżda jonqos milli jidentifika b’mod adegwat il-posts tiegħu bħala komunikazzjonijiet kummerċjali. Qorti nazzjonali ddeċidiet li l-kummerċjant kien responsabbli talli ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-konformità mal-liġi dwar il-konsumatur, bħall-iżgurar tat-trasparenza, l-edukazzjoni tal-influwenzaturi u l-fatt li jkollu mekkaniżmi ta’ kontroll sabiex itemm il-ksur (362).

F’każ li l-influwenzatur ikun qed japprova l-prodotti jew in-negozju tiegħu stess, japplikaw l-istess regoli. L-intenzjoni kummerċjali tal-komunikazzjoni dejjem trid tiġi ddikjarata f’każijiet bħal dawn, b’mod partikolari fid-dawl tal-punt Nru 22 tal-Anness I, li jipprojbixxi li jiġi sostnut b’mod falz jew li tinħoloq l-impressjoni li kummerċjant ma jkunx qed jaġixxi għall-finijiet tal-kummerċ tiegħu jew li jirrappreżenta lilu nnifsu b’mod falz bħala konsumatur. Hemm bżonn ta’ żvelar adegwat ukoll f’każ li l-influwenzaturi japprovaw marki jew prodotti li jkunu marbutin b’mod viżibbli magħhom, eż. billi juru isimhom jew wiċċhom.

Pereżempju:

Influwenzatur ippromwova fuq Instagram il-prodotti ta’ kumpanija li hija kienet is-CEO, l-azzjonist ewlieni u l-membru uniku tal-bord tagħha. Instab li l-posts rilevanti fuq Instagram kienu qarrieqa, peress li l-intenzjoni kummerċjali ma kinitx ċara għall-konsumatur medju. Post minnhom, li kienet qed tippromwovi ż-żejt tal-ħut, għamlet asserzjonijiet indiretti dwar it-tisħiħ tal-funzjoni immuni u, għalhekk, il-protezzjoni kontra l-COVID-19. Fin-nuqqas ta’ evidenza għal asserzjonijiet bħal dawn, instab li din il-post kienet kemm qarrieqa kif ukoll aggressiva (363).

Barra minn hekk, minħabba li r-relazzjoni li l-influwenzatur jibni mal-udjenza tiegħu ta’ spiss tkun ibbażata fuq il-fiduċja u fuq konnessjoni personali, l-imġiba tiegħu tista’ f’xi każijiet tammonta għal prattika kummerċjali aggressiva permezz tal-użu ta’ influwenza mhux xierqa, ipprojbita mill-Artikoli 8-9. Dan huwa partikolarment rilevanti meta l-udjenza fil-mira ewlenija ta’ influwenzatur tinkludi konsumaturi vulnerabbli, bħat-tfal u ż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-punt Nru 28 tal-Anness I jipprojbixxi l-appelli diretti lit-tfal fiċ-ċirkustanzi kollha.

Minbarra l-obbligi tal-influwenzaturi u tal-marki, il-pjattaforma online li tintuża għall-attivitajiet promozzjonali hija soġġetta għall-obbligi tagħha stess ta’ diliġenza professjonali skont il-UCPD, kif diskuss fit-taqsimiet preċedenti. Dan jinkludi l-obbligu li jittieħdu miżuri xierqa li jippermettu lill-kummerċjanti terzi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-UE, eż. li jipprovdu għodod ta’ żvelar speċifiċi u xierqa fl-interfaċċa tal-pjattaforma (364).

4.2.7.   Prattiki xprunati mid-data u dark pattern

L-ambjent diġitali qed jiġi kkaratterizzat dejjem aktar mill-ġenerazzjoni, mill-akkumulazzjoni u mill-kontroll ta’ ammont enormi ta’ data dwar il-konsumaturi, li tista’ tiġi kkombinata mal-użu ta’ algoritmi u tal-IA sabiex din jinbidel f’tagħrif li jista’ jintuża għal skopijiet kummerċjali. Fost għanijiet oħrajn, din id-data tista’ tagħti għarfien siewi dwar il-karatteristiċi soċjodemografiċi, bħall-età, il-ġeneru jew is-sitwazzjoni finanzjarja, kif ukoll il-karatteristiċi personali jew psikoloġiċi, bħall-interessi, il-preferenzi, il-profil psikoloġiku u l-burdata. Dan jippermetti lill-kummerċjanti jitgħallmu aktar dwar il-konsumaturi, inkluż dwar il-vulnerabbiltajiet tagħhom.

Il-prattiki ta’ personalizzazzjoni xprunati mid-data fir-relazzjoni fin-negozju mal-konsumatur jinkludu l-personalizzazzjoni tar-reklamar, is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, l-ipprezzar, il-klassifikazzjoni tal-offerti fir-riżultati tat-tiftix, eċċ. Id-dispożizzjonijiet u l-projbizzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji fil-UCPD jistgħu jintużaw sabiex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali żleali xprunati mid-data fin-negozju mal-konsumatur flimkien ma’ strumenti oħrajn fil-qafas legali tal-UE, bħad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, il-GDPR jew il-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi applikabbli għall-pjattaformi online. Id-deċiżjonijiet eżistenti mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità ta’ kummerċjant mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għandhom jiġu kkunsidrati meta tiġi vvalutata l-ġustizzja ġenerali tal-prattika skont il-UCPD.

Il-UCPD tkopri l-istadji tar-reklamar, tal-bejgħ u tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inklużi l-ftehim għall-ipproċessar ta’ data personali u l-użu ta’ data personali għall-konsenja ta’ kontenut personalizzat, u t-terminazzjoni ta’ relazzjoni kuntrattwali. Barra minn hekk, id-Direttiva għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’: tkopri l-prattiki kummerċjali kollha fin-negozju mal-konsumatur u ma teħtieġx l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali jew ix-xiri ta’ prodott. Pereżempju, id-Direttiva tkun tkopri wkoll prattiki kummerċjali bħall-ġbid tal-attenzjoni tal-konsumatur, li tirriżulta f’deċiżjonijiet tranżazzjonali bħat-tkomplija tal-użu tas-servizz (eż. l-iskrolljar f’feed), il-viżwalizzazzjoni tal-kontenut tar-reklamar jew l-ikklikkjar fuq link.

Li l-konsumaturi jiġu persważi jinvolvu ruħhom mal-kontenut tal-kummerċjant huwa parti essenzjali mill-prattiki kummerċjali u b’mod partikolari mir-reklamar, kemm online kif ukoll offline. Madankollu, l-ambjent diġitali jippermetti lill-kummerċjanti jużaw il-prattiki tagħhom b’mod aktar effettiv fuq il-bażi tad-data tal-konsumatur, bi skalabbiltà kbira u saħansitra dinamikament f’ħin reali. Il-kummerċjanti jistgħu jiżviluppaw prattiki personalizzati ta’ persważjoni minħabba li jibbenefikaw minn għarfien superjuri bbażat fuq data aggregata dwar l-imġiba u l-preferenzi tal-konsumatur, pereżempju billi jikkollegaw data minn sorsi differenti. Il-kummerċjanti jista’ jkollhom ukoll il-possibbiltà li jagħmlu aġġustamenti sabiex itejbu l-effettività tal-prattiki tagħhom, peress li kontinwament jittestjaw l-effetti tal-prattiki tagħhom fuq il-konsumaturi u b’hekk jitgħallmu aktar dwar l-imġiba tagħhom (eż. permezz ta’ ttestjar A/B). Barra minn hekk, prattiki bħal dawn spiss jistgħu jintużaw mingħajr l-għarfien sħiħ tal-konsumatur. Hija l-preżenza ta’ dawn il-fatturi u l-opaċità tagħhom li jiddistingwu, minn naħa, tekniki ta’ reklamar jew ta’ bejgħ persważivi ħafna minn, min-naħa l-oħra, prattiki kummerċjali li jistgħu jkunu manipulattivi u, għalhekk, żleali skont il-liġi dwar il-konsumatur. Barra minn hekk, jistgħu jkunu qed jiksru l-obbligi ta’ trasparenza skont il-GDPR jew id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika.

Kwalunkwe prattika fin-negozju mal-konsumatur li toħloq distorsjoni materjali jew li x’aktarx toħloq distorsjoni fl-imġiba ekonomika ta’ konsumatur medju jew vulnerabbli tista’ tikser ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali tal-kummerċjant (l-Artikolu 5), issarraf fi prattika qarrieqa (l-Artikoli 6-7) jew fi prattika aggressiva (l-Artikoli 8-9), skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.

Għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-parametru referenzjarju ta’ konsumatur medju jew vulnerabbli jista’ jiġi mmodulat għall-grupp fil-mira u, jekk il-prattika tkun personalizzata ħafna, anki fformulat mill-perspettiva ta’ persuna waħda li kienet soġġetta għall-personalizzazzjoni speċifika.

Dawn il-prattiki jista’ jkollhom ukoll effett aktar sinifikanti fuq il-konsumaturi vulnerabbli. Kif spjegat fit-taqsima 2.6, il-karatteristiċi li jiddefinixxu l-vulnerabbiltà fl-Artikolu 5(3) huma indikattivi u mhux eżawrjenti. Il-kunċett ta’ vulnerabbiltà fil-UCPD huwa dinamiku u sitwazzjonali, li jfisser, pereżempju, li konsumatur jista’ jkun vulnerabbli f’sitwazzjoni waħda iżda mhux f’oħrajn. Pereżempju, ċerti konsumaturi jistgħu jkunu partikolarment suxxettibbli għal prattiki personalizzati ta’ persważjoni fl-ambjent diġitali, filwaqt li anqas minn hekk fil-ħwienet tradizzjonali u f’ambjenti offline oħrajn.

L-użu ta’ tagħrif dwar il-vulnerabbiltajiet ta’ konsumaturi speċifiċi jew ta’ grupp ta’ konsumaturi għal skopijiet kummerċjali x’aktarx li jkollu effett fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumaturi. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, tali prattiki jistgħu jsarrfu f’xi forma ta’ manipulazzjoni li fiha l-kummerċjant jeżerċita “influwenza mhux xierqa” fuq il-konsumatur, li tirriżulta fi prattika kummerċjali aggressiva pprojbita skont l-Artikoli 8 u 9 tal-UCPD. Meta tiġi vvalutata l-preżenza ta’ influwenza mhux xierqa, skont l-Artikolu 9(c), wieħed għandu jqis l-isfruttament ta’ kwalunkwe konfużjoni jew ċirkustanza speċifika ta’ tali gravità li xxekkel il-ġudizzju tal-konsumatur, li l-kummerċjant ikun konxju tagħha.

Barra minn hekk, jekk il-prattika tkun immirata lejn it-tfal, il-punt Nru 28 tal-Anness I ikun partikolarment rilevanti peress li jipprojbixxi l-appelli diretti lit-tfal. L-impatti avversi potenzjali tal-immirar tat-tfal jiġġustifikaw ukoll protezzjoni speċifika skont il-GDPR (365).

Pereżempju:

Kummerċjant jista’ jidentifika li adolexxenti jinsab f’burdata vulnerabbli minħabba avvenimenti fil-ħajja personali tiegħu. Imbagħad dan it-tagħrif jintuża sabiex reklamar ibbażat fuq l-emozzjoni jiġi mmirat f’ħin speċifiku lejn l-adolexxenti.

Kummerċjant ikun konxju mill-każijiet tal-konsumatur mas-servizzi finanzjarji u mill-fatt li dawn ġew ipprojbiti minn istituzzjoni ta’ kreditu minħabba l-inabbiltà li jħallas. Sussegwentement, il-konsumatur jinxteħet fil-mira ta’ offerti speċifiċi minn istituzzjoni ta’ kreditu, bl-għan li tiġi sfruttata s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.

Kummerċjant ikun konxju mix-xirjiet passati tal-konsumatur fir-rigward tal-logħob tal-azzard u ta’ kontenut aleatorju f’logħba vidjo. Sussegwentement, il-konsumatur jinxteħet fil-mira ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali personalizzati li jkollhom elementi simili, bl-għan li jisfruttaw il-probabbiltà ogħla tiegħu li jitqanqal minn prodotti bħal dawn.

Fil-kategorija ta’ prattiki manipulattivi, it-terminu “dark pattern” jintuża sabiex jirreferi għal tip ta’ nudging malizzjuż, ġeneralment inkorporat f’interfaċċi ta’ disinn diġitali. Id-dark patterns jistgħu jkunu xprunati mid-data u personalizzati, jew implimentati fuq bażi aktar ġenerali, li jisfruttaw l-ewristika u l-preġudizzji tal-imġiba, bħall-effetti predeterminati jew il-preġudizzji tal-iskarsezza (366).

It-terminu “dark pattern” ma għandux definizzjoni legali fid-Direttiva. Il-UCPD tapplika għal kwalunkwe “prattika kummerċjali żleali” li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħha. Jekk jiġu applikati dark patterns fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur, allura d-Direttiva tista’ tintuża sabiex tiġi kkontestata l-ġustizzja ta’ tali prattiki, minbarra strumenti oħrajn fil-qafas legali tal-UE, bħall-GDPR.

Kif spjegat aktar ’il fuq, kwalunkwe prattika fin-negozju mal-konsumatur li toħloq distorsjoni materjali jew li x’aktarx toħloq distorsjoni fl-imġiba ekonomika ta’ konsumatur medju jew vulnerabbli tista’ tikser ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali tal-kummerċjant (l-Artikolu 5), issarraf fi prattika qarrieqa (l-Artikoli 6-7) jew fi prattika aggressiva (l-Artikoli 8-9), skont id-dark pattern speċifiku applikat. Il-UCPD ma teħtieġx l-intenzjoni għall-varar tad-dark pattern. L-istandard ta’ diliġenza professjonali fl-Artikolu 5 tal-UCPD fil-qasam tad-disinn tal-interfaċċa jista’ jinkludi prinċipji derivati minn standards internazzjonali u minn kodiċijiet ta’ kondotta għad-disinn etiku. Bħala prinċipju ġenerali skont ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali fl-Artikolu 5 tal-UCPD, il-kummerċjanti għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li d-disinn tal-interfaċċa tagħhom ma jfixkilx id-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumaturi.

Il-prattiki manipulattivi jistgħu jinkludu l-oskurazzjoni viżiva ta’ tagħrif importanti jew l-ordni tiegħu b’mod li tiġi promossa għażla speċifika (eż. buttuna waħda viżibbli ħafna, oħra moħbija; direttorju twil ħafna, ieħor iqsar), kif ukoll l-użu ta’ mistoqsijiet nassa u lingwaġġ ambigwu (eż. negattivi doppji) sabiex il-konsumatur jitfixkel. Tali prattiki x’aktarx jikkwalifikaw bħala azzjoni qarrieqa skont l-Artikolu 6 tal-UCPD jew bħala ommissjoni qarrieqa skont l-Artikolu 7 tal-UCPD billi jagħmlu t-tagħrif mhux intelliġibbli jew ambigwu. Barra minn hekk, l-użu ta’ emozzjoni sabiex l-utenti jiġu influwenzati milli jagħmlu ċerta għażla (eż. “confirmshaming” tal-konsumatur sabiex iħossu ħati) jista’ jsarraf fi prattika aggressiva skont l-Artikolu 8 tal-UCPD għall-użu ta’ influwenza mhux xierqa sabiex jiġi mfixkel it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-konsumatur.

Pereżempju:

Matul il-proċess tal-ordni f’suq online, il-konsumatur jintalab diversi drabi sabiex jagħżel “iva” u “le”: “Tixtieq li tinżamm informat(a) dwar offerti simili? Tixtieq tabbona għall-bullettin? Nistgħu nużaw id-dettalji tiegħek sabiex nippersonalizzaw l-offerta tagħna?” F’nofs is-sekwenza tal-klikks, il-pożizzjoni tal-buttuni “iva” u “le” tinqaleb apposta. Il-konsumatur ikklikkja “le” diversi drabi, iżda issa jikklikkja “iva” u bi żball jabbona għal bullettin.

L-issettjar prestabbilit tal-interfaċċa għandu impatt sinifikanti fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali ta’ konsumatur medju. Il-kummerċjanti mhux biss jistgħu jinfluwenzaw lill-konsumaturi sabiex jieħdu ċerti azzjonijiet, iżda wkoll jieħdu azzjonijiet speċifiċi f’isimhom, pereżempju billi jużaw kaxxi mmarkati minn qabel, inkluż sabiex jitolbu ħlas għal servizzi addizzjonali, li huwa pprojbit skont l-Artikolu 22 tas-CRD. Tali prattiki jistgħu jiksru wkoll il-UCPD kif ukoll ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza (367).

Ċerti prattiki li spiss jiġu ttikkettati bħala “dark patterns” diġà huma pprojbiti b’mod espliċitu fiċ-ċirkustanzi kollha fl-Anness I tal-UCPD:

L-hekk imsejħin prattiki “bait and switch”, li jinkludu l-offerta ta’ prodotti bi prezz speċifikat filwaqt li ma tiġix żvelata l-eżistenza ta’ raġunijiet raġonevoli sabiex il-prodott ma jkunx jista’ jiġi pprovdut il-prodott jew inkella jiġi offrut u mbagħad jiġi rrifjutat milli jittieħdu ordnijiet għalih jew li jiġi kkonsenjat fi żmien raġonevoli, bl-intenzjoni li, minflok, jiġi promoss prodott differenti (in-Nri 5 u 6 tal-Anness I);

Il-ħolqien ta’ urġenza billi jiġi ddikjarat b’mod falz li prodott se jkun disponibbli għal żmien limitat ħafna biss, jew li se jkun disponibbli biss b’termini partikolari għal żmien limitat ħafna (in-Nru 7 tal-Anness I). Pereżempju, dan jinkludi timers u asserzjonijiet ta’ stokk limitat foloz fuq is-siti web;

L-għoti ta’ tagħrif mhux preċiż dwar il-kundizzjonijiet tas-suq jew dwar il-possibbiltà li jinstab il-prodott bl-intenzjoni li l-konsumatur jitħeġġeġ jixtri l-prodott b’kundizzjonijiet anqas favorevoli (in-Nru 18 tal-Anness I);

Fejn jiġi sostnut li l-konsumatur rebaħ premju, mingħajr ma jingħata l-premji deskritti jew ekwivalenti raġonevoli (in-Nru 19 u 31 tal-Anness I) jew deskrizzjoni b’mod falz ta’ prodott bħala “b’xejn” (in-Nru 20 tal-Anness I);

Fejn isiru intrużjonijiet ripetuti matul interazzjonijiet normali sabiex il-konsumatur jagħmel jew jaċċetta xi ħaġa (jiġifieri qrid) jista’ jsarraf f’solleċitazzjoni persistenti u mhux mitluba (in-Nru 26 tal-Anness I) (368).

Barra minn hekk, diversi prattiki qarrieqa li jiksru l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD huma ttikkettati wkoll bħala “dark patterns”, bħal provi ħielsa qarrieqa u nases ta’ abbonament li ġew diskussi aktar fit-taqsima 2.9.6. Fit-tfassil tal-interfaċċi tagħhom, il-kummerċjanti għandhom isegwu l-prinċipju li t-twaqqif ta’ abbonament minn servizz għandu jkun faċli daqs l-abbonament għas-servizz, pereżempju billi jintużaw l-istess metodi li qabel ikunu ntużaw għall-abbonament għas-servizz jew metodi differenti, dment li l-konsumaturi jiġu ppreżentati b’għażliet ċari u bla ħlas, proporzjonati u speċifiċi għad-deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jintalbu jagħmlu.

Pereżempju:

Sabiex iwaqqaf abbonament minn servizz diġitali, il-konsumatur ikun imġiegħel jieħu diversi passi mhux intuwittivi sabiex jasal għal-link tal-kanċellazzjoni. Dawn il-passi jinkludu l-“confirmshaming”, fejn il-konsumatur jiġi mħeġġeġ, mingħajr ġustifikazzjoni motivata, jerġa’ jikkunsidra l-għażla tiegħu permezz ta’ messaġġi emozzjonali diversi drabi (“Jiddispjaċina li se titlaqna”, “Dawn huma l-benefiċċji li se titlef”) u “interferenza viżwali”, bħal immaġnijiet prominenti li jħeġġu lill-utent ikompli bl-abbonament minflok ma jikkanċella (369).Tali prattiki jistgħu jiksru l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(d) tal-UCPD.

4.2.8.   Prattiki ta’ pprezzar

L-ipprezzar qatra qatra jkopri sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjanti jżidu l-kostijiet matul il-proċess tax-xiri, pereżempju, billi jżidu imposti li ma jistgħux jiġu evitati u li kellhom jiġu inklużi fil-prezz sa mill-bidu nett jew b’xi mod ieħor iżidu b’mod arbitrarju l-prezz finali. Dan jista’ jwassal sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’ċirkustanzi oħrajn, li kieku l-prezz sħiħ kien ipprovdut bħala l-ewwel “stedina għax-xiri”. Għalhekk, tali prattika tista’ ssarraf f’azzjoni qarrieqa jew f’ommissjoni bi ksur tal-UCPD.

L-ipprezzar dinamiku (imsejjaħ ukoll l-ipprezzar f’ħin reali) ifisser it-tibdil tal-prezz għal prodott b’mod ferm flessibbli u veloċi bħala tweġiba għad-domandi tas-suq.

Skont il-UCPD, il-kummerċjanti jistgħu jiddeterminaw liberament il-prezzijiet li jitolbu għall-prodotti tagħhom dment li jinformaw b’mod adegwat lill-konsumaturi dwar il-kostijiet totali u kif jiġu kkalkolati jekk in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat b’mod raġonevoli minn qabel (l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tal-UCPD). Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-prattiki ta’ pprezzar dinamiku jistgħu jkunu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “żleali” skont il-UCPD.

Pereżempju:

Prattika dinamika tal-ipprezzar li biha kummerċjant jgħolli l-prezz għal prodott matul il-proċess tal-ibbukkjar, b’mod partikolari wara li l-konsumatur ikun qiegħdu fil-basket tax-xiri diġitali tiegħu jew jipproċedi għall-ħlas, mingħajr ma jagħti lill-konsumatur ħin raġonevoli sabiex ilesti t-tranżazzjoni, tista’ titqies li tmur kontra d-diliġenza professjonali jew bħala prattika aggressiva skont l-Artikoli 8 u 9 tal-UCPD.

Id-diskriminazzjoni fil-prezz hija meta kummerċjant japplika prezzijiet differenti għal gruppi differenti ta’ konsumaturi għall-istess oġġetti jew servizzi. Il-UCPD, minnha nfisha, ma tipprojbixxix lill-kummerċjanti minn diskriminazzjoni fil-prezzijiet dment li tinforma b’mod adegwat lill-konsumatur dwar il-prezz totali jew kif jiġi kkalkolat. Madankollu, id-diskriminazzjoni fil-prezzijiet tista’ tiġi pprojbita minn regoli oħrajn.

B’mod partikolari, id-Direttiva dwar is-Servizzi (370) tinkludi projbizzjoni ġenerali fuq id-diskriminazzjoni fil-prezzijiet ibbażata fuq in-nazzjonalità u l-post ta’ residenza. L-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi jistipula li “l-kondizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għal servizz, li jsiru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali mill-fornitur” ma jistax ikun “fihom dispożizzjonijiet diskriminatorji relatati man-nazzjonalità jew post tar-residenza tar-riċevitur”. Madankollu, l-Artikolu 20 ma jipprekludix “[il-]possibbiltà li jkun hemm differenzi fil-kondizzjonijiet tal-aċċess fejn dawk id-differenzi huma ġustifikati direttament bi kriterji oġġettivi”.

Barra minn hekk, diskriminazzjoni diretta jew indiretta fil-prezz ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-klijent finali jew fuq ir-residenza tiegħu jew fuq il-post tal-istabbiliment tal-operaturi jew tal-bejjiegħa ta’ biljetti fl-Unjoni hija pprojbita b’mod espliċitu minn diversi siltiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi. Dan japplika għat-trasport bl-ajru (371), għat-trasport marittimu (372), għat-trasport ferrovjarju (373) u għat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ (374).

Id-diskriminazzjoni fil-prezzijiet tista’ tieħu l-forma ta’ pprezzar personalizzat ibbażat fuq l-ittrekkjar online u t-tfassil tal-profil tal-imġiba tal-konsumatur (375).

Pereżempju

Konsumatur li jaqa’ fil-kategorija ta’ “kapaċità tal-akkwist superjuri” jista’ jingħaraf jew mill-indirizz tal-IP tal-kompjuter tiegħu jew inkella b’mezzi oħrajn meta l-konsumatur iżur is-sit web tal-kummerċjant mill-kompjuter tad-dar tiegħu. Il-prezzijiet proposti għal dan il-konsumatur jistgħu jkunu, pereżempju, medja ta’ 10 % ogħla milli għal klijent ġdid jew għal konsumatur kategorizzat bħala wieħed li għandu “kapaċità tal-akkwist inferjuri”.

Il-UCPD ma tipprevjeni lill-kummerċjanti milli jippersonalizzaw il-prezzijiet tagħhom fuq il-bażi tat-trekkjar u tat-tfassil ta’ profili online. L-Artikolu 6(1)(ea) tas-CRD, li żdied bid-Direttiva (UE) 2019/2161, jirrikjedi li l-kummerċjanti jinformaw lill-konsumaturi dwar il-fatt li l-prezz kien personalizzat fuq il-bażi ta’ teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet f’każ ta’ kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju. Barra minn hekk, l-ipprezzar u l-offerti personalizzati jistgħu jiġu kkombinati ma’ prattiki kummerċjali żleali differenti, pereżempju jekk fil-kuntest tal-personalizzazzjoni xprunata mid-data, il-kummerċjanti jisfruttaw l-“influwenza mhux xierqa” fuq il-konsumatur skont l-Artikoli 8 u 9 tal-UCPD.

Il-kummerċjanti li jippersonalizzaw il-prezzijiet billi jużaw id-data personali tal-konsumaturi jridu wkoll jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-GDPR u l-Privatezza Elettronika. Dan jinkludi r-rekwiżit li jintużaw biss magni tat-telefonati awtomatiċi, magni tal-facsimile (fax) jew posta elettronika għal kummerċjalizzazzjoni diretta jekk l-abbonat jew l-utenti jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel (l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), u r-rekwiżit li l-kontrollur tad-data jrid jieqaf jibgħat kummerċjalizzazzjoni diretta jekk l-individwu li jirċieviha joġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal dak l-għan, kif stipulat fl-Artikolu 21 tal-GDPR. Barra minn hekk, l-Artikoli 12-14 tal-GDPR jinkludu obbligi ta’ tagħrif dwar il-proċessar ta’ data personali, inkluż id-dritt għal tagħrif sinifikattiv dwar l-eżistenza ta’ teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet, u l-Artikolu 22 tal-GDPR jagħti d-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal deċiżjoni li tipproduċi effetti legali dwaru jew li tolqtu b’mod sinifikanti u li tkun ibbażata biss fuq il-proċessar awtomatizzat tad-data, inkluż it-tfassil ta’ profili.

4.2.9.   Logħob

Il-logħob video, il-logħob tal-mobile u l-logħob online għandhom varjetà ta’ prattiki kummerċjali li jistgħu jqajmu tħassib dwar l-aspett tal-ġustizzja skont il-UCPD, b’mod partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal u l-adolexxenti, li jistħoqqilhom protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 5(3) tal-UCPD (ara t-taqsima 2.6 dwar il-konsumaturi vulnerabbli).

Il-logħob jista’ jinkludi promozzjonijiet u reklami fil-logħob, li jżidu r-riskju ta’ kummerċjalizzazzjoni moħbija u jistgħu jsarrfu fi prattika qarrieqa skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, sakemm l-element kummerċjali ma jkunx ċar u distingwibbli biżżejjed mill-gameplay. Dan jikkonċerna kemm ix-xiri fil-logħob kif ukoll il-prodotti disponibbli barra mill-logħob. L-iżvelar irid iqis il-mezz li fih isseħħ il-kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-kuntest, l-inklużjoni, it-twaqqit, id-durata, il-lingwa u l-udjenza fil-mira.

Barra minn hekk, taħt il-punt Nru 28 tal-Anness I, huwa pprojbit li jiġi inkluż appelli diretti lit-tfal għax-xiri ta’ prodotti. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom titqiegħed pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru oġġett direttament, jew sabiex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta sabiex tixtrilhom l-oġġetti. Studji wrew li t-tfal huma anqas probabbli li jinnotaw u jifhmu l-intenzjoni kummerċjali tar-reklami fil-logħob, meta mqabblin ma’ reklami aktar dirett fuq it-televiżjoni (376).

Meta joffru xiri fil-logħob, il-kummerċjanti jridu jiżguraw li jikkonformaw mal-obbligi ta’ tagħrif fl-Artikolu 7 tal-UCPD u fis-CRD. Il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott iridu jiġu deskritti b’mod ċar u l-prezzijiet tal-oġġetti virtwali jridu jintwerew b’mod ċar u prominenti (anki) f’munita reali. Jekk il-prezz ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat b’mod raġonevoli minn qabel, il-kummerċjant għandu jindika l-mod li bih għandu jiġi kkalkolat il-prezz. Il-prezzijiet tal-oġġetti virtwali jridu jintwerew b’mod ċar u prominenti fil-munita reali meta sseħħ it-tranżazzjoni kummerċjali.

Meta joffru logħob ta’ “aċċess bikri”, jiġifieri logħob li għadu qed jiġi żviluppat, il-kummerċjanti għandhom ikunu ċari dwar dak li l-konsumatur jista’ jistenna, pereżempju f’termini tal-kontenut tal-logħba ta’ aċċess bikri u l-prospetti ta’ żvilupp tagħha.

Il-kummerċjanti għandhom jagħmlu użu mill-kontrolli mill-ġenituri fil-livell tal-pjattaformi li fuqhom tkun disponibbli l-logħba (eż. għodod ta’ kontroll mill-ġenituri li jippermettu lill-ġenituri jiddiżattivaw l-infiq).

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(4)(d) tal-UCPD u l-Artikolu 6(1)(g) tas-CRD, il-konsumaturi jridu jiġu informati b’mod ċar dwar l-arranġamenti għall-ħlas qabel kull xiri. Skont is-CRD, kwalunkwe xirja teħtieġ il-kunsens espliċitu tal-konsumatur u l-kummerċjant jrid jipprovdi lill-konsumatur bit-tagħrif neċessarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 64 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 dwar is-servizzi ta’ pagament jeħtieġ il-kunsens tal-pagatur sabiex tiġi eżegwita t-tranżazzjoni ta’ pagament u jiddikjara li, fin-nuqqas ta’ tali kunsens, tranżazzjoni ta’ pagament titqies bħala mhux awtorizzata. Barra minn hekk, l-issettjar predefinit għall-pagamenti ma għandux jippermetti li jsiru xirjiet mingħajr il-kunsens espliċitu tal-konsumatur (eż. permezz ta’ password). Meta s-sistema tipprovdi għal perjodi ta’ ħin għall-validità tal-kunsens (eż. perjodu ta’ kwarta), il-kummerċjanti għandhom jitolbu l-kunsens espliċitu tal-konsumatur b’rabta mad-durata applikabbli.

Ċerti prattiki kummerċjali fil-logħob, inkluż ir-reklamar inkorporat, jistgħu jsarrfu fi prattika aggressiva skont l-Artikoli 8-9 tal-UCPD. Dan jista’ jkun il-każ jekk il-prattiki jinvolvu l-użu ta’ preġudizzji fl-imġiba jew ta’ elementi manipulattivi relatati ma’, eż., it-twaqqit tal-offerti waqt il-gameplay (eż. l-offerta ta’ mikrotranżazzjonijiet matul mumenti kritiċi fil-logħba), il-qrid persistenti jew l-użu ta’ effetti viżwali u akustiċi sabiex issir pressjoni bla bżonn fuq il-persuna li tkun qed tilgħab. Barra minn hekk, il-prattiki kummerċjali jistgħu jkunu personalizzati u jqisu tagħrif speċifiku dwar il-vulnerabbiltajiet tal-persuni li jkunu qed jilagħbu. Il-kombinazzjoni ta’ prattiki f’logħba (eż. appell lit-tfal jew lil gruppi vulnerabbli oħrajn, l-użu ta’ mikrotranżazzjonijiet, reklamar inkorporat u mhux trasparenti) taggrava l-impatt fuq il-konsumatur. Minbarra t-tħassib relatat mat-tfal u maż-żgħażagħ, iż-żieda fis-suxxettibbiltà għall-komunikazzjonijiet kummerċjali u għall-prattiki manipulattivi tista’ taffettwa wkoll lill-adulti li jkunu qed jilagħbu, speċjalment matul logħob twil u immersiv.

Punt ta’ tħassib relatat fir-rigward tal-kontenut tal-logħob b’elementi ta’ logħob tal-azzard, bħal disinni tal-interfaċċa li joħolqu dipendenza u li jinvolvu slot machines, ċerti loot/mystery boxes jew imħatri. Xi Stati Membri jqisu dawn l-elementi bħala li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-azzard, li tista’ tinvolvi rekwiżiti addizzjonali li jmorru lil hinn mill-UCPD (377), bħall-awtorizzazzjonijiet għal-liċenzjar, jew il-projbizzjoni totali tal-użu ta’ elementi tal-logħob tal-azzard fil-logħob għalkollox.

Pereżempju:

Logħba online tuża algoritmi sabiex tiddetermina, fuq il-bażi tad-drawwiet tal-logħob tal-utent, il-“punteġġ tat-teħid ta’ riskju” tiegħu sabiex tippersonalizza t-twaqqit tal-offerti fil-logħob tal-loot boxes, il-possibiltajiet li jinkiseb oġġett b’valur għoli fil-loot box, is-saħħa tal-avversarji fil-logħba, kollox bl-għan li jinżamm imwaħħal mal-logħba u jżid l-infiq waqt li jilgħab. L-algoritmi jintużaw sabiex jimmiraw b’mod partikolari lejn l-atturi suxxettibbli għad-dipendenza. Din tista’ tikkostitwixxi prattika aggressiva.

Il-preżenza ta’ kontenut aleatorju bi ħlas (eż. loot boxes, pakketti tal-karti, roti tal-premji) għandha tiġi żvelata b’mod ċar lill-konsumatur, inkluża spjegazzjoni tal-probabbiltajiet li jirċievi oġġett aleatorju. Pereżempju, loot/mystery boxes huma kontenut fil-logħba li ġeneralment jinkludi oġġetti aleatorji li għandhom rilevanza fil-logħba (eż. armi, kostumi, flus tal-logħba, għażliet ta’ progressjoni) (378). Il-bejgħ ta’ loot boxes fil-logħob irid jikkonforma mal-obbligi ta’ tagħrif skont is-CRD u l-UCPD dwar il-prezz u l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.

Pereżempju:

Awtorità nazzjonali rċeviet impenji mingħand produttur tal-logħob dwar it-tagħrif ippreżentat dwar ix-xiri fil-logħob, inklużi loot boxes. L-awtorità nnotat li huma meħtieġa ċarezza u trasparenza massimi għall-konsumaturi u għall-ġenituri dwar jekk dan ix-xiri jistax isir, speċjalment fir-rigward ta’ loot boxes, fejn l-aspett aleatorju jkun karatteristika ewlenija (379).

Fil-qasam tal-apps tal-logħob, fl-2013-2014, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali indirizzaw prattiki żleali li jikkonċernaw logħob li joffri xiri fl-applikazzjoni u li x’aktarx jattira jew jintlagħab mit-tfal (380). Il-pożizzjoni komuni tagħhom enfasizzat li skont in-Nru 20 tal-Anness I u l-Artikolu 7(4)(c) tal-UCPD u l-Artikolu 6(1)(e) tas-CRD, huwa biss il-logħob fejn ix-xiri fl-applikazzjoni jkun fakultattiv li jista’ jiġi ppreżentat bħala “b’xejn” mingħajr qerq bil-konsumaturi. Għall-kuntrarju, logħba ma tistax tiġi kkummerċjalizzata bħala “b’xejn” jekk il-konsumatur ma jkunx jista’ jilgħab il-logħba b’mod li jkun raġonevolment qiegħed jistenna mingħajr ma jagħmel xirjiet mill-applikazzjoni. Dan irid jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ għal kull applikazzjoni li tinkludi xirjiet mill-applikazzjoni. Ġie enfasizzat ukoll li logħba li tinstab li hija konformi mal-punt Nru 20 tal-Anness I fir-rigward tal-użu tal-kelma “b’xejn” xorta waħda tista’ tiġi vvalutata skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-UCPD, bħall-Artikoli 6 sa 9, sabiex jiġi żgurat li elementi oħrajn, bħal kif jintwera t-tagħrif dwar il-prezz, ma jkunux qarrieqa jew aggressivi. Barra minn hekk, il-punt Nru 28 tal-Anness I u l-Artikolu 5(3) tal-UCPD jistipulaw li l-logħob immirat lejn it-tfal, jew li l-kummerċjanti jistgħu jipprevedu b’mod raġonevoli li aktarx li jappellaw għat-tfal, ma jistax ikun fihom appelli diretti lit-tfal sabiex jixtru aktar oġġetti mil-logħba.

4.2.10.   Użu ta’ tekniki ta’ ġeolokalizzazzjoni

Meta jixtru fi/minn Stat Membru ieħor, il-konsumaturi kultant ikunu soġġetti għal rifjut dirett mill-kummerċjanti li jbigħu, jew għal diskriminazzjoni fil-prezz, fuq il-bażi tal-post ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tal-konsumatur. Tali prattiki jistgħu jsiru online kif ukoll meta jixtru minn ħanut. Il-kummerċjanti jistgħu jużaw tekniki ta’ ġeolokalizzazzjoni, eż. fuq il-bażi tal-indirizz tal-IP tal-konsumatur, l-indirizz residenzjali, il-pajjiż fejn inħarġet il-karta tal-kreditu, eċċ., sabiex jiċħdu l-bejgħ ta’ prodott lill-konsumatur, jgħadduh b’mod awtomatiku lejn ħanut fuq il-web lokali tiegħu jew għal finijiet ta’ diskriminazzjoni fil-prezz.

Il-kummerċjanti jista’ jkollhom raġunijiet differenti għat-tiċħid tal-aċċess għal prodott jew għall-applikazzjoni ta’ prezzijiet differenti bbażati fuq tagħrif ġeografiku, bħal kost ogħla tal-konsenja jew obbligi legali addizzjonali għall-kummerċjant. Fir-rigward tat-tiċħid tal-bejgħ jew tad-dirottazzjoni, skont l-Artikolu 8(3) tas-CRD, il-kummerċjanti jridu jgħarrfu lill-konsumaturi dwar ir-restrizzjonijiet fil-konsenja mhux aktar tard mill-bidu tal-proċess tal-ordni. Fuq il-bażi tal-Artikolu 7(5) tal-UCPD, dan ir-rekwiżit ta’ tagħrif jikkwalifika bħala “importanti” skont il-UCPD. Min-naħa l-oħra, jekk kummerċjant jirrispetta r-rekwiżit ta’ tagħrif tal-Artikolu 8(3) tas-CRD, tali ċaħda tal-bejgħ jew id-dirottazzjoni ma tkunx prattika kummerċjali żleali per se skont il-UCPD. Madankollu, skont il-fatti tal-każ individwali, tali prattiki jistgħu jwasslu għal prattiki kummerċjali żleali.

Tali prattiki jistgħu jikkostitwixxu wkoll ksur ta’ oqsma oħrajn tad-dritt tal-UE. Mit-3 ta’ Diċembru 2018, ir-Regolament dwar l-Imblukkar Ġeografiku (381) jipprojbixxi lill-kummerċjanti online milli jiddiskriminaw bejn il-klijenti tal-UE fuq il-bażi tan-nazzjonalità, tar-residenza jew tal-istabbiliment tagħhom. Il-Kummissjoni ħarġet gwida dettaljata dwar ir-regolament fid-dokument tagħha dwar il-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet (382). Għal servizzi online relatati ma’ xogħlijiet mhux awdjoviżivi protetti bid-dritt tal-awtur (bħal kotba elettroniċi, logħob video, mużika u software), id-dispożizzjoni ta’ nondiskriminazzjoni — jiġifieri l-obbligu li l-klijenti barranin ikollhom aċċess u jibbenefikaw mill-istess offerti bħall-klijenti lokali — ma tapplikax skont ir-Regolament. Madankollu, regoli oħrajn fir-Regolament dwar l-Imblukkar Ġeografiku, bħal dawk li jipprojbixxu l-imblukkar diskriminatorju tal-aċċess għal interfaċċi online u d-dirottazzjoni mingħajr il-kunsens minn qabel tal-klijent (l-Artikolu 3) kif ukoll id-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati mal-ħlas (l-Artikolu 5), japplikaw għas-servizzi msemmijin hawn fuq.

Barra minn hekk, l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji ma jittrattawx lill-konsumaturi b’mod differenti fuq il-bażi tal-post ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkunux iġġustifikati li jagħmlu dan bi kriterji oġġettivi. Iż-żewġ liġijiet jikkonċernaw iċ-ċaħda diretta għall-bejgħ, inkluża d-dirottazzjoni awtomatika, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ prezzijiet differenti li jsiru online jew offline.

L-imblukkar ġeografiku jew il-filtrazzjoni tista’ tikser ukoll il-liġi dwar il-kompetizzjoni (383). Pereżempju, fl-20 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni mmultat lil ħames pubblikaturi tal-logħob video u pjattaforma waħda tal-logħob għall-prattiki ta’ mblukkar ġeografiku tagħhom (384).

4.2.11.   Intrappolament tal-konsumatur

Il-konsumaturi kultant jistgħu jsibu ruħhom limitati fl-għażla tagħhom, u jesperjenzaw telf fil-kwalità tal-prodotti li jkunu xtraw, bidliet mhux favorevoli fi klawżoli kuntrattwali u/jew iħallsu prezzijiet eċċessivi minħabba l-intrappolament ta’ fornitur. Dan huwa ffaċilitat minn prodotti jew minn kummerċjalizzazzjoni mfassla sabiex toħloq intrappolament, u swieq li jkunu neqsin minn kompetizzjoni jew minn trasparenza. Dan huwa partikolarment minnu għas-swieq diġitali bi standards proprjetarji li jrawmu nuqqas ta’ interoperabbiltà.

Pereżempju, meta l-konsumaturi jiddeċiedu fuq telefon ċellulari, huma jagħżlu wkoll il-ħanut tal-applikazzjonijiet li jiġi mas-sistema operattiva. Huma jibdew ukoll proċess li jiddependi mill-perkors li jsaħħaħ l-intrappolament meta jixtru prodotti oħrajn tal-internet tal-oġġetti (IoT) li jkunu interoperabbli biss mal-ekosistema tal-mobile tagħhom. Ladarba ssir din l-għażla, huwa diffiċli għall-konsumaturi li jiċċaqalqu bejn ekosistemi mingħajr telf finanzjarju (applikazzjonijiet mobbli u hardware ieħor (IoT)), telf ta’ ħin (restawr ta’ tagħrif u ta’ ssettjar personali eċċ.) u telf ta’ data. Eżempji oħrajn jinkludu media diġitali mixtrija, li tista’ ssir inaċċessibbli ladarba jintemm il-kuntratt mal-kummerċjant, jew tiswijiet tal-karozza, li l-konsumatur jrid jwettaq f’garaxxijiet iċċertifikati mill-produttur tal-karozza, minħabba li dawn biss ikollhom aċċess għas-sett sħiħ ta’ data dijanjostika. Il-konsumaturi jistgħu jkunu wkoll intrappolati ma’ verżjoni (nazzjonali) partikolari ta’ ekosistema partikolari, pereżempju fuq il-bażi tad-data ta’ lokalizzazzjoni pprovduta matul ir-reġistrazzjoni tal-profil tal-utent, sabiex l-użu tal-istess profil f’verżjoni oħra tal-interfaċċa jew tal-ekosistema jkun jista’ jinvolvi t-telf tad-data u tal-kontenut kollha miksubin fil-verżjoni oriġinali.

Il-UCPD ġeneralment tnaqqas ir-riskju ta’ intrappolament għall-konsumaturi bl-Artikolu 9(d) tal-UCPD billi tipprevjeni lill-kummerċjanti milli joħolqu ostakli għall-qlib jew għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt. Għall-valutazzjoni ta’ jekk prattika tkunx aggressiva, hija tistipula li jridu jitqiesu “ostakli mhux kontrattwali, onerużi jew sproporzjonati imposti mill-kummerċjant fejn konsumatur ikun jixtieq jeżerċita xi drittijiet mogħtija fil-kuntratt, inklużi d-drittijiet tat-tħassir tal-kuntratt jew tal-bidla għal prodott ieħor jew għal kummerċjant ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha ambitu wiesa’ li jista” jkopri diversi ostakli mhux kuntrattwali.

Il-Qorti pprovdiet aktar gwida dwar xenarju speċifiku ta’ intrappolament. Fil-Kawża Sony, il-Qorti eżaminat il-prattika tal-bejgħ ta’ kompjuter b’software installat minn qabel (inkluża s-sistema operattiva) (385). Il-Qorti ddikjarat li l-bejgħ ta’ kompjuter mingħajr l-għażla għall-konsumatur li jixtri l-istess mudell ta’ kompjuter mhux mgħammar b’software installat minn qabel ma jikkostitwixxix minnu nnifsu prattika kummerċjali żleali skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) tal-UCPD, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi addizzjonali fis-seħħ li jagħmlu l-prattika kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u jfixklu materjalment jew x’aktarx li jfixklu materjalment l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott. F’dak ir-rigward, il-Qorti diġà ddikjarat li, b’mod partikolari jekk jiġi pprovdut tagħrif korrett lill-konsumaturi, offerta kkombinata ta’ prodotti jew ta’ servizzi differenti tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ġustizzja stabbiliti fid-Direttiva 2005/29/KE (386). Barra minn hekk, il-Qorti kkonfermat f’Sony li n-nuqqas li jiġi indikat il-prezz ta’ kull wieħed minn dawk l-oġġetti ta’ software installat minn qabel fil-kompjuter ma jikkostitwixxix prattika kummerċjali qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4)(a) u tal-Artikolu 7 tal-UCPD (387).

Minbarra r-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, hemm fis-seħħ regoli tal-kompetizzjoni tal-UE sabiex jiġu evitati żbilanċi tas-suq. Ir-riskji possibbli ta’ intrappolament għall-konsumaturi minħabba n-nuqqas ta’ interoperabbiltà tal-apparati tal-IoT kienu parti mill-motivazzjoni għall-inkjesta settorjali dwar l-IoT għall-konsumaturi, li nfetħet fis-16 ta’ Lulju 2020 (388). Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar is-Swieq Diġitali għandha l-għan li tindirizza r-riskji ta’ intrappolament tal-konsumatur permezz ta’ obbligi ġodda għall-pjattaformi tal-gwardjani (389).

Meta jbiddlu l-fornituri, l-Artikolu 20 tal-GDPR u l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali (390) jagħtu lill-individwi d-dritt li jieħdu magħhom, rispettivament, id-data personali tagħhom u kwalunkwe kontenut ieħor għajr id-data personali, li tkun ġiet ipprovduta jew li tinħoloq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, u b’hekk jiġu limitati l-effetti tal-prattiki ta’ intrappolament (391). Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1)(g) u (h), u l-Artikolu 6(1)(r) u (s) tas-CRD jgħinu lill-konsumaturi jidentifikaw sitwazzjonijiet ta’ intrappolament bil-quddiem billi jirrikjedu li l-kummerċjant jinforma lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar il-funzjonalità, il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tal-oġġetti ma’ elementi diġitali, ma’ kontenut diġitali u ma’ servizzi diġitali. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Imblukkar Ġeografiku (392) jiżgura li jingħata aċċess għall-interfaċċa online (inklużi l-ħwienet tal-applikazzjonijiet), irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mill-post tal-istabbiliment tal-klijent.

4.3.   Settur tal-ivvjaġġar u tat-trasport

4.3.1.   Kwistjonijiet trażversali

Jistgħu jinħolqu prattiki kummerċjali żleali fl-istadji ta’ qabel l-ibbukkjar, tal-ibbukkjar u ta’ wara l-ibbukkjar tas-servizzi tal-ivvjaġġar u tat-trasport, bħal reklamar qarrieqi u prattiki manipulattivi oħrajn, in-nuqqas ta’ tagħrif importanti jew l-għoti ta’ tagħrif qarrieqi, prattiki ta’ pprezzar qatra qatra, klawżoli kuntrattwali inġusti, problemi relatati ma’ kanċellazzjonijiet, assistenza insuffiċjenti f’każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjonijiet, kif ukoll sistemi ineffettivi għat-trattament tal-ilmenti.

Il-UCPD tapplika mhux biss għall-kummerċjant li fil-fatt jipprovdi s-servizz tal-ivvjaġġar u tat-trasport iżda wkoll għal “ kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant ” (l-Artikolu 2(b)). Id-dispożizzjonijiet tal-UCPD, b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7, huma applikabbli wkoll mhux biss għal-linji tal-ajru, għal-lukandi jew għall-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi, iżda wkoll għall-intermedjarji — bħal siti web tal-prenotazzjoni tal-vjaġġi, għodod ta’ tqabbil jew siti web tal-metatfittxija — li joperaw bejnhom u l-konsumaturi.

Pereżempju:

Kemm il-linja tal-ajru kif ukoll l-aġent tal-ivvjaġġar online li joffri l-biljetti tat-titjiriet lill-konsumaturi (393) f’isem il-linja tal-ajru jew fl-interessi tagħha għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar jekk il-bagalja tkunx inkluża fil-prezz għat-titjira jew jekk tkunx soġġetta għal tariffa addizzjonali. It-tnejn li huma għandhom jgħarrfu wkoll lill-passiġġieri dwar jekk it-titjiriet jistgħux jerġgħu jiġu bbukkjati jew jistgħux jirċievu rifużjoni għalihom.

L-Artikolu 7(4) jelenka ċerti siltiet ta’ tagħrif li jridu jitqiesu bħala importanti fl-istediniet għax-xiri, pereżempju, għal biljett tat-titjira jew tal-ferrovija, akkomodazzjoni jew karozza tal-kiri, jekk it-tagħrif ma jkunx diġà ovvju mill-kuntest. F’ċerti każijiet, in-nuqqas ta’ għoti ta’ dan it-tagħrif jista’ jitqies bħala ommissjoni qarrieqa. It-tipi ta’ tagħrif koperti minn dan il-punt jinkludu b’mod partikolari:

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott;

l-identità tal-kummerċjant;

il-prezz inklużi t-taxxi;

l-arranġamenti għall-ħlas;

il-politika ta’ kif jiġu mmaniġġjati l-ilmenti.

L-istediniet għax-xiri huma diskussi aktar fit-taqsima 2.9.5.

L-Artikolu 7(4)(b) jeħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu l-indirizz ġeografiku u l-identità tagħhom. Skont l-Artikolu 7(5) flimkien mal-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant huwa tagħrif importanti wkoll skont il-UCPD. Dan it-tagħrif għandu jkun jista’ jinqara faċilment (jiġifieri mhux fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali jew fuq paġni informattivi/ links separati) u jkun aċċessibbli b’mod dirett u permanenti.

Fir-rigward tat-trattament tal-ilmenti, skont l-Artikolu 7(4)(d) tal-UCPD, għandu jkun ċar għall-konsumatur lil min għandu jikkuntattja f’każ ta’ mistoqsijiet jew ta’ lmenti. Il-konsumatur għandu jingħata struzzjonijiet ċari dwar kif jilmenta f’każ li tinqala’ problema, pereżempju permezz ta’ indirizz tal-posta elettronika u numru tat-telefon.

Għal mistoqsijiet dwar il-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet, ara t-Taqsima 2.9.3 fuq l-għoti ta’ ċertu tagħrif f’lingwa oħra.

Il-kummerċjanti — inkluż kwalunkwe intermedjarju li jiffaċilita tranżazzjonijiet fin-negozju mal-konsumatur — għandhom jiżguraw li l-prezz tal-biljetti jkun trasparenti mill-bidu nett, sa mill-istadju ta’ reklamar kif ukoll matul il-proċess ta’ prenotazzjoni.

Għal mistoqsijiet dwar id-diskriminazzjoni fir-rigward tal-prezzijiet tal-biljetti, ara t-taqsima taħt 4.2.8 dwar il-prattiki tal-ipprezzar.

B’mod partikolari, skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c), il-prezz totali li jrid jitħallas irid ikun indikat f’kull ħin u jinkludi l-imposti u t-taxxi applikabbli li jkunu inevitabbli u prevedibbli fi żmien il-pubblikazzjoni/l-ibbukkjar, inklużi l-ħlasijiet addizzjonali. B’mod partikolari, għat-trasport bl-ajru, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur (394), il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata tal-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi, l-imposti, il-ħlasijiet addizzjonali u t-tariffi kollha applikabbli li ma jkunux jistgħu jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni.

Il-prezzijiet għat-titjiriet jew għall-kmamar tal-lukandi jistgħu jinbidlu malajr ħafna. Pereżempju, meta konsumatur ifittex biljett ta’ titjira fuq il-pjattaforma ta’ aġent tal-ivvjaġġar online, il-prezz jista’ jinbidel bejn il-mument li fih il-konsumatur jibda jfittex biljett u l-mument li fih jiddeċiedi li jixtri. Jekk tali bidliet fil-prezz verament ikunu dovuti għall-għamla dinamika tas-suq u, b’hekk, jaqgħu barra mill-kontroll tal-aġent tal-ivvjaġġar online, ikollhom impatt fuq il-possibbiltajiet tal-aġent tal-ivvjaġġar online sabiex jiżgura li l-prezz li jirreklama jkun korrett il-ħin kollu. L-obbligu ta’ diliġenza professjonali fl-Artikolu 5(2) tal-UCPD jissuġġerixxi li l-kummerċjanti li jkunu jafu bil-possibbiltà ta’ bidliet f’daqqa fil-prezz iridu jagħmlu dan ċar għall-konsumaturi meta jirreklamaw il-prezzijiet.

Pereżempju:

Kummerċjant li joffri vaganzi f’pakkett semma l-prezz ta’ polza tal-assigurazzjoni fil-prezz totali ta’ prodott. Madankollu, il-polza tal-assigurazzjoni ma kinitx obbligatorja. Awtorità nazzjonali sabet li dan kien qarrieqi (395).

It-talba ta’ ħlas addizzjonali mingħand it-turisti għall-kostijiet tal-fjuwil bla ma jkun ġie indikat kif ġiet ikkalkolata din it-tariffa u mingħajr ma tiġi pprovduta d-dokumentazzjoni xierqa lill-konsumaturi tqieset li hija ommissjoni qarrieqa, azzjoni qarrieqa u prattika aggressiva minn awtorità nazzjonali (396).

Kummerċjant li joffri appartamenti ta’ villeġġatura ma indikax fil-prezz kostijiet obbligatorji bħal kostijiet tat-tindif, taxxi fuq il-bini u tariffi għal servizzi addizzjonali għall-ibbukkjar. Qorti nazzjonali kkonstatat li din il-prattika kienet tmur kontra d-diliġenza professjonali u ommissjoni qarrieqa (397).

Fil-każ li fih kummerċjant joffri servizzi addizzjonali (fakultattivi) għax-xiri, it-tagħrif dwar imposti fakultattivi għandu jintwera b’mod prominenti u jkun distint mis-servizz ewlieni; il-kummerċjanti ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tax-xiri ta’ servizzi addizzjonali. Il-kostijiet mhux obbligatorji jistgħu jkunu pereżempju: kemm tiswa kamra waħda, assigurazzjoni mhux obbligatorja, għażla ta’ sit jew bagalja fiċ-check-in (għall-kuntrarju ta’ bagalja tal-idejn) (398). Il-konsumaturi għandhom ikunu informati bl-eżistenza ta’ kostijiet mhux obbligatorji fl-istediniet għax-xiri u, fi kwalunkwe każ, qatt aktar tard minn meta jibdew il-proċess ta’ ibbukkjar. Ta’ min jagħmilha ċara wkoll li dawn il-kostijiet mhumiex obbligatorji, u l-konsumaturi ma għandhomx jitqarrqu rigward id-deċiżjoni tagħhom li jixtru servizzi addizzjonali (399).

Dawn ir-rekwiżiti jsegwu b’mod partikolari mill-Artikoli 6(1)(b) u (d) u 7(4)(a) u (c) tal-UCPD. Prattiki li jmorru kontra dawn il-prinċipji jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi, jitqiesu li jmorru kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali, ara l-Artikolu 5(2) tal-UCPD.

Minbarra r-regoli tal-UCPD, is-CRD tipprekludi l-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur irid jirrifjuta sabiex jevita ħlasijiet addizzjonali minflok ma l-konsumatur jintalab kunsens espliċitu għal pagamenti żejda, bħal kif inhu l-każ ta’ kaxex mimlijin bil-lest fuq is-siti web. L-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva jistipula li “Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimborż ta’ dan il-ħlas.

Apparti l-każijiet tal-kaxex mimlijin bil-lest, jista’ jkun hemm każijiet oħrajn li fihom il-kummerċjanti li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom online joffru servizzi addizzjonali b’mod mhux ċar jew ambigwu, bħall-ħabi tal-għażla li ma tibbukkja ebda servizz ieħor (ara wkoll it-taqsima 4.2.7 dwar id-dark patterns). Tali prattiki kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma qarrieqa, aggressivi jew inkompatibbli mad-diliġenza professjonali.

Peress li tali prattiki ġew osservati speċjalment fis-settur tat-trasport bl-ajru u fid-dawl tal-eżistenza ta’ regoli addizzjonali f’dan is-settur, l-eżempji jingħataw taħt it-taqsima 4.3.4.

4.3.2.   Pakketti tal-ivvjaġġar

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta (id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar) fiha dispożizzjonijiet dwar il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti, jiġifieri t-trasport ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni, il-kiri ta’ vetturi bil-mutur (400) u servizzi turistiċi oħrajn, li jiġu offruti lill-vjaġġaturi.

Id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar tirregola fost l-oħrajn it-tagħrif prekuntrattwali li l-kummerċjanti jridu jagħtu lill-vjaġġaturi, inkluż tagħrif speċifiku dwar is-servizzi inklużi f’pakkett u l-prezz totali tal-pakkett inklużi t-taxxi u, fejn applikabbli, kull tariffa, imposta u kost ieħor addizzjonali. Skont id-Direttiva, il-kummerċjanti jridu jgħarrfu b’mod prominenti wkoll lill-vjaġġaturi jekk is-servizzi offruti jikkostitwux pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assoċjat biss, b’livell anqas ta’ protezzjoni, u jridu jipprovdu tagħrif dwar il-livell ta’ protezzjoni li japplika għall-kunċett rilevanti, bl-użu tal-formoli ta’ tagħrif standardizzati.

Il-kummerċjanti huma obbligati jgħarrfu lill-vjaġġaturi wkoll dwar assigurazzjoni mhux obbligatorja jew obbligatorja sabiex ikopru l-kost ta’ kanċellazzjoni mill-vjaġġatur jew il-kost tal-assistenza fil-każ ta’ inċident, mard u mewt.

Id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar ma timpedixxix l-applikazzjoni tal-UCPD għal pakketti u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbutin b’mod li jikkomplementa r-regoli speċifiċi tagħha.

4.3.3.   Kuntratti ta’ timeshare

Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (401) (id-“Direttiva tat-Timeshare”) tagħti ċerti drittijiet ta’ protezzjoni lill-konsumatur rigward it-timeshare, il-prodotti ta’ vaganza fit-tul, il-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ skambju. B’mod partikolari, tistabbilixxi:

regoli stretti dwar l-obbligi ta’ tagħrif prekuntrattwali u kuntrattwali tal-kummerċjanti;

id-dritt tal-konsumatur li jirtira mill-kuntratt fi żmien 14-il jum tal-kalendarju;

projbizzjoni fuq pagamenti bil-quddiem matul il-perjodu ta’ rtirar;

projbizzjoni fuq ir-reklamar jew fuq il-bejgħ ta’ tali prodotti bħala investiment.

Il-UCPD tipprovdi protezzjoni lill-konsumaturi b’mod komplementari mal-protezzjoni offruta mid-Direttiva tat-Timeshare.

Ir-riċerka mwettqa sabiex issostni r-rapport tal-Kummissjoni li jevalwa d-Direttiva tat-Timeshare (402) tindika ċerti problemi rikorrenti fis-settur, speċjalment f’ċerti destinazzjonijiet turistiċi popolari f’ċerti Stati Membri tal-UE:

Tagħrif qarrieqi qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, li jagħti l-impressjoni ħażina lix-xerrejja li l-għażla tal-postijiet ta’ vaganza disponibbli hija prattikament bla limiti jew li l-kuntratt jista’ jinbiegħ jew jiġi skambjat malajr. Spiss il-konsumaturi jiskopru biss ftit żmien wara l-firma tal-kuntratt li dan it-tagħrif mhuwiex korrett.

Metodi ta’ bejgħ aggressivi li jikkonsistu fi pressjoni konsiderevoli fuq ix-xerrejja potenzjali, pereżempju “jiġu msakkrin” f’kamra fejn issir preżentazzjoni wara l-oħra u mnejn kultant ma jitħallewx jitilqu sakemm ma jiffirmawx il-kuntratt.

Il-UCPD tindirizza dawn il-prattiki permezz tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar azzjonijiet qarrieqa (b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(b)) u dwar prattiki kummerċjali aggressivi (l-Artikoli 8 u 9).

Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva tat-Timeshare indika problemi rikorrenti tal-konsumaturi fit-terminazzjoni tal-kuntratti tat-timeshare. Ir-rapport jikkonkludi li dan l-aspett jista’ jiġi indirizzat b’suċċess fil-livell tal-liġi nazzjonali u bl-infurzar aħjar tal-istrumenti rilevanti tal-UE tal-liġi dwar il-konsumatur.

4.3.4.   Kwistjonijiet rilevanti b’mod partikolari għat-trasport bl-ajru

Meta jirreklamaw l-għażliet tat-titjiriet, il-kummerċjanti għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet dwar id-disponibbiltà ta’ postijiet u ta’ titjiriet (eż. “l-aħħar sit disponibbli”) ikunu pprovduti b’mod ċar u veritier. Tali dikjarazzjonijiet jinkludu kwalifiki rilevanti, fejn neċessarji (eż. “l-aħħar sit disponibbli fuq din is-sit web b’dan l-ammont”). Meta jirreklamaw prezzijiet speċifiċi għall-għażliet ta’ titjiriet (eż. “prezzijiet li jibdew minn EUR 19.99”), il-prezz offrut irid ikun disponibbli fi kwantitajiet li jkunu raġonevoli, filwaqt li titqies l-iskala tar-reklamar li jkun sar. Barra minn hekk, il-kummerċjanti għandhom jippreżentaw biss offerti bħala limitati fiż-żmien jekk ma jkunux disponibbli bl-istess prezz wara.

Minbarra li tqajjem tħassib dwar id-diliġenza professjonali skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD u l-prattiki qarrieqa skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, il-prattiki msemmijin hawn fuq jistgħu jaqgħu taħt projbizzjonijiet fil-punt 5 tal-Anness I (bait advertising), Nru 7 (asserzjonijiet foloz jew qarrieqa dwar l-iskarsezza) u Nru 18 (tagħrif mhux preċiż dwar il-kundizzjonijiet tas-suq jew dwar il-possibbiltà li jinstab il-prodott).

Il-“karatteristiċi ewlenin” ta’ titjira skont it-tifsira tal-Artikoli 6(1)(b) u 7(4)(a) tal-UCPD għandhom jinkludu l-eżistenza ta’ waqfiet, l-indikazzjoni preċiża tal-post tad-destinazzjoni tat-titjira u l-ħin stmat tat-titjira.

Dan huwa ta’ rilevanza partikolari għal-linji tal-ajru li kultant jorganizzaw titjiriet minn ajruporti li jinsabu f’ċerta distanza minn belt kbira, iżda jużaw isem dik il-belt fil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. F’ċerti każijiet, tali prattiki kummerċjali jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi dwar fejn jinsab eżattament l-ajruport u aktarx li jwasslu sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’ċirkustanzi oħrajn. Fil-fatt, ċerti konsumaturi jistgħu jippreferu li jħallsu prezz ogħla sabiex jaslu f’ajruport eqreb il-belt tad-destinazzjoni.

Pereżempju:

L-indikazzjoni ta’ destinazzjoni bħala “Barċellona” meta l-ajruport fil-fatt ikun jinsab fil-belt ta’ Reus li tinsab 100 km minn Barċellona aktarx li titqies bħala qarrieqa.

Apparti r-rekwiżiti tal-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tal-UCPD sabiex jintwera l-prezz li jinkludi t-tariffi u t-taxxi inevitabbli u prevedibbli, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar is-Servizzi tal-Ajru jistipula li “[l-]prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata tal-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni”.

Ir-Regolament jeħtieġ ukoll:

l-indikazzjoni tal-prezz finali diżaggregat f’komponenti (eż. noll tal-ajru, taxxi, imposti tal-ajruport u oħrajn u ħlasijiet addizzjonali);

li s-supplimenti tal-prezz mhux obbligatorji jkunu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu fil-bidu tal-proċess tal-ibbukkjar;

li l-aċċettazzjoni mill-klijent ta’ supplimenti għall-prezz mhux obbligatorji trid issir fuq bażi ta’ “parteċipazzjoni”.

Il-Qorti ċċarat li l-elementi tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli skont l-Artikolu 23(1) jinkludu t-tariffi taċ-check-in tal-passiġġieri li l-ħlas tagħhom ma jkunx jista’ jiġi evitat minħabba li ma jkun hemm l-ebda metodu alternattiv ta’ check-in mingħajr ħlas, il-VAT applikat għan-nollijiet għat-titjiriet domestiċi, u t-tariffi amministrattivi għax-xiri li jsir permezz ta’ karta ta’ kreditu minbarra dik approvata mit-trasportatur tal-ajru. B’kuntrast ma’ dan, is-supplimenti tal-prezz mhux obbligatorji jinkludu t-tariffi taċ-check-in tal-passiġġieri li l-ħlas tagħhom jista’ jiġi evitat bl-użu ta’ għażla ta’ check-in bla ħlas u l-VAT applikata għal supplimenti mhux obbligatorji relatati mat-titjiriet domestiċi (403).

Meta l-fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom online jiksru s-CRD jew ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, l-aspetti tal-prattiki li jiksru r-regoli li ma jkunux irregolati b’mod speċifiku bl-Artikoli f’dawn l-istrumenti legali speċifiċi għas-settur jistgħu jitqiesu li jkunu “żleali” skont il-UCPD sa fejn aktarx li jwasslu sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn. Dan irid jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ.

Pereżempju:

Kummerċjant juża kaxex immarkati bil-lest jew joffri servizzi addizzjonali b’mod mhux ċar jew ambigwu billi jaħbi l-possibbiltà li ma jibbukkja ebda servizz ieħor jew billi jagħmilha diffiċli għall-konsumaturi li ma jagħżlux is-servizzi addizzjonali. Billi jagħmel hekk, il-kummerċjant jista’ jwassal sabiex il-konsumaturi jaċċettaw servizzi addizzjonali li ma kinux jagħżlu f’ċirkustanzi oħrajn.

F’ħafna mill-każijiet, il-prezz tal-biljetti tat-titjira ma jinkludix il-prezz tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Il-prattika li biha l-konsumaturi li ma jixtiqux jixtru assigurazzjoni tal-ivvjaġġar huma meħtieġa jikklikkjaw fuq l-għażla “ebda assigurazzjoni” meta jibbukkjaw biljett tat-titjira aktarx li taqa’ taħt l-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru. Anki qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, ċerti awtoritajiet nazzjonali kienu ħadu azzjoni kontra tali prattika skont il-UCPD. B’mod simili, il-prattika li biha, meta jibbukkjaw biljett tat-titjira, il-konsumaturi li ma jixtiqux jixtru assigurazzjoni tal-ivvjaġġar ikunu meħtieġa jagħżlu “ebda assigurazzjoni” li tkun moħbija fil-lista ta’ pajjiżi ta’ residenza potenzjali tqieset li kienet żleali għaliex kienet inkompatibbli mad-diliġenza professjonali (l-Artikolu 5(2) tal-UCPD) jew qarrieqa (l-Artikolu 6 jew 7).

Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jikkwalifikaw bħala tagħrif importanti skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD. Iżidu mar-rekwiżiti tal-UCPD skont l-Artikolu 7(4) fir-rigward ta’ tagħrif dwar il-prezz totali tal-biljett tat-titjira inkluż jekk il-konsumaturi jridux iħallsu tariffa tal-iżvilupp fl-ajruport tat-tluq/tal-wasla. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, kif diskuss fit-taqsima 1.2.1, fejn liġi speċifika għas-settur jew liġi oħra tal-UE tkun fis-seħħ u d-dispożizzjonijiet tagħha jidħlu fid-dispożizzjonijiet tal-UCPD, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-lex specialis ikunu prevalenti.

It-tagħrif dwar it-tariffi obbligatorji li jridu jitħallsu wara l-proċess tal-ibbukkjar, pereżempju direttament fl-ajruport (eż. tariffa ta’ żvilupp mitluba mill-passiġġieri kollha li jitilqu minn ċerti ajruport, eż. fl-Irlanda u fl-Ingilterra) irid ikun indikat b’mod prominenti mill-operatur tat-trasport jew mill-aġent tal-ivvjaġġar fil-bidu tal-proċess tal-ibbukkjar.

Jekk il-linji tal-ajru jew l-intermedjarji li jbigħu l-biljetti tat-titjiriet jorbtu l-kost tal-ħlas addizzjonali mal-mezz ta’ pagament użat, il-prezz inizjali għandu jinkludi l-kost tal-aktar metodu ta’ ħlas komuni u, kif iċċarat il-Kawża Ryanair (404), it-tariffi amministrattivi għax-xiri li jsir permezz ta’ karta ta’ kreditu minbarra dik approvata mill-operatur tal-ajru. Meta tali ħlasijiet addizzjonali ma jkunux jistgħu jiġu kkalkolati minn qabel, il-konsumaturi għandhom jiġu informati kif xieraq dwar il-mod li bih jiġi kkalkolat il-prezz jew dwar il-fatt li “jistgħu jiġġarrbu ħlasijiet addizzjonali”.

Pereżempju:

Jekk il-ħlas bil-karta ta’ lealtà tal-linja tal-ajru jinvolvi l-ħlas ta’ EUR 1.5, filwaqt li l-ħlas b’karta ta’ kreditu jiswa EUR 6, il-prezz indikat fl-istedina għax-xiri u fil-bidu tal-proċess ta’ prenotazzjoni għandu jinkludi l-prezz tal-karta ta’ kreditu. Barra minn hekk, ħafna mill-konsumaturi aktarx li ma jkunux jistgħu jħallsu bil-karta ta’ lealtà tal-linja tal-ajru.

Barra minn hekk, l-Artikolu 19 tas-CRD jipprojbixxi lill-kummerċjanti milli jitolbu mingħand il-konsumatur tariffi talli jużaw mezzi partikolari ta’ ħlas li jaqbżu l-kost imġarrab mill-kummerċjant talli juża tali mezzi. Dan għandu japplika għal kull tip ta’ tariffi li huma marbutin ma’ mezz ta’ pagament, irrispettivament minn kif jiġu ppreżentati lill-konsumaturi.

Pereżempju:

Tariffi msejħin tariffi tal-amministrazzjoni, tal-ibbukkjar jew tal-immaniġġar, li spiss jintużaw fis-settur tal-biljetti online, speċjalment mil-linji tal-ajru u mill-kumpaniji tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma, u anki fil-bejgħ online ta’ biljetti għal avvenimenti, għandhom ikunu koperti mill-Artikolu 19 jekk jistgħu jiġu evitati bl-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament.

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jirrikjedi li n-nollijiet tal-ajru u r-rati tal-ajru disponibbli għall-pubbliku ġenerali jinkludu l-kundizzjonijiet applikabbli meta jiġu offruti jew ippubblikati fi kwalunkwe forma. Il-Qorti enfasizzat ukoll fil-Kawża Air Berlin (405) li l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jirrikjedi li s-sistemi tal-ibbukkjar online juru lill-konsumaturi l-prezz finali li għandu jitħallas kull meta jintwerew il-prezzijiet tas-servizzi tal-ajru.

Bl-istess mod, it-tagħrif fuq il-politika dwar il-bagalji, inklużi l-konċessjoni għall-bagalji tal-idejn, id-daqs tal-bagalji u t-tariffi applikabbli kollha, għandu jintwera wkoll b’mod prominenti. Kwalunkwe kost jew tariffa addizzjonali f’dak ir-rigward trid tiġi indikata b’mod ċar (406). Il-bidliet fil-politiki preeżistenti dwar il-bagalji jridu jiġu kkomunikati bir-reqqa lill-konsumaturi sabiex jiġi evitat li dawn jitqarrqu skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1), (4) u (5) tal-UCPD. Konsumatur medju jista’ jkollu aspettattivi raġonevoli dwar x’tinvolvi l-politika dwar il-bagalji, bħall-inklużjoni ta’ bagalja standard tal-idejn li tissodisfa rekwiżiti raġonevoli f’termini tal-piż u tad-dimensjoni tagħha fil-prezz tal-biljett (407).

Pereżempju:

Qorti nazzjonali ordnat lil linja tal-ajru tħallas lura klijent li kien mitlub ħlas sabiex jieħu bagalja abbord mingħajr biljett speċjali, u ordnat lil-linja tal-ajru tneħħi l-klawżola mit-termini u l-kundizzjonijiet tagħha. Il-linja tal-ajru kienet tippermetti biss basktijiet żgħar fil-kabina jekk ikunu jistgħu jiġu stivati taħt is-sit ta’ quddiem, iżda bagalji akbar sa 10 kilogrammi jeħtieġu tariffa tal-bagalji, jew karta tal-imbarkazzjoni prijoritarja bi ħlas. Il-qorti ddeċidiet li l-politika dwar il-bagalji tal-idejn tiġġenera żbilanċ serju fir-relazzjoni kuntrattwali tal-partijiet għad-detriment tal-konsumatur (408).

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, it-tariffi mhux obbligatorji għall-għażla tas-sit (bl-alternattiva li tkun l-allokazzjoni aleatorja tas-sit għal partijiet differenti tal-inġenju tal-ajru) għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu fil-bidu ta’ kwalunkwe proċess tal-ibbukkjar.

Skont il-UCPD, meta l-kummerċjanti jirreklamaw biljett tat-titjira speċifiku, għandhom jindikaw ukoll il-politika dwar il-kanċellazzjoni li tapplika għal dak il-biljett (eż. jekk hemmx rifużjoni jew jekk huwiex possibbli li jinbidlu l-biljetti). Dan huwa ta’ rilevanza partikolari meta t-tariffi amministrattivi mitlubin mill-operatur tal-ajru/mill-aġent tal-ivvjaġġar mingħand il-konsumatur għall-kanċellazzjoni tal-biljett jammontaw għal kemm jiswa l-biljett sħiħ. Meta t-tariffi ta’ kanċellazzjoni mitlubin mil-linji tal-ajru jkunu saħansitra ogħla mill-prezz imħallas għall-biljett, asserzjonijiet mill-kummerċjant li l-kanċellazzjoni hija possibbli jistgħu jkunu qarrieqa.

Barra minn hekk, il-proċeduri implimentati ma għandhomx jagħmluha diffiċli sabiex jintalbu lura t-taxxi u l-imposti li ma jibqgħux dovuti aktar. Inkella, dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ diliġenza professjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) tal-UCPD u prattika aggressiva skont l-Artikoli 8 u 9, b’mod partikolari l-Artikolu 9(d) tal-UCPD.

Fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet mil-linja tal-ajru, din tal-aħħar trid tipprovdi lill-passiġġieri b’tagħrif ċar dwar id-drittijiet applikabbli tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru, u l-proċeduri rilevanti li jridu jiġu segwiti mill-konsumatur. In-nuqqas li jiġi pprovdut dan it-tagħrif b’mod f’waqtu u preċiż jista’ jsarraf f’nuqqas ta’ diliġenza professjonali skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD u, għalhekk, jista’ jitqies bħala qarrieqi skont il-UCPD. Pereżempju, it-tagħrif dwar id-drittijiet u l-proċeduri applikabbli għandu jiġi ppreżentat b’mod ċar li jagħti l-istess prominenza lill-għażliet statutorji differenti li l-passiġġier ikollu fil-każ ta’ dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira. Għandu jiġi komunikat lill-passiġġier b’mod puntwali u faċli għall-utent, pereżempju fil-forma ta’ iperlink fil-komunikazzjoni bil-posta elettronika jew bl-SMS.

Pereżempju:

Fl-2017, diversi awtoritajiet tal-infurzar ħadu azzjoni b’rispons għall-kanċellazzjonijiet tal-massa ta’ titjiriet minn linja tal-ajru bħala riżultat ta’ strajks tal-ekwipaġġ u tat-traffiku tal-ajru. Instab li l-linja tal-ajru aġixxiet b’mod qarrieqi meta informat lill-passiġġieri dwar il-kanċellazzjonijiet billi ma pprovdietx tagħrif sħiħ u adegwat dwar id-drittijiet tal-konsumaturi għal kumpens skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004. Il-linja tal-ajru ntalbet minn diversi awtoritajiet sabiex tinforma lill-konsumaturi dwar id-drittijiet rilevanti li jirriżultaw mill-kanċellazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti (409).

Fl-2020, il-Kummissjoni pprovdiet linji gwida addizzjonali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE kif ukoll Rakkomandazzjoni dwar il-vouchers b’reazzjoni għal kanċellazzjonijiet tal-massa minħabba l-pandemija tal-COVID-19  (410). Fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet mil-linja tal-ajru, il-fornitur tat-trasport jeħtieġlu jirrimborża lill-passiġġieri jew joffrilhom rotta oħra. Ir-rimborż fil-forma ta’ vawċer huwa soġġett għall-qbil tal-passiġġier. Jekk il-passiġġieri stess jiddeċiedu li jikkanċellaw il-vjaġġi tagħhom, ir-rimborż tal-biljett (fi flus jew fil-forma ta’ vawċer) ma jkunx irregolat bir-Regolament (KE) Nru 261/2004 u għalhekk jiddependi mit-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasportatur tal-ajru (411).

Fl-2021, awtorità tal-konsumatur immultat total ta’ EUR 8.4 miljun lil tliet linji tal-ajru minħabba ksur tal-UCPD fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Il-linji tal-ajru nstabu li kisru r-regoli dwar id-diliġenza professjonali meta komplew jikkanċellaw it-titjiriet għal raġunijiet ta’ emerġenza tas-saħħa f’perjodi meta tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, filwaqt li komplew joħorġu vawċers minflok ma offrew rimborż lill-passiġġieri għall-biljetti tagħhom. L-awtorità sabet ukoll li l-linji tal-ajru pprovdew tagħrif qarrieqi u ommissjonijiet, inkluż permezz tal-użu ta’ proċeduri li ħeġġew jew ġiegħlu lill-konsumaturi jagħżlu vawċers fuq ir-rimborż tal-flus. Xi wħud mil-linji tal-ajru mmultati nstabu li kienu qed jimponu wkoll ostakli addizzjonali fuq id-detenturi tal-vawċers, bħar-rekwiżit li huma jċemplu numru tat-telefon sabiex jużaw il-vawċers tagħhom (412).

In-network tas-CPC tal-awtoritajiet tal-konsumatur vara stħarriġ koordinat ta’ għadd ta’ linji tal-ajru fl-2021 fir-rigward tal-prattiki tagħhom ta’ kanċellazzjoni u ta’ rimborż tat-titjiriet matul il-pandemija tal-COVID-19, li identifika prattiki problematiċi fl-industrija kollha. B’mod partikolari, in-network CPC sab li r-rimborż spiss kien jiġi ppreżentat lill-konsumaturi b’mod anqas prominenti mill-vouchers u l-linji tal-ajru ma kinux qed jinformaw b’mod proattiv lill-konsumaturi affettwati dwar id-drittijiet tagħhom, inkluż it-tagħrif meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (413).

Il-prattiki relatati mal-korrezzjonijiet tal-ismijiet fuq il-biljetti għandhom ikunu trasparenti u proporzjonati, filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi tal-każ. Minbarra t-tħassib dwar in-natura qarrieqa tal-prattiki, l-impożizzjoni ta’ tariffi addizzjonali tista’ f’xi każijiet issarraf fi prattika aggressiva skont l-Artikoli 8 u 9, b’mod partikolari, pereżempju, il-konsumatur jiġi informat biss dwar dawn it-tariffi fl-ajruport, bit-titjira li tkun se titlaq b’mod imminenti. Jekk il-prattika tirriżulta minn klawżoli kuntrattwali, tista’ tkun applikabbli d-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti f’Kuntratti (ara t-taqsima 1.2.4).

Pereżempju:

Awtorità tal-konsumatur immultat lil linja tal-ajru għall-applikazzjoni ta’ penali għall-konsumaturi — li inizjalment kienet tikkonsisti fi ħlas għal biljett ġdid sabiex ikunu jistgħu jużaw is-servizz diġà mixtri u, sussegwentement, tariffa ta’ EUR 50 għal kull rotta — f’każijiet ta’ reġistrazzjoni żbaljata tal-isem tal-passiġġier fil-ħin tal-ibbukkjar, speċifikament għal każijiet ta’ ommissjoni ta’ kwalunkwe tieni isem jew kunjom jew fil-każ ta’ tibdil/nuqqas ta’ xi ittri. Il-linja tal-ajru ma pprovdiet l-ebda tagħrif bil-quddiem dwar il-konsegwenzi ta’ reġistrazzjoni mhux kompluta u xi wħud mid-diskrepanzi kienu dovuti għas-sistema proprja tal-linja tal-ajru, eż. spazju limitat disponibbli sabiex jiddaħħlu l-ismijiet/il-kunjomijiet kollha tal-passiġġieri jew in-nuqqas ta’ allinjament bejn l-interfaċċi operattivi mas-siti web tal-intermedjarji (414).

4.3.5.   Kwistjonijiet rilevanti b’mod partikolari għall-kiri tal-karozzi

Id-dispożizzjonijiet tal-UCPD japplikaw kemm għall-kummerċjanti li joffru s-servizz ta’ kiri tal-karozzi kif ukoll għall-intermedjarji, bħal siti web tal-ibbukkjar jew ta’ tqabbil. Fl-2017, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kisbu impenji minn ħames kumpaniji ta’ kiri tal-karozzi, f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur, dwar il-prattiki li ġejjin (415):

Jinkludu l-imposti kollha fil-prezz totali tal-ibbukkjar: prezz nominali fuq is-sit web għandu jaqbel mal-prezz finali li l-konsumaturi jridu jħallsu, inklużi l-kostijiet addizzjonali kollha bħal imposti speċifiċi għas-servizz tal-fjuwil, imposti tal-ajruport, “ħlasijiet addizzjonali għal sewwieqa żgħażagħ”, jew “tariffa ta’ direzzjoni waħda” jekk il-post ta’ ritorn ikun differenti mill-post tal-ġbir;

Deskrizzjoni ċara tas-servizzi ewlenin ta’ kiri fit-termini u l-kundizzjonijiet bil-lingwi nazzjonali kollha, b’mod partikolari dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-kiri bħall-kilometraġġ inkluż, il-politika dwar il-fjuwil, il-politika dwar il-kanċellazzjoni u r-rekwiżiti tad-depożitu, eċċ.

Tagħrif ċar fl-offerta tal-prezz dwar il-prezz u d-dettalji tal-ekstras mhux obbligatorji, b’mod partikolari għar-rinunzji tal-assigurazzjoni li jnaqqsu l-ammont dovut f’każ ta’ ħsara u b’mod partikolari x’jista’ jkun għad irid iħallas is-sewwieq.

Tradizzjonalment, il-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi jipprovdu vetturi b’tank mimli u jeħtieġu li l-konsumaturi jirritornaw il-vettura b’tank mimli wara l-kirja. Madankollu, il-konsumaturi lmentaw li ċerti kummerċjanti jġiegħlu lill-konsumaturi jħallsu aktar għat-tank mimli meta jieħdu pussess tal-vettura u mbagħad jistennew li l-konsumaturi jirritornaw il-karozza b’tank vojt, bla ma jipprovdu ebda rimborż jekk ikun għad hemm xi fjuwil ġot-tank meta tiġi rritornata l-karozza.

Skont il-UCPD, soġġetta għal valutazzjoni każ b’każ, tali prattika kummerċjali tista’ titqies bħala żleali meta l-kummerċjanti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ tagħrif tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva. Meta l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi jikru vettura b’tank mimli, it-tagħrif li l-konsumatur se jkollu jħallas għall-fjuwil bil-quddiem jista’ f’ċerti każijiet jitqies bħala tagħrif importanti fuq il-bażi tal-Artikoli 6(1)(b) u (d), 7(1) u 7(4)(a) u (c). Il-kost aktarx li jikkwalifika bħala mhux obbligatorju u, b’hekk, irid ikun parti mill-prezz totali tal-prodott skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tad-Direttiva, li tagħrif dwaru jrid jiġi pprovdut mill-bidu nett tal-proċess ta’ prenotazzjoni.

Anki prattika kummerċjali li biha l-konsumaturi jridu jħallsu għal ħafna iktar fjuwil milli fil-fatt jużaw tista’ f’ċerti ċirkustanzi tmur kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tal-UCPD.

Pereżempju:

Id-durata tal-perjodu tal-kiri u s-sitwazzjoni lokali jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk il-prattika li fiha l-konsumaturi jintalbu jħallsu għat-tank mimli tkunx żleali jew le. Pereżempju, il-fatt li vettura tinkera għal perjodu qasir (eż. jumejn jew tlett ijiem) jew il-post ġeografiku (eż. karozza tinkera fuq gżira żgħira) jista’ jagħmilha improbabbli li l-konsumatur jirnexxilu jbattal it-tank.

Skont l-Artikoli 6(1)(b) u (d) u 7(4)(a) u (c), il-konsumaturi għandhom jiġu informati biċ-ċar dwar il-karatteristiċi ewlenin u l-prezz tas-servizz ta’ kiri. Il-karatteristiċi ewlenin u l-prezz ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ karozza jistgħu, pereżempju, jinkludu tagħrif dwar it-tip ta’ vettura, il-kostijiet, il-firxa tar-rinunzji u tal-eċċessi u l-għażliet possibbli (bħal tajers tax-xitwa u sits għat-tfal).

Pereżempju:

Jista’ jkun qarrieqi li kummerċjant isostni “responsabbiltà 0” jekk, fil-fatt, eċċess dejjem ikun japplika għall-konsumatur f’każ ta’ ħsara, anki jekk il-kost ikun żgħir.

Jista’ jkun qarrieqi li jsostni “assigurazzjoni sħiħa inkluża” meta, pereżempju, l-assigurazzjoni ma tkunx tkopri ħsara fis-saqaf u fil-ħġieġa tal-windskrin.

Kumpaniji tal-kiri tal-karozzi jridu jieħdu f’kunsiderazzjoni rekwiżiti nazzjonali jew lokali speċifiċi wkoll.

Pereżempju:

Il-liġi nazzjonali tista’ teħtieġ li l-vetturi kollha jkunu mgħammrin b’tajers tajbin għall-borra fix-xitwa. Għalhekk, kumpanija li toffri kiri tal-karozzi f’dak l-Istat Membru matul il-perjodu xitwi għandha tipprovdi vetturi b’tajers tajbin għall-borra. Jekk it-tajers tajbin għall-borra jinvolvu kost addizzjonali, il-konsumaturi għandhom ikunu informati dwar dan il-kost obbligatorju sa mill-bidu nett tal-proċess ta’ prenotazzjoni.

4.3.6.   Kwistjonijiet rilevanti b’mod partikolari għas-siti web tal-ibbukkjar tal-vjaġġi

Il-UCPD hija applikabbli mhux biss għall-kummerċjanti li joffru s-servizz tal-ivvjaġġar, iżda wkoll għal intermedjarji bħal siti web ta’ prenotazzjoni tal-vjaġġi (416), li jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ewlenin indirizzati fit-taqsimiet preċedenti. Il-konsumaturi jeħtieġ li jirċievu tagħrif importanti dwar l-identità tal-kummerċjanti, id-dettalji ta’ kuntatt, il-politiki dwar il-kanċellazzjoni applikabbli u l-aspetti ewlenin tas-sikurezza tal-ivvjaġġar, eż. jekk l-akkomodazzjonijiet turistiċi ikunux mgħammrin b’detetturi tad-duħħan u tal-monossidu tal-karbonju jew jekk is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ikunux offruti ma’ vetturi li jkunu spezzjonati u assigurati b’mod adegwat.

Fl-2019, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rċevew impenji mingħand Airbnb, f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur, dwar il-prattiki li ġejjin: (417)

Il-konsumaturi jridu jaraw il-prezz totali fil-paġna tar-riżultati tat-tiftix, inklużi l-imposti u t-tariffi obbligatorji applikabbli kollha (eż. servizz, imposti tat-tindif u taxxi lokali);

Tiddistingwi b’mod ċar jekk offerta ta’ akkomodazzjoni tkunx imqiegħda fis-suq minn ospitant privat jew minn professjonist;

Tipprovdi link faċilment aċċessibbli għall-pjattaforma tal-ODR (418) fuq is-sit web tagħha u t-tagħrif neċessarju kollha relatat mar-riżoluzzjoni ta’ tilwim;

Tagħmilha ċara li l-konsumaturi jistgħu jiftħu kawża quddiem il-qrati tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom u tirrispetta d-dritt li tinfetaħ kawża kontra ospitant f’każ ta’ dannu personali jew ta’ danni oħrajn;

Ma tbiddilx b’mod unilaterali t-termini u l-kundizzjonijiet mingħajr ma tinforma minn qabel b’mod ċar lill-utenti u mingħajr ma tagħtihom il-possibbiltà li jikkanċellaw il-kuntratt.

Fl-2020, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rċevew impenji mingħand Booking u Expedia, f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur, inkluż dwar il-prattiki li ġejjin: (419)

Tiżgura l-preżentazzjoni ċara tat-tnaqqis u tal-iskontijiet fil-prezzijiet, inkluż in-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-prezzijiet ikkalkolati fir-rigward ta’ dati ta’ soġġorn differenti bħala skont (eż. bl-użu ta’ ingassar jew ta’ termini bħal “tnaqqis ta’ %”) u tagħmilha ċara jekk il-prezzijiet aktar baxxi jkunux disponibbli biss għall-membri tal-programmi ta’ ppremjar;

Tagħmilha ċara meta l-pagamenti riċevuti mill-fornituri tal-akkomodazzjoni jkunu influwenzaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom fir-riżultati tat-tiftix u tinkludi tagħrif fir-riżultati tat-tiftix jekk jikkorrispondi għall-kriterji tat-tiftix (eż. f’każ li r-riżultati juru lukandi li ma jkunux disponibbli fid-dati speċifikati, dawn għandhom jiġu ppreżentati biss b’mod xieraq);

Turi dikjarazzjonijiet dwar l-għadd ta’ viżitaturi u d-disponibbiltà b’mod ċar u tinkludi l-kwalifiki rilevanti, bħal “kmamar limitati fuq dan is-sit web” jew “għall-istess dati ta’ soġġorn”;

Ma tippreżentax offerta bħala limitata fiż-żmien jekk l-offerta tkun se tibqa’ disponibbli bl-istess prezz wara wkoll;

Ma tillimitax jew ma teskludix kompletament ir-responsabbiltà b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali, u li ma timponix obbligu ġenerali u assolut fuq il-konsumatur sabiex jassumi r-riskji possibbli kollha.

4.4.   Servizzi finanzjarji u proprjetà immobbli

Artikolu 3(9)

Fir-rigward ta’ “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2002/65/KE, u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f’dak il-qasam li hija tapprossima.

Premessa 9

[i]s-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti, jeħtieġu rekwiżiti dettaljati, inklużi l-obbligi pożittivi tal-kummerċjanti. Għal din ir-raġuni, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jipproteġu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi”.

4.4.1.   Kwistjonijiet trażversali

Fl-ispjegazzjoni tal-ħsieb wara l-Artikolu 3(9) tad-Direttiva, ir-Rapport tal-2013 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-UCPD (420) osserva li:

“Ir-raġunijiet prinċipali huma: ir-riskju finanzjarju ikbar fir-rigward tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli (meta pparagunat ma’ oġġetti u servizzi oħrajn); l-inesperjenza speċifika tal-konsumaturi f’dawn l-oqsma (flimkien ma’ nuqqas ta’ trasparenza, b’mod partikolari tal-operazzjonijiet finanzjarji); il-vulnerabbiltajiet partikolari li nstabu fiż-żewġ setturi li jagħmlu lill-konsumaturi suxxettibbli kemm għal prattiki promozzjonali kif ukoll għal pressjoni; l-esperjenza tal-korpi tal-infurzar finanzjarju kompetenti b’sistema żviluppata fuq il-livell nazzjonali; u fl-aħħar nett, il-funzjonament u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji bħala tali.”

Mill-Artikolu 3(9) tal-UCPD isegwi li r-regoli tagħha jipprovdu għall-armonizzazzjoni minima biss għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar restrittivi jew preskrittivi dment li dawn ir-regoli jikkonformaw mad-dritt tal-UE.

Fil-Kawża Citroën Belux, il-Qorti ddikjarat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati li jsiru lil konsumaturi meta tal-anqas wieħed mill-komponenti jkun servizz finanzjarju (421). F’dan il-każ, l-offerta kombinata li saret minn Citroën kienet l-inklużjoni ta’ assigurazzjoni komprensiva b’xejn għal sitt xhur meta wieħed jixtri karozza Citroën ġdida. Barra minn hekk, il-Qorti ċċarat li l-Artikolu 3(9):

[…] huwa ma jimponi ebda limitu rigward il-grad ta’ restrizzjoni tar-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward, u ma jipprovdix kriterji li jirrigwardaw il-grad ta’ komplessità jew ta’ riskju li għandhom jippreżentaw l-imsemmija servizzi sabiex ikunu s-suġġett ta’ regoli iktar stretti.” (422)

L-istudju tal-Kummissjoni dwar kif il-UCPD tapplika għas-servizzi finanzjarji u għall-proprjetà immobbli (423) wera li l-eżenzjoni ntużat ħafna mill-Istati Membri. L-istudju juri li ħafna minn dawn ir-regoli addizzjonali jikkonsistu f’obbligi ta’ tagħrif prekuntrattwali u kuntrattwali speċifiċi għas-settur (424). Sab ukoll li għadd sinifikanti ta’ projbizzjonijiet jikkonċernaw b’mod predominanti bejgħ dirett u prattiki promozzjonali (425), prattiki li jieħdu vantaġġ minn vulnerabbiltajiet partikolari (426), jew il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess (427).

Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-UCPD osserva li għad li jeżistu regoli nazzjonali estensivi, il-UCPD kienet iċċitata bħala l-bażi ġuridika f’tal-anqas nofs il-każijiet li jikkonċernaw prattiki żleali fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli (428).

L-Artikolu 5(2)(a) tal-UCPD dwar ir-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali jidher li għandu rilevanza partikolari għall-kummerċjanti li jaġixxu fir-rigward tal-konsumaturi fi ħdan l-oqsma tal-proprjetà immobbli u tas-servizzi finanzjarji (429). Jekk il-kummerċjant ma jaġixxix bl-istandard ta’ ħila u ta’ attenzjoni li jista’ jkun raġonevolment mistenni minn professjonist fi ħdan dawn l-oqsma ta’ attività kummerċjali, il-konsumatur jista’ jġarrab konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti.

L-aktar prattiki żleali rrapportati spiss (fi ħdan it-tifsira tal-UCPD) b’rabta kemm mas-servizzi finanzjarji (430) kif ukoll mal-proprjetà immobbli jikkonċernaw nuqqas ta’ tagħrif essenzjali fl-istadju ta’ reklamar u deskrizzjonijiet qarrieqa tal-prodotti (431). L-offerti online jistgħu ma jkollhomx tagħrif dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-kreditu għall-konsumatur, jew il-kostijiet tal-kreditu inizjalment murijin ma jkunux jinkludu l-imposti applikabbli kollha jew ma jkunux ippreżentati b’mod ċar, li jinftiehem u mhux ambigwu, kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1), (2) u (4) tal-UCPD (432). Dawn il-prattiki jistgħu jinvolvu wkoll ksur ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-konsumatur, b’mod partikolari d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur u d-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti f’Kuntratti.

4.4.2.   Kwistjonijiet speċifiċi għall-proprjetà immobbli

Filwaqt li, tradizzjonalment, il-proprjetà immobbli hija rregolata f’livell nazzjonali, ċerti aspetti importanti tagħha bdew jiġu rregolati fil-livell tal-UE minn Marzu 2016 (433). Ir-regoli ġenerali tal-UCPD ġeneralment jaħdmu id f’id kemm mal-liġi tal-UE speċifika għas-setturi, kif ukoll ma’ regoli nazzjonali li kultant ikunu aktar stretti.

Hemm xi kwistjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tad-Direttiva għal dan is-settur. Fil-fatt, ħafna konsumaturi jinvestu fil-proprjetà immobbli bħala alternattiva għal fond ta’ pensjoni. Jixtru proprjetà b’veduta sabiex jikruha u jirċievu kirja minflok ma jirċievu l-imgħax hekk kif kienu jagħmlu li kieku investew fi prodott finanzjarju. Dan iqajjem kwistjonijiet dwar kif il-kunċett ta’ “konsumatur” japplika għal xerrejja ta’ proprjetà immobbli.

Skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva, kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha tikkwalifika bħala konsumatur. Konsegwentement, il-fatt li persuna fiżika tixtri proprjetà immobbli għal skopijiet ta’ investiment ma għandux jaffettwa l-istatus tagħha bħala konsumatur, dment li dan isir barra mill-attivitajiet professjonali tal-persuna. Għaldaqstant, din id-Direttiva tapplika u tipproteġi, pereżempju, xerrej bħal dan li jkun imqarraq minn żviluppatur tal-proprjetà immobbli rigward l-akkwist.

Pereżempju:

Għalliem fil-Ġermanja jiddeċiedi li jixtri żewġ appartamenti f’kumpless ta’ villeġġaturi fi Spanja sabiex jikrihom lil nies oħrajn u, aktar tard, jirtira Spanja. Dment li jagħmel dan barra l-attivitajiet professjonali tiegħu, jikkwalifika bħala konsumatur skont id-Direttiva b’rabta mal-appartamenti tiegħu fi Spanja.

Il-kunċett ta’ “kummerċjant” jista’ japplika għal sidien tal-proprjetà. Skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tikkwalifika bħala kummerċjant jekk taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha . Konsegwentement, is-sempliċi fatt li persuna tikri appartamenti jew dar lil xi ħadd ieħor ma għandux jikkwalifika awtomatikament lil dik il-persuna bħala kummerċjant fir-rigward tal-inkwilin tagħha. Madankollu, jekk dik il-persuna tirċievi parti essenzjali mill-introjtu tagħha mill-kiri ta’ appartamenti lil persuni oħrajn, dik il-persuna tista’ f’ċerti ċirkustanzi titqies bħala kummerċjant skont il-UCPD (ara wkoll it-taqsima 2.2 dwar il-kunċett ta’ kummerċjant).

Finalment, minħabba l-importanza u l-uniċità tad-deċiżjoni li l-konsumaturi jieħdu meta jixtru proprjetà immobbli, il-kummerċjanti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD. Fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti f’Kuntratti, il-Qorti saħqet fuq l-importanza ta’ dar tal-familja bħala dritt fundamentali (434).

Pereżempju:

Il-konsumaturi li xtraw appartamenti f’ċerti proġetti ta’ żvilupp tal-proprjetà sabu li wara li tlestew il-binjiet, l-appartamenti la kienu mqabbdin ma’ provvista tal-ilma u lanqas ma’ provvista tad-dawl. Tagħrif li dan ikun il-każ aktarx li jikkwalifika bħala tagħrif importanti b’rabta mal-“karatteristiċi ewlenin tal-prodott” kemm skont l-Artikolu 6(1)(b) kif ukoll skont l-Artikolu 7(4)(a) tal-UCPD. Il-fatt li jkun meħtieġ servizz addizzjonali sabiex l-appartament jitqabbad ma’ dawn il-faċilitajiet jista’ jkun importanti wkoll skont l-Artikolu 6(1)(e).

L-erja tas-superfiċje ta’ proprjetà immobbli tista’ tikkwalifika bħala tagħrif importanti skont l-Artikoli 6(1)(a), 6(1)(b) u 7(4)(a).

Il-prezz tal-proprjetà inkluża l-VAT u kull imposta inevitabbli, bħall-kummissjoni għall-aġent li jbigħ jew għas-sensar, ikunu tagħrif importanti skont l-Artikolu 7(4)(c).

4.4.3.   Kwistjonijiet speċifiċi għas-servizzi finanzjarji

Peress li jeżisti sett robust ta’ leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur, il-karattru ta’ “xibka ta’ sikurezza” tal-UCPD huwa ferm apparenti hawnhekk (435).

Is-servizzi finanzjarji huma ddefiniti mid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (436) bħala “kull servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas” (437). Diversi tipi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur huma rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumatur b’rabta mas-servizzi finanzjarji. Uħud minnhom huma:

Id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID 2);

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 dwar is-servizzi ta’ pagament;

Id-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur;

Id-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

Id-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi;

Id-Direttiva (UE) 2016/97 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni;

Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (438) dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard;

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs).

Prodotti tas-servizzi finanzjarji spiss ikunu diffiċli li jinftiehmu u jistgħu jinvolvu riskji ekonomiċi sinifikanti, u b’hekk il-kummerċjanti għandhom joqogħdu partikolarment attenti sabiex jaġixxu bl-istandard ta’ ħila u ta’ attenzjoni li jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli minn professjonist f’dan il-qasam ta’ attività kummerċjali ara l-Artikolu 5(2)(a) tal-UCPD.

Pereżempju:

Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumaturi sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehim ta’ kreditu jkunx adatt għal ħtiġijietu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, meta xieraq billi jispjegaw it-tagħrif prekuntrattwali li jrid jiġi pprovdut skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi tal-inadempjenza fil-ħlas mill-konsumatur.

Il-kummerċjanti lanqas ma għandhom jinvolvu ruħhom fi prattiki qarrieqa kif stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, bħal:

nuqqas ta’ tagħrif fir-reklamar dwar ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR) u l-kost tal-kreditu;

offerti ta’ roħs qarrieqa għal kuntratti ta’ kreditu b’rata tal-imgħax baxxa;

nuqqas ta’ tagħrif xieraq dwar l-obbligi legali marbutin mal-iffirmar tal-kuntratti.

Pereżempju:

Il-kummerċjanti ma għandhomx jesaġeraw il-benefiċċji ekonomiċi, ma jħallux barra tagħrif dwar ir-riskji finanzjarji għall-konsumatur u ma jiddependux wisq fuq il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott finanzjarju.

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott finanzjarju skont l-Artikoli 6(1)(b) u 7(4)(a) jistgħu jinkludu tagħrif li prodott finanzjarju jiġi kkalkolat f’munita li ma tkunx dik tal-pajjiż fejn jiġi konkluż il-kuntratt (439)

Skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c), il-preżentazzjoni u l-kalkolu tat-tariffi u tal-imposti għandhom jinkludu l-kostijiet kollha li jġarrbu l-konsumaturi, pereżempju billi jiġu inklużi l-kostijiet tas-servizz marbutin ma’ tariffi għal aġenti jew għal intermedjarji, jew b’rabta ma’ imposti għal self kurrenti. Il-preżentazzjoni u l-kalkolu tat-tariffi u tal-imposti għandhom jiddikjaraw ukoll li rata tal-imgħax baxxa u/jew imposta speċifika tkun applikabbli għal perjodu limitat ta’ żmien biss.

L-Artikoli 8 u 9 jistabbilixxu l-kriterji għal prattiki kummerċjali aggressivi. B’mod partikolari, il-Punt Nru 27 tal-Anness I tad-Direttiva jirreferi għal prattika kummerċjali aggressiva fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u, għalhekk, trid titqies li hija żleali fiċ-ċirkustanzi kollha:

Nru 27 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant jesiġi li konsumatur li jixtieq iressaq pretensjoni fuq polza ta’ assigurazzjoni jipproduċi dokumenti li ma jistgħux raġonevolment jiġu kkunsidrati rilevanti għall-kwistjoni jekk il-pretensjoni kinitx valida, jew jonqos sistematikament milli jwieġeb għal korrispondenza pertinenti, sabiex jiddiswadi xi konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet kontrattwali tiegħu.

Pereżempju:

F’ċerti ċirkustanzi, ostakoli għall-qlib (440) jistgħu jitqiesu li huma prattika kummerċjali aggressiva u, għalhekk, żleali fuq il-bażi tal-Artikolu 9(d) (441).

Fis-settur tal-assigurazzjoni, il-punt Nru 27 tal-Anness I ġie applikat għal sitwazzjonijiet li fihom l-assiguraturi jiċħdu milli jħallsu pretensjonijiet billi jġiegħlu lill-konsumaturi li riedu japplikaw għal kumpens skont polza tal-assigurazzjoni jipproduċu dokumenti li ma setgħux jitqiesu raġonevolment rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-validità tat-talba. F’dawk il-każijiet, il-kummerċjanti naqsu b’mod sistematiku milli jwieġbu għall-korrispondenza pertinenti sabiex jaqtgħu qalb il-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet kuntrattwali tagħhom.

L-awtoritajiet nazzjonali applikaw il-UCPD b’mod estensiv fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Pereżempju:

Awtorità nazzjonali ħadet passi legali kontra ċerti banek talli pprovdew tagħrif qarrieqi dwar ir-riskji inerenti f’ċerti prodotti finanzjarji, primarjament il-bonds ta’ Lehman Brothers (442). Meta ġew sabiex jistabbilixxu jekk tali prattiki kinux qarrieqa, l-awtorità ħadet f’kunsiderazzjoni l-fatt li l-konsumaturi fil-mira tal-banek għall-bejgħ ta’ dawn il-bonds kienu detenturi ta’ kontijiet kurrenti ordinarji li ma kinux midħla ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti finanzjarji.


(1)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(2)  SWD(2016) 163 final.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7).

(4)  L-Artikolu 4 u l-Premessi 5, 12 u 13 tad-Direttiva.

(5)  Il-Kawżi Magħquda C-261/07 u C-299/07, VTB-VAB NV vs Total Belgium, u Galatea BVBA vs Sanoma Magazines Belgium NV, it-23 ta’ April 2009, il-punt 52. Ara wkoll il-Kawża C-522/08, Telekom. Polska, il-11 ta’ Marzu 2010.

(6)  Il-Kawża C-295/16, Europamur Alimentación, id-19 ta’ Ottubru 2017.

(7)  Ibid., il-punt 42.

(8)  In-notifiki tal-Istati Membri se jiġu ppubblikati fuq il-paġni web tal-Kummissjoni dedikati għall-UCPD fuq: https://ec.europa.eu/info/law/law-topic/consumers/unfair-commercial-practices-law/unfair-commercial-practices-directive_mt.

(9)  Il-Kawża C-559/11, Pelckmans Turnhout NV, l-4 ta’ Ottubru 2012.

(10)  Il-Kawża C-339/15, Luc Vanderborght, l-4 ta’ Mejju 2017.

(11)  Il-Kawża C-540/08 Mediaprint, id-9 ta’ Novembru 2010.

(12)  Il-Kawża C-206/11, Köck, is-17 ta’ Jannar 2013, il-punt 31.

(13)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59).

(15)  Il-Kawża C-126/11, Inno, il-15 ta’ Diċembru 2011, il-punt 29.

(16)  Il-Kawża C-304/08, Plus Warenhandelsgesellschaft, l-14 ta’ Jannar 2010.

(17)  Il-Kawża C-13/15, Cdiscount, it-8 ta’ Settembru 2015.

(18)  Il-Kawża C-343/12, Euronics, is-7 ta’ Marzu 2013, il-punt 31.

(19)  Il-Kawża C-288/10, Wamo, it-30 ta’ Ġunju 2011, il-punt 40.

(20)  Ara l-Kawżi Magħquda C-54/17 u C-55/17, Wind Tre, il-punti 60 u 61.

(21)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(23)  Il-Kawżi Magħquda C-544/13 u C-545/13, Abcur, is-16 ta’ Lulju 2015.

(24)  Il-Kawża C-632/16, Dyson, il-25 ta’ Lulju 2018.

(25)  Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1); u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 1).

(26)  Il-Kawża C-363/19, Mezina, l-10 ta’ Settembru 2020.

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1) jipprevedi, fost obbligi oħrajn għall-produtturi u għall-kummerċjanti, it-tikkettar ta’ prodotti relatati mal-enerġija u l-forniment ta’ tagħrif standard dwar il-prodott rigward l-effiċjenza enerġetika, il-konsum tal-enerġija u ta’ riżorsi oħrajn mill-prodotti matul l-użu u tagħrif supplimentari dwar il-prodotti, sabiex b’hekk il-klijenti jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti bl-għan li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.

(29)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10) fiha rekwiżit speċifiku ta’ informazzjoni dwar ir-rwol li jista’ jkollhom il-konsumaturi fl-użu sostenibbli tal-prodott.

(30)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).

(31)  Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16) teħtieġ li tintwera tikketta dwar l-ekonomija tal-karburanti qrib il-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha fil-punt tal-bejgħ li jkun fiha, b’mod partikolari, id-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant.

(32)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MiFID 2) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349) tirrikjedi, fost obbligi oħrajn, li d-ditti ta’ investiment jipprovdu lill-klijenti, inklużi l-konsumaturi, b’tagħrif speċifiku dwar is-servizzi tagħhom, l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji ta’ investiment, il-kostijiet u l-imposti assoċjati proposti.

(33)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35) fiha, fost obbligi oħrajn, dispożizzjonijiet aktar speċifiċi dwar tagħrif prekuntrattwali u dwar il-modalitajiet għall-għoti ta’ dan it-tagħrif.

(34)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66) fiha rekwiżiti speċifiċi ta’ tagħrif meta jsir reklamar għal kreditu.

(35)  Id-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali fiha regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ krediti ipotekarji bħall-projbizzjoni ta’ prattiki ta’ rbit. Id-Direttiva fiha wkoll rekwiżiti speċifiċi ta’ tagħrif fl-istadji ta’ reklamar u prekuntrattwali.

(36)  Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(38)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67) fiha rekwiżiti addizzjonali f’termini ta’ reklamar u ta’ tikkettar ta’ prodotti mediċinali.

(39)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tirrikjedi l-għoti ta’ tagħrif kuntrattwali dwar diversi aspetti, skont it-tip ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika. Ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Artikolu 102 u fl-Anness VIII u jinkludu, fost aspetti oħrajn, tagħrif dwar il-livelli minimi ta’ kwalità tas-servizz, it-tip ta’ manutenzjoni offruta u kwalunkwe arranġament ta’ kumpens u ta’ rifużjoni li japplika jekk is-servizz kuntrattat ma jissodisfax il-livelli ta’ kwalità. Sommarju tal-kuntratt għandu jiġi pprovdut separatament, il-mudell għas-sommarju tal-kuntratt huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2243 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi mudell għas-sommarju tal-kuntratt li għandhom jużaw il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 274).

(40)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3) jeħtieġ li l-prezz finali pagabbli — li għandu jinkludi l-elementi kollha prevedibbli u inevitabbli tal-prezz disponibbli fi żmien il-pubblikazzjoni — ikunu indikati u mqassmin skont il-komponenti: noll tal-ajru jew rata tal-ajru, taxxi, imposti tal-ajruport, tariffi u ħlasijiet addizzjonali oħrajn.

(41)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1) fih obbligu speċifiku li l-passiġġieri jiġu informati li fil-każ ta’ tlugħ abbord mhux permess, ta’ kanċellazzjoni ta’ titjiriet jew ta’ dewmien ta’ titjiriet, huma jistgħu jkunu intitolati għal kumpens u għal assistenza u għal indukrar; Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006. p. 1); Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1); u r-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1).

(42)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(43)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(44)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(45)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(46)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(47)  L-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

(48)  Il-Kawża C-922/19, Waternet, it-3 ta’ Frar 2021.

(49)  Ibid., il-punti 53-62.

(50)  Il-Kawżi Magħquda C-708/17 u C-725/17, EVN Bulgaria Toplofikatsia, il-5 ta’ Diċembru 2019.

(51)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(52)  L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE.

(53)  L-Artikolu 3(3) u l-Anness I tad-Direttiva 93/13/KEE. Il-liġi nazzjonali tista’ testendi l-lista jew tuża l-formulazzjonijiet li jwasslu għal standards aktar stretti, inklużi “listi suwed” ta’ klawżoli li dejjem jitqiesu bħala inġusti mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva. Għal aktar dettalji, ara t-taqsima 3.4.7 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU C 323, 27.9.2019, p. 4) (COM(2019) 5325 final).

(54)  L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13/KEE.

(55)  Għal aktar dettalji, ara l-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (COM(2019) 5325 final).

(56)  Il-Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, il-15 ta’ Marzu 2012.

(57)  Il-Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, il-punt 2 tad-dispożittiv, it-tieni sentenza mill-aħħar: “Il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ tali prattika kummerċjali tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tistabbilixxi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt dwar l-ispiża tas-self mogħtija lill-konsumatur.”

(58)  Ara t-taqsima 3 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (COM(2019) 5325 final). Ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-776/19 sa C-782/19 BNP Paribas Personal Finance, il-punti 76 u 77.

(59)  Il-Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, il-punt 46.

(60)  Ara pereżempju l-Kawża C-191/15, Verein für Konsumenteninformation v Amazon, il-punti 65-71 u l-punt 2 tad-dispożittiv, meta l-Qorti ddikjarat li klawżola fformulata minn qabel dwar l-għażla tad-dritt applikabbli li tagħżel il-liġi tal-Istat Membru li fiha jkun stabbilit il-bejjiegħ jew il-fornitur ma tikkonformax mar-rekwiżit ta’ abbozzar b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem stabbilit fl-Artikolu 5 tal-UCTD u hija inġusta peress li twassal lill-konsumatur għal żball billi tagħtih l-impressjoni li l-liġi ta’ dak l-Istat Membru biss tapplika għall-kuntratt, mingħajr ma tinformah li skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Ruma I, il-konsumaturi jgawdu wkoll il-protezzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi li jkunu applikabbli fin-nuqqas ta’ dik il-klawżola.

(61)  Ara l-eżempji fl-Italja, fil-Polonja, fil-Belġju u fin-Netherlands.

(62)  Ara pereżempju l-Kawża C-618/10 Banco Español de Crédito, il-punti 41 sa 43; Il-Kawża C-415/11 Bankia, il-punt 46; Il-Kawża C-109/17 Bankia, il-punti 37-39. Għal aktar dettalji dwar il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti, ara t-taqsima 5 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (COM(2019) 5325 final).

(63)  Ara pereżempju l-Kawża C-49/14 Finanmadrid, il-punt 46. B’mod partikolari, il-Qorti spjegat li l-Artikolu 6(1) tal-UCTD huwa dispożizzjoni obbligatorja li għandha l-għan li tissostitwixxi l-bilanċ formali li l-kuntratt jistabbilixxi bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ma’ bilanċ effettiv li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejniethom.

(64)  Ara pereżempju l-Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, il-punt 27.

(65)  Il-Kawża C-109/17, Bankia.

(66)  Ibid., il-punt 48.

(67)  Ibid., il-punti 34, 40-47, 51 u l-punt 1 tad-dispożittiv.

(68)  Ara pereżempju l-Kawża C-415/11 Finanmadrid, il-punt 60.

(69)  Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(70)  Il-Kawża C-476/14, Citroën, is-7 ta’ Lulju 2016.

(71)  Qabel dawn l-emendi għall-PID, il-Qorti kkonfermat l-impossibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali aktar preskrittivi dwar it-tnaqqis fil-prezz fuq il-bażi tal-UCPD u tad-Direttiva (oriġinali) dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet fil-Kawża C-421/12, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, l-10 ta’ Lulju 2014.

(72)  Id-Direttiva 2006/114/KE.

(73)  B’hekk, l-MCAD tkopri r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali bħala żewġ każijiet ta’ ksur indipendenti — ara wkoll il-Qorti, il-Kawża C-52/13, Posteshop SpA, it-13 ta’ Marzu 2014.

(74)  Il-Kawża C-562/15, Carrefour, it-8 ta’ Frar 2017.

(75)  Ibid., il-punti 33-38.

(76)  Id-Direttiva 2006/123/KE.

(77)  Id-Direttiva 2000/31/KE.

(78)  Il-Proposta għal Regolament dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (COM(2020) 825).

(79)  il-Proposta għal Regolament dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (COM(2020) 842).

(80)  L-Att propost dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) ikun jissostitwixxi l-Artikoli 12-15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku. Ir-regoli proposti jkunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-konsumatur (l-Artikolu 1(5)(h) tal-proposta għad-DSA). Id-DSA jkun jipprovdi wkoll kjarifiki dwar ir-responsabbiltà possibbli ta’ pjattaformi online għall-konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, inkluża l-UCPD, meta l-pjattaforma topera b’mod li jwassal sabiex konsumatur medju u raġonevolment informat tajjeb jemmen li t-tranżazzjoni sseħħ mal-pjattaforma nnifisha (l-Artikolu 5(3) tal-proposta għad-DSA). Skont il-proposti, obbligi addizzjonali għall-pjattaformi online fid-DSA u għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pjattaforma ewlenija ddeżinjati bħala gwardjani fid-DMA (jiġifieri magni tat-tiftix online, servizzi ta’ networking soċjali online, servizzi ta’ pjattaforma ta’ video-sharing, servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru, sistemi operatorji, servizzi ta’ cloud computing, servizzi ta’ reklamar — l-Artikolu 2(2) tal-proposta għad-DMA) ikunu japplikaw b’mod komplementari minbarra r-regoli speċifiċi stabbiliti fil-liġi tal-UE dwar il-konsumatur.

(81)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(82)  Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).

(83)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-applikazzjoni prattika tal-kriterju ta’ funzjonalità essenzjali tad-definizzjoni ta’ “servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing” skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ĠU C 223, 7.7.2020, p. 3).

(84)  Id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali stabbilit fl-Artikolu 8 jista’ jkun limitat f’konformità mal-liġi u għar-rispett tal-prinċipji ta’ soċjetà demokratika: soġġetti għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikunu neċessarji u fejn ġenwinament jissodisfaw l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn (l-Artikolu 52(2) tal-Karta).

(85)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(86)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37), kif emendata bid-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54) u d-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).

(87)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza tagħhom.

(88)  Il-Kawża C-34/13, Kušinová, il-punti 63–65 u l-Kawża C-169/14, Sanchez Morcillo, il-punt 35.

(89)  Il-Kawża C-322/01, Deutscher Apothekerverband, il-punt 64; Il-Kawża C-205/07, Gysbrechts il-punt 33; Il-Kawża C-37/92 Vanacker u Lesage, il-punt 9; Il-Kawża C-324/99, DaimlerChrysler, il-punt 32 u l-Kawża C-322/01, Deutscher Apothekerverband, il-punt 64.

(90)  Ara l-Kawża C-8/74, Dassonville, il-punt 5.

(91)  L-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-Artikoli 34-36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (ĠU C 100, 23.3.2021, p. 38).

(92)  Il-Kawżi C-267/91 u C-268/91, Keck.

(93)  F’Keck, il-Qorti ċċarat il-ġurisprudenza preċedenti tagħha, b’mod partikolari l-Kawża C-8/74, Dassonville.

(94)  Ara l-Kawża C-412/93, Leclerc-Siplec, il-punt 22, u l-Kawża C-6/98 ARD, il-punt 46.

(95)  Ara l-Kawżi Magħqudin C-401/92 u C-402/92, Tankstation ’t Heukske u Boermans, il-punt 14; Il-Kawżi Magħqudin C-69/93 u C-258/93, Punto Casa u PPV u l-Kawżi Magħqudin C-418/93 sa C-421/93, C-460/93 sa C-462/93, C-464/93, C-9/94 sa C-11/94, C-14/94, C-15/94, C-23/94, C-24/94 u C-332/94, Semeraro Casa Uno et, il-punti 9-11, 14, 15, 23 u 24.

(96)  Ara l-Kawża C-391/92, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, il-punt 15; Il-Kawżi Magħqudin C-69/93 u C-258/93, Punto Casa u PPV.

(97)  Ara l-Kawża C-63/94, Belgacom.

(98)  Ara l-Kawża C-192/01, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka.

(99)  Għal dan l-għan, ara l-Kawża C-333/08, Il-Kummissjoni vs Franza, il-punt 87.

(100)  Ara, inter alia, il-Kawża C-313/94, Graffione, il-punt 17 u l-Kawża C-3/99, Ruwet, il-punt 50.

(101)  Il-Kawża C-161/09, Kakavetsos-Fragkopoulos, il-punt 39.

(102)  Ibid., il-punt 42.

(103)  Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).

(104)  L-Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 1).

(105)  Il-Kawża C-73/19, Movic et, is-16 ta’ Lulju 2020.

(106)  Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).

(107)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(108)  Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

(109)  L-Artikolu 10(2) tar-Regolament CPC: “L-implimentazzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 9 b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu proporzjonati u jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż mas-salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri ta’ investigazzjoni u infurzar, adottati fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adegwati għan-natura u għall-ħsara effettiva jew potenzjali b’mod ġenerali tal-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.”

(110)  L-Artikolu 3(3) tar-Regolament CPC: “każ ta’ ksur mifrux” tfisser: (a) kwalunkwe att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li jkunu għamlu ħsara, ikunu qed jagħmlu ħsara jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti f’mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru fejn: (i) l-att jew l-ommissjoni oriġinaw jew seħħew; (ii) il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni ikun stabbilit; jew (iii) ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant relattivi għall-att jew ommissjoni; jew (b) kwalunkwe att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li jkunu għamlu ħsara, ikunu qed jagħmlu ħsara jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li jkollhom karatteristiċi komuni, inklużi l-istess prattika illegali, l-istess interess li qed jinkiser u li jkunu qed jokkorru fl-istess ħin, jitwettqu mill-istess kummerċjant, f’mill-inqas tliet Stati Membri.”

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament CPC: “każ ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni” tfisser ksur mifrux li jkun għamel ħsara, ikun qed jagħmel ħsara jew x’aktarx ser jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(111)  Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(112)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(113)  Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).

(114)  Is-sentenza tal-Qorti Amministrattiva Latvjana, il-Kawża Nru A420632710, it-8 ta’ Marzu 2012.

(115)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Lulju 2014: http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-847_mt.htm

(116)  Il-Kawża C-391/12, RLvS, is-17 ta’ Ottubru 2013, il-punt 38.

(117)  Il-Kawża C-105/17, Kamenova, l-4 ta’ Ottubru 2018.

(118)  Il-Kawża C-105/17, Kamenova, l-4 ta’ Ottubru 2018, il-punt 38.

(119)  Il-Kawża C-59/12, BKK Mobil Oil, it-3 ta’ Ottubru 2013, il-punt 32.

(120)  Ibid., il-punt 37.

(121)  Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-388/13, UPC, il-punt 35, bir-referenzi.

(122)  Il-Kawża C-281/12 Trento Sviluppo, id-19 ta’ Diċembru 2013, il-punt 35.

(123)  Il-Kawża C-388/13, UPC, is-16 ta’ April 2015, il-punt 36.

(124)  Il-Kawża C-388/13, UPC, is-16 ta’ April 2015, il-punti 41, 42 u 60.

(125)  Il-Kawża C-393/17, Kirschstein, l-4 ta’ Lulju 2019, il-punti 44 u 45.

(126)  C-391/12, RLvS, is-17 ta’ Ottubru 2013, il-punti 44 sa 50.

(127)  Ibid., il-punti 44 u 49.

(128)  Il-Kawża C-357/16, Gelvora, l-20 ta’ Lulju 2017.

(129)  Krajsky sud vs Presove, is-27 ta’ Ottubru 2011, 2Co/116/2011.

(130)  PS9042 — Esattoria-Agenzia Riscossioni. Provvedimento n. 24763, it-22 ta’ Jannar 2014.

(131)  DKK — 61 — 10/07/DG/IS.

(132)  Il-Kawża C-281/12, Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc. Coop. Arl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, id-19 ta’ Diċembru 2013, il-punti 35, 36 u 38.

(133)  Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-281/12 Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica, imsemmija aktar ’il fuq.

(134)  MD 2010:8, Marknadsdomstolen, Toyota Sweden AB vs Volvo Personbilar Sverige Aktiebolag, it-12 ta’ Marzu 2010.

(135)  Il-Kawża C-210/96, Gut Springenheide u Tusky, is-16 ta’ Lulju 1998, il-punt 31.

(136)  Il-Kawża C-470/93, Verein gegen Unwesen in Handel und Gewerbe Koln e.V. vs Mars GmbH, is-6 ta’ Lulju 1995, il-punt 24.

(137)  Il-Kawża C-99/01, Proċedimenti kriminali vs Gottfried Linhart u Hans Biffl, l-24 ta’ Ottubru 2002, il-punt 35.

(138)  “Puffery” hija dikjarazzjoni soġġettiva jew esaġerata dwar il-kwalitajiet ta’ prodott partikolari, li ma għandhiex tittieħed litteralment. Din hija xorta ta’ prattika li jsir riferiment għaliha fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3) tal-UCPD.

(139)  Il-Kawża C-210/96, Gut Springenheide u Tusky vs Oberkreisdirektor Steinfurt, is-16 ta’ Lulju 1998, il-punti 31, 32, 36 u 37. Ara wkoll il-Kawża C-220/98, Estée Lauder Cosmetics GmbH & Co. ORG, vs Lancaster Group GmbH, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Fennelly, il-punt 28.

(140)  4 U 141/11.

(141)  P/0359/07/2010.

(142)  Fővárosi Ítélőtábla, Magyar Telekom Nyrt et, ID tal-Kawża: 2.Kf.27.171/2012/4.

(143)  Id-Deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2012 tal-Marknadsdomstolen.

(144)  Il-Kawża C-220/98, Estée Lauder Cosmetics GmbH & Co. OHG vs Lancaster Group, [2000] Ġabra I-00117, il-punt 29.

(145)  Il-Kawża C-313/94, F.lli Graffione SNC vs Ditta Fransa, [1996] Ġabra I-06039, il-punt 22.

(146)  Il-Kummissjoni Ewropea, Study on consumer vulnerability in key markets across the European Union (EACH/2013/CP/08), http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/vulnerability/index_en.htm. L-istudju ddefinixxa l-“konsumatur vulnerabbli” bħala konsumatur, li, bħala riżultat tal-karatteristiċi soċjodemografiċi, tal-karatteristiċi tal-imġiba, tas-sitwazzjoni personali jew tal-ambjent tas-suq jinsab f’riskju ogħla li jesperjenza eżiti negattivi fis-suq, għandu kapaċità limitata li jimmassimizza l-benessri tiegħu, għandu diffikultà fil-kisba jew fl-assimilazzjoni ta’ tagħrif, huwa anqas kapaċi jixtri, jagħżel jew jaċċessa prodotti xierqa, jew huwa aktar suxxettibbli għal ċerti prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(147)  Id-Deċiżjoni Vj-5/2011/73 mill-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni, l-10 ta’ Novembru 2011.

(148)  PS6980 — Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato.

(149)  Il-Kummissjoni Ewropea, Study on the impact of marketing through social media, online games and mobile applications on children’s behaviour (EACH/FWC/2013 85 08), https://ec.europa.eu/info/publications/study-impact-marketing-through-social-media-online-games-and-mobile-applications-childrens-behaviour_mt.

(150)  Bl-istess mod, l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2005/29/KE jirreferu għall-kunċett tal-konsumatur medju.

(151)  Il-Kawża C-435/11, CHS Tour Services GmbH vs Team4 Travel GmbH, id-19 ta’ Settembru 2013; ikkonfermat fil-Kawża C-388/13, UPC, is-16 ta’ April 2015, il-punti 61-63.

(152)  Id-Deċiżjoni Nru DKK 6/2014.

(153)  ECLI:NL:RBROT:2019:226, is-17 ta’ Jannar 2019.

(154)  PS9540 — Euroservice-Recupero Crediti. Provvedimento n. 25425, il-15 ta’ April 2015.

(155)  Id-Deċiżjoni Nru RPZ 4/2015.

(156)  PS9678 — Samsung — Caratteristiche Tecniche Smartphone. Id-Deċiżjoni Nru 25138, id-19 ta’ Diċembru 2014.

(157)  ECLI:NL:CBB:2016:103, College van Beroep voor het bedrijfsleven, 15/338.

(158)  ECLI:NL:CBB:2014:412, College van Beroep voor het bedrijfsleven, AWB 13/225.

(159)  L-Ombudsman tal-Konsumatur, il-25 ta’ Frar 2013 (Nru tal-protokoll 4995), il-Bank ta’ Ċipru.

(160)  It-Tribunal ta’ Malta għal Talbiet tal-Konsumatur, Melita mobile, is-17 ta’ April 2013.

(161)  Għad li dan tista’ titqies bħala tagħrif importanti skont l-Artikolu 7 tal-UCPD.

(162)  Pereżempju, ara l-Kawża C-363/18, Organisation juive européenne and Vignoble Psagot, it-12 ta’ Novembru 2019 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-oġġetti tal-ikel.

(163)  Cour d’appel de Paris, l-10 ta’ Mejju 2012, Société Havana Club International and SA Pernod v SAS Etablissements Dugas and Société 1872 Holdings VOF (ref 10/04016).

(164)  Urteil Az. I-4 U 174/11* OLG Hamm 8. März 2012 u Urteil Az. 3 U 219/11* OLG Bamberg 21. März 2012.

(165)  Il-Qorti tal-Belt ta’ Praga, il-11 ta’ Mejju 2015, Bredley u Smith vs L-Awtorità tal-Ispezzjoni Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka.

(166)  PS7256, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, 21 ta’ Diċembru 2011, COMET-APPLE-Prodotti in garanzia.

(167)  Consiglio di Stato, N. 05253/2015REG.PROV.COLL. N. 05096/2012 REG.RIC.

(168)  Il-Kawża C-611/14, Canal Digital Danmark A/S, is-26 ta’ Ottubru 2016.

(169)  Ibid., il-punti 47-49.

(170)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Diċembru 2020: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2444

(171)  MAO:829/15.

(172)  ECLI:NL:RBROT:2019:4155, Rechtbank Rotterdam, ROT 18/4040.

(173)  MD 2009:36, Marknadsdomstolen, id-19 ta’ Novembru 2009.

(174)  MD 2015:9, Marknadsdomstolen, il-11 ta’ Ġunju 2015.

(175)  Il-Kawża C 109/17, Bankia, id-19 ta’ Settembru 2018.

(176)  Ibid., il-punt 58.

(177)  CA/NB/527/29, is-6 ta’ Novembru 2010.

(178)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ikel minħabba kwistjonijiet ta’ differenzi fil-kwalità tal-istess prodotti — Il-każ speċifiku tal-ikel (ĠU C 327, 29.9.2017, p. 1). Il-gwida kurrenti tissostitwixxi u tipprevali fuq dan l-Avviż preċedenti tal-Kummissjoni.

(179)  L-għażla u t-teħid ta’ kampjuni tal-prodotti għat-tqabbil huma indirizzati fil-metodoloġija komuni tal-ittestjar stabbilita miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni fl-2018. Disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/jrc/sites/default/files/eu_harmonised_testing_methodology_-_framework_for_selecting_and_testing_of_food_products_to_assess_quality_related_characteristics.pdf

(180)  Ir-rapport tal-JRC “Empirical testing of the impact on consumer choice resulting from differences in the composition of seemingly identical branded products” (2020), disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/empirical-testing-impact-consumer-choice-resulting-differences-composition-seemingly-identical. Huwa analizza, permezz ta’ esperimenti fil-laboratorju u online, jekk it-tagħrif lill-konsumaturi dwar id-differenzi fil-prodotti (espressi bħala denominazzjoni “magħmul għall-pajjiż X”) jaffettwax l-għażla tagħhom ta’ verżjoni ta’ prodott. Ma kien hemm l-ebda preferenza ċara għall-verżjonijiet “domestiċi” jew dawk mhux domestiċi fl-esperiment online, filwaqt li kien hemm aktar preferenza għall-verżjonijiet domestiċi fl-esperiment fil-laboratorju. Fl-esperiment online, il-konsumatur ipprefera l-verżjoni domestika jew dik mhux domestika tal-prodott f’6 u fi 2, rispettivament, mit-30 par ta’ prodotti tal-pajjiż. Barra minn hekk, il-konsumaturi kellhom preferenza negattiva għall-verżjoni domestika u mhux domestika f’9 u fi 8 każijiet, rispettivament. Fl-esperiment fil-laboratorju, l-għażliet tal-konsumaturi kienu jiddependu fuq il-prodott u fuq il-pajjiż iżda spiss ippreferew il-verżjoni maħsuba għal pajjiżhom (8 minn 12-il każ).

(181)  Ir-rapport tal-JRC “Differences in composition of seemingly identical branded products: Impact on consumer purchase decisions and welfare” (2020), disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/differences-composition-seemingly-identical-branded-products-impact-consumer-purchase-decisions-and. Dan ikkonferma li l-konsumaturi x’aktarx li jiġu affettwati mid-differenzjazzjoni tal-verżjonijiet tal-prodotti għal pajjiżi differenti biss meta d-differenzi fil-kompożizzjoni jitqiesu bħala sinifikanti.

(182)  Ara r-rapport tal-JRC “Results of an EU wide comparison of quality related characteristics of branded food products. Part 2 — Sensory testing” (2021) disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/results-eu-wide-comparison-quality-related-characteristics-branded-food-products-part-2-sensory. L-istudju kkonkluda li differenzi akbar fil-kompożizzjoni kienu aktar probabbli li jiġu rikonoxxuti mill-evalwaturi sensorjali, filwaqt li varjazzjonijiet iżgħar fil-biċċa l-kbira ma ġewx innotati.

(183)  L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(184)  L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(185)  L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(186)  L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(187)  Dan kien il-każ fl-ewwel test komparattiv madwar l-UE kollha (tqabbil tat-tikketta) li l-JRC wettaq fl-2019 u fit-tieni eżerċizzju ta’ ttestjar li beda fl-2021.

(188)  Pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2018 dwar il-kwalità dupliċi tal-prodotti fis-suq uniku (ĠU C 433, 23.12.2019, p. 191) tirreferi għal prattiki ta’ differenzjazzjoni li jikkonċernaw ukoll prodotti mhux tal-ikel, inklużi deterġenti, kożmetiċi, prodotti tal-iġjene u prodotti maħsubin għat-trabi, disponibbli wkoll fuq: https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-8-2018-0357_MT.html

(189)  Id-Deċiżjoni Nru DDK 7/2014 mill-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur.

(190)  Id-Direttiva 2000/31/KE.

(191)  Id-Direttiva 2010/13/UE.

(192)  Id-Direttiva 2002/58/KE.

(193)  Id-Deċiżjoni Nru RPZ 6/2015 mill-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur.

(194)  Ärenden 2016/53 u 2015/1000.

(195)  Id-Deċiżjoni Nru K. 27.272/2014, il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Győr.

(196)  KKO 2011:65.

(197)  L-impatt fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali ta’ konsumatur medju huwa soġġett għal valutazzjoni mill-qrati u mill-awtoritajiet nazzjonali. Pereżempju, fi Stat Membru fejn il-konsumaturi ġeneralment jifhmu l-Ingliż, anki jekk ikun lingwa barranija, l-għoti ta’ ċertu tagħrif bl-Ingliż biss mhux bilfors li twassal għal ommissjoni qarrieqa.

(198)  Il-klawżoli kuntrattwali standard huma vvalutati skont id-Direttiva 93/13/KEE (ara wkoll it-taqsima 1.2.4 dwar ir-relazzjoni mal-UCPD).

(199)  Il-Kawża C-611/14, Canal Digital Danmark A/S, is-26 ta’ Ottubru 2016, il-punt 29 ff.

(200)  Il-Kawża C-611/14, Canal Digital Danmark A/S, is-26 ta’ Ottubru 2016, il-punti 62 u 63.

(201)  KKO 2011:65.

(202)  Il-Kawża C-122/10, Konsumentombudsmannen vs Ving Sverige AB, it-12 ta’ Mejju 2011, il-punt 59.

(203)  Audiencia Provincial de Madrid Sentencia no 270/2014. Inħarġu konklużjonijiet simili f’kawża oħra ppreżentata quddiem il-Qorti Spanjola, Juzgado de lo Mercantil de Madrid Sentencia no 704/2012.

(204)  Il-Kawża C-122/10, Konsumentombudsmannen vs Ving Sverige AB, it-12 ta’ Mejju 2011, il-punt 32.

(205)  Pereżempju, reklam f’rivista li juri flokkijiet għall-bejgħ. Il-prezzijiet u l-qisien tal-flokkijiet disponibbli jingħataw fir-reklam u n-nofs t’isfel tar-reklam huwa formola ta’ ordni li tista’ timtela, bil-ħlas mehmuż, u tintbagħat direttament lill-bejjiegħa bl-imnut.

(206)  Il-Qorti Kummerċjali ta’ Antwerp, id-29 ta’ Mejju 2008, Federatie voor verzekerings- en financiële tussenpersonen vs ING Insurance Services NV u ING België NV.

(207)  Il-Premessa 14 tiċċara li “Fir-rigward ta’ ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta’ elementi ewlenin ta’ tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn ikollu sabiex jagħmel deċiżjoni tranżazzjonali informata…”.

(208)  Il-Kawża C-611/14, Canal Digital Danmark A/S, is-26 ta’ Ottubru 2016, il-punt 71.

(209)  Il-Kawża C-146/16, Verband Sozialer Wettbewerb, it-30 ta’ Marzu 2017.

(210)  Ibid., il-punti 28-30.

(211)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).

(212)  MD 2015:2, id-9 ta’ Marzu 2015.

(213)  C-611/14, Canal Digital Danmark, is-26 ta’ Ottubru 2016, il-punti 46-49.

(214)  Id-Deċiżjoni Nru RBG 38/2014.

(215)  Is-16 ta’ Lulju 2015 — Deċiżjoni Amministrattiva fir-rigward ta’ Stoppa Telefonforsaljning Limited,

(216)  Tribunal Superior de Justicia de Madrid Sala de lo Contencioso Administrativo Sección 10, Nru 112/2014.

(217)  Il-Kawża C-122/10, Konsumentombudsmannen/Ving Sverige AB, it-12 ta’ Mejju 2011, il-punt 64.

(218)  Id-Deċiżjoni Nru RWA-25/2010, Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów, Delegatura w Warszawie, it-28 ta’ Diċembru 2010, Eko-Park S.A.

(219)  Il-Kummissjoni Ewropea, Study on Misleading “free” trials and subscription traps for consumers in the EU (2017), https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/bf621260-9441-11e7-b92d-01aa75ed71a1.

(220)  Id-Deċiżjoni Nru RBG 32/2014.

(221)  L-istqarrija għall-istampa tal-21 ta’ Ġunju 2021: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/mex_21_3127.

(222)  L-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni, is-17 ta’ Awwissu 2020, VJ/19/2018, be2.hu and academicsingles.hu

(223)  ECLI:NL:CBB:2018:465, College van Beroep voor het bedrijfsleven, 17/1282.

(224)  Il-Kawża C-628/17, Orange Polska, it-12 ta’ Ġunju 2019, il-punt 31.

(225)  Consiglio di Stato, Adunanza Plenaria — Sentenza 11 maggio 2012, n.14 — Pres. Coraggio — est. Greco.

(226)  L-Artikolu 106 tad-Direttiva 2018/1972 (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) jistabbilixxi regoli dwar il-qbil bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(227)  Il-Qorti Suprema tal-Bulgarija, it-3 ta’ Novembru 2011, 15182/2011, VII d.

(228)  Ara pereżempju PS8215, id-deċiżjoni nru 24117 tat-12 ta’ Diċembru 2012.

(229)  Il-Kawżi Magħquda C-54/17 u C-55/17, Wind Tre u Vodafone, it-13 ta’ Settembru 2018.

(230)  Il-punti 48-50.

(231)  C-922/19, Waternet, it-3 ta’ Frar 2021.

(232)  Il-punti 58-62.

(233)  Il-Kawża C-628/17, Orange Polska, it-12 ta’ Ġunju 2019.

(234)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, 26.6.1990, p. 59). Imħassra u ssostitwita mid-Direttiva (UE) 2015/2302 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2018.

(235)  2009:17, Marknadsdomstolen (Stokkolma), L-Ombudsman tal-Konsumatur vs Casa Nordica Altavista C AB, is-26 Ġunju 2009.

(236)  Il-Kawża E-1/19, il-Qorti tal-EFTA, l-14 ta’ Diċembru 2019, Andreas Gyrre vs Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tat-Tfal u tal-Ugwaljanza.

(237)  Il-Kawża C-515/12 “4finance” UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba and Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos, it-3 ta’ April 2014, il-punt 20.

(238)  Ibid., il-punt 34.

(239)  Il-Kawża C-667/15, Loterie Nationale, il-15 ta’ Diċembru 2016.

(240)  Ibid., il-punt 30.

(241)  PS6425 Xango-Prodotti Con Succo Di Mangostano. Provvedimento n. 21917, il-15 ta’ Diċembru 2010.

(242)  PS4893 Agel Enterprises-Integratori. Provvedimento n. 23789, it-2 ta’ Awwissu 2012.

(243)  PS7621 — Vemma Italia — Prodotti con succo di mangostano, Provvedimento n. 24784, il-5 ta’ Frar 2014.

(244)  Id-Deċiżjoni Nru RKR 34/2014.

(245)  Id-Deċiżjoni tal-President tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Ref. RPZ 2/2012 ZdroWita tat-13 ta’ Marzu 2012.

(246)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Awtoritajiet tas-CPC, Stopping scams and tackling unfair business practices on online platforms in the context of the Coronavirus outbreak in the EU, l-20 ta’ Marzu 2020: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/live_work_travel_in_the_eu/consumers/documents/cpc_common_position_covid19.pdf

(247)  PS11723, Coronavirus, is-17 ta’ Marzu 2020.

(248)  Il-Kawżi MR-2020-563: Il-Kunsill tas-Suq, it-23 ta’ Settembru 2020, Visjon TV u Webshop AS; MR-2020-687:Il-Kunsill tas-Suq, it-22 ta’ Ottubru 2020, Vitability AS; FOV-2020-663: L-Awtorità Norveġiża tal-Konsumatur, is-6 ta’ April 2020, Emptiodirect AS.

(249)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(250)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(251)  L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(252)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117 5.5.2017, p. 1).

(253)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117 5.5.2017, p. 176).

(254)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(255)  2S-17, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba (Vilnius), 4.7.2011.

(256)  Is-Sentenzi Magħqudin Dnr B 2/11 u B 3/11 minn Marknadsdomstolen, il-11 ta’ Mejju 2012.

(257)  2S-27, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba (Vilnius), il-11 ta’ Novembru 2010.

(258)  “Id-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali”.

(259)  Vj-85/2016/189 Facebook Ireland Ltd, is-16 ta’ Diċembru 2019.

(260)  AGCM, PS11112 — Facebook, id-29 ta’ Novembru 2018.

(261)  Ara wkoll il-Kawża pendenti C-102/20 StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz, li probabbilment se tiċċara l-applikazzjoni ta’ din il-projbizzjoni għar-reklamar murija fl-inbox tal-posta elettronika.

(262)  4 Ob 174/09f, OGH (Oberster Gerichtshof), id-19 ta’ Jannar 2010.

(263)  Ara wkoll l-ICPEN, Best Practice Principles for Marketing Practices directed towards Children Online, Ġunju 2020.

(264)  MD 2012:14, il-Qorti tas-Swieq tan-Norveġja, is-6 ta’ Diċembru 2012, Stardoll.

(265)  MR-2012-1245-2, il-Kunsill tas-Suq Norveġiż, it-3 ta’ Diċembru 2013, Atomic Soul.

(266)  KUV/5564/41/2012, l-Awtorità Finlandiża tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur, l-1 ta’ Marzu 2013, Nordea Oyj.

(267)  L-Ombudsman tal-Konsumatur tal-Finlandja, id-Deċiżjoni KKV/54/14.08.01.05/2019.

(268)  Il-Qorti Federali Ġermaniża, is-17 ta’ Lulju 2013 — I ZR, 34/12, Runes of Magic.

(269)  Il-Qorti tal-Ġustizzja Suprema tal-Awstrija, id-9 ta’ Lulju 2013, 4 Ob 95/13v, Disney Universe.

(270)  L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija, is-26 ta’ Mejju 2021, VJ/3/2020, Global AWA Pty Ltd et al.

(271)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Lulju 2014: http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-847_mt.htm

(272)  Il-Qorti tal-Belt ta’ Praga, id-29 ta’ Ottubru 2014, Golden Gate Marketing vs L-Awtorità tal-Ispezzjoni Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka.

(273)  Audiencia Provicional de Barcelona, is-26 ta’ Ġunju 2014, 323/2014.

(274)  Kawża C-428/11, Purely Creative e.a. v Office of Fair Trading, it-18 ta’ Ottubru 2012.

(275)  CA/NB/544/10, Consumentenautoriteit, il-21 ta’ Settembru 2010, Garant-o-Matic B.V.

(276)  L-istqarrija għall-istampa tat-28 ta’ Jannar 2021, Skrinjar tas-siti web għall-“greenwashing”: nofs l-asserzjonijiet ambjentali huma skarsi mill-evidenza, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_21_269.

(277)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur Ġdida: li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli (COM/2020/696 final), 13.11.2020.

(278)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final), 11.3.2020. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1) u kwalunkwe aġġornament fiha.

(279)  Fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni ħabbret inizjattiva dwar qafas regolatorju għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju. Dan il-mekkaniżmu ta’ Ċertifikazzjoni tal-Assorbimenti tal-Karbonju jkun jappoġġa l-użu ta’ soluzzjonijiet għall-assorbimenti tal-karbonju fuq skala kompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika.

(280)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1)

(281)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(282)  B’mod partikolari, l-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva jistipula li, meta l-konsumaturi jkollhom “arloġġi intelliġenti” għall-gass naturali u/jew għall-elettriku, is-“sistemi tal-arloġġi jagħtu informazzjoni dwar il-ħin effettiv ta’ użu għall-klijenti aħħarin” u l-Artikolu 10(1) jistipula li, “[m]eta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti”, it-tagħrif dwar il-kontijiet irid ikun “preċiż u bbażat fuq il-konsum reali”.

(283)  B’mod partikolari, l-emenda tal-Artikolu 10 fuq it-tagħrif dwar il-kontijiet għall-gass u għall-elettriku tistipula li t-tagħrif dwar il-kontijiet ikun affidabbli, preċiż u bbażat fuq il-konsum attwali, f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-elettriku u għall-gass, meta dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament ġustifikat; L-Artikolu 9a jistipula li l-klijenti aħħarin jiġu pprovduti b’arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b’mod preċiż il-konsum reali tal-enerġija tagħhom.

(284)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125). Skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom jagħmlu possibbli għall-proprjetarju u l-inkwilini sabiex iqabblu u jivvalutaw il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi, eż., “indikazzjoni dwar fejn il-proprjetarju jew l-inkwilin jista’ jirċievi tagħrif dettaljat ulterjuri (…) tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija”. Skont l-Artikolu 12(2) u (3), iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jrid “jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi l-ġodda u jingħataw lix-xerrej jew lill-inkwilin il-ġdid” meta l-bini jinbena, jinbiegħ jew jinkera, u meta dan isir qabel ma jinbena bini, il-bejjiegħ irid “jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu”. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 12(4), meta binjiet li jkollhom ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri, l-indikatur tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini jrid “jitniżżel fir-reklami fil-media kummerċjali”.

(285)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ tagħrif armonizzat dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata meta jixtru t-tajers.

(286)  Skont il-punt 5 tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti fil-kontijiet b’tagħrif dwar il-kontribut ta’ kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri f’konformità mal-kuntratt ta’ provvista. B’mod partikolari, skont is-subparagrafi (a) u (b), il-fornituri tal-elettriku għandhom jispeċifikaw “il-kontribuzzjoni ta’ kull sors tal-enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur (…)” u “l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f’termini ta’ mill-anqas tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti”.

(287)  Fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva qafas, ir-rekwiżiti minimi huma stabbiliti permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-prodotti, eż. għal bozoz u apparati domestiċi. Skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva, f’konformità mal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli, il-manifatturi jridu jiżguraw li l-konsumaturi jiġu pprovduti b’“l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista’ jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott” u “meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri implimentattivi, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji tal-ekodisinn”.

(288)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1). L-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi regoli dwar l-użu tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika. L-Artikoli 33 jipprovdi regoli dwar l-użu tal-logo tal-produzzjoni organika tal-UE.

(289)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82). Ara b’mod partikolari l-Artikolu 24, li jistipula t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u s-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali tagħhom tingħata b’mod faċli u aċċessibbli lill-konsumaturi finali, bħal fuq siti web tal-fornituri, kontijiet annwali, jew fuq talba; u l-Artikolu 19, li jistipula li “[g]ħall-finijiet ta’ dimostrazzjoni lill-klijenti finali s-sehem jew il-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’taħlita tal-enerġija tal-fornitur tal-enerġija u fl-enerġija fornuta lill-konsumaturi skont kuntratti kkummerċjalizzati b’referenza għall-konsum tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tista’ tkun garantita bħala tali fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji”. Innota wkoll il-proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva (COM(2021) 557 final), li tintroduċi rekwiżit li t-tikkettar ta’ prodotti industrijali “ekoloġiċi” jindika l-perċentwal jew l-enerġija rinnovabbli użata skont metodoloġija komuni għall-UE kollha.

(290)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(291)  B’mod partikolari, skont l-Artikolu 6(c) ta’ dan ir-Regolament, il-wiri ta’ tikketti, ta’ marki, ta’ simboli jew ta’ tnaqqixiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament huwa pprojbit, jekk aktarx li jqarraq jew iħawwad lill-klijenti fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew ta’ riżorsi oħrajn. Skont l-Artikolu 3(1), tagħrif marbut mal-konsum ta’ enerġija elettrika, ta’ forom oħrajn ta’ enerġija u, fejn rilevanti, ta’ riżorsi essenzjali oħrajn matul l-użu għandu jiġi indikat lill-utenti aħħarin permezz ta’ skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott u tikketta relatati mal-prodotti offruti għall-bejgħ, għall-kiri, għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri jew jintwera lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe mezz ta’ bejgħ mill-bogħod, inkluż fuq l-Internet.

(292)  Ir-Rapport tal-MDEC tal-2013, p. 18.

(293)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra.

(294)  MAO:185/13.

(295)  Il-Kawża C-693/18, CLCV et, is-17 ta’ Diċembru 2020.

(296)  PS10211, Volkswagen, l-4 ta’ Awwissu 2016. ACM/UIT/23048, it-18 ta’ Ottubru 2017. UOKiK, Volkswagen Group Poland, il-15 ta’ Jannar 2020.

(297)  Dawn il-prinċipji huma riflessi wkoll f’diversi dokumenti ta’ gwida nazzjonali dwar l-asserzjonijiet ambjentali (inter alia f’CZ, DE, DK, FI, HU, LV, NL, NO, FR, IT). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkoordinat il-ħidma ta’ grupp ta’ diversi partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali (MDEC), li kien magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-organizzazzjonijiet Ewropej tan-negozju u tal-konsumatur, u tal-NGOs ambjentali. Il-MDEC ipprovda rakkomandazzjonijiet fir-Rapport tiegħu tal-2013 (https://ec.europa.eu/consumers/archive/events/ecs_2013/docs/environmental-claims-report-ecs-2013_en.pdf) u tal-2016 “Compliance Criteria on Environmental Claims” (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compliance_criteria_2016_en.pdf). Dan il-parir mhuwiex legalment vinkolanti, iżda kkontribwixxa għal dan l-Avviż ta’ Gwida. Dawn il-prinċipji huma riflessi wkoll fl-istandards internazzjonali u fl-awtoregolamentazzjoni, bħall-istandard ISO 14021-2016 u l-Kodiċi tal-ICC dwar il-Komunikazzjoni fir-Reklamar u fil-Kummerċjalizzazzjoni. Kriterji u eżempji siewja oħrajn jistgħu jinkisbu mil-linji gwida tal-Kummissjoni ppubblikati fis-sena 2000 għat-twettiq u għall-valutazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali (http://ec.europa.eu/consumers/archive/cons_safe/news/green/guidelines_en.pdf).

(298)  Ara, pereżempju, opinjoni xjentifika ta’ Diċembru 2020 dwar il-bijodegradabilità tal-plastik fl-ambjent miftuħ: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/strategy/support-policy-making/scientific-support-eu-policies/group-chief-scientific-advisors/biodegradability-plastics-open-environment_mt.

(299)  Which?, Greenwashing claims investigated, Awwissu 2012.

(300)  Institut national de la Consommation, Les pneus verts tiennent ils leurs promesses ?, ’60 millions de consommateurs edition n o476, Novembru 2012.

(301)  Ara wkoll l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4), li jirrikjedi li t-tikkettar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ materjal jew ta’ oġġett ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi.

(302)  Jury de déontologie publicitaire (JDP), is-26 ta’ Ġunju 2014.

(303)  ACM, Guidelines: Sustainability claims, it-28 ta’ Jannar 2021, p. 15.

(304)  Il-Qorti Żvediża tal-Privattivi u tas-Suq PMT 697-20, Midsona, is-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2021.

(305)  MAO: 157/11, il-Qorti tas-Swieq ta’ Helsinki, it-8 ta’ April 2011.

(306)  Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja, 1990:20 Norsk Hydro Olje AB.

(307)  Il-Bord tal-Etika fir-Reklamar (JEP) tal-Belġju, Gas.be — décision de modification/arrêt, il-21 ta’ Mejju 2021.

(308)  Ara wkoll MDEC “Compliance Criteria on Environmental Claims”, il-paragrafu 2.1.

(309)  L-Awtorità Ungeriża għall-Kompetizzjoni, Green marketing — Guidance for undertakings from the Hungarian Competition Authority (2020), p. 5.

(310)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/63/UE tal-24 ta’ Jannar 2013 li tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 22, 25.1.2013, p. 25).

(311)  Il-Kawża C-524/18, Dr. Willmar Schwabe, it-30 ta’ Jannar 2020, il-punti 40, 47-48, li tinterpreta r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel.

(312)  L-Aġenzija Żvediża tal-Konsumatur — L-Ombudsman tal-Konsumatur, Ir-rakkomandazzjonijiet għall-iżviluppi tal-Gwida dwar l-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali, id-29 ta’ Ottubru 2020, s. 3.1.

(313)  Ibid.

(314)  Il-Qorti Żvediża tal-Privattivi u tas-Suq, Midsona, is-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2021.

(315)  Il-kummerċjanti jistgħu jwettqu valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) filwaqt li jqisu r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet u kwalunkwe aġġornament fiha. Ara http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/.

(316)  L-Aġenzija tal-Konsumatur tal-Iżvezja — L-Ombudsman tal-Konsumatur, Ir-rakkomandazzjonijiet għall-iżviluppi tal-Gwida dwar l-implimentazzjoni/l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali, id-29 ta’ Ottubru 2020, s. 3.2.

(317)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni, it-8 ta’ Frar 2012, ref. PS7235.

(318)  Il-kundizzjonijiet sabiex isiru asserzjonijiet komparattivi relatati ma’ impatti ambjentali speċifiċi huma diskussi bħala parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni għal asserzjonijiet ambjentali: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12511-Environmental-performance-of-products-&-businesses-substantiating-claims_mt

(319)  ACM, Guidelines: Sustainability claims, it-28 ta’ Jannar 2021, p. 10.

(320)  Juzgado de lo Mercantil de Barcelona, Sentencia 63/2014.

(321)  PS11444 — HP, id-9 ta’ Diċembru 2020, https://en.agcm.it/en/media/press-releases/2020/12/PS11144.

(322)  PS11009-PS11039 — Apple, Samsung, il-25 ta’ Settembru 2018, https://en.agcm.it/en/media/press-releases/2018/10/PS11009-PS11039. DGCCRF, Stqarrija għall-istampa tas-7 ta’ Frar 2020, https://www.economie.gouv.fr/files/files/directions_services/dgccrf/presse/communique/2020/CP-Ralentissement-fonctionnement-iPhone200207.pdf.

(323)  Id-Direttiva 2009/125/KE. L-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar Prodotti Sostenibbli se tipproponi miżuri leġiżlattivi addizzjonali kif xieraq, sabiex il-prodotti mqegħdin fis-suq tal-UE jsiru aktar sostenibbli, inkluż billi temenda d-Direttiva dwar l-Ekodisinn sabiex tiġi estiża għal kategoriji ta’ prodotti addizzjonali.

(324)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).

(325)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b’dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).

(326)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).

(327)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267).

(328)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 187).

(329)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 241).

(330)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12797-Id-disinn-tat-telefowns-cellulari-u-tat-tablets-biex-ikunu-sostenibbli-ekodisinn_mt

(331)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12852-Efficjenza-energetika-u-l-ekonomija-cirkolari-pjan-ta%E2%80%99-%C4%A7idma-dwar-l-ekodisinn-u-t-tikkettar-tal-energija-g%C4%A7all-2020-2024_mt

(332)  https://ec.europa.eu/info/news/focus-improved-eu-energy-label-paving-way-more-innovative-and-energy-efficient-products-2021-lut-16_mt

(333)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12567-Inizjattiva-g%C4%A7al-prodotti-sostenibbli_mt

(334)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(335)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli (COM(2020) 696 final), 13.11.2020.

(336)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final), 11.3.2020.

(337)  Fl-2015-2016, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ diversi partijiet ikkonċernati dwar għodod ta’ tqabbil li jlaqqa’ flimkien lir-rappreżentanti tal-industrija, lill-operaturi ta’ għodod ta’ tqabbil, lill-NGOs u lill-awtoritajiet nazzjonali, li żviluppaw prinċipji mhux vinkolanti mmirati speċifikament sabiex jgħinu lill-operaturi ta’ għodod ta’ tqabbil jikkonformaw mal-UCPD. L-għodod ta’ tqabbil għandhom jinftiehmu b’mod wiesa’, li jkopru l-funzjonalitajiet fis-swieq online, l-għodod ta’ reċensjoni eċċ. Disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/unfair-treatment/unfair-treatment-policy-information_mt#comparison-tools.

(338)  Tribunal de commerce de Paris — 29 mars 2007 — Carrefour c/Galaec (la coopérative groupement d’achat des centres Leclerc).

(339)  Il-Kawża C-146/16, Verband Sozialer Wettbewerb, it-30 ta’ Marzu 2017.

(340)  Id-dokument ta’ gwida taċ-Ċentru għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumatur tal-Latvja dwar prattiki kummerċjali ġusti għax-xiri minn grupp, l-1 ta’ Lulju 2013.

(341)  L-istess relazzjoni kumplimentari hija prevista fl-Att propost dwar is-Servizzi Diġitali, kif diskuss fit-taqsima 1.2.8.

(342)  C-149/15, Sabrina Wathelet, id-9 ta’ Novembru 2016.

(343)  Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

(344)  Ara l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

(345)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(346)  Ara l-Premessa 23 tad-Direttiva (UE) 2019/2161 u l-Premessa 27 tar-Regolament P2B.

(347)  Ara l-Premessa 23 tad-Direttiva (UE) 2019/2161.

(348)  L-Avviż tal-Kummissjoni Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 1).

(349)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Diċembru 2020: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2444.

(350)  Cass. Com. 4 décembre 2012, 11-27729, Publicité Sté Pewterpassion.com c/ Sté Leguide.com.

(351)  LG Berlin, 25.08.2011, Az.16 O 418/11.

(352)  Pereżempju, il-Bundeskartellamt tal-Ġermanja stima li 1 % biss tal-konsumaturi jtellgħu reċensjonijiet wara l-esperjenza tax-xiri tagħhom, ara “Konsultationspapier zur Sektoruntersuchung Nutzerbewertungen,” il-punt E 1.2. https://www.bundeskartellamt.de/SharedDocs/Meldung/DE/Pressemitteilungen/2020/18_06_2020_SU_Nutzerbewertungen_Konsultation.html

(353)  OLG Düsseldorf, 19.02.2013, Az. I — 20 U 55/12.

(354)  Il-Linji Gwida 8/2020 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-immirar tal-utenti tal-media soċjali, l-eżempju 8 u l-paragrafi 85 sa 88: https://edpb.europa.eu/system/files/2021-11/edpb_guidelines_082020_on_the_targeting_of_social_media_users_mt_0.pdf

(355)  L-istqarrija għall-istampa tad-9 ta’ April 2019: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2048; l-istqarrija għall-istampa tal-15 ta’ Frar 2018: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_761; l-istqarrija għall-istampa tas-17 ta’ Marzu 2017: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_631

(356)  Karattru diġitali taħt ir-responsabbiltà ta’ kummerċjant jew ta’ persuna li taġixxi f’isem jew f’isem kummerċjant.

(357)  Il-Kawża C-146/16, Verband Sozialer Wettbewerb, it-30 ta’ Marzu 2017, il-punt 31.

(358)  Il-Kawża C-371/20, Peek & Cloppenburg, it-2 ta’ Settembru 2021, il-punti 41-42.

(359)  Ibid., il-punt 43.

(360)  Pereżempju, aktar gwida awtoregolatorja dwar kunsiderazzjonijiet u eżempji speċifiċi ta’ żvelar għall-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi ġiet ipprovduta minn korpi awtoregolatorji nazzjonali tar-reklamar.

(361)  Il-Kawża C-371/20, Peek & Cloppenburg, it-2 ta’ Settembru 2021, il-punti 41, 46 u 47.

(362)  Il-Kunsill tas-Swieq tan-Norveġja, MR-2021-349: Sports Nutrition AS.

(363)  Stockholms Tingsrätt Patent- och marknadsdomstolen, Mål nr PMT 5929-20, l-10 ta’ Diċembru 2020.

(364)  Ara wkoll l-obbligu għall-pjattaformi ta’ video-sharing fl-Artikolu 28b(3)(c) tad-Direttiva 2010/13/UE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva).

(365)  Ara l-Linji Gwida 8/2020 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-immirar tal-utenti tal-media soċjali: https://edpb.europa.eu/system/files/2021-11/edpb_guidelines_082020_on_the_targeting_of_social_media_users_mt_0.pdf. Ara wkoll il-Linji Gwida tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar it-Teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzati u t-Tfassil ta’ profili għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kapitolu V dwar il-minorenni u t-tfassil ta’ profili: https://ec.europa.eu/newsroom/article29/items/612053.

(366)  L-“effett predeterminat” (“default effect”) jirreferi għat-tendenza tal-individwi li jżommu għażliet li jiġu assenjati lilhom b’mod awtomatiku minħabba l-inerzja. Il-“preġudizzju tal-iskarsezza” jirreferi għat-tendenza li l-individwi jagħtu valur ogħla lil affarijiet li jkunu skarsi.

(367)  Pereżempju, kaxxi mmarkati minn qabel sabiex suppost jingħata kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali mhumiex permessi skont il-GDPR. B’mod simili; id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tirrikjedi l-kunsens tal-utenti finali għat-tqegħid ta’ cookies u ta’ identifikaturi oħrajn fuq it-tagħmir terminali tagħhom, ħlief f’ċirkustanzi speċifiċi ħafna. Barra minn hekk, fejn ikun ingħata l-kunsens, irid ikun faċli li jiġi rrevokat daqs kemm kien faċli li jingħata.

(368)  Ara wkoll il-Kawża pendenti C-102/20 StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz, li probabbilment se tiċċara l-applikazzjoni ta’ din il-projbizzjoni għar-reklamar murija fl-inbox tal-posta elettronika.

(369)  Forbrukerrådet, You can log out, but you can never leave, l-14 ta’ Jannar 2021.

(370)  Id-Direttiva 2006/123/KE.

(371)  Ara l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità.

(372)  Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni.

(373)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/782 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji.

(374)  Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ.

(375)  Il-prattiki tal-kummerċjanti f’dan il-qasam għadhom qed jiżviluppaw. Studju tal-2018 tal-Kummissjoni ma sab l-ebda evidenza ta’ pprezzar personalizzat konsistenti u sistematiku madwar l-Istati Membri u s-swieq koperti. Id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-personalizzazzjoni u x-xenarji ta’ “ebda personalizzazzjoni” ġew osservati f’6 % biss tas-sitwazzjonijiet bi prodotti identiċi. Fejn ġie osservat, id-differenzi fil-prezzijiet kienu żgħar, bid-differenza medjana li kienet ta’ anqas minn 1.6 %. Il-Kummissjoni Ewropea, Consumer market study on online market segmentation through personalised pricing/offers in the European Union (EAHC/2013/CP/04), https://ec.europa.eu/info/publications/consumer-market-study-online-market-segmentation-through-personalized-pricing-offers-european-union_mt.

(376)  Il-Kummissjoni Ewropea, Study on the impact of marketing through social media, online games and mobile applications on children’s behaviour (EACH/FWC/2013/85/08), https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/online_marketing_children_final_report_en.pdf.

(377)  Il-Premessa 9 tal-UCPD tippermetti lill-Istati Membri jirregolaw aktar il-prattiki minn negozju għal kummerċjali li jinvolvu attivitajiet tal-logħob tal-azzard. Pereżempju, ir-regolaturi tal-logħob tal-azzard fil-BE, in-NL u s-SK qiesu li ċerti tipi ta’ loot boxes jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-logħob tal-azzard.

(378)  Għal aktar tagħrif dwar il-loot boxest, ara l-istudju tal-Parlament Ewropew “Loot boxes in online games and their effect on consumers, in particular young consumers” (PE 652.727).

(379)  AGCM, Electronic Arts, il-bulletin nru 41-20 5, ir-riżoluzzjoni tat-30 ta’ Settembru 2020.

(380)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Lulju 2014: http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-847_mt.htm.

(381)  Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60 I, 2.3.2018, p. 1).

(382)  Il-Kummissjoni Ewropea, Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar ir-Regolament dwar l-Imblukkar Ġeografiku fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku, it-22 ta’ Marzu 2018.

(383)  Ara t-taqsima 4.3.2.5 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument tar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Ir-rapport finali dwar l-Inkjesta Settorjali tal-Kummerċ elettroniku, (SWD(2017) 0154 final).

(384)  L-istqarrija għall-istampa tal-20 ta’ Jannar 2021: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_170.

(385)  Il-Kawża C-310/15, Sony, is-7 ta’ Settembru 2016.

(386)  Il-Kawżi magħquda C-261/07 sa C-299/07, VTB-VAB, it-23 ta’ April 2009, il-punt 66.

(387)  Ibid., il-punti 47-52.

(388)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.7.2020 li tibda inkjesta fis-settur tal-prodotti u servizzi tal-konsumatur relatati mal-Internet tal-Oġġetti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (C(2020) 4754 final). Ara r-Rapport Preliminari ppubblikat fid-9 ta’ Ġunju 2021, li jindika tħassib dwar in-nuqqas ta’ interoperabbiltà, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti fornituri ta’ assistenti tal-vuċi u sistemi operattivi: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_21_2884.

(389)  Il-Proposta għal Regolament dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (COM(2020) 842).

(390)  Id-Direttiva (UE) 2019/770.

(391)  Id-dritt rilevanti fil-GDPR japplika biss meta d-data personali tiġi pproċessata fuq il-bażi ta’ kunsens jew ta’ kuntratt u tiġi ttrasferita bejn kontrolluri differenti. Madankollu, dan id-dritt ma japplikax meta t-trażmissjoni tkun tikkonċerna l-bidla għal verżjonijiet differenti tas-servizz ipprovdut mill-istess kummerċjant, jiġifieri l-istess kontrollur taħt il-GDPR.

(392)  Ir-Regolament (UE) 2018/302. Ara wkoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-mistoqsija 470/21 tal-PE: https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/E-9-2021-000470-ASW_MT.html.

(393)  Il-kunċett ta’ “passiġġier” mhuwiex iddefinit skont ir-regolamenti settorjali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, u għalhekk huwa usa’ mill-kunċett ta’ “konsumatur” skont il-UCPD, fis-sens li r-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri japplikaw għall-passiġġieri kollha, mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-iskop tal-ivvjaġġar. Min-naħa l-oħra, huwa biss il-konsumatur tas-servizzi tat-trasport (ara l-Artikolu 2(a) tal-UCPD — spjegat fit-Taqsima 4.4.2) li huwa soġġett għall-UCPD.

(394)  L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar is-Servizzi tal-Ajru.

(395)  1 As 59/2001 — 61, Blue Style s.r.o. vs L-Ispettorat tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka, it-22 ta’ Ġunju 2011.

(396)  PS3083, Teorema Tour — Adeguamento costo carburante aereo, is-26 ta’ Awwissu 2009.

(397)  OLG Hamm, 06.06.2013, Az. I-4 U 22/13.

(398)  Fil-Kawża C-487/12, Vueling Airlines, fit-18 ta’ Settembru 2014, il-Qorti kkonstatat li l-bagalja tal-idejn trid titqies, fil-prinċipju, bħala waħda li tikkostitwixxi aspett neċessarju tal-ġarr tal-passiġġieri u li, għalhekk, il-ġarr tagħha ma jistax ikun soġġett għal prezz supplimentari, bil-patt li tali bagalja tal-idejn tissodisfa rekwiżiti raġonevoli f’termini tal-piż u tal-qisien tagħha, u tirrispetta r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli.

(399)  Għat-trasport bl-ajru, l-Artikolu 23.1 tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jirrikjedi li s-supplimenti fakultattivi tal-prezzijiet jiġu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu fil-bidu ta’ kwalunkwe proċess ta’ prenotazzjoni u li l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent tkun fuq bażi ta’ “inklużjoni fakultattiva”.

(400)  It-tip separat ta’ servizz tal-ivvjaġġar biss skont id-Direttiva (UE) Nru 2015/2302.

(401)  Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

(402)  Ir-Rapport dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (COM(2015) 0644 final).

(403)  CC-28/19, Ryanair, it-23 ta’ April 2020.

(404)  Il-Kawża C-28/19, Ryanair, it-23 ta’ April 2020.

(405)  Il-Kawża C-573/13, Air Berlin, il-15 ta’ Jannar 2015.

(406)  Il-Kawża C-487/12, Vueling, it-18 ta’ Settembru 2014, il-punt 36.

(407)  Ibid., il-punt 40.

(408)  Juzgado de lo Mercantil no 13 de Madrid — Juicio Verbal (250.2) 678/2019, l-24 ta’ Ottubru 2019. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq leġiżlazzjoni dwar il-klawżoli kuntrattwali inġusti.

(409)  AGCM, PS10972 — Ryanair, id-29 ta’ Mejju 2018; L-Ispezzjoni Ekonomika Belġjana ħarġet rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni fil-5 ta’ Ottubru 2017.

(410)  L-Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida Interpretattivi rigward ir-regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa b’rabta mal-COVID-19 (C(2020) 1830 final) (ĠU C 89 I, 18.3.2020, p. 1); Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 151, 14.5.2020, p. 10).

(411)  Ara wkoll: ir-Rapport Speċjali 15/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_15/SR_passenger-rights_covid_MT.pdf

(412)  AGCM, PS11865-PS11830-PS11821 — Ryanair, easyJet, Volotea, l-24 ta’ Mejju 2021, https://en.agcm.it/en/media/press-releases/2021/6/PS11865-PS11830-PS11821-

(413)  L-istqarrija għall-istampa tat-28.6.2021: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/mex_21_3283

(414)  AGCM, PS11076 — Blue Panorama Airlines, il-31 ta’ Mejju 2019, https://en.agcm.it/en/media/press-releases/2019/5/Blue-Panorama-Airlines-fined-one-million-euro.

(415)  L-istqarrija għall-istampa tad-19 ta’ Jannar 2017: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_86. Ara wkoll l-istqarrija għall-istampa ta’ segwitu tal-25 ta’ Marzu 2019: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1790.

(416)  Studju tal-2020 tal-Kummissjoni investiga l-mudelli ta’ negozju tas-siti web ta’ prenotazzjoni tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari l-prattiki ta’ reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom u l-impatt ta’ tali prattiki fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni Ewropea, Behavioural study on advertising and marketing practices in travel booking websites and apps, il-11 ta’ Awwissu 2020, https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/d79a2522-ddd4-11ea-adf7-01aa75ed71a1.

(417)  L-istqarrija għall-istampa tal-11 ta’ Lulju 2019: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3990; il-pożizzjoni komuni tal-awtoritajiet tas-CPC: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/final_common_position_on_airbnb_ireland_4.6.2018_en_002.pdf.

(418)  https://ec.europa.eu/consumers/odr/main/index.cfm?event=main.home2.show&lng=MT

(419)  L-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Diċembru 2020: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2444.

(420)  Ara t-taqsima 3.4.3 tar-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, L-Ewwel Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (COM(2013)0139 final).

(421)  Il-Kawża C-265/12, Citroën Belux NV vs Federatie voor Verzekerings- en Financiële Tussenpersonen (FvF), it-18 ta’ Lulju 2013, il-punti 19-23.

(422)  Ibid., il-punt 25.

(423)  Il-Kummissjoni Ewropea, Study on the application of the Unfair Commercial Practices Directive to financial services and immovable property (2011), https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/5550d564-65af-47c8-b7e4-a44020ad4a78.

(424)  Eż. fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, rekwiżiti speċifiċi ta’ tagħrif fis-settur bankarju (bħal għall-assenjament ta’ kreditu garantit lil terzi fil-Ġermanja jew reklam għal servizzi ta’ bdil tal-flus fi Spanja), servizzi ta’ investiment, assigurazzjoni, intermedjarji finanzjarji. Għall-proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti ta’ tagħrif marbutin max-xiri ta’ proprjetà, mat-tranżazzjoni stess, mal-aġent tal-proprjetà immobbli u mal-kuntratti ta’ bini.

(425)  Eż. projbizzjoni ta’ cold calling, ta’ posta elettronika mhux mitluba, ta’ bejgħ fid-dar ta’ self ipotekarju u li aġent immobiljari jżomm flus mingħajr raġuni legali fl-Awstrija, ta’ bejgħ fid-dar ta’ kreditu monetarju fin-Netherlands, u ta’ offerti kombinati fil-Belġju u fi Franza.

(426)  Eż. projbizzjoni ta’ kreditu bl-użura f’ħafna mill-Istati Membri, projbizzjoni fuq reklamar li self jista’ jingħata mingħajr provi dokumentarji tal-pożizzjoni finanzjarja tal-konsumatur fi Franza, jew fuq il-ħruġ, mingħajr il-kunsens minn qabel tar-rappreżentant legali, ta’ karti tal-ATM lil minorenni fl-Awstrija.

(427)  Eż. fid-Danimarka, projbizzjoni fuq il-finanzjament mill-banek tax-xiri ta’ ishma mill-klijenti tagħhom maħruġa mill-bank innifsu; fi Franza, projbizzjoni fuq il-banek sabiex ma jkunux jistgħu jwaqqfu lill-klijenti tagħhom milli jużaw fornitur tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għajr dak ipprovdut mill-bank stess meta l-livell ta’ garanzija offruta jkun simili.

(428)  Fir-rigward tal-ipoteki, id-Direttiva 2014/17/UE dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju, “MCD”) introduċiet regoli speċifiċi dwar it-twettiq ta’ negozju meta jiġi pprovdut kreditu lill-konsumaturi (l-Artikolu 7 tal-MCD) u dwar il-prattiki ta’ rbit u ta’ abbinament mill-kredituri (l-Artikolu 12 tal-MCD).

(429)  Għall-ipoteki, ara wkoll ir-regoli speċifiċi tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (id-Direttiva 2014/17/UE) dwar il-kondotta tan-negozji meta jipprovdu kreditu lill-konsumaturi (l-Artikolu 7 tal-MCD) u dwar l-istandards għas-servizzi konsultattivi (l-Artikolu 22 tal-MCD) u l-Linji Gwida tal-EBA dwar is-Sorveljanza u l-Governanza tal-Prodotti disponibbli fuq: https://www.eba.europa.eu/guidelines-on-product-oversight-and-governance-arrangements-for-retail-banking-products.

(430)  Għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, ara wkoll EBA Consumer Trends Report disponibbli fuq: https://www.eba.europa.eu/eba-assesses-consumer-trends-20202021 u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju disponibbli fuq: https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/e4a1db26-2f94-11eb-b27b-01aa75ed71a1.

(431)  COM(2013) 139 final, it-taqsima 3.4.3.

(432)  Fl-2021, saret verifika koordinata ta’ 118-il sit web li jirreklamaw, jew li joffru direttament kuntratt, kreditu għall-konsumatur online mill-awtoritajiet ta’ kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur (CPC) u mill-Kummissjoni. F’45 % tas-siti web immarkati għal investigazzjoni ulterjuri, is-sit web ġie identifikat bi ksur possibbli tal-UCPD. https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/enforcement-consumer-protection/sweeps_mt#2021-mini-sweep-on-consumer-credit

(433)  Id-Direttiva 2014/17/UE (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju).

(434)  Ara pereżempju l-Kawża C-415/11, Aziz, il-punt 61 u l-Kawża C-34/13, Kusionova, il-punt 64.

(435)  L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju jipprojbixxi l-prattiki ta’ rbit. Barra minn hekk, siltiet riċenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat rigward il-kontijiet tal-pagamenti (ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi) u s-servizzi ta’ investiment (ara l-Artikolu 24 (11) tad-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji). Barra minn hekk, id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni (id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19)) fiha regoli dwar il-bejgħ mill-bogħod.

(436)  Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(437)  L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi.

(438)  Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(439)  Fil-każ ta’ self f’munita barranija, l-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (id-Direttiva 2014/17/UE) jipprevedi regoli speċifiċi mmirati sabiex jillimitaw ir-riskju tar-rata tal-kambju mġarrab mill-konsumaturi.

(440)  Id-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas tintroduċi proċedura speċifika li trid tiġi segwita mill-fornituri tal-kont tal-ħlas (l-Artikolu 10) u teħtieġ li dawn jgħarrfu lill-konsumaturi dwar is-servizz ta’ qlib tagħhom (l-Artikolu 14).

(441)  Fuq l-istess suġġett, ara l-istudju tal-FISMA dwar il-qbil ta’ servizzi u ta’ prodotti finanzjarji disponibbli fuq: https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/a11e1d38-2562-11eb-9d7e-01aa75ed71a1/language-mt.

(442)  Il-Ministeru għall-Iżvilupp, id-Direttorat Ġenerali għall-Konsumatur, Direttorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, multa ta’ EUR 1 000 000 imposta fuq Citibank PLC, Ateni fis-27 ta’ Marzu 2009.


ANNESS

Lista ta’ kawżi tal-Qorti msemmijin f’dan l-Avviż

(imqassmin skont is-sena tas-sentenza)

Numru u isem tal-Kawża

Kwistjoni(jiet)

Taqsima/Taqsimiet fl-Avviż

2009

Il-Kawżi Magħqudin C-261/07 Total Belgium u C-299/07 Galatea BVBA

Il-karattru sħiħ ta’ armonizzazzjoni tad-Direttiva jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati, anki jekk tali leġiżlazzjoni nazzjonali toffri livell akbar tal-protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu projbizzjoni ġenerali, mingħajr ma jqisu ċ-ċirkustanzi speċifiċi, biss fir-rigward tal-prattiki elenkati fl-Anness I tad-Direttiva.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

2010

C-304/08 Plus Warenhandelsgesellschaft

Id-Direttiva għandha kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae wiesa’, inkluża l-leġiżlazzjoni nazzjonali mmirata lejn ir-restrizzjoni ta’ prattiki antikompetittivi li jħallu impatt ukoll fuq il-konsumaturi.

Id-Direttiva tipprekludi projbizzjoni ġenerali fuq prattiki kummerċjali li taħthom il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’kompetizzjoni ta’ premji jew f’lotterija ssir kondizzjonali fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew fuq l-użu ta’ servizzi, peress li tali prattiki mhumiex elenkati fl-Anness I tad-Direttiva.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-540/08 Mediaprint

Id-Direttiva tipprekludi projbizzjoni nazzjonali ġenerali fuq il-bejgħ b’bonusijiet imfassal sabiex jikseb protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll oħrajn.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-522/08 Telekom. Polska

Id-Direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li b’ċerti eċċezzjonijiet, u mingħajr ma jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi, timponi projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati magħmulin minn bejjiegħ lil konsumatur.

Dan huwa l-każ anki meta tali leġiżlazzjoni nazzjonali tkun permissibbli skont id-Direttiva Qafas u d-Direttiva Servizz Universali.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

2011

C-122/10 Ving Sverige

Biex komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala stedina għax-xiri, mhux neċessarju li tkun tinkludi mezz konkret biex jinxtara l-prodott jew li din tidher viċin tali mezz jew meta jkun hemm tali mezz.

L-użu ta’ “prezzijiet inizjali” ma jmurx kontra l-UCPD, dment li l-prezz finali ma jkunx jista’ “b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel”.

Il-firxa tat-tagħrif marbut mal-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott li jrid jiġi kkomunikat fi stedina għax-xiri jrid jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kuntest ta’ dik l-istedina, tal-għamla u tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat.

2.9.4. Il-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użat

2.9.5. Tagħrif importanti fl-istediniet għax-xiri — l-Artikolu 7(4)

C-288/10 Wamo

Regoli nazzjonali li jipprojbixxu t-tnaqqis fil-prezz matul il-perjodi ta’ qabel ir-roħs mhux kompatibbli mad-Direttiva sa fejn ifittxu li jipproteġu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-126/11 Inno

Dispożizzjoni nazzjonali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva “jekk ikollha biss l-għan, kif argumentat mill-qorti ta’ riferiment, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-kompetituri u ma jkollhiex l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi”.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

2012

C-428/11 Purely Creative

Il-Punt 31 tal-Anness I jipprojbixxi kwalunkwe prattika li fiha, sabiex jieħu l-premju mirbuħ, il-konsumatur ikun meħtieġ iħallas il-flus jew iġarrab kwalunkwe kost.

Prattiki bħal dawn huma pprojbiti anki jekk il-klijent ikollu diversi modi kif jikseb il-premju, li wħud minnhom ikunu mingħajr ħlas.

Huwa irrilevanti xi jkun il-kost tat-teħid tal-premju, peress li din il-prattika hija elenkata fl-Anness I u, għalhekk, l-intenzjoni tad-Direttiva hija li tevita valutazzjonijiet diffiċli taċ-ċirkustanzi individwali ta’ kull każ, kif jiġri meta jitqabbel il-valur tal-premju mal-kost tat-teħid tal-premju mill-klijent.

3.8. Premji — Nru 31

C-559/11 Pelckmans Turnhout

Projbizzjoni nazzjonali sabiex jinfetħu l-ħwienet sebat ijiem fil-ġimgħa nstabet li għandha biss l-għan li tipproteġi l-interessi tal-ħaddiema u tal-impjegati fis-settur tad-distribuzzjoni u ma għandhiex l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-453/10 Pereničová u Perenič

Tagħrif żbaljat ipprovdut fil-klawżoli kuntrattwali jkun “qarrieqi” skont it-tifsira tal-UCPD jekk iwassal, jew aktarx li jwassal, sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

1.2.4. Relazzjoni mad-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti f’Kuntratti

2013

C-206/11 Köck

Liġi nazzjonali li tippermetti li jitħabbar roħs għall-ikklirjar biss jekk tawtorizzah l-awtorità amministrattiva kompetenti kkunsidrata li hija mmirata biss lejn il-protezzjoni tal-konsumaturi, u mhux biss lejn il-protezzjoni tal-kompetituri u ta’ operaturi oħrajn fis-suq.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-435/11 CHS Tour Services

Jekk prattika kummerċjali tissodisfa l-kriterji kollha fl-Artikolu 6(1) talli ġiet ikkategorizzata bħala prattika qarrieqa b’rabta mal-konsumatur, ma hemmx bżonn li jiġi ddeterminat jekk tali prattika tmurx ukoll kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali kif imsemmi fl-Artikolu (5)(2)(a).

2.7. Artikolu 5 — Diliġenza professjonali

C-59/12 BKK Mobil Oil

Korp irregolat bil-liġi pubblika b’kompitu ta’ interess pubbliku, bħall-ġestjoni ta’ fond statutorju tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jista’ jikkwalifika bħala “kummerċjant”.

2.2. Il-kunċett ta’ kummerċjant

C-265/12 Citroën Belux

L-iSM jistgħu jistabbilixxu projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati li jsiru lill-konsumaturi meta tal-anqas wieħed mill-komponenti ta’ dawk l-offerti jkun servizz finanzjarju.

4.4. Servizzi finanzjarji u proprjetà immobbli

C-281/12 Trento Sviluppo

Interpretazzjoni wiesgħa kkonfermata: “deċiżjoni tranżazzjonali” ma tkoprix biss id-deċiżjoni dwar jekk wieħed jixtrix prodott, iżda anki deċiżjonijiet marbutin b’mod dirett ma’ dik id-deċiżjoni, speċjalment id-deċiżjoni li wieħed jidħol fil-ħanut.

2.4. Test tad-deċiżjoni tranżazzjonali

C-391/12 RLvS

Meta l-prattiki kummerċjali ta’ operatur jintużaw minn impriża oħra, li taġixxi f’isem jew fl-interess ta’ dak l-operatur, il-UCPD tista’, f’ċerti sitwazzjonijiet, tiġi invokata kemm kontra dak l-operatur kif ukoll kontra l-impriża, jekk jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “kummerċjant”.

Il-UCPD, b’mod partikolari l-punt 11 tal-Anness I, ma tistax tiġi invokata kontra l-pubblikaturi ta’ gazzetti. Għalhekk, id-Direttiva ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li taħtha skont din il-pubblikaturi jkunu meħtieġa jidentifikaw speċifikament, f’dan il-każ permezz tal-użu tat-terminu “reklam”, kwalunkwe pubblikazzjoni fir-rivisti tagħhom li għalihom jirċievu remunerazzjoni, sakemm ma jkunx diġà evidenti mill-arranġament u mit-tifsila tal-pubblikazzjoni li tkun reklam.

2.2. Il-kunċett ta’ kummerċjant

2.3. Il-kunċett ta’ prattika kummerċjali

C-343/12 Euronics

Id-Direttiva tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, li jkollha l-għan li tipprojbixxi l-bejgħ bit-telf, iżda biss sa fejn din id-dispożizzjoni jkollha wkoll l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

2014

C-421/12 KE vs Ir-Renju tal-Belġju

Regoli nazzjonali li jimponu projbizzjoni ġenerali fuq prattiki mhux imsemmijin fl-Anness I, bla ma jipprovdu għal analiżi individwali dwar jekk il-prattiki jkunux “żleali” fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ dik id-direttiva, mhumiex permessi skont l-Artikolu 4 tagħha u jmorru kontra l-objettiv ta’ armonizzazzjoni sħiħa segwit minn dik id-direttiva.

Promozzjonijiet tal-prezzijiet u karattru ta’ armonizzazzjoni totali fid-dawl tad-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet.

Ommissjoni minn kummerċjant ta’ tagħrif li huwa meħtieġ mid-dispożizzjonijiet nazzjonali awtorizzati mill-klawżoli minimi fl-istrumenti tal-liġi tal-UE eżistenti ma tikkwalifikax bħala ommissjoni ta’ tagħrif importanti u, b’hekk, ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa skont id-Direttiva.

1.2.5. Relazzjoni mad-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet

C-515/12 “4finance” UAB vs Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja

Skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, bi skambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti.

3.2. Skemi piramidali — Nru 14

2015

C-388/13 UPC

Fil-fatt, la d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 2(ċ) u (d), 3(1) kif ukoll 6(1) tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali lanqas din tal-aħħar, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, ma jinkludu xi indizju fis-sens li l-azzjoni jew l-ommissjoni tal-kummerċjant għandha tkun ta’ natura ripetittiva jew tikkonċerna iktar minn konsumatur wieħed.

2.3. Il-kunċett ta’ prattika kummerċjali

C-13/15 Cdiscount

Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu dwar jekk dispożizzjoni nazzjonali hijiex maħsuba sabiex tipproteġi l-interessi tal-konsumatur.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

Kawżi Magħquda C-544/13 u C-545/13 Abcur

L-applikazzjoni tal-UCPD mhijiex eskluża, lanqas jekk tkun tapplika wkoll leġiżlazzjoni oħra tal-UE għal sett ta’ fatti partikolari.

Wkoll fl-ipoteżi li prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE, prattiki ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali, bħal dawk allegati fil-kawżi prinċipali, jistgħu wkoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29/KE, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

1.2.1. Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

2016

C-310/15 Sony

Il-bejgħ ta’ kompjuter mingħajr l-għażla għall-konsumatur li jixtri l-istess mudell ta’ kompjuter mhux mgħammar b’software installat minn qabel ma jikkostitwixxix minnu nnifsu prattika kummerċjali żleali skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) tal-UCPD, sakemm il-prattika ma tkunx kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u jfixklu materjalment jew x’aktarx li jfixklu materjalment l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott.

In-nuqqas li jiġi indikat il-prezz ta’ kull wieħed minn dawk l-oġġetti ta’ software installat minn qabel fil-kompjuter ma jikkostitwixxix prattika kummerċjali qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4)(a) u tal-Artikolu 7 tal-UCPD.

4.2.11. Intrappolament tal-konsumatur

C-476/14 Citroën

Fil-każ ta’ konflitt bejn il-UCPD u r-regoli l-oħra tad-dritt tal-UE li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiki kummerċjali żleali, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi. Id-Direttiva 98/6/KE dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet tipprevali peress li tirregola aspetti speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-indikazzjoni, fl-offerti għall-bejgħ u fir-reklamar, tal-prezz tal-bejgħ tal-prodotti.

1.2.5. Relazzjoni mad-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet

C-611/14 Canal Digital Danmark

Il-valutazzjoni ta’ ommissjoni qarrieqa fl-Artikolu 7(1) u (3) trid tqis il-kriterji relatati mal-kuntest li fih isseħħ dik il-prattika, anki jekk ma jkunux miktubin fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda biss f’xogħlijiet preparatorji.

L-Artikolu 7(4) fih lista eżawrjenti tat-tagħrif importanti li jrid jiġi inkluż fi stedina għax-xiri. Il-fatt li kummerċjant jipprovdi dak it-tagħrif kollu ma jipprekludix li dik l-istedina titqies bħala prattika qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1) jew tal-Artikolu 7(2).

Fejn kummerċjant jiddikjara l-prezz għal abbonament sabiex il-konsumatur ikollu jħallas kemm tariffa ta’ kull xahar kif ukoll tariffa ta’ kull sitt xhur, dik il-prattika trid titqies bħala ommissjoni qarrieqa skont l-Artikolu 7 jekk il-prezz tat-tariffa ta’ kull xahar jiġi enfasizzat b’mod partikolari fil-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li l-imposta ta’ kull sitt xhur titħalla kompletament barra jew tiġi ppreżentata biss b’mod anqas viżibbli, jekk dan in-nuqqas iwassal sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Fejn kummerċjant jaqsam il-prezz ta’ prodott f’diversi komponenti u jenfasizza wieħed minnhom, dik il-prattika trid titqies bħala azzjoni qarrieqa skont l-Artikolu 6(1), peress li dik il-prattika x’aktarx tagħti lill-konsumatur medju l-impressjoni falza li ġie offrut prezz favorevoli u ġegħlitu jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn. Ir-restrizzjonijiet fiż-żmien li jistgħu japplikaw għal ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħar-reklami tat-televiżjoni, ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

2.8.2. Vantaġġi fil-prezz

2.9.4. Il-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użat

2.9.5. Tagħrif importanti fl-istediniet għax-xiri — l-Artikolu 7(4)

C-667/15 Loterie Nationale

Prattika kummerċjali li għandha tiġi kklassifikata bħala “skema promozzjonali piramidali” skont il-Punt 14 tal-Anness I anki jekk ikun hemm biss rabta indiretta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsin minn membri ġodda tal-iskema u l-kumpens imħallas lil membri eżistenti.

3.2. Skemi piramidali — Nru 14

C-149/15 Wathelet

L-intermedjarju jista’ jikkwalifika bħala “bejjiegħ” jekk ma jkunx informa kif xieraq lill-konsumatur li l-bejjiegħ tal-oġġetti jkun persuna differenti u b’hekk ħoloq l-impressjoni li huwa l-bejjiegħ. Il-każ jittratta d-Direttiva 1999/44/KE dwar il-Bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom iżda l-konklużjonijiet tal-Qorti huma ta’ rilevanza usa’ għar-relazzjonijiet kuntrattwali

4.2.2. Intermedjazzjoni ta’ kuntratti konklużi minn konsumatur ma’ terzi

2017

C-562/15 Carrefour

Reklamar li jqabbel il-prezzijiet mitlubin fi ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati akbar fil-katina tal-bejgħ bl-imnut tiegħu ma’ dawk murijin fi ħwienet li għandhom daqsijiet jew formati iżgħar fil-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tal-kompetituri (eż. hypermarkets u supermarkets) jista’ tkun illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(a) u (c) tad-Direttiva 2006/114/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) sa (3) tal-UCPD, sakemm il-konsumaturi ma jkunux informati b’mod ċar u fir-reklam innifsu li t-tqabbil sar bejn il-prezzijiet mitlubin fil-ħwienet fil-katina tal-bejgħ bl-imnut ta’ min jirreklama li jkollhom daqsijiet jew formati akbar u dawk indikati fil-ħwienet ta’ ktajjen tal-bejgħ bl-imnut kompetituri li jkollhom daqsijiet jew format iżgħar.

1.2.6. Relazzjoni mad-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv

C-146/16 Verband Sozialer Wettbewerb

Il-UCPD hija applikabbli għal reklamar magħmul minn pjattaforma, li juri prodotti differenti li mhumiex ipprovduti mill-pjattaforma nnifisha iżda minn bejjiegħa terzi fuq il-pjattaforma.

Ir-reklam irid jiġi vvalutat sabiex jiġi vverifikat jekk ġiex ipprovdut it-tagħrif importanti kollu skont l-Artikolu 7(4), filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet tal-ispazju u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ. Fil-kuntest ta’ reklami magħmulin minn pjattaformi online b’numru kbir ta’ għażliet ta’ bejgħ offruti minn diversi bejjiegħa terzi, jista’ jkun hemm limitazzjonijiet ta’ spazju skont it-tifsira tal-Artikolu 7(3) li jistgħu jiġġustifikaw l-ommissjoni tal-indirizz ġeografiku u tal-identità ta’ kull kummerċjant. Madankollu, tali tagħrif irid jiġi pprovdut sempliċiment u malajr, mal-aċċess għall-pjattaforma.

2.9.5. Tagħrif importanti fl-istediniet għax-xiri — l-Artikolu 7(4)

4.2.1. Pjattaformi online u l-prattiki kummerċjali tagħhom

4.2.6. Kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi

C-339/15 Luc Vanderborght

Il-UCPD ma tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, li tipproteġi s-saħħa pubblika u d-dinjità tal-professjoni tad-dentisti, l-ewwel, billi timponi projbizzjoni ġenerali u assoluta fuq kwalunkwe reklamar relatat mal-forniment ta’ servizzi ta’ kura orali u dentali u, it-tieni, billi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta’ diskrezzjoni fir-rigward ta’ sinjali ta’ prattiki dentali.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

C-357/16 Gelvora

Il-prattiki tal-ġbir tad-dejn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-UCPD.

2.3.1. Prattiki ta’ wara l-bejgħ, inklużi attivitajiet ta’ ġbir tad-dejn

C-295/16 Europamur Alimentacion

Il-projbizzjonijiet ġenerali nazzjonali fuq l-offerta għall-bejgħ jew għall-bejgħ ta’ oġġetti b’telf u li jistabbilixxu r-raġunijiet għal deroga minn dik il-projbizzjoni li huma bbażati fuq kriterji li ma jidhrux fil-UCPD, huma preklużi.

1.1. Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

2018

C-632/16 Dyson v BSH

In-nuqqas ta’ tagħrif, li ma jkunx meħtieġ mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi, dwar il-kundizzjonijiet tal-ittestjar li jirriżultaw fil-klassifikazzjoni tal-enerġija indikata fuq it-tikketta relatata mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-vacuum cleaners ma jikkostitwixxix ommissjoni qarrieqa.

1.2.1. Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

C-54/17 u C-55/17 Wind tre, Vodafone

Il-bejgħ ta’ SIM cards b’servizzi llowdjati u attivati minn qabel mingħajr informar b’mod adegwat lill-konsumaturi dwar dawn is-servizzi u l-kostijiet tagħhom, jista’ jkun prattika aggressiva pprojbita ta’ bejgħ mhux mitlub skont il-punt 29 tal-Anness I.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, mhuwiex rilevanti jekk l-użu tas-servizzi kienx jeħtieġ azzjoni konxja mill-konsumatur jew jekk il-konsumatur setax jiddiżattiva s-servizzi, peress li mingħajr tagħrif suffiċjenti, tali azzjoni ma tistax titqies bħala li qed teżerċita għażla libera fir-rigward tas-servizzi.

2.10. L-Artikoli 8 u 9 — prattiki kummerċjali aggressivi

C-105/17 Kamenova

Persuna li tippubblika tmien avviżi ta’ bejgħ għal oġġetti ġodda u użati fuq sit web mhux bilfors tkun “kummerċjant”. Il-klassifikazzjoni trid tqis kriterji differenti mhux eżawrjenti elenkati fil-Kawża.

2.2. Il-kunċett ta’ kummerċjant

C-109/17 Bankia

L-Artikolu 11 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti li tisma’ proċedimenti ta’ infurzar tal-ipoteki milli tistħarreġ, ex officio jew fuq talba tal-partijiet, il-validità tal-istrument infurzabbli fid-dawl tal-eżistenza ta’ prattiki kummerċjali żleali u, fi kwalunkwe każ, tipprojbixxi lill-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu rigward l-eżistenza ta’ dawk il-prattiki milli tadotta kwalunkwe miżura interim, bħas-sospensjoni tal-proċedimenti ta’ infurzar tal-ipoteki.

L-Artikolu 11 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix natura legalment vinkolanti fuq kodiċi ta’ kondotta bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 10.

1.2.4. Relazzjoni mad-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti f’Kuntratti

2.8.4. Nonkonformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta

2019

C-628/17 Orange Polska

L-iffirmar ta’ kuntratt fil-preżenza ta’ kurrier ma jistax jitqies fiċ-ċirkustanzi kollha bħala prattika aggressiva bl-użu ta’ influwenza mhux xierqa skont l-Artikoli 8-9. Trid titqies l-imġiba tal-kummerċjant fil-każ speċifiku, li l-effett tagħha jkun li tagħmel pressjoni fuq il-konsumatur sabiex il-libertà tal-għażla tiegħu tkun imfixkla b’mod sinifikanti, u li ġġiegħel lil dak il-konsumatur iħossu skomdu jew tħawwad il-mod kif jaħseb dwar id-deċiżjoni tranżazzjonali li għandu jieħu.

Il-fatt li l-konsumatur ma ngħatax l-opportunità li jaqra minn qabel il-klawżoli kuntrattwali standard mhuwiex minnu nnifsu indikattiv ta’ prattika aggressiva. Madankollu, jista’ jkun prattika aggressiva jekk iseħħ flimkien mat-tħabbira li kwalunkwe dewmien fl-iffirmar tal-kuntratt jew tal-emenda jkun ifisser li l-konklużjoni sussegwenti tiegħu tkun possibbli biss taħt kundizzjonijiet anqas favorevoli, jew il-fatt li l-konsumatur jirriskja li jkollu jħallas penali kuntrattwali jew, fil-każ li l-kuntratt jiġi emendat, jirriskja li l-kummerċjant jissospendi s-servizz, jew jekk il-kurrier jinforma lill-konsumatur li jista’ jirċievi valutazzjoni mhux favorevoli mill-impjegatur tiegħu f’każ ta’ dewmien jew ta’ rifjut ta’ ffirmar.

2.10. L-Artikoli 8 u 9 — prattiki kummerċjali aggressivi

C-393/17 Kirschstein

Hemm differenza bejn il-prattiki tal-kummerċjant li jkunu marbutin mill-qrib mal-promozzjoni u mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodotti lill-konsumaturi u l-prattiki li jkunu relatati mal-prodott innifsu (eż. l-awtorizzazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi li jistgħu joħorġu lawrji universitarji).

Regola nazzjonali li hija intiża li tiddetermina liema operatur huwa awtorizzat li jipprovdi servizz li huwa s-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali, mingħajr ma tirregola direttament il-prattiki li dan l-operatur jista’ sussegwentement jimplimenta sabiex jippromwovi jew imexxi l-bejgħ ta’ dak is-servizz, ma tistax titqies li hija relatata ma’ prattika kummerċjali marbuta direttament mal-provvista tal-imsemmi servizz, fis-sens tal-UCPD.

2.3. Il-kunċett ta’ prattika kummerċjali

Il-Kawżi Magħquda C-708/17 u C-725/17 EVN Bulgaria Toplofikatsia

Is-CRD u l-UCPD ma jipprekludux liġi nazzjonali li tipprevedi li s-sidien ta’ appartament f’binja bi sjieda konġunta konness ma’ network ta’ tisħin distrettwali jkunu meħtieġa jikkontribwixxu għall-kostijiet tal-konsum tal-enerġija termali mill-komun u tal-installazzjoni interna fil-bini, minkejja li ma talbux individwalment il-provvista ta’ dik l-enerġija termali u ma jużawhiex fl-appartament tagħhom.

1.2.3. Relazzjoni mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

2020

C-393/19 Mezina

F’każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u d-Direttiva 2005/29/KE, id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-regolament jieħdu preċedenza u japplikaw għal prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa.

1.2.2. Tagħrif stabbilit minn liġijiet oħrajn tal-UE bħala tagħrif “importanti”

2021

C-922/19 Waternet

Is-CRD u l-UCPD ma jirregolawx il-formazzjoni tal-kuntratti, bir-riżultat li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivvaluta, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk kuntratt jistax jitqies bħala konkluż bejn kumpanija tal-provvista tal-ilma u konsumatur fin-nuqqas tal-kunsens espliċitu ta’ dan tal-aħħar.

Il-kunċett ta’ “bejgħ mhux mitlub” fil-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE ma jkoprix prattika kummerċjali ta’ kumpanija tal-provvista tal-ilma tax-xorb li tikkonsisti fiż-żamma tal-konnessjoni man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma meta konsumatur imur joqgħod f’abitazzjoni li diġà kienet okkupata qabel, billi dak il-konsumatur ma jkollux l-għażla tal-fornitur ta’ dak is-servizz, dak il-fornitur jitlob rati li jkopru l-kostijiet, trasparenti u mhux diskriminatorji li jkunu proporzjonati għall-konsum tal-ilma, u l-konsumatur ikun jaf li l-abitazzjoni hija konnessa man-network pubbliku tal-provvista tal-ilma u li l-ilma jkun ipprovdut bi ħlas.

1.2.3. Relazzjoni mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 2.10. L-Artikoli 8 u 9 — Prattiki kummerċjali aggressivi

C-371/20 Peek & Cloppenburg

Il-Punt 11 tal-Anness I irid jiġi interpretat bħala li jfisser li l-promozzjoni ta’ prodott bil-pubblikazzjoni ta’ kontenut editorjali jkun “ħallas” għaliha kummerċjant fil-każ fejn dak il-kummerċjant jipprovdi kumpens b’valur tal-assi għal dik il-pubblikazzjoni, kemm jekk fil-forma ta’ ħlas ta’ somma ta’ flus jew fi kwalunkwe forma oħra, dment li ikun hemm rabta definita bejn il-ħlas li b’hekk isir minn dak il-kummerċjant u dik il-pubblikazzjoni. Dan ikun il-każ, fost l-oħrajn, meta dak il-kummerċjant jagħmel disponibbli, mingħajr ħlas, immaġnijiet protetti bid-dritt tal-awtur li fuqhom ikunu viżibbli l-bini kummerċjali u l-prodotti li joffri għall-bejgħ.

4.2.5. Kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi


Top