Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0305(25)

It-tifqigħa tal-COVID-19 (Ir-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (ĠU L 60, 22.2.2021, p. 1.)) 2021/C 76 I/22

PUB/2021/191

ĠU C 76I, 5.3.2021, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 76/36


It-tifqigħa tal-COVID-19

(Ir-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (1))

(2021/C 76 I/22)

Ir-Repubblika tal-Polonja

Data tal-Informazzjoni lill-Kummissjoni: 3.3.2021

Ir-Repubblika tal-Polonja ddeċidiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma għandhiex tapplika d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

L-Artikolu 4(1) rigward l-ispezzjonijiet regolari tat-takografi fit-trasport bit-triq skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 (2);

L-Artikolu 5(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE (3);

L-Artikolu 5(2) rigward il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE.


(1)  ĠU L 60, 22.2.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).


Top