EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0218(07)

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea 2021/C 58 I/06

C/2021/1106

ĠU C 58I, 18.2.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 58/7


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 58 I/06)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

F’paġna 413 tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

9504 40 00 Karti tal-logħob

Din is-subintestatura tinkludi karti tal-logħob tipiċi li jeħtieġu interazzjoni bejn il-karti nfushom, bħall-akkoppjament, l-iskambju jew l-użu u l-kombinazzjoni tal-karti biex jiffurmaw kliem, gruppi ta’ simboli jew ringieli ta’ numri (pereżempju, karti tal-pontijiet, karti tal-logħob tal-poker, karti tal-lessiku, karti tat-tarot u karti tal-logħob tal-fantasija). Din is-subintestatura tinkludi wkoll karti tal-logħob tal-memorja u karti tal-logħob simili oħrajn, li normalment jintlagħbu sabiex jiġu akkoppjati l-istess kuluri, valuri, simboli jew immaġnijiet.

Tipi oħra ta’ logħob tal-karti fejn il-karti fihom mistoqsijiet ta’ għarfien, kompiti, kwiżżijiet, stampi jew tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet (kemm jekk f’sett bi strumenti oħra tal-logħob, pereżempju, dada jew arloġġ tar-ramel) madankollu mhumiex meqjusa bħala karti tal-logħob ta’ din is-subintestatura. Min jilgħab irid biss jwieġeb għal mistoqsija, jissodisfaw kompitu jew, pereżempju, jimmaġinaw li jidhru fl-istampa fuq kard u l-mod kif jilagħbu ma jeħtieġx interazzjoni bejn il-karti. Dawn il-karti għandhom il-karatteristiċi oġġettivi ta’ logħob ieħor tas-salott u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 9504 90 80 bħala logħob ieħor.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


Top