IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.7.2021
SWD(2021) 723 final
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI
Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt
Il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Portugall
Li jakkumpanja d-dokument
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt
Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea
{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 703 final} - {SWD(2021) 704 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 715 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 720 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 726 final} - {SWD(2021) 727 final}
Astratt
L-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja Portugiża tibqa’ sfida, l-aktar għall-qrati amministrattivi u tat-taxxa. Il-Gvern qed jieħu miżuri biex jindirizza din l-isfida, b’mod partikolari t-tisħiħ taċ-ċentri amministrattivi ta’ arbitraġġ u l-ħolqien ta’ timijiet rapidi ta’ reazzjoni. Għaddejjin ukoll miżuri biex jiġi indirizzat id-defiċit tar-riżorsi umani, u biex isir investiment fid-diġitalizzazzjoni. Wara tħassib ripetut dwar l-allokazzjoni ta’ każijiet fil-qrati, il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura qed jieħu passi biex itejjeb il-ġestjoni tal-każijiet, permezz ta’ trasparenza msaħħa fis-sistema ta’ allokazzjoni. Għaddejjin inizjattivi biex tissaħħaħ l-integrità fis-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari permezz tat-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta għall-maġistrati. Ir-relazzjonijiet ġerarkiċi fis-servizz tal-prosekuzzjoni jibqgħu s-suġġett ta’ diskussjoni, u l-kwistjoni qed tiġi kkunsidrata fil-Qorti Amministrattiva Suprema. Ir-riformi tal-proċedura kriminali qed jiġu diskussi biex jippermettu trattament aktar f’waqtu ta’ każijiet kumplessi. Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u jqisu l-istandards Ewropej.
L-istrateġija Kontra l-Korruzzjoni għall-2020-2024, approvata mill-Gvern, qed tistenna vot fil-Parlament. Hija għandha l-għan li twieġeb għal ħtieġa li ilha teżisti biex jinħoloq qafas robust kontra l-korruzzjoni. Il-Gvern ippropona miżuri biex jiżgura trattament aktar effiċjenti ta’ każijiet kumplessi ta’ korruzzjoni. Filwaqt li l-isforzi biex jitjieb ir-rekord tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-korruzzjoni għadhom għaddejjin, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jqisu n-nuqqas ta’ riżorsi għall-pulizija u l-prosekuzzjoni bħala tħassib. Emenda ġdida kkompletat ir-riforma tal-2019 tas-sistema ta’ dikjarazzjoni tal-assi, iżda l-Entità ta’ Trasparenza li għandha l-mandat li tivverifika d-divulgazzjonijiet għadha mhijiex operazzjonali. Filwaqt li r-regoli dwar ir-revolving doors aġġornati fl-2019 għad iridu jiġu implimentati, qed tiġi diskussa leġiżlazzjoni ġdida dwar il-lobbying fil-Parlament u hemm pjanijiet biex tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni dwar l-informaturi. Ir-riżorsi attribwiti lill-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għadhom limitati. Inħoloq Mekkaniżmu Kontra l-Korruzzjoni biex jikkontribwixxi għall-kapaċità ta’ prevenzjoni. Ir-riskji ta’ korruzzjoni, inklużi l-kunflitti ta’ interess, taħt il-pandemija tal-COVID-19, kienu s-suġġett ta’ diversi rakkomandazzjonijiet fil-livell nazzjonali.
Ir-regolatur tal-media ra l-kompetenzi tiegħu estiżi f’konformità mad-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva biex jinkludu pjattaformi ta’ video-sharing, litteriżu medjatiku, u obbligi ġodda ta’ rappurtar u reġistru. Il-Gvern stabbilixxa miżuri ta’ appoġġ speċifiċi għall-media biex itaffi d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-media minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-qafas leġiżlattiv jiżgura l-protezzjoni tal-ġurnalisti. Madankollu, kien hemm każijiet ta’ theddid u limitazzjonijiet għall-attivitajiet professjonali tal-ġurnalisti, inkluż każ ta’ sorveljanza li tfittex li tidentifika s-sorsi tal-ġurnalisti, li fihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali nieda investigazzjoni li għandha tiġi eżaminata mill-Kunsill Għoli tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika. Il-partijiet ikkonċernati jindikaw ukoll nuqqas ta’ ġbir sistematiku ta’ data relatata ma’ theddid jew vjolenza kontra ġurnalisti b’mod partikolari online.
Ġew adottati miżuri biex titjieb it-trasparenza tat-tfassil tal-liġijiet u l-kwalità tal-leġiżlazzjoni. B’mod partikolari, ir-Regoli ta’ Proċedura Parlamentari l-ġodda għandhom l-għan li jsaħħu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess leġiżlattiv. L-użu ta’ setgħat ta’ emerġenza mill-Gvern matul l-istat ta’ emerġenza fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 kien soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Parlament, u kontroll ex post mill-Parlament, mill-qrati u mill-Ombudsman. Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ emerġenza kellhom impatt fuq il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u ġie allokat appoġġ speċifiku. Liġi ġdida dwar l-istatut tal-utilità pubblika għandha l-għan li tissimplifika l-qafas leġiżlattiv. Filwaqt li l-ispazju tas-soċjetà ċivili huwa meqjus miftuħ, qed jitfaċċaw sfidi ġodda, b’mod partikolari minħabba każijiet ta’ ostilità u pressjoni kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
I.Is-Sistema Ġudizzjarja
Is-sistema tal-ġustizzja Portugiża hija kkaratterizzata minn sistema tal-qrati li tinkludi l-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-qrati ġudizzjarji tal-prim’istanza u tat-tieni istanza, il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-qrati amministrattivi u tat-taxxa tal-prim’istanza u tat-tieni istanza, u l-Qorti tal-Awdituri. Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura, il-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u tat-Taxxa u l-Kunsill Għoli għall-Prosekuzzjoni Pubblika jeżerċitaw azzjoni dixxiplinarja fuq il-maġistrati rispettivi u huma fdati b’karigi maniġerjali rilevanti. Barra minn hekk, huma kompetenti sabiex jinnominaw, jittrasferixxu u jippromwovu l-imħallfin u l-prosekuturi. L-imħallfin u l-prosekuturi jinħatru mill-Kunsill rispettiv, wara kompetizzjoni miftuħa u skont il-marki miksuba f’korsijiet obbligatorji ta’ taħriġ fiċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji. Is-servizz ta’ prosekuzzjoni pubblika huwa indipendenti mis-setgħa ġudizzjarja u jopera b’mod awtonomu mill-fergħa eżekuttiva. Għandu s-sistema ta’ governanza tiegħu stess li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali huwa l-ogħla korp. Il-Portugall jipparteċipa fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. L-Assoċjazzjoni tal-Avukatura hija entità ġuridika indipendenti rregolata bil-liġi pubblika u, fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha, twettaq funzjonijiet regolatorji.
Indipendenza
Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita fil-Portugall huwa medju sa baxx, mingħajr ma ġiet identifikata xejra ċara matul l-aħħar ħames snin. Fl-2021, il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita fost il-kumpaniji naqas, b’39 % biss jipperċepuh bħala “ġust jew tajjeb ħafna”, u huwa meqjus bħala baxx. Fost il-pubbliku ġenerali, il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita fost il-pubbliku ġenerali żdied filwaqt li baqgħet medja, b’ 48 % jipperċepixxu li huwa “ġust jew tajjeb ħafna”. Dan jirrappreżenta inverżjoni tax-xejra ta’ tnaqqis irreġistrata mill-2018.
Is-sistema ta’ allokazzjoni tal-kawżi fil-qrati kienet soġġetta għal skrutinju mill-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura, li adotta miżuri biex itejjeb it-trasparenza tiegħu. Għalkemm l-allokazzjoni tal-każijiet issir b’mod elettroniku, permezz ta’ sistema li tipprovdi allokazzjoni aleatorja, l-allokazzjoni manwali hija possibbli f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sitwazzjonijiet li fihom isseħħ id-distribuzzjoni manwali u jiġu evitati l-irregolaritajiet, il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura adotta r-Regolament Nru 269/2021, li jistabbilixxi l-prinċipji, il-kriterji, ir-rekwiżiti u l-proċeduri għal sitwazzjonijiet ta’ modifika, tnaqqis jew sospensjoni tad-distribuzzjoni ta’ każijiet fil-qrati ġudizzjarji. Ir-Regolament il-ġdid għandu l-għan, f’konformità mal-istandards Ewropej, li jiżgura l-prinċipji tal-imħallef naturali, il-legalità, il-projbizzjoni tat-trasferiment tal-każ, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati. Kif imsemmi fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, allegazzjonijiet ta’ interferenza fl-allokazzjoni każwali ta’ każijiet fil-qrati wasslu lill-Kunsill Għoli biex iwettaq investigazzjonijiet fir-rigward ta’ irregolaritajiet possibbli. F’Lulju 2020, wara investigazzjoni għall-każijiet ta’ allokazzjoni manwali ta’ każijiet fi qrati għolja mill-2017 sal-2020, il-Kunsill Għoli ma sab l-ebda evidenza ta’ allokazzjoni manwali mhux ġustifikata, u għalaq l-investigazzjoni mingħajr ebda proċediment dixxiplinari. Madankollu, wara investigazzjoni fejn instabu irregolaritajiet fl-allokazzjoni tal-kawżi fil-Qorti tal-Appell ta’ Lisbona fi tliet każijiet, b’indikazzjonijiet ta’ abbuż ta’ poter, il-Kunsill Għoli ddeċieda li jibda proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin, inkluż l-imħallef li jippresjedi u l-imħallef preċedenti li jippresjedi dik il-qorti. F’April 2021, wara li tfaċċa tħassib ġdid dwar l-allokazzjoni ta’ każijiet fil-Qorti Ċentrali tal-Istruzzjoni ta’ Lisbona, il-Kunsill Għoli ordna investigazzjoni ġdida, li ma żvelat l-ebda fatt li jindika l-eżistenza ta’ ksur dixxiplinari.
Għaddejjin inizjattivi biex tissaħħaħ l-integrità fis-sistema ġudizzjarja. L-Istatut tal-Prosekuzzjoni Pubblika u l-Istatut tal-Maġistrati Ġudizzjarji jinkludu regoli dwar id-dmirijiet u l-inkompatibbiltajiet applikabbli għall-prosekuturi u l-imħallfin. Skont l-istatuti rispettivi, il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura u l-Kunsill Għoli għall-Prosekuzzjoni Pubblika huma kompetenti biex jikkontrollaw id-dikjarazzjonijiet tad-dħul u l-assi tal-maġistrati, u biex japprovaw l-istrumenti legali meħtieġa għal dawn l-effetti. Għaldaqstant, fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura approva Regolament dwar l-Obbligi dikjaratorji. Il-Kunsill Għoli għall-Prosekuzzjoni Pubblika approva wkoll proġett għal kodiċi ta’ kondotta fl-20 ta’ Ottubru 2020, li kien soġġett għal konsultazzjoni pubblika. Il-verżjoni finali tal-kodiċi ta’ kondotta għadha ma ġietx adottata. Kodiċi ta’ kondotta tal-maġistrati tal-ġurisdizzjoni amministrattiva u tat-taxxa, immirat biex jiddefinixxi qafas ta’ standards, prinċipji u dmirijiet etiċi fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja u l-osservanza tal-obbligi dwar id-dikjarazzjoni tad-dħul, interessi konfliġġenti u fi kwistjonijiet li jirreferu għal offerti istituzzjonali u ospitalità, qed jistenna wkoll l-approvazzjoni mill-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u tat-Taxxa. Il-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u tat-Taxxa approva wkoll Proġett għar-Regolament dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-maġistrati tal-ġurisdizzjoni amministrattiva u tat-taxxa dwar il-kwistjoni tad-dħul, l-assi, l-interessi, l-inkompatibbiltajiet u l-impedimenti kif ukoll il-proċeduri u l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, f’Novembru 2020 l-Assoċjazzjoni Professjonali tal-Imħallfin ippreżentat sett komprensiv ta’ proposti biex issaħħaħ it-trasparenza u l-integrità fis-sistema ġudizzjarja, inkluż, fost l-oħrajn, it-tisħiħ tal-kanali ta’ rapportar kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-imħallfin, speċjalment għal każijiet ta’ influwenza mhux xierqa, jew tentattivi tagħhom. Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura sa issa għadu ma indirizzax il-proposti ppreżentati mill-Assoċjazzjoni Professjonali tal-Imħallfin.
Ir-reġim ta’ struzzjonijiet ġerarkiċi lill-prosekuturi jinsab taħt reviżjoni ġudizzjarja. Kif imsemmi fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, l-Istatut il-ġdid tal-Prosekuzzjoni Pubblika, li daħal fis-seħħ fl-2020, fih dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-limiti tal-intervent ġerarkiku fi proċedimenti kriminali. F’Novembru 2020, Direttiva vinkolanti ġdida mill-Prosekutur Ġenerali stabbiliet il-possibbiltà li jingħataw ordnijiet konkreti fil-proċedura kriminali lil prosekutur subordinat. Skont id-direttiva l-ġdida, tali ordnijiet għandhom dejjem jiġu rreġistrati bil-miktub, fil-fajl amministrattiv ta’ akkumpanjament, u tiġi żgurata l-possibbiltà li l-ordnijiet jiġu rrifjutati. Il-partijiet ikkonċernati fil-ġudikatura esprimew tħassib li din id-direttiva tista’ tinterferixxi mal-awtonomija interna tal-prosekuturi, u tkun f’kontradizzjoni diretta mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Prosekuzzjoni Pubblika. Bħalissa hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema wara azzjoni legali introdotta mill-Unjoni tal-Prosekuturi.
Qed jiġu diskussi riformi fis-sistema tal-proċedura kriminali li jippermettu trattament aktar f’waqtu ta’ każijiet kriminali kumplessi. Fil-kuntest ta’ każijiet kriminali meqjusa bħala ta’ kumplessità għolja, tnediet diskussjoni dwar il-ħtieġa li jiġu emendati r-regoli li jirregolaw il-proċedura kriminali, sabiex ikun hemm trattament aktar mgħaġġel ta’ każijiet bħal dawn. Kien hemm każijiet kumplessi, b’mod partikolari li jinvolvu korruzzjoni ta’ livell għoli, li fihom, minħabba dewmien fil-fażi tal-investigazzjoni u l-istruzzjoni, ir-reati saru preskritti u l-akkużi kriminali twaqqgħu. Il-partijiet ikkonċernati esprimew tħassib li l-perċezzjoni tan-nuqqas ta’ kapaċità tas-sistema ġudizzjarja li tittratta każijiet prominenti tista’ twassal għal perċezzjoni negattiva tal-pubbliku lejn is-sistema. F’dan il-kuntest, qed jiġu diskussi diversi proposti biex jiġu modifikati r-regoli li jirregolaw il-proċedura kriminali. B’mod partikolari, il-Gvern ippropona lill-Parlament, f’Mejju 2021, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-prosekuzzjoni kriminali u l-proċessi kriminali. Dawn jinkludu l-possibbiltà li jiġu organizzati miżuri proċedurali individwali, u jippermettu n-negozjar, fil-fażi tal-proċess, tal-limitu massimu tal-piena soġġetta għall-konfessjoni tal-fatti li jinsabu fl-akkuża. Barra minn hekk, hemm ukoll diskussjonijiet dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja tal-qrati tal-istruzzjonijiet, u b’mod partikolari l-Qorti Ċentrali tal-Istruzzjoni. Attwalment, din il-qorti speċjalizzata, li tgħodd biss ma’ żewġ imħallfin li jaġixxu, hija kompetenti biex tordna każijiet ta’ kriminalità kumplessa jew organizzata, inkluża l-korruzzjoni, u għandha ġurisdizzjoni fuq it-territorju nazzjonali kollu. Il-kompetenzi wiesgħa u l-grupp limitat ta’ mħallfin tagħha huma, b’mod partikolari, sors ta’ kritika. F’dan il-kuntest, fl-4 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura ħabbar li huwa favorevoli għal bidliet fl-organizzazzjoni u l-istruttura attwali tal-Qorti Ċentrali tal-Istruzzjoni, bl-esklużjoni madankollu tal-possibbiltà li jissaħħaħ l-għadd ta’ mħallfin. Proposta formali f’dan ir-rigward se tiġi ppreżentata mill-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura lill-Gvern. Fis-17 ta’ Ġunju 2021 il-Gvern approva abbozz ta’ liġi li se jiġi ppreżentat lill-Parlament li jipproponi x-xoljiment tal-Qorti tal-Investigazzjoni Kriminali ta’ Lisbona u l-integrazzjoni tas-setgħat tagħha fil-Qorti Ċentrali tal-Investigazzjoni Kriminali. Il-miżura proposta tipprevedi ż-żieda fl-għadd ta’ mħallfin assenjati lil din tal-aħħar (mill-tnejn preċedenti għal disgħa), filwaqt li tiżgura r-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u finanzjarja. Huwa importanti li r-riformi legali jitwettqu f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, u jqisu l-istandards Ewropej rilevanti.
Kwalità
Kien hemm żidiet fir-riżorsi umani allokati għas-sistema ġudizzjarja, iżda għad hemm tħassib. F’Diċembru 2020, tnedew proċeduri ta’ reklutaġġ għal 40 imħallef u 65 prosekutur. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati għadhom jirrappurtaw defiċit sinifikanti ta’ mħallfin u prosekuturi. B’mod partikolari, il-qrati tat-taxxa u amministrattivi jirrapportaw li l-għadd totali ta’ mħallfin fil-qrati tat-taxxa u amministrattivi tal-prim’istanza għadu ferm taħt il-livell stabbilit fil-qafas legali, b’aktar minn 13 % tal-pożizzjonijiet vakanti. Fi tmiem l-2019, 11-il pożizzjoni għall-kariga ta’ mħallfin tal-appell fi qrati amministrattivi u tat-taxxa baqgħu battala. Il-proċedura ta’ reklutaġġ għall-ħolqien ta’ kabinetti konsultattivi biex jgħinu lill-imħallfin, li kienet ilha pendenti għal diversi snin, tnediet f’Diċembru 2020. L-ewwel kabinetti konsultattivi huma mistennija li jiġu installati f’Settembru 2021, u l-konsulenti se jipprovdu assistenza teknika u għarfien espert fl-oqsma tal-liġi, il-psikoloġija, il-kontabbiltà, il-finanzi u l-ekonomija. Madankollu, dawn il-kabinetti se jiġu installati biss fil-qrati ġudizzjarji tal-prim’istanza, filwaqt li l-partijiet ikkonċernati jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu estiżi għall-qrati amministrattivi u tat-taxxa, fejn iż-żmien għat-tlestija u x-xogħol b’lura tal-kawżi jkunu ogħla, u jintalab għarfien espert tekniku f’għadd kbir ta’ każijiet. Ir-reklutaġġ ta’ konsulenti tekniċi biex jappoġġaw il-prosekuturi pubbliċi qed jitħejja wkoll mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika. Madankollu, ir-restrizzjonijiet baġitarji xekklu l-iżvilupp tal-proċess ta’ reklutaġġ.
Ikomplu jiġu implimentati miżuri biex titjieb il-kwalità tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni. Il-baġit allokat għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fis-sistema ġudizzjarja żdied bi 23,4 % fl-2021, u ġie stabbilit fond iddedikat għall-appoġġ ta’ proġetti li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistema ġudizzjarja, b’baġit allokat ta’ EUR 5.1 miljun. L-għadd ta’ sistemi ta’ vidjokonferenzi fil-qrati żdied ukoll, sabiex ikun hemm rispons għan-numru dejjem jikber ta’ diligenzi proċedurali li jsiru mill-bogħod. Ir-regoli proċedurali diġà jippermettu l-użu tat-teknoloġija diġitali fil-qrati għal għadd sinifikanti ta’ atti f’kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u kriminali. L-implimentazzjoni tal-Programm “Justiça + Próxima”, li għandu l-għan li jimmodernizza s-sistema ġudizzjarja, kompliet ukoll fl-2020 u l-2021. Il-miżuri previsti fil-proġett “Tribunal+”, relatati mas-simplifikazzjoni amministrattiva u l-ottimizzazzjoni tal-back office, ġew estiżi wkoll għal aktar qrati, u huwa mistenni li l-għadd ta’ qrati ordinarji, bħall-qrati tal-ġurisdizzjoni ġenerali u l-qrati ta’ prossimità, koperti se jammonta għal 300 sal-aħħar tal-2021. Il-proġett “Tribunal + 360”, li għandu l-għan li jimplimenta diġitalizzazzjoni sħiħa u sistema mingħajr karti fil-qrati, inkluż fir-rigward tas-sottomissjoni tal-evidenza, għadu fil-fażi ta’ tħejjija. Fil-kuntest tal-Pjan nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Portugall ippreżenta r-riforma “Tranżizzjoni Diġitali fil-Ġustizzja”, li se tiffoka fuq it-titjib tal-użu tal-għodod diġitali fis-sistema ġudizzjarja, b’enfasi partikolari fil-qrati amministrattivi u tat-taxxa. Il-Portugall ippreżenta wkoll talba għal appoġġ tekniku għal proġett immirat biex jassisti lill-Ministeru tal-Ġustizzja biex javvanza l-aġenda ta’ modernizzazzjoni tal-ġustizzja mmexxija mill-utenti tal-pajjiż u l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ politika ewlenin.
Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-funzjonament tas-sistema tal-ġustizzja. F’Marzu 2020, l-iskadenzi f’każijiet mhux urġenti fil-qrati ġew sospiżi, u ġew aġġornati atti mhux urġenti. Madankollu, skont il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura, il-qrati ordinarji rduppjaw tajjeb b’xogħol b’lura u r-rata tal-ikklirjar baqgħet stabbli matul l-2020. Miżuri diġà introdotti matul l-ewwel stat ta’ emerġenza baqgħu fis-seħħ, bħal liġi introdotta fit-19 ta’ Marzu 2020 li tistabbilixxi reġim eċċezzjonali għal proċeduri ġudizzjarji. Il-liġi tipprevedi li l-eżami tax-xhieda u s-seduti ta’ smigħ għandhom isiru fiżikament, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-miżuri tas-sigurtà tas-saħħa stabbiliti mill-Ministeru tas-Saħħa. Għadha pendenti Proposta tal-Parlament biex tiġi emendata l-liġi, li tippermetti l-użu ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni fuq distanzi twal attivati mill-qrati għal diligenzi li jeħtieġu l-attendenza fiżika tal-partijiet.
Effiċjenza
L-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja tirreġistra titjib, iżda għad hemm sfidi fil-qrati amministrattivi u tat-taxxa. Il-Portugall ikompli jirreġistra titjib fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari f’kawżi ċivili u kummerċjali, li għalihom iż-żmien ta’ dispożizzjoni fil-prim’istanza kien qed jonqos b’mod konsistenti. Ix-xejra ta’ tnaqqis ta’ xogħol b’lura f’kawżi ċivili u kummerċjali kompliet ukoll. Madankollu, f’kawżi amministrattivi, iż-żmien għat-tlestija għadu għoli, minkejja tnaqqis konsistenti f’dawn l-aħħar snin, u rata pożittiva ta’ riżoluzzjoni, li tilħaq aktar minn 840 jum kemm fil-prim'istanza kif ukoll fit-tieni istanza. Għalkemm l-għadd ta’ kawżi amministrattivi pendenti fil-prim'istanza wkoll qed jonqos marġinalment, dan għadu relattivament għoli. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata wkoll minn rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2020, rigward il-ħtieġa li tittejjeb l-effiċjenza fil-qrati tat-taxxa u amministrattivi.
Il-Gvern qed jieħu inizjattivi biex iżid l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja. Il-Portugall jibqa’ taħt superviżjoni msaħħa mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa għat-tul eċċessiv tal-proċedimenti quddiem il-ġurisdizzjonijiet kemm ċivili kif ukoll amministrattivi. F’dan il-kuntest, fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Gvern adotta pjan ta’ azzjoni aġġornat u kkonsolidat, li jippreżenta miżuri għall-ġlieda kontra t-tul eċċessiv tal-proċedimenti. Barra minn hekk, iċ-ċentri ta’ arbitraġġ amministrattiv qed jissaħħu, sabiex jipprovdu alternattiva għall-qrati amministrattivi u tat-taxxa, u b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ kawżi li jidħlu u pendenti f’dawn il-qrati, u jiżguraw rimedju effettiv. Hemm ukoll fis-seħħ reġim temporanju ta’ inċentivi għat-terminazzjoni ta’ każijiet ġudizzjarji, applikabbli għall-ġurisdizzjonijiet kollha. Qed jiġu adottati wkoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-Pjan nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Portugall ippreżenta riformi u proġetti ta’ investiment bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja. Kif imsemmi fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, inħolqu timijiet ta’ reazzjoni rapida biex jittrattaw każijiet pendenti fil-qrati tat-taxxa u amministrattivi. Id-data ppubblikata fl-2021 turi li, fl-ewwel sena ta’ attività, dawn it-timijiet ippermettew ir-riżoluzzjoni ta’ terz tal-każijiet li kienu daħlu fis-sistema qabel l-2013, u b’hekk qabżu l-għanijiet stabbiliti inizjalment. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li t-tisħiħ tat-timijiet għandu jseħħ ukoll fit-tieni u t-tielet istanza, sabiex jiġi evitat xogħol b’lura ta’ każijiet matul il-katina kollha tas-sistema ġudizzjarja.
II.Qafas Kontra l-Korruzzjoni
Ma kien hemm l-ebda żviluppi maġġuri fir-rigward tal-qafas istituzzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Portugall mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Id-Dipartiment Ċentrali tal-Investigazzjoni Kriminali u l-Azzjoni Penali (DCIAP), stabbilit fis-Servizz tal-Prosekuturi Pubbliċi, huwa responsabbli mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati serji, inklużi l-korruzzjoni u r-reati ekonomiċi u finanzjarji, u jikkoordina l-investigazzjonijiet li jitwettqu mill-Unità Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni (UNCC), unità investigattiva tal-Pulizija Kriminali. Fir-rigward tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni, fl-2021 ġie stabbilit Mekkaniżmu Kontra l-Korruzzjoni biex jikkontribwixxi għall-kapaċità ta’ prevenzjoni. Inħatar kap ġdid tal-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, wara t-tmexxija l-ġdida fil-Qorti tal-Awdituri. Il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni jopera taħt il-Qorti tal-Awdituri. L-awtorità tat-Trasparenza, stabbilita fl-2019, għandha kompetenzi fil-monitoraġġ u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-interessi tad-detenturi ta’ karigi politiċi u tal-uffiċjali maħtura ta’ livell għoli iżda għadha mhix operattiva.
Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku għadu relattivament baxx. Fl-Indiċi tal-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni tal-2020 (Corruption Perceptions Index) ta’ Transparency International, il-Portugall ġab 61/100 u jikklassifika fl-għaxar post fl-Unjoni Ewropea u fit-tlieta u tletin post madwar id-dinja. Din il-perċezzjoni kienet relattivament stabbli
matul l-aħħar ħames snin.
L-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għall-2020-2024 ġiet approvata mill-Gvern u kienet akkumpanjata minn proposta biex jiġi rivedut il-qafas legali kriminali. Wara li kienet soġġetta għal konsultazzjoni pubblika f’Ottubru 2020, l-istrateġija ġiet approvata mill-Kunsill tal-Ministri fit-18 ta’ Marzu 2021. L-istrateġija għandha l-għan li toħloq qafas koerenti u robust kontra l-korruzzjoni u tinkludi miżuri biex il-korruzzjoni tiġi identifikata, prevenuta u mħarrka aħjar, u biex jiġi żgurat li s-sistema ġudizzjarja tkun tista’ tirreaġixxi fil-ħin u b’mod effiċjenti u timponi sanzjonijiet adegwati fuq it-trasgressuri. Bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tagħha, fid-29 ta’ April 2021 il-Gvern approva sett ta’ proposti biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet legali eżistenti, b’mod partikolari fil-qasam tal-liġi kriminali. L-istabbiliment ta’ entità ġdida, il-Mekkaniżmu Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, indipendenti mill-Gvern u l-Parlament, ġie approvat fil-25 ta’ Mejju 2021 permezz ta’ Digriet Amministrattiv tal-Gvern
; Din il-liġi tapprova wkoll ir-reġim ġenerali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni (RGPC). Il-mekkaniżmu se jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas preventiv u jimponi multi amministrattivi għal entitajiet mhux konformi.
Il-Gvern ippropona miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-prosekuzzjoni kriminali, billi għad fadal sfidi rigward it-trattament ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni u l-Azzjoni Penali (DIAP), stabbilit fis-Servizz tal-Prosekutur Pubbliku, jibqa’ responsabbli għall-investigazzjoni ta’ reati serji, inklużi l-korruzzjoni f’livell għoli u r-reati finanzjarji. Id-Dipartiment Ċentrali tal-Investigazzjoni u l-Azzjoni Penali (DCIAP) huwa magħmul minn 40 prosekutur tar-Repubblika, li sebgħa minnhom huma ddedikati għall-investigazzjoni ta’ reati relatati mal-korruzzjoni u ta’ ksur ekonomiku u finanzjarju internazzjonali jew transnazzjonali. L-Unità Nazzjonali tal-Pulizija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni tal-Pulizija Kriminali hija speċjalizzata fl-investigazzjoni tal-kriminalità ekonomika u finanzjarja, inkluża l-korruzzjoni, u taġixxi taħt il-koordinazzjoni tad-DCIAP fl-investigazzjoni ta’ każijiet kumplessi. L-isforzi biex jitjieb ir-rekord tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-korruzzjoni għadhom għaddejjin. Kien biss fl-2020 li l-Pulizija Kriminali rċeviet 503 każijiet kriminali, u ffinalizzat 553. Fl-istess sena, il-Pulizija Kriminali bagħtet 90 proposta għal akkuża f’każijiet relatati mal-korruzzjoni. Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal reati ta’ korruzzjoni, fl-2019 kienu biss 15 % minn dawk ikkundannati għal korruzzjoni li ġew ikkundannati l-ħabs u 54 % rċevew sentenzi sospiżi. L-aktar ostakli serji għall-prosekuzzjoni ta’ każijiet relatati mal-korruzzjoni jidhru li huma dovuti għan-nuqqas kontinwu ta’ riżorsi fil-livell tal-pulizija u tas-servizzi tal-prosekuzzjoni. Dan imbagħad jirriżulta f’dewmien sinifikanti, bħal fil-fażijiet tal-investigazzjoni u l-istruzzjoni, u b’mod partikolari f’xi każijiet kumplessi prominenti ta’ korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali ta’ livell għoli li ma setgħux jiġu ffinalizzati qabel ma skada l-istatut tal-limitazzjoni. Bil-ħsieb li jegħleb din il-problema persistenti, il-Gvern ippropona miżuri biex iħaffef l-akkużi kbar u l-każijiet fi proċessi taħt l-istrateġija Nazzjonali kontra l-korruzzjoni, għalkemm l-istrateġija ma tispeċifikax miżuri konkreti fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi.
Il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (Council for the Prevention of Corruption, CPC) ikompli l-attivitajiet tiegħu fil-qasam tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Huwa joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-prevenzjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni u tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom. Fil-perjodu ta’ rapportar, is-CPC għamel 86 żjara pedagoġika f’entitajiet pubbliċi fil-pajjiż kollu, li ffukaw b’mod partikolari fuq entitajiet li qed joperaw f’żoni ta’ riskju għoli u fejn hemm il-ħtieġa li titqajjem kuxjenza dwar il-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet fl-infiq pubbliku. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill ikkonċentra l-isforzi tiegħu fuq is-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fil-kura tas-saħħa u fl-eżekuzzjoni tal-baġit, b’mod partikolari fil-livell lokali. Filwaqt li l-istrateġija l-ġdida kontra l-korruzzjoni tenfasizza l-ħtieġa għal aktar kapaċitajiet għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni, għalissa, ir-riżorsi allokati lill-Kunsill għadhom limitati. Wieħed għad irid jara jekk il-Mekkaniżmu Kontra l-Korruzzjoni li nħoloq reċentement, li se jintegra l-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, hux se jikkontribwixxi għal kapaċità akbar għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni.
Filwaqt li fl-2019 ġie introdott titjib fis-sistema ta’ integrità għal uffiċjali ta’ livell għoli, l-impatt tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess u l-kodiċi ta’ etika għad irid jidher. Mill-2019 'l hawn, hemm fis-seħħ kodiċijiet ta’ kondotta li jirregolaw l-etika, il-kunflitti ta’ interess u l-inkompatibbiltajiet għall-uffiċjali tal-Gvern. Fir-rigward tal-membri tal-Parlament, hemm ukoll kodiċi ta’ kondotta fis-seħħ, u l-Kumitat Parlamentari dwar it-Trasparenza u l-Istatut tal-Membri jissorvelja u jinforza l-Kodiċi tal-Membru. F’April 2021, il-Kumitat ħoloq Grupp ta’ Ħidma dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi u ppubblika Linji Gwida dwar l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità minn membri tal-Parlament u rakkomandazzjonijiet dwar inkompatibbiltajiet. Madankollu, il-valutazzjoni tal-effettività tas-sistema ta’ prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess għadha pendenti. Il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) laqa’ dan it-titjib iżda jappella għal mekkaniżmi superviżorji adegwati, inklużi sanzjonijiet għal atti mhux xierqa, li mhumiex previsti fil-Kodiċi. F’Ottubru 2020, ġie approvat abbozz ta’ kodiċi tal-etika għall-prosekuturi u bħalissa qed jiġi kkonsultat pubblikament. Għas-sajf 2020 ġie approvat Regolament dwar l-obbligi dikjaratorji għall-imħallfin.
Ġew introdotti regoli ġodda biex jarmonizzaw is-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi għall-uffiċjali politiċi u ta’ livell għoli Skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda adottati f’Novembru 2020, id-detenturi ta’ karigi politiċi u l-uffiċjali maħtura ta’ grad għoli issa huma obbligati jippreżentaw f’dokument wieħed id-dikjarazzjoni tad-dħul, l-assi, l-interessi, l-inkompatibbiltajiet u l-impedimenti tagħhom. Ir-riforma tipprevedi wkoll il-ħolqien ta’ pjattaforma diġitali online għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet, bil-ħsieb li tipprovdi informazzjoni dwar karigi, dmirijiet u attivitajiet esterni mwettqa matul il-mandat u t-tliet snin preċedenti. Madankollu, ir-riforma ma ssolvix in-nuqqas ta’ kontrolli frekwenti u sostantivi ta’ dikjarazzjonijiet uniċi, kif rakkomandat mill-GRECO. Barra minn hekk, il-GRECO jibqa’ mħasseb bin-nuqqas ta’ sanzjonijiet għal ksur minuri tal-obbligi ta’ rapportar. L-entità ta’ Trasparenza l-ġdida, li inizjalment kienet prevista li titwaqqaf fl-2020 bħala parti mill-Qorti Kostituzzjonali, se tkun responsabbli ladarba tkun operattiva biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet ta’ uffiċjali pubbliċi politiċi u għolja. Madankollu, għadha ma bdietx l-attivitajiet tagħha minħabba nuqqas kemm ta’ riżorsi kif ukoll ta’ faċilitajiet.
Filwaqt li r-regoli dwar il-bibien iduru għad iridu jiġu implimentati, fil-Parlament qed tiġi diskussa leġiżlazzjoni ġdida dwar il-lobbying. Ir-regoli dwar il-bibien iduru ġew aġġornati fl-2019. Ir-regoli ta’ wara l-impjieg, inkluż perjodu ta’ preklużjoni ta’ tliet snin, bħalissa japplikaw għal persuni f’karigi politiċi u anzjani, inklużi membri tal-kabinett u bordijiet ta’ kumpaniji tal-istat. Is-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità jikkonsistu f’skwalifika ta’ tliet snin mit-twettiq ta’ dmirijiet f’kariga pubblika. Huwa d-dmir tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li japplikaw il-liġi. Madankollu, għad ma hemm l-ebda entità responsabbli għall-monitoraġġ tal-ksur tar-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg, u dan joħloq tħassib dwar l-infurzar tagħhom. Fir-rigward tal-lobbying, għaddejjin sforzi biex tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida li tirregola l-attivitajiet tal-lobbying. Tliet gruppi parlamentari ppreżentaw abbozz ta’ leġiżlazzjoni bil-għan li jiġu emendati r-regoli proposti sabiex jingħeleb it-tħassib li wassal għall-veto tal-President fl-2019. Filwaqt li l-proċess parlamentari għadu għaddej, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien tiegħu għall-approvazzjoni u l-implimentazzjoni. Il-GRECO enfasizza l-ħtieġa li jiġi ċċarat l-ambitu tal-kuntatti permissibbli bejn il-membri tal-Parlament u l-interessi ta’ terzi persuni, li għad irid jiġi indirizzat.
Is-sistema attwali ta’ protezzjoni tal-informaturi qed tiġi riveduta. L-istrateġija Nazzjonali kontra l-korruzzjoni tipprevedi t-titjib tal-qafas legali għall-protezzjoni tal-informaturi, li jmur lura għall-2008, b’salvagwardji ġodda inklużi programmi ta’ konformità pubblika u kanali ta’ rapportar u għodod ta’ protezzjoni msaħħa. Il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni huwa responsabbli għall-monitoraġġ tas-sistema tal-ilmenti u biex jirreferihom lill-Avukat Ġenerali, li huwa responsabbli għall-investigazzjoni ta’ każijiet relatati mal-korruzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jamministra sistema elettronika ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta għar-rappurtar ta’ każijiet, inklużi l-korruzzjoni u reati relatati mwettqa fis-setturi pubbliċi u privati.
Diversi istituzzjonijiet qajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati r-riskji ta’ korruzzjoni kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza bħala rispons għat-tifqigħa tal-pandemija, il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ppubblika rakkomandazzjoni dwar il-Prevenzjoni tar-Riskji tal-Korruzzjoni u l-Ksur Relatat. Ir-rakkomandazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-uffiċjali pubbliċi kollha jżommu l-ogħla livelli ta’ trasparenza, etika u integrità, u talbet għall-adozzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni fl-eżerċizzju tal-attivitajiet pubbliċi tagħhom. Il-Parlament adotta Riżoluzzjoni dwar il-prevenzjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni u reati relatati fil-kuntest tal-COVID-19 inklużi riskji ta’ kunflitti ta’ interess, li titlob li jiġu żgurati t-trasparenza u l-integrità f’oqsma speċifiċi ta’ riskju bħall-akkwist pubbliku, is-saħħa u l-infrastruttura. Il-Qorti tal-Awditjar qed tiżviluppa wkoll diversi azzjonijiet tal-awditjar li jindirizzaw iż-żieda fir-riskji fl-użu tar-riżorsi pubbliċi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.
III.Il-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media
Il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-mieia huma protetti mill-Kostituzzjoni. L-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jagħti mandat għat-twaqqif ta’ korp regolatorju indipendenti, li jissorvelja l-attivitajiet tal-mezzi tax-xandir fir-radju, l-istampa u l-awdjoviżiv. Ġiet adottata leġiżlazzjoni biex tittrasponi d-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva. Il-Kodiċi Penali jagħti lill-ġurnalisti protezzjoni waqt li jkunu qed jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fuq l-istess livell ta’ “persuni protetti” oħrajn (imħallfin, avukati, xhieda, persunal tas-sigurtà u referees sportivi).
L-Awtorità Regolatorja għall-Media kisbet kompetenzi ġodda u saħħet l-interazzjonijiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati tal-media. Il-liġi speċifika li tistabbilixxi l-awtorità regolatorja għall-media (Entidade Reguladora para a Comunicação Social, ERC) ma esperjenzatx bidliet sinifikanti. Madankollu, l-awtorità regolatorja għall-kompetenzi tal-media twessgħet fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Audiovisual Media Services Directive, AVMSD), billi l-Portugall immodifika l-Liġi dwar it-Televiżjoni u dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tad-Domanda f’dan il-kuntest. Il-kompetenzi l-ġodda jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji oħra fl-UE, pjattaformi ta’ video-sharing, u kompiti addizzjonali ta’ rappurtar u ta’ reġistrazzjoni (pereż. listi ta’ fornituri ta’ servizzi awdjoviżivi on-demand, xandara u fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing). Xi wħud minn dawn il-kompetenzi l-ġodda se jeħtieġu strutturi u riżorsi tekniċi ġodda. Minħabba r-rwol importanti li għandha fis-settur tal-media, l-awtorità regolatorja għall-media saħħet l-interazzjonijiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati l-aktar rilevanti (pereż. il-Kumitat tal-Liċenzji Professjonali tal-Ġurnalisti, l-Assoċjazzjoni tal-Istampa Portugiża, l-Unjoni tal-Ġurnalisti), u tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv tal-Ġurnaliżmu li nħoloq dan l-aħħar. Dan il-Kunsill Konsultattiv iddiskuta punti tal-qafas leġiżlattiv li jeħtieġ li jiġu aġġornati.
Kif irrappurtat is-sena l-oħra, it-trasparenza tas-sjieda tal-media hija żgurata. Bħala riżultat tal-implimentazzjoni effettiva mill-awtorità regolatorja għall-media tal-liġi speċifika li tirregola t-trasparenza tas-sjieda fis-swieq kollha tal-media, inkluż online, ir-rapport tal-pajjiż tal-Media Pluralism Monitor tal-2021 għall-Portugall (MPM 2021) jirreġistra riskju baxx f’dan il-qasam. L-MPM 2021 jirrapporta livell għoli ta’ konċentrazzjoni tal-media tal-aħbarijiet, b’mod partikolari minħabba għadd limitat ta’ atturi li jikkontrollaw l-industriji tal-media. Madankollu, fi studju reċenti, l-awtorità regolatorja għall-media tivvaluta x-xena tal-media bħala diversa u plurali.
Il-Gvern stabbilixxa miżuri ta’ appoġġ speċifiċi għall-media biex itaffi d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-media minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Dawn il-miżuri ħadu l-forma ta’ xiri bil-quddiem ta’ pakkett ta’ reklamar istituzzjonali li jiswa EUR 15-il miljun. Billi aktar minn nofs dak l-ammont mar għat-tliet gruppi ewlenin tal-media, dan wassal għal xi tħassib u sejħiet mill-partijiet ikkonċernati u l-akkademiċi għal diskussjoni dwar politika aktar ġusta u sostnuta biex tappoġġa ġurnaliżmu ta’ kwalità. Minbarra dan il-pakkett ta’ appoġġ eċċezzjonali, ma hemm l-ebda sussidji diretti għall-media għajr il-media tas-servizz pubbliku. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw id-deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, billi 30 stabbiliment tal-media lokali sparixxew mill-bidu tal-pandemija, it-tnaqqis fil-baġit ġie implimentat minn diversi gruppi tal-media u 80 membru tal-persunal minn grupp kbir tal-media tkeċċew minkejja l-appoġġ mill-Istat. It-trasparenza tar-reklamar tal-istat għadha rregolata b’mod komprensiv bis-superviżjoni tal-konformità żgurata mill-awtorità regolatorja għall-media.
L-istandards għall-protezzjoni tal-ġurnalisti għadhom għoljin. L-emendi għall-Kodiċi Penali fl-2018 taw lill-ġurnalisti aktar protezzjoni waqt li kienu qed jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom. Wara dawn l-emendi, il-ġurnalisti ġew inklużi fil-kategoriji ta’ professjonijiet mogħtija protezzjoni msaħħa, u l-aggressjonijiet kontra l-ġurnalisti huma meqjusa bħala “reati pubbliċi”, u b’hekk ma kienx meħtieġ li l-ilment formali tal-vittma jiġi mħarrek. Dawn l-aggressjonijiet għadhom relattivament rari fil-Portugall, għalkemm il-partijiet ikkonċernati tal-media jindikaw nuqqas ta’ ġbir sistematiku ta’ data relatata ma’ theddid jew vjolenza kontra l-ġurnalisti, li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ rappurtar ta’ vjolenza, b’mod partikolari online. Skont l-MPM 2021, il-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza jidhru li jipproteġu b’mod effettiv lill-ġurnalisti.
Reċentement, il-ġurnalisti ffaċċjaw xi theddid u limitazzjonijiet għall-attivitajiet professjonali tagħhom. F’Jannar 2021, ġie żvelat li erba’ ġurnalisti Portugiżi tqiegħdu taħt sorveljanza tal-pulizija b'talba ta’ prosekutur pubbliku li fittex li jidentifika s-sorsi tal-ġurnalisti. L-ordni nħarġet mingħajr mandat minn imħallef inkwirenti. Il-partijiet ikkonċernati esprimew tħassib dwar is-serjetà ta’ din l-imġiba, u appellaw għar-reazzjoni immedjata tas-Servizzi tal-Prosekuzzjoni biex tiġi żgurata l-libertà tal-istampa. Filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur qies li ma kien hemm l-ebda għemil ħażin, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali nieda investigazzjoni li għandha tiġi eżaminata mill-Kunsill Għoli tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika. Wieħed mill-ġurnalisti ppreżenta lment kriminali kontra l-prosekutur pubbliku u l-pulizija involuti. Ġie rrappurtat ukoll li diversi ġurnalisti kienu mhedda u insultati waqt protesta kontra l-lockdown. F’April 2021 ġie rrappurtat każ ġdid ta’ intimidazzjoni u theddid kontra ġurnalist. Infetħu investigazzjonijiet kriminali dwar dawk il-każijiet. Il-partijiet ikkonċernati esprimew ukoll tħassib qawwi dwar il-fastidju tal-ġurnalisti fuq il-media soċjali, tendenza li taffettwa b’mod partikolari lill-ġurnalisti nisa. Il-pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnalisti u tas-sikurezza tal-ġurnalisti ma rreġistrat l-ebda allerta għall-Portugall. L-ewwel twissija tikkonċerna l-każ ta’ sorveljanza msemmi hawn fuq, u ġiet riżolta wara tweġiba ppreżentata mill-Portugall f’Marzu 2021. It-twissija l-oħra għandha x’taqsam mat-theddid u l-abbuż tal-ġurnalisti mis-sostenituri ta’ kandidat politiku.
IV.Kwistjonijiet istituzzjonali oħrajn relatati mal-Kontrolli u l-Bilanċi
Il-Portugall huwa repubblika demokratika rappreżentattiva bi President elett b’mod dirett u b’Parlament unikamerali. Fir-reġim semipresidenzjali, il-President tar-Repubblika, elett b’votazzjoni diretta popolari, għandu setgħat kostituzzjonali u politiċi sinifikanti, inkluża l-kompetenza li jxolji l-Parlament. Il-Prim Ministru għandu l-kompetenzi sabiex jidderieġi l-politika ġenerali tal-Gvern u sabiex jikkoordina u jorjenta l-azzjonijiet tal-Ministri kollha. Il-Parlament u l-Gvern għandhom kompetenza leġiżlattiva komuni. Il-Membri Parlamentari u l-gruppi parlamentari, il-Gvern, l-assemblej reġjonali u grupp ta’ mill-inqas 20 000 ċittadin għandhom id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva. L-Ombudsman indipendenti għandu l-kompitu li jissalvagwardja u jippromwovi l-libertajiet, id-drittijiet u l-garanziji taċ-ċittadini, u għandu d-dritt li jagħti bidu għal stħarriġ kostituzzjonali.
Il-Parlament mexxa ‘l quddiem miżuri biex itejjeb it-trasparenza tat-tfassil tal-liġijiet u l-kwalità tal-leġiżlazzjoni. Fl-1 ta’ Settembru 2020, daħlu fis-seħħ Regoli ġodda ta’ Proċedura, li għandhom l-għan li jsaħħu l-kwalità tal-leġiżlazzjoni parlamentari u t-trasparenza tal-proċedura, jsaħħu r-rispett għall-iskadenzi ta’ żmien stabbiliti għad-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni u għalhekk iwessgħu wkoll l-opportunitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta’ tfassil ta’ liġijiet. Skont ir-regoli l-ġodda, il-kontijiet tal-Gvern għandhom ikunu akkumpanjati mhux biss mill-istudji u d-dokumenti li ssostanzjawhom, iżda wkoll mill-opinjonijiet konsultattivi tal-partijiet ikkonċernati. Ir-regoli l-ġodda jippermettu wkoll lill-President tal-Parlament jipproponi lill-organi l-oħra b’setgħa leġiżlattiva ftehim interistituzzjonali dwar linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-prerogattiva għadha ma ntużatx. Barra minn hekk, il-Parlament ippubblika verżjonijiet aġġornati tal-gwida teknika tal-abbozzar legali tiegħu u tal-gwida teknika għall-konsultazzjoni pubblika tal-partijiet ikkonċernati f’Mejju u Ottubru 2020, rispettivament.
Għaddejjin sforzi biex jiġu implimentati għodod ta’ valutazzjoni tal-impatt ex ante. L-inizjattiva leġiżlattiva tal-Gvern hija soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt tal-kostijiet u tal-benefiċċji ekonomiċi tal-proposta leġiżlattiva. Il-Portugall għamel il-valutazzjonijiet tal-impatt għodda ex ante sistematika mill-bidu tal-2017. Biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju (Regulatory Impact Assessment, “RIA”), il-Kunsill tal-Ministri stabbilixxa l-Unità Teknika għall-Valutazzjoni tal-Impatt Leġiżlattiv (UTAIL) fiċ-Ċentru Legali tal-Kunsill tal-Ministri (JurisAPP) taħt il-proġett attwali, UTAIL qed tiżviluppa sistema biex tiġbor sett standardizzat ta’ informazzjoni statistika dwar l-ispejjeż regolatorji amministrattivi sabiex is-sistema tal-RIA issir aktar preċiża u effiċjenti. Bħalissa, mhi prevista l-ebda konsultazzjoni pubblika bħala parti mill-proċedura tal-RIA. Skont il-liġi Portugiża, issir konsultazzjoni pubblika għall-biċċa l-kbira tal-atti leġiżlattivi jew permezz ta’ konsultazzjoni diretta, fejn il-ministeru proponenti jikkonsulta direttament mal-entitajiet pubbliċi jew privati rilevanti, jew permezz ta’ konsultazzjoni pubblika, fejn l-abbozz tal-att jiġi ppubblikat fuq il-KonsultaLEX tal-Portal tal-Gvern.
Il-miżuri ta’ emerġenza adottati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 qed jitneħħew gradwalment. Fl-2020, l-istat ta’ emerġenza kien fis-seħħ mit-18 ta’ Marzu sat-3 ta’ Mejju. Minn Mejju sa Novembru 2020, il-Gvern iddikjara f’okkażjonijiet differenti sitwazzjonijiet ta’ diżastri, allert, u kontinġenza, reġimi inqas stretti li jippermettu lill-Gvern jadotta miżuri restrittivi biex jipprevjeni jew jirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta’ periklu, inkluż fir-rigward tas-saħħa pubblika, jew jistabbilixxi mill-ġdid in-normalità f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni ordinarja. Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-President tar-Repubblika ddikjara stat ieħor ta’ emerġenza, li mbagħad ġie estiż, u baqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ April 2021. Matul l-istat ta’ emerġenza, il-Parlament kompla f’sessjoni, u d-data turi li huwa kompla jeżerċita l-kontroll u l-attività leġislattiva tiegħu b’mod regolari. Mill-15 ta’ Marzu 2021, ġie stabbilit pjan ta’ tneħħija gradwali.
L-użu tas-setgħat ta’ emerġenza kien soġġett għal skrutinju mill-Parlament, mill-qrati u mill-Ombudsman. Id-dikjarazzjoni u l-estensjoni tal-istat ta’ emerġenza huma l-prerogattiva tal-President tar-Repubblika, wara konsultazzjoni mal-Gvern u awtorizzazzjoni mill-Parlament. Il-Gvern għandu jippreżenta wkoll lill-Parlament rapport wieħed għal kull perjodu ta’ stat ta’ emerġenza, rigward l-applikazzjoni tiegħu, biex b’hekk il-Parlament ikun jista’ jeżerċita wkoll kontroll ex post tal-miżuri adottati. Il-Parlament bħalissa qed janalizza r-rapporti relatati mad-dikjarazzjoni u l-estensjoni tal-istat ta’ emerġenza bejn Novembru 2020 u April 2021. Barra minn hekk, inħoloq kumitat parlamentari ad hoc biex jimmonitorja l-miżuri adottati b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. L-Ombudsman intalab ukoll iwieġeb għal għadd sinifikanti ta’ lmenti li jirreferu għal miżuri relatati mal-COVID-19. F’dan il-kuntest, l-Ombudsperson ħareġ diversi rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet pubbliċi differenti u talab kjarifiki, filwaqt li talab ukoll rieżami kostituzzjonali ta’ dispożizzjoni waħda dwar ir-reġim ta’ appoġġ applikabbli għall-bejjiegħa bl-imnut. Il-qrati amministrattivi u tat-taxxa ġew imsejħa wkoll biex jirrevedu l-miżuri ta’ emerġenza. B’mod partikolari, il-Qorti Amministrattiva Suprema ddeċidiet dwar 12-il appell li jirreferu għal miżuri relatati mal-COVID-19, li l-maġġoranza tagħhom ġew iddikjarati inammissibbli.
Qed jitfaċċaw sfidi ġodda għas-soċjetà ċivili. Għalkemm l-ispazju tas-soċjetà ċivili huwa meqjus miftuħ, ġew irreġistrati każijiet ta’ ostilità u pressjoni, b’mod partikolari minn xi partiti u movimenti politiċi, kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-appoġġ tal-minoranzi. F’dan il-kuntest, il-partijiet ikkonċernati jirrapportaw deterjorament tal-paċi u d-djalogu soċjali. F’Ottubru 2020, diversi Relaturi Speċjali tan-NU bdew djalogu mal-Portugall, rigward każ ta’ theddid u fastidju tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u affermaw mill-ġdid l-importanza li jiġi żgurat ambjent sikur u abilitanti għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk li jippromwovu l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni u li jiddokumentaw diskors u mġiba razzisti, u ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem. Sabiex isaħħaħ il-politiki dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, il-Gvern Portugiż ħoloq grupp ta’ ħidma dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni razzjali, li fih hija rrappreżentata s-soċjetà ċivili. Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ emerġenza assoċjati kellhom ukoll impatt fuq l-attività tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li wassal għal sejħiet għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. F’dan il-kuntest, il-Gvern u għadd kbir ta’ muniċipalitajiet ipprovdew appoġġ finanzjarju straordinarju lil dawn l-organizzazzjonijiet sabiex jiggarantixxu l-ħidma regolari tagħhom.
Fil-Parlament ġiet approvata liġi ġdida dwar l-istatut tal-utilità pubblika. Bl-inizjattiva leġiżlattiva tal-Gvern, f’April 2021 il-Parlament approva statut ġdid li jagħti lil persuni ġuridiċi rikonoxxuti bħala li jsegwu objettivi ta’ interess ġenerali drittijiet partikolari, inkluż aċċess għal finanzjament speċifiku jew eżenzjonijiet mit-taxxa. Għalkemm tqajjem tħassib dwar l-inklużività tal-proċess ta’ konsultazzjoni formali tal-liġi l-ġdida, li għaliha għadd limitat ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġew formalment mistiedna jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, il-parteċipazzjoni usa’ tal-partijiet ikkonċernati kienet possibbli permezz ta’ konsultazzjoni miftuħa. Il-liġi l-ġdida għandha l-għan li tikkonsolida u tissimplifika l-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-persuni ġuridiċi li jibbenefikaw mill-istatut tal-utilità pubblika, u timplimenta sistema ta’ sorveljanza tal-attivitajiet tagħhom, li għandha titwettaq mis-Segretarjat Ġenerali tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, u l-konformità mad-dmirijiet legali.
Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku*
* Il-lista ta’ kontribut li waslu fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt tista’ tinstab fuq
https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation
.
Associação Sindical dos Juízes Portugueses (2020), Reforço da Transparência e Integridade na Justiça.
Centre for Media Pluralism and Media Freedom (2021), Media Pluralism Monitor 2021.
Civicus (2021), Monitor tracking civic space – Portugal (
https://monitor.civicus.org/country/portugal/
).
Komunikazzjoni mill-Portugall dwar il-każ ta’ VICENTE CARDOSO v. il-Portugall (Applikazzjoni Nru 30130/10), DH-DD (2020)952.
Conselho Superior da Magistratura (2021), Relatório Anual 2020.
Il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (2020), Rakkomandazzjoni - Prevenzjoni ta’ Riskji ta’ Korruzzjoni u Ksur Relatat bħala parti mill-miżuri ta’ rispons għat-tifqigħa pandemika tal-COVID-19.
Il-Kunsill tal-Ewropa: Kumitat tal-Ministri (2010), Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities (
https://rm.coe.int/cmrec-2010-12-on-independence-efficiency-responsibilites-of-judges/16809f007d
).
Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2018), H46-20 Vicente Cardoso group v. Portugal (Application No. 30130/10) – Supervision of the execution of the European Court’s judgments CM/Del/Dec(2018)1331/H46-20.
Il-Kunsill tal-Ewropa: Kunsill Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej (CCJE) (2007), Opinjoni Nru 10 (2007) għall-attenzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura għas-servizz tas-soċjetà (
https://rm.coe.int/168074779b
).
Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kunsill Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej (CCJE) (2020) , Opinjoni Nru 23 dwar ir-rwol tal-Assoċjazzjonijiet tal-Imħallfin fl-appoġġ għall-indipendenza ġudizzjarja (
https://www.coe.int/en/web/ccje/opinion-no.-23-on-the-role-of-judicial-associations-2020-
).
Il-Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u tas-sikurezza tal-ġurnalisti (
https://www.coe.int/en/web/media-freedom/all-alerts?p_p_id=sojdashboard_WAR_coesojportlet&p_p_lifecycle=0&p_p_col_id=column-4&p_p_col_count=1&_sojdashboard_WAR_coesojportlet_selectedStringFilters=year.2021&_sojdashboard_WAR_coesojportlet_selectedCategories=11709562
).
Il-Kunsill tal-Ministri, ir-Riżoluzzjoni Nru 44/2017.
Il-Kunsill tal-Ministri, ir-Riżoluzzjoni Nru 184/2019.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2020), Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2020 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 tal-Portugall u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 tal-Portugall(
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32020H0826%2822%29
)..
Il-Qorti tal-Awdituri (2020), Risks in the use of public resources in the management of emergencies (COVID-19)
(http://img.rtp.pt/icm/noticias/docs/f4/f4128b9356da5f94eb58df98fe9f1f26_e51017edff2ec38b4d9dc71908e515d9.pdf
).
Id-Direttiva (UE) 2020/1828 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE.
Entidade Reguladora para a Comunicação Social (2021), stqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Jannar 2021.
Entidade Reguladora para a Comunicação Social (2021), stqarrija għall-istampa tat-28 ta’ April 2021.
Entidade Reguladora para a Comunicação Social (2021), Rapport Regolatorju 2019
(Trasparenza tal-Media)
Il-Kummissjoni Ewropea (2019e), Flash Eurobarometer 482: Businesses' attitudes towards corruption in the EU.
Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Portugall(
https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/pt_rol_country_chapter.pdf
).
Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Special Eurobarometer 502: Corruption.
Il-Kummissjoni Ewropea, (2021), Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.
In-Network Ewropew għall-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (2021), Kontribut mill-European Network of National Human Rights Institutions għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (2021), Stqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Jannar 2021.
GRECO (2021), Fourth evaluation round on corruption prevention in respect of members of Parliament, judges and prosecutors – Second Interim compliance report Portugal.
Il-Kunsill Għoli tal-Qrati Amministrattivi u tat-Taxxa (2021), Ir-Rapport Annwali 2019.
Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura (2020), Rapport Annwali 2020.
Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura (2021), Kontribut mill-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura (2021), Stqarrija għall-Istampa tal-4 ta’ Mejju 2021.
Magistrats européens pour la démocratie et les libertés (2021), Kontribut mill-Magistrats européens pour la démocratie et les libertés fħar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Media Pluralism Monitor tal-2021, ir-Rapport dwar il-Portugall.
OHCHR (2021), Kontribut għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Ir-Rappreżentant Permanenti tal-Portugall għall-Kunsill tal-Ewropa (2021), Ittra tat-22 ta’ Marzu 2021(
https://rm.coe.int/portugal-reply-en-lisbon-public-prosecutor-puts-the-protection-of-sour/1680a1e03b
).
Il-Gvern Portugiż (2021), Kontribut mill-Portugall għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Il-Gvern Portugiż (2021), Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 37/2021, Approvazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (
Resolução do Conselho de Ministros 37/2021, 2021–04–06 — DRE
).
Il-Qorti Suprema u Amministrattiva Portugiża (2021), Kontribut mill-Qorti Suprema u Amministrattiva Portugiża għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
Público (2020), “Lack of human resources explains slowness of justice in corruption cases says PGR”, Público, is-6 ta’ Jannar 2020 (
https://www.publico.pt/2020/01/06/sociedade/noticia/falta-recursos-humanos-explica-lentidao-justica-casos-corrupcao-pgr-1899401
).
Il-Prosekutur Pubbliku (2020), Draft code of conduct For Public Ministry Magistrates — Public Consultation (
(https://www.ministeriopublico.pt/pagina/projeto-de-codigo-de-conduta-dos-magistrados-do-ministerio-publico-consulta-publica
).
Sindicato dos Magistrados do Ministério Público (2021), Stqarrija għall-istampa tas-6 ta’ April 2021.
“Standardised Statistical Information for Better Regulation project (SIBER project)” project supported by European Commission – DG REFORM.
Transparency International (2021), Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni 2020.
“Il-proġett “Reviżjoni u appoġġ tal-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju (RIA) fil-Portugall” appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea — DĠ REFORM.
Anness II: Żjara tal-pajjiż fil-Portugall
F'Mejju 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:
·Esperti akkademiċi
·Il-Kamra tal-Avukati
·Id-Dipartiment Ċentrali tal-azzjoni u l-investigazzjoni kriminali (DCIAP)
·Il-Qorti tal-Awditi
·Il-Kunsill għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni
·L-Awtorità Regolatorja għall-Media
·Il-Kunsill Għoli għall-Maġistratura
·Il-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u tat-Taxxa
·L-Ispettur Ġenerali tal-Finanzi
·Il-Kumitat tal-Liċenzji Professjonali tal-Ġurnalisti
·L-Unjoni tal-Ġurnalisti
·L-Unjoni tal-Imħallfin
·Il-Ministeru tal-Kultura
·Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
·Il-Ministeru għall-Ġustizzja
·L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali
·L-Ombudsperson
·Pjattaforma tal-NGOD
·L-Unjoni tal-Prosekuturi
·Servizzi tal-Assemblea tar-Repubblika
·Il-Qorti Amministrattiva Suprema
·Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja
·Transparency International - il-Portugall
* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:
·Amnesty International
·Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi
·CIVICUS
·L-Unjoni għal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa
·Is-Soċjetà Ċivili Ewropa
·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej
·EuroCommerce
·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi mhux għall-Profitt
·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media
·Il-Forum Ċiviku Ewropew
·Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti
·Sħubija Ewropea għad-Demokrazija
·Forum Ewropew taż-Żgħażagħ
·Id-Difensuri tal-Linja ta’ Quddiem
·Il-Fondazzjoni Dar id-Drittijiet tal-Bniedem
·Human Rights Watch
·ILGA-Europe
·Il-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Ġuristi
·Il-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem
·International Planned Parenthood Federation European Network (IPPF EN)
·L-Istitut Internazzjonali għall-Istampa
·Il-Kumitat Netherlandiż ta’ Ħelsinki
·L-Istitut tal-Politika Ewropea tas-Soċjetà Miftuħa
·Philanthropy Advocacy
·Protezzjoni Internazzjonali
·Reporters Mingħajr Fruntieri
·Transparency International fl-UE