IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.12.2021
COM(2021) 804 final
2021/0424(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu
(riformulazzjoni)
{SEC(2021) 431 final} - {SWD(2021) 455 final} - {SWD(2021) 456 final} - {SWD(2021) 457 final} - {SWD(2021) 458 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
1.1 Introduzzjoni
L-Unjoni Ewropea stabbiliet għan ambizzjuż li tkun l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Sabiex jinkiseb dan l-għan, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew qablu, fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55 % sal-2030. Sabiex tilħaq dawn il-miri, u fl-istess ħin tikkontribwixxi għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi, is-sistema tal-enerġija teħtieġ bidla sistemika: Irridu nnaqqsu l-użu tal-fjuwils fossili – inkluż il-gass fossili – u nżidu s-sorsi rinnovabbli. Għaldaqstant, illum jeħtieġ infasslu tranżizzjoni ambizzjuża tas-settur tal-gass lejn il-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju.
Il-gass fossili jikkostitwixxi madwar 95 % tal-fjuwils gassużi tal-lum ikkonsmati fl-UE. Il-fjuwils gassużi jammontaw għal madwar 22 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE tal-lum (inkluż madwar 20 % tal-produzzjoni tal-elettriku tal-UE, u 39 % tal-produzzjoni tas-sħana). Skont ix-xenarji rilevanti użati mill-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika, is-sehem tal-fjuwils gassużi għall-konsum tal-enerġija totali tal-UE fl-2050 ikun madwar 20 %. Il-fjuwils gassużi se jkollhom parti importanti fit-taħlita enerġetika sal-2050, u dan jirrikjedi d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass bi tfassil progressiv tas-swieq kompetittivi tal-gass dekarbonizzat. Minkejja l-kontribut żgħir tagħhom għat-taħlita enerġetika attwali tal-UE, il-bijogass, il-bijometan, l-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju kif ukoll il-metan sintetiku (ilkoll flimkien il-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju) jirrappreżentaw madwar 2/3 tal-fjuwils gassużi fit-taħlita enerġetika tal-2050, bil-gass fossili bis-CCS/U (qbid, ħżin u użu tal-karbonju) jirrappreżenta l-bqija. Din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Hi tkopri t-tfassil tas-suq għall-gassijiet, inkluż l-idroġenu. Din se tneħħi l-ostakli regolatorji eżistenti u toħloq il-kondizzjonijiet sabiex dan iseħħ b’mod kosteffettiv. Din hija parti importanti mill-perkors lejn sistema tal-enerġija integrata li timminimizza l-kostijiet tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, b’mod partikolari għall-konsumaturi u toħloq opportunitajiet ġodda għal tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija u għal parteċipazzjoni attiva fis-suq.
L-idroġenu mistenni jintuża l-aktar fl-oqsma li ma jippermettux l-elettrifikazzjoni, inkluż fl-industrija intensiva fl-enerġija tal-lum (eż. raffineriji, fertilizzanti, produzzjoni tal-azzar) u ċerti setturi tat-trasport heavy-duty (trasport marittimu, avjazzjoni, vetturi tqal għal distanzi twal). L-iżvilupp ta’ infrastruttura dedikata għall-idroġenu huwa neċessarju biex jinħataf il-potenzjal sħiħ ta’ dan il-vettur tal-enerġija fl-applikazzjonijiet speċifiċi tal-użu finali. L-objettiv tal-promozzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju huwa li dawn is-setturi jiġu dekarbonizzati, li tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku bis-saħħa tat-teknoloġiji power-to-X, li tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista billi titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-gass naturali u li jiġi permess il-ħżin (u l-produzzjoni) tal-elettriku. Dan jippermetti li jingħaqdu flimkien diversi setturi tal-ekonomija, b’rabta ma’ forom oħra ta’ ħżin u flessibbiltà, bħall-batteriji u r-rispons għad-domanda. Bl-istess mod, se jappoġġa l-awtoproduzzjoni u l-użu intelliġenti tal-provvista tal-enerġija distribwita, u se jikkontribwixxi għal awtonomizzazzjoni akbar tal-konsumaturi. Il-konsumaturi jeħtieġu wkoll informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment biex tgħinhom jibdlu x-xejriet tal-konsum tal-enerġija u jaqilbu għal soluzzjonijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, b’mod simili għal dak li jistgħu jagħmlu fis-suq tal-elettriku.
Bil-mira ta’ idroġenu rinnovabbli massimu mill-2030 ’il quddiem, fl-immedjat u fi żmien medju, jistgħu jintużaw forom oħra ta’ gassijiet b’livell baxx tal-karbonju b’mod partikolari l-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju, biex primarjament inaqqsu malajr l-emissjonijiet mill-produzzjoni eżistenti tal-idroġenu u jappoġġaw l-adozzjoni parallela u futura tal-idroġenu rinnovabbli. F’konformità mal-istrateġija tal-UE għall-idroġenu, jenħtieġ li l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE tilħaq il-miljun tunnellata sal-2024 u tasal sa 10 miljuni sal-2030. Minn hemm ’il quddiem, jenħtieġ li l-idroġenu rinnovabbli jiġi varat fuq skala kbira u jissostitwixxi l-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju.
Żvilupp effiċjenti u sostenibbli tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju kif ukoll tas-suq tal-idroġenu jeħtieġ jiġi adattat il-qafas tas-suq. Dan peress li l-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju llum jiffaċċjaw ostakli regolatorji għall-aċċess għas-suq u l-grilja li jirrappreżentaw żvantaġġ komparattiv meta mqabbla mal-gass naturali. Barra minn hekk, sabiex jiġi stabbilit suq tal-gass dekarbonizzat u biex jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni tal-enerġija, huma meħtieġa ishma ferm akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli f’sistema tal-enerġija integrata bil-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fis-swieq kompetittivi. Jenħtieġ li dan jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw minn prezzijiet affordabbli, standards tajba ta’ servizz, u għażla effettiva ta’ offerti li jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi.
L-użu ta’ diversi tipi ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju aktarx jitfaċċa b’mod paralleli u mistenni jiżviluppa b’rata differenti madwar l-UE:
·infrastruttura bbażata fuq l-idroġenu se tikkumplimenta b’mod progressiv in-network tal-gass naturali;
·infrastruttura tal-gass li tissostitwixxi l-gass fossili b’mod progressiv b’sorsi oħra ta’ metan.
Barra minn hekk, l-avvenimenti li żiedu l-prezzijiet tal-enerġija fakkruna li r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija Ewropea qiegħda dejjem issir aktar importanti hekk kif is-sistema tal-enerġija tal-UE tintegra aktar enerġija rinnovabbli deċentralizzata filwaqt li l-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment. Is-sigurtà tal-provvista u l-arranġamenti ta’ tħejjija għar-riskji tas-settur tal-gass iridu jkunu adattati għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (Sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ), tenfasizza l-interazzjoni bejn is-sigurtà tal-provvista, l-użu ottimali tal-kapaċitajiet tal-ħażna u l-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija.
1.2 Objettivi tal-proposta
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiffaċilita l-penetrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema tal-enerġija, u b’hekk tippermetti bidla mill-gass naturali u tippermetti li dawn il-gassijiet il-ġodda jaqdu r-rwol meħtieġ tagħhom favur l-għan tan-newtralità klimatika fl-UE fl-2050.
F’dan il-kuntest, l-inizjattiva tindirizza l-oqsma li ġejjin:
Livell baxx ta’ involviment u protezzjoni tal-klijenti fis-suq bl-imnut tal-gass ekoloġiku. Sabiex il-gassijiet il-ġodda jaqdu rwol sħiħ fit-tranżizzjoni tal-enerġija, jenħtieġ li r-regoli tas-suq bl-imnut jagħtu s-setgħa lill-klijenti biex jagħmlu għażliet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju. Bħalissa dan mhuwiex il-każ. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema komuni ta’ terminoloġija u ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għall-fjuwils u l-gassijiet b’livell baxx tal-karbonju. Barra minn hekk, is-swieq tal-gass bl-imnut juru konċentrazzjoni tas-suq u livelli baxxi ta’ parteċipazzjoni ġdida u innovazzjoni. Dan iwaqqaf lill-klijenti milli jibbenefikaw mill-kompetizzjoni billi jagħmlu għażliet b’livell baxx tal-karbonju.
Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet ta’ enerġija sostenibbli, il-klijenti jeħtieġu informazzjoni biżżejjed dwar il-konsum u l-oriġini tal-enerġija tagħhom, kif ukoll għodod effiċjenti biex jipparteċipaw fis-suq. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli u foqra fl-enerġija. Is-suq tal-gass dekarbonizzat jenħtieġ li ma jiġix żviluppat jekk dawn il-klijenti ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minnu bis-sħiħ u billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet kollha, miż-żgħar sal-anzjani.
Infrastruttura tal-idroġenu u swieq tal-idroġenu. Il-qafas regolatorju attwali għall-vetturi tal-enerġija gassuża ma jindirizzax l-użu tal-idroġenu bħala vettur tal-enerġija indipendenti permezz ta’ networks dedikati tal-idroġenu. Fil-livell tal-UE, ma hemmx regoli dwar l-investimenti fin-networks ibbażati fuq it-tariffi, jew fuq is-sjieda u l-operazzjoni tan-networks dedikati tal-idroġenu. Barra minn hekk, ma jeżistux regoli armonizzati dwar il-kwalità tal-idroġenu (pur). Għaldaqstant, jeżistu ostakli għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-idroġenu kosteffettiva u transfruntiera u ta’ suq tal-idroġenu kompetittiv, li hu prerekwiżit għall-adozzjoni tal-produzzjoni u l-konsum tal-idroġenu. Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn in-nuqqasijiet. Tinkludi proposta għal sistema ta’ terminoloġija u ta’ ċertifikazzjoni tal-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju u tal-fjuwils b’livell baxx karbonju.
Gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fl-infrastruttura u fis-swieq eżistenti tal-gass, u s-sigurtà fl-enerġija. Illum, il-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju jirrappreżentaw sehem żgħir fit-taħlita enerġetika tal-UE. Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom, prerekwiżit ewlieni hu l-aċċess għas-suq tal-gass bl-ingrossa, jiġifieri l-punti ta’ kummerċ virtwali. L-argument għall-vijabbiltà jissaħħaħ ukoll bit-tneħħija tal-kostijiet tal-kummerċ transfruntier ta’ dawk il-gassijiet u bl-iffaċilitar tal-konnessjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Id-differenzi fil-parametri tal-kwalità tal-gass u fil-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali jistgħu jaffettwaw id-disinn tal-infrastruttura tal-gass, l-applikazzjonijiet tal-utenti finali u l-interoperabbiltà transfruntiera tas-sistema, u b’hekk ikun hemm ir-riskju li s-suq intern jiġi frammentat. Madankollu, ir-regoli attwali dwar il-kwalità tal-gass mhumiex adattati biex jindirizzaw l-iżviluppi futuri. Dwar l-LNG, jekk jiġu indirizzati l-ostakli residwi b’rabta mal-aċċess għat-terminals tal-LNG jista’ jinfetaħ il-bieb għall-importazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju minn barra l-pajjiż u dan jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-gass tal-UE. Finalment, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tar-reżiljenza fit-tranżizzjoni jirrikjedu arranġamenti xierqa tas-sigurtà tal-provvista.
Ippjanar tan-network Kif deskritt fl-Istrateġija għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija tal-Kummissjoni, l-ippjanar u l-operazzjoni ikkoordinati tas-sistema tal-enerġija tal-UE kollha, f’diversi vetturi tal-enerġija, infrastrutturi, u setturi tal-konsum huma prerekwiżit biex jinkisbu l-objettivi klimatiċi tal-2050. L-iskemi tal-ippjanar tan-network u l-prattiki attwali mhumiex biżżejjed għax hemm diskrepanzi bejn il-pjan tal-iżvilupp tan-networks ta’ għaxar snin (“TYNDP”) għall-UE kollha u l-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks (“NDP”). Konnessjoni aħjar bejn it-TYNDP u l-NDP tippermetti skambju tal-informazzjoni tranżnazzjonali dwar l-użu tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
Sigurtà tal-provvista u ħażna. B’reazzjoni għaż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet madwar l-UE kollha fil-ħarifa 2021, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tikkunsidra malajr il-miżuri għal żmien medju u fit-tul li jżidu r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE inkluż miżuri li jsaħħu s-sigurtà tal-provvista. Sabiex tikkontribwixxi għal rispons fil-ħin għal din il-kriżi u għal kriżijiet possibbli ġodda fil-livell tal-Unjoni, din il-proposta tinkludi miżuri speċifiċi biex ittejjeb il-kooperazzjoni u r-reżiljenza, notevolment biex tiżgura użu, ħażna u arranġamenti ta’ solidarjetà operazzjonali aktar effettivi u kkoordinati. Il-miżuri għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE kontra x-xokkijiet futuri fil-ħin meħtieġ. Dawn ikopru l-miżuri f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2017/1938 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Sabiex jiġi żgurat rispons koerenti, il-miżuri dwar is-sigurtà tal-provvista huma parti minn din il-proposta leġiżlattiva u mhumiex proposti bħala proposta leġiżlattiva separata. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar il-prezzijiet tal-enerġija tat-13 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ”, il-koordinazzjoni tas-sigurtà tal-provvista min-naħa għall-oħra tal-fruntiera hija kruċjali għar-reżiljenza kontra x-xokkijiet futuri.
Il-miżuri proposti jirrikjedu lill-Istati Membri jagħmlu b’mod espliċitu l-ħażniet parti mill-valutazzjonijiet tar-riskji tas-sigurtà tal-provvista fil-livell reġjonali, inkluż tar-riskji marbuta mal-kontroll tal-ħażniet mill-entitajiet minn pajjiżi terzi. Fil-każ tar-riskji mhux indirizzati, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw miżuri tal-ħażna permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali. Il-proposta tiddefinixxi l-kundizzjonijiet abilitanti għall-użu tal-akkwist konġunt volontarju tal-istokkijiet strateġiċi tal-gass li għandhom jintużaw f’każ ta’ emerġenza. Ġew introdotti miżuri wkoll biex itejbu t-trasparenza u l-aċċess għall-ħażniet, jindirizzaw ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà tal-gass, u jiffaċilitaw l-arranġamenti ta’ solidarjetà bilaterali bejn l-Istati Membri f’każ ta’ kriżi. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jipproċedu bl-arranġamenti ta’ solidarjetà mingħajr ma jistennew, sabiex anke fi kriżi severa, l-unitajiet domestiċi jirċievu l-gass li jeħtieġu.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-inizjattiva proposta hija marbuta ħafna u kumplimentari għall-proposti leġiżlattivi mressqa fil-kuntest tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluż:
Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“RED II”) riveduta, li hija l-istrument ewlieni li jittratta l-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Din għandha l-għan li tħaffef il-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż il-gassijiet rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija. L-emenda proposta tagħha żżid il-mira għas-sorsi rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE għal 40 % u tippromwovi l-adozzjoni tal-fjuwils rinnovabbli, bħall-idroġenu rinnovabbli, fl-industrija u t-trasport, b’miri addizzjonali. B’rabta ma’ din l-inizjattiva, ir-RED II tiddefinixxi l-idroġenu rinnovabbli bħala “fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” u “fjuwils tal-bijomassa” li jissodisfaw tnaqqis ta’ 70 % tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili, li jistabbilixxu sottomiri speċifiċi għall-konsum tal-idroġenu rinnovabbli (50 % tal-konsum tal-idroġenu totali għall-enerġija u għall-finijiet ta’ feedstock fl-industrija sal-2030 u 2,6 % tal-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport).
Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (“EED”) u d-Direttiva relatata dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (“EPBD”) inkluż il-proposti għall-emendi tagħhom jinteraġġixxu ma’ din l-inizjattiva peress li jaffettwaw il-livell u l-istruttura tad-domanda għall-gass. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jtaffu l-faqar enerġetiku u jnaqqsu l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi. Peress li bħalissa l-fjuwils gassużi qed jiddominaw il-provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ Ewropea u l-impjanti ta’ koġenerazzjoni, l-użu effiċjenti tagħhom jibqa’ fil-qalba tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. Id-Direttiva dwar il-Gass u r-Regolament dwar il-Gass huma koerenti mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”: suq tal-UE miftuħ u kompetittiv bi prezzijiet li jirriflettu l-kostijiet tal-produzzjoni tal-vetturi tal-enerġija, il-kostijiet tal-karbonju, u l-kostijiet u l-benefiċċji esterni jipprovdi b’mod effiċjenti l-idroġenu nadif u sikur lill-utenti finali li japprezzawh l-aktar.
Ir-Regolament TEN-E, kif propost mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020, għandu l-għan li jappoġġa aħjar il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera tal-Ewropa għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan jintroduċi l-infrastruttura tal-idroġenu bħala kategorija tal-infrastruttura ġdida għall-Iżvilupp tan-Network Ewropew. Din l-inizjattiva hija kumplimentari għar-Regolament TEN-E propost għax tiffoka fuq l-allinjament tal-pjanijiet nazzjonali mar-rekwiżiti tal-pjan tal-iżvilupp tan-networks ta’ għaxar snin għall-Ewropa kollha.
Kif imħabbar fl-istrateġija tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan, il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija. Din l-inizjattiva se jkollha l-għan li ttejjeb l-informazzjoni għall-emissjonijiet kollha relatati mal-metan. Din l-inizjattiva hija kumplimentari għax għandha l-għan li tiffaċilita l-penetrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u b’hekk tippermetti bidla mill-gass naturali.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (“ETS”) tgħolli l-prezz tal-użu tal-fjuwils fossili fir-rigward tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju u b’hekk trawwem id-domanda għal tali gassijiet u investimenti fit-teknoloġija tal-produzzjoni relatata. Il-Kummissjoni pproponiet it-tisħiħ, inkluż ir-rinforzi u l-estensjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni, it-trasport marittimu u bit-triq, u l-bini. Din l-Iskema tinkludi l-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-idroġenu, u l-elettrolizzaturi b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-25 tunnellata/jum. Il-Fond għall-Innovazzjoni, li ġie stabbilit bid-Direttiva dwar is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) għall-perjodu mill-2021 sal-2030, huwa wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament li jappoġġa t-tranżizzjoni lejn Ewropa newtrali għall-klima sal-2050. Il-Fond għall-Innovazzjoni, li ġie stabbilit mid-Direttiva EU ETS għall-perjodu mill-2021 sal-2030, huwa wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament li jappoġġa t-tranżizzjoni lejn Ewropa newtrali għall-klima sal-2050.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tistinka biex tallinja t-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija mal-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, tippromwovi t-teknoloġiji nodfa u tneħħi l-eżenzjonijiet skaduti u r-rati mnaqqsa li attwalment iħeġġu l-użu tal-fjuwils fossili. Skont id-Direttiva riveduta, il-prodotti koperti mid-Direttiva huma ggruppati u kklassifikati skont il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Skont dan, ir-reviżjoni tistabbilixxi livelli minimi preferenzjali ta’ tassazzjoni ta’ EUR 0,15/GJ għall-fjuwils tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju (meta mqabbla ma’ EUR 10,75/GJ għall-fjuwils fossili) użati bħala fjuwils tal-magni. Għall-fjuwils tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju użati bħala fjuwils għat-tisħin, ir-reviżjoni tistabbilixxi livelli minimi preferenzjali ta’ tassazzjoni ta’ EUR 0,15/GJ (meta mqabbla ma’ EUR 0,6/GJ għall-gass naturali).
Ir-Regolament rivedut dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR), li se jħassar id-Direttiva 2014/94/UE dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi (AFID), kif propost mill-Kummissjoni f’Lulju 2021, għandu l-għan li jindirizza l-emissjonijiet dejjem jiżdiedu fit-trasport bit-triq biex jappoġġa t-tranżizzjoni lejn flotta ta’ karozzi b’emissjonijiet kważi żero sal-2050. Ir-Regolament jirrikjedi lill-Istati Membri jespandu n-network tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u r-riforniment f’konformità mal-bejgħ ta’ karozzi b’emissjonijiet żero, u biex jinstallaw punti tal-iċċarġjar u tar-riforniment f’intervalli regolari fl-awtostradi ewlenin. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi se tirrikjedi stazzjon tar-riforniment (minimu ta’ 2 t/jum, 700 bar) kull 150 km tul in-network ewlieni TEN-T u f’kull nodu urban sal-2030; dan jirriżulta f’madwar 700 HRS tul in-nodi tat-trasport, u 88 HRS fin-nodi urbani.
L-Emenda tar-Regolament li jistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet għandha l-għan li tiżgura perkors ċar mill-2025 lejn it-trasport b’emissjonijiet żero. Ir-regolament jiddefinixxi b’mod partikolari l-vetturi b’emissjonijiet żero bħala vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi li jaħdmu biċ-ċellula tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu, u jistabbilixxi mira ta’ medja ta’ emissjonijiet żero għall-flotot tal-vetturi l-ġodda sal-2030.
Il-proposta FuelEU Maritime għandha l-għan li fit-taħlita tal-fjuwil tat-trasport marittimu internazzjonali żżid is-sehem tal-fjuwils alternattivi sostenibbli b’livell baxx tal-karbonju u b’newtralità karbonika inkluż: il-bijofjuwils likwidi, il-likwidi elettroniċi, il-gass dekarbonizzat (inkluż il-bijo-LNG u l-gass elettroniku), l-idroġenu dekarbonizzat u l-fjuwils dekarbonizzati derivati mill-idroġenu (inkluż il-metan, u l-ammonijaka). Jenħtieġ li l-enfasi fuq il-fjuwils u t-teknoloġiji tal-elettriku tippermetti tnaqqis sinifikanti u rapidu fl-emissjonijiet, bl-użu sħiħ tat-teknoloġiji u tal-infrastruttura eżistenti flimkien mal-inċentivi pprovduti mill-miżuri l-oħra li għandhom jiġu proposti. Dan se jiffaċilita wkoll id-definizzjoni tal-perkorsi tad-dekarbonizzazzjoni għall-cluster marittimu kollu.
Il-proposta ReFuel EU Aviation li għandha l-għan li tavvanza l-potenzjal tal-fjuwils sostenibbli tal-avjazzjoni biex tnaqqas l-impronta tal-GHG tal-avjazzjoni għadha fil-biċċa l-kbira tagħha mhux sfruttata. Sabiex inaqqas l-emissjonijiet tiegħu b’mod sinifikanti, is-settur tal-avjazzjoni se jkun jeħtieġ inaqqas id-dipendenza attwali tiegħu fuq il-fjuwil fossili tal-ġettijiet u jiddependi dejjem aktar fuq l-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) fis-snin li ġejjin. Il-proposta tistabbilixxi sehem minimu ta’ 0,7 % tal-“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi” fil-fjuwils tal-avjazzjoni fornuti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, fejn il-“fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi” huma fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, kif definit fid-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-objettivi ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jinkisbu fil-livell nazzjonali. Il-miżuri ppjanati ta’ din l-inizjattiva għandhom l-għan li javvanzaw l-erba’ objettivi stabbiliti fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u fl-istess ħin jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE. Il-miżuri ppjanati għandhom jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 194(2) tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 114(1) tat-TFUE. Fil-qasam tal-enerġija, l-UE għandha kompetenza kondiviża skont l-Artikolu 4(2)(i) tat-TFUE.
Din l-inizjattiva tibni wkoll fuq sett komprensiv ta’ atti leġiżlattivi li ġew adottati u aġġornati matul l-aħħar żewġ deċennji. Bl-objettiv li jinħoloq suq intern tal-enerġija, l-UE adottat erba’ pakketti leġiżlattivi konsekuttivi bejn l-1996 u l-2019, bl-għan ġenerali li tintegra s-swieq u tilliberalizza s-swieq nazzjonali tal-elettriku u tal-gass. Dawn id-dispożizzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta’ aspetti, mill-aċċess għas-suq sat-trasparenza, id-drittijiet tal-konsumaturi, iż-żieda tal-likwidità tas-swieq tal-gass, u l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Attwalment, ma hemmx regoli fil-livell tal-UE li jirregolaw in-networks dedikati tal-idroġenu jew is-swieq tal-idroġenu u l-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju u l-fjuwils b’livell baxx tal-karbonju. Fid-dawl tal-isforzi attwali fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali biex jiġi promoss l-użu tal-idroġenu rinnovabbli bħala sostitut għall-fjuwils fossili, l-Istati Membri jkollhom inċentiva biex jadottaw ir-regoli dwar it-trasport tal-infrastruttura dedikata tal-idroġenu fil-livell nazzjonali. Dan joħloq ir-riskju ta’ xenarju regolatorju frammentat madwar l-UE, li jista’ jxekkel l-integrazzjoni tan-networks u s-swieq nazzjonali tal-idroġenu, u b’hekk jipprevjeni jew jiskoraġġixxi l-kummerċ transfruntier tal-idroġenu.
L-armonizzazzjoni tar-regoli għall-infrastruttura tal-idroġenu fi stadju aktar tard (jiġifieri wara li tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali) twassal għal żieda fil-piżijiet amministrattivi għall-Istati Membri u kostijiet regolatorji akbar u aktar inċertezza għall-kumpaniji, speċjalment fir-rigward tal-investimenti fit-tul fil-produzzjoni tal-idroġenu u l-infrastruttura tat-trasport.
Il-ħolqien ta’ qafas regolatorju fil-livell tal-UE għan-networks u s-swieq dedikati tal-idroġenu jrawwem l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tas-swieq u n-networks nazzjonali tal-idroġenu. Ir-regoli fil-livell tal-UE dwar l-ippjanar, il-finanzjament u l-operazzjoni ta’ tali networks dedikati tal-idroġenu joħolqu prevedibbiltà fit-tul għall-investituri potenzjali f’din it-tip ta’ infrastruttura fit-tul, b’mod partikolari għall-interkonnessjonijiet transfruntieri (li nkella jaf ikunu soġġetti għal liġijiet nazzjonali potenzjalment diverġenti).
Fil-każ tal-bijometan, mingħajr inizjattiva fil-livell tal-UE, huwa probabbli li sal-2030 tkun għadha teżisti frammentazzjoni regolatorja fir-rigward tal-aċċess għas-swieq bl-ingrossa, l-obbligi tal-konnessjoni u l-miżuri ta’ koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSO) u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (DSO). Bl-istess mod, mingħajr ftit armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, il-produtturi tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju se jkunu qed jiffaċċjaw konnessjonijiet u kostijiet ta’ injezzjoni differenti ħafna madwar l-UE, li jirriżulta f’ambjent inekwu.
Mingħajr aktar leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE, l-Istati Membri jkomplu japplikaw standards tal-kwalità tal-gass u regoli differenti dwar il-livelli tat-taħlit tal-idroġenu, u u dan bir-riskju ta’ restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri u ta’ segmentazzjoni tas-suq. L-istandards tal-kwalità tal-gass ikomplu jiġu definiti l-aktar bil-parametri tal-kwalità tal-gass naturali, li jillimita l-integrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli fin-network.
Dawn l-aspetti kollha aktarx inaqqsu l-kummerċ transfruntier tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju li abbli jiġu kkumpensati b’żieda fl-importazzjonijiet tal-gass naturali. L-użu tat-terminals tal-LNG u l-importazzjonijiet jista’ jibqa’ ristrett għall-gass naturali, minkejja li ma jkun meħtieġ l-ebda adattament tat-terminals tal-LNG jekk ikun hemm disponibbli bijometan jew metan sintetiku kompetittivi minn sorsi barra mill-UE.
L-ippjanar tan-network nazzjonali se jkun meħtieġ jiġi żviluppat biss fl-Istati Membri fejn ikunu qed joperaw l-Operaturi Indipendenti ta’ Trażmissjoni (ITO) u l-Operaturi Indipendenti tas-Sistemi (ISO). Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom pjan uniku tal-iżvilupp tal-gass nazzjonali li permezz tiegħu jikkooperaw l-operaturi tal-gass, il-kooperazzjoni transsettorjali xorta għadha limitata.
It-tħejjija kkoordinata tal-UE f’każ ta’ emerġenza għas-settur tal-gass attwali wriet li hi aktar effiċjenti minn azzjoni fil-livell nazzjonali biss.
•Proporzjonalità
L-inizjattiva hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-intervent ta’ politika huwa proporzjonali għad-dimensjoni u n-natura tal-problemi definiti u għall-kisba tal-objettivi stabbiliti.
Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ġenerali segwit li tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwils gassużi b’mod kompetittiv, bl-anqas kostijiet ekonomiċi u b’mod li jiżgura s-sigurtà tal-enerġija u li jixħet lill-konsumaturi fil-qalba nett tas-swieq tal-enerġija. Is-sett ta’ għażliet ppreferuti huwa meqjus proporzjonat u jibni kemm jista’ jkun fuq l-approċċi eżistenti. Il-bilanċ bejn l-obbligi u l-kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti ta’ azzjoni fost l-Istati Membri u l-entitajiet privati huwa meqjus xieraq minħabba l-ħtieġa imperattiva li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.
•Għażla tal-istrument
Abbażi tal-evalwazzjoni ġenerali tal-qafas regolatorju attwali għas-suq tal-gass, l-istrumenti magħżula huma Direttivali tirriformula d-Direttiva 2009/73/KE, u Regolament li jirriformula r-Regolament Nru 715/2009. L-għażla ta’ riformulazzjoni ta’ dawn l-atti legali eżistenti se ssaħħaħ iċ-ċarezza legali. Ir-rikors għal att emendatorju jaf ma kienx adegwat biex jiġi indirizzat sett wiesa’ ta’ dispożizzjonijiet ġodda. L-għażla tal-istrumenti għalhekk titlob reviżjoni tar-regoli diġà adottati u implimentati, bħala evoluzzjoni naturali tal-leġiżlazzjoni attwali, fid-dawl ta’ dawn il-bidliet. Se jkun jeħtieġ jiġu emendati aktar atti permezz tar-Regolament dwar il-Gass fosthom: ir-Regolament SoS (UE) 2017/1938, ir-Regolament ACER (UE) 2019/942 u r-Regolament REMIT (UE) Nru 1227/2011.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Id-dħul fis-seħħ tat-Tielet pakkett dwar l-Enerġija kkontribwixxa b’mod pożittiv għall-kompetizzjoni u l-prestazzjoni tas-swieq interni tal-enerġija. Madankollu, il-qafas regolatorju attwali għall-gass jiffoka fuq il-gass naturali mill-fjuwils fossili u ma jantiċipax bis-sħiħ l-emerġenza ta’ alternattivi għall-gassijiet tal-metan (inkluż il-gass naturali u l-bijometan), bħalma hu l-idroġenu.
Hija meħtieġa rieżaminazzjoni tal-qafas regolatorju attwali dwar is-suq tal-gass u din diġà tħabbret fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima. Peress li fl-Istati Membri tal-UE hemm potenzjal differenti għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, qafas tas-suq adegwat jista’ jgħin biex l-idroġenu jsir tassew vettur tal-enerġija u abilitant tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.
Abbażi ta’ dan, ġew identifikati erba’ xpruni ewlenin skont il-Qasam problematiku I tal-Valutazzjoni tal-Impatt: (i) id-dekarbonizzazzjoni se twassal biex tinħoloq katina tal-valur tal-idroġenu Ewropea li tiddependi fuq suq tal-idroġenu transfruntier; (ii) in-nuqqas tal-investimenti fl-infrastruttura tal-idroġenu jxekkel l-iżvilupp tas-suq; (iii) l-infrastruttura tal-idroġenu aktarx tikkostitwixxi monopolju naturali, li jirriżulta fi strutturi tas-suq mhux kompetittivi; (iv) ir-regoli diverġenti dwar il-kwalità tal-idroġenu jistgħu jtellfu l-flussi transfruntieri u jikkawżaw kostijiet addizzjonali.
Ir-regoli eżistenti dwar il-gass, li jiffokaw fuq il-gass naturali mill-fjuwils fossili importat prinċipalment minn barra l-UE, ma jindirizzawx il-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni deċentralizzata tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fl-UE. Barra minn hekk, il-volumi dejjem jikbru tal-bijometan, tal-idroġenu iżda anke tal-LNG jaffettwaw il-kwalità tal-gass u għalhekk jaffettwaw ukoll id-disinn tal-infrastruttura tal-gass u l-apparati tal-utenti finali. B’mod partikolari, il-Valutazzjoni tal-Impatt tirrikonoxxi ħames xpruni ewlenin relatati ma’ dan il-Qasam Problematiku: (i) l-aċċess ristrett għas-suq u għall-grilja għall-produtturi lokali tal-bijometan konnessi mal-grilji ta’ distribuzzjoni, id-diverġenza tar-regoli fir-rigward tal-obbligu ta’ konnessjoni u l-kostijiet tal-konnessjoni tal-grilja għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u t-tariffi ta’ dħul/ħruġ intra-UE li jxekklu l-istabbiliment ta’ suq intern tal-gass tal-UE integrat għalkollox, likwidu u interoperabbli; (ii) id-differenzi fil-kwalità tal-gass u l-livelli tat-taħlit tal-idroġenu jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-flussi transfruntieri u l-utenti finali, filwaqt li r-regoli attwali dwar il-kwalità tal-gass mhumiex adattati biex jindirizzaw l-iżviluppi futuri; (iii) it-terminals tal-LNG mgħammra biex jirċievu l-aktar il-gass naturali, l-aċċess limitat tal-gassijiet ġodda għat-terminals tal-LNG; (iv) il-kuntratti għal provvista fit-tul tal-gass naturali b’emissjonijiet mhux imnaqqsa jistgħu jikkawżaw l-intrappolament tal-gass naturali u jfixklu l-provvista tal-gassijiet rinnovabbli lejn l-2050; (v) l-arranġamenti attwali tas-sigurtà tal-enerġija jindirizzaw biss ir-riskji relatati mal-provvista tal-gass naturali u mhux tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju.
Rigward l-ippjanar tan-network, jeħtieġ tevolvi aktar il-kooperazzjoni bejn it-TSOs u r-regolaturi. Il-penetrazzjoni dejjem tiżdied tas-sorsi intermittenti ta’ enerġija tirrikjedi integrazzjoni aħjar tas-sistema kollha tal-enerġija u interkonnessjoni aħjar tal-infrastruttura, abbażi ta’ approċċ aktar ħolistiku u inklużiv. Il-Valutazzjoni tal-Impatt jiddeskrivi tliet xpruni ewlenin fir-rigward ta’ dan il-Qasam Problematiku: (i) l-ippjanar tan-network ivarja bejn l-Istati Membri u t-TSOs, ippjanar separat għall-elettriku u għall-gass; (ii) l-ebda trasparenza dwar il-potenzjal tal-infrastruttura eżistenti li tadatta għal skop differenti jew id-dekummissjonar; (iii) id-DSOs mhumiex espliċitament inklużi fl-ippjanar tat-TSO. Barra minn hekk, bi strateġija aktar armonizzata tal-iżvilupp tas-sistema, ikomplu jiżdiedu l-interkonnessjonijiet bejn is-sistemi tal-elettriku u tal-gass inkluż l-idroġenu.
L-evalwazzjoni wriet li jeħtieġ tittejjeb il-kompetizzjoni biex jiġi żgurat li l-konsumaturi tal-UE jgawdu mill-benefiċċji kollha tal-integrazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, il-konsumaturi għadhom jiċċaħħdu mill-għodod meħtieġa biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fis-suq. Id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-leġiżlazzjoni analizzata juru li huma adegwati għall-iskop parzjalment biss. B’mod partikolari, il-protezzjoni tal-klijenti vulnerabbli għadha mhix uniformi bejn l-Istati Membri u l-faqar enerġetiku għadu sinifikanti madwar l-UE. B’mod konkordanti, il-Qasam Problematiku IV identifika tliet xpruni ewlenin tal-problema: (i) il-potenzjal mhux sfruttat ta’ kompetizzjoni fis-swieq bl-imnut; (ii) l-awtonomizzazzjoni insuffiċjenti tal-klijenti f’termini ta’ qlib, għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet, informazzjoni dwar il-fatturazzjoni, komunitajiet tal-enerġija, u aċċess għad-data; u (iii) il-protezzjoni inadegwata tal-konsumaturi b’mod partikolari għal dawk vulnerabbli u foqra fl-enerġija.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni komprensiva u inklużiva mal-partijiet ikkonċernati bbażata fuq strateġija ta’ konsultazzjoni li kienet tinkludi firxa ta’ metodi u għodod. Din l-istrateġija kellha l-għan li tiżgura li tiġi kkunsidrata l-evidenza rilevanti kollha, inkluż id-data dwar il-kostijiet, l-impatt fuq is-soċjetà, u l-benefiċċji tal-inizjattiva. Intużaw diversi għodod ta’ konsultazzjoni: konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu (Pjan direzzjonali), konsultazzjoni pubblika online ibbażata fuq kwestjonarju, preżentazzjoni mill-Kummissjoni u rispons mingħand il-partijiet ikkonċernati, inkluż il-Forum Regolatorju dwar il-Gass, diskussjonijiet mal-Istati Membri, mal-membri tal-Parlament Ewropew u mal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, u diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fi grupp ta’ ħidma kbir tal-partijiet ikkonċernati.
Il-Kummissjoni rċeviet 263 kontribut waqt il-konsultazzjoni pubblika miftuħa. B’mod ġenerali, ir-rispondenti kkonfermaw li jħossu l-ħtieġa li d-Direttiva dwar il-Gass u r-Regolament dwar il-Gass jiġu riveduti biex jgħinu fil-kisba tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni. Barra minn hekk, aktar minn 60 % tar-rispondenti jistennew li t-tibdil teknoloġiku u regolatorju meħtieġ biex is-suq tal-gass jiġi dekarbonizzat għandu l-potenzjal li joħloq impjiegi ġodda sal-2030.
Fir-rigward tal-iżvilupp tal-infrastruttura u s-swieq tal-idroġenu, il-maġġoranza tar-rispondenti jappoġġaw l-introduzzjoni tar-regolazzjoni fi stadju bikri biex jitrawmu suq u infrastruttura tal-idroġenu kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb. Ir-rispondenti tkellmu favur qafas leġiżlattiv tal-UE li jiddefinixxi l-prinċipji regolatorji ewlenin u li jħaddem approċċ gradwali. Il-maġġoranza l-kbira tappoġġa eż. l-aċċess ta’ partijiet terzi, ir-regoli dwar l-aċċess għall-pipelines tal-idroġenu, it-terminals tal-importazzjoni u l-ħażna, u titkellem favur is-separazzjoni tal-attivitajiet tan-networks. Ħafna mir-rispondenti qiesu li hu importanti li r-rwol tal-partijiet privati fl-iżvilupp tal-infrastruttura tal-idroġenu jiġi definit minn kmieni. Il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti jqisu wkoll li n-networks privati eżistenti u futuri jistgħu jiġu (temporarjament) eżentati minn ċerti rekwiżiti regolatorji iżda li jeħtieġ tiġi żgurata l-konverġenza fuq qafas regolatorju uniku. Il-maġġoranza assoluta tar-rispondenti jqisu li d-drittijiet u r-rekwiżiti li jippermettu infrastruttura tal-idroġenu ġdida jenħtieġ li jkunu simili għal dawk li llum huma applikabbli għall-pipelines tal-gass tal-metan.
Fir-rigward tal-promozzjoni tal-aċċess tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għas-suq u l-infrastruttura tal-gass eżistenti, il-partijiet ikkonċernati jaqblu dwar il-ħtieġa li jiġi rivedut il-qafas regolatorju attwali biex jgħin fil-kisba tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni. Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati tqis li hu importanti li jiġi żgurat aċċess sħiħ għas-suq u li tiġi ffaċilitata l-injezzjoni tal-gassijiet RES u LC fil-grilja tal-gass. Ħafna rispondenti jitkellmu favur l-obbligu tal-operaturi tan-network li jgħaqqdu lill-produtturi tal-gassijiet RES u LC u li jintroduċu tnaqqis fl-imposta tal-injezzjoni. Il-maġġoranza tar-rispondenti jappoġġaw ukoll it-titjib tal-qafas ta’ trasparenza għat-terminals tal-LNG. Hemm ukoll appoġġ qawwi għall-applikazzjoni armonizzata tal-istandards tal-kwalità tal-gass madwar l-UE, għal koordinazzjoni transfruntiera msaħħa u aktar trasparenza. Ir-rispondenti għandhom fehmiet differenti dwar it-taħlit tal-idroġenu, iżda l-maġġoranza taqbel li dan jista’ jipprovdi l-ewwel pass kosteffiċjenti u rapidu, minkejja l-kostijiet tekniċi għaljin għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Ftit huma l-partijiet ikkonċernati li jappoġġaw it-tneħħija tat-tariffi transfruntieri intra-UE. Il-maġġoranza tar-rispondenti jqisu l-isfidi għas-sigurtà speċifiċi għall-gass u l-miżuri dwar iċ-ċibersigurtà bħala importanti.
Fir-rigward tal-integrazzjoni tal-ippjanar tan-network, il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati jappoġġaw li ż-żmien tal-pjan tal-iżvilupp tan-network (NDP) jiġi allinjat mat-TYNDP, u ma’ pjan tal-gass uniku irrispettivament mill-mudell ta’ separazzjoni magħżul. Il-maġġoranza tar-rispondenti esprimiet appoġġ ferm akbar għal xenarju konġunt tal-elettriku u tal-gass. Numru sostanzjali ta’ partijiet ikkonċernati jitolbu li l-proġetti tal-idroġenu jiġu inklużi fl-NDP. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jaqblu dwar ir-rwol tad-DSOs li jipprovdu u jaqsmu l-informazzjoni, u diversi rispondenti jappoġġaw ukoll li d-DSOs jipprovdu l-pjan tagħhom stess li jinkludi l-ottimizzazzjoni tas-sistema f’setturi differenti. Ir-rispondenti ppreferew ukoll pjan konġunt tal-gass u tal-elettriku għax-xenarji konġunti bi pjanijiet separati. Diversi partijiet ikkonċernati indikaw li pjan konġunt tal-metan u tal-idroġenu, bi pjan separat tal-elettriku, ikun l-għażla ppreferuta.
Fir-rigward tal-impenn u l-protezzjoni tal-klijenti fis-suq bl-imnut tal-gass ekoloġiku, il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati talbu għal ambizzjonijiet akbar fid-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċittadini/il-konsumaturi billi jiġu riflessi dawk tas-suq tal-elettriku. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-faqar enerġetiku jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux qed iħallsu l-kost għal qlib lejn alternattivi bbażati fuq il-gass. Ir-rappreżentanti tas-settur privat jappoġġaw il-pjanijiet ta’ tneħħija gradwali tal-prezzijiet regolati, filwaqt li xi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jippreferu jżommuhom biex jipproteġu lill-konsumaturi foqra fl-enerġija u vulnerabbli. Kważi nofs ir-rispondenti jridu li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-komparabbiltà tal-offerti u l-aċċessibbiltà tad-data, it-trasparenza, is-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti u l-qlib. L-ebda rispondent ma appoġġa l-approċċ mhux regolatorju.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
L-inizjattiva proposta u l-Valutazzjoni tal-Impatt sottostanti tagħha huma msejsa fuq l-evidenza mill-kontribut tal-partijiet ikkonċernati waqt il-konsultazzjonijiet estensivi mwettqa f’dan ir-rigward, kif ukoll analiżi tal-letteratura, u mmudellar. L-analiżi tal-letteratura inkludiet ir-riżultati ta’ serje ta’ studji topiċi dwar l-elementi ewlenin bħar-rwol tal-infrastruttura, tas-suq u tal-produzzjoni tal-idroġenu u tal-gass dekarbonizzat, li saru għall-Valutazzjoni tal-Impatt jew li kkontribwew għall-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, kif ukoll il-valutazzjonijiet imwettqa għal inizjattivi rilevanti oħra tal-Kummissjoni. Fil-valutazzjoni tqiesu wkoll il-konklużjonijiet adottati fil-qafas ta’ diversi fora tal-partijiet ikkonċernati, l-aktar importanti dik dwar ir-Regolament dwar il-Gass (il-Forum ta’ Madrid), u dik dwar ir-Regolament dwar l-Elettriku (il-Forum ta’ Firenze). Gew kkunsidrati wkoll id-diskussjonijiet mal-Istati Membri, mal-membri tal-Parlament Ewropew, mal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, mal-ACER u d-diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati l-oħra.
•Valutazzjoni tal-Impatt
Skont il-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt ta’ diversi għażliet ta’ politika. Din il-ħidma kienet sostnuta minn konsultazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni permezz ta’ Grupp Interservizzi ta’ Tmexxija.
Il-Valutazzjoni tal-Impatt ġiet ippreżentata lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) u diskussa miegħu. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ “opinjoni pożittiva b’xi riżervi”. Ir-riżervi ġew indirizzati b’mod partikolari billi: (i) il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ġew integrati fid-deskrizzjoni tal-problema, (ii) ġie spjegat ir-rwol tal-inizjattiva bħala parti mill-qafas abilitanti tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, (iii) ġiet iċċarat ix-xenarju bażi tal-impatt tal-għażliet ta’ politika, (iv) saret aktar distinzjoni bejn l-atturi differenti, b’mod partikolari bejn il-produtturi u l-konsumaturi tal-gass naturali u tal-idroġenu, (v) saret valutazzjoni ta’ kif l-inizjattiva jista’ jkollha impatti differenti għall-SMEs meta mqabbla ma’ kumpaniji (akbar) oħra, (vi) il-fehmiet kuntrarji u dawk tal-minoritajiet ġew riflessi aħjar tul ir-rapport kollu, inkluż fid-definizzjoni tal-problema, it-tfassil tal-għażliet, l-analiżi tal-impatti u l-għażla tal-għażla ppreferuta, (vii) ittejbet in-narrattiva tar-rapport, u (viii) imtlew it-tabelli tal-kostijiet u l-benefiċċji fil-format ix-xieraq.
Matul il-ħidma tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġiet ikkunsidrata firxa ta’ miżuri f’erba’ Oqsma Problematiċi sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati u l-ixpruni ewlenin tal-problemi bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva: Wara valutazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tal-koerenza u tal-proporzjonalità tagħhom, instab li pakkett ta’ għażliet ippreferuti huwa l-aktar adattat sabiex jikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti.
Qasam Problematiku I: Infrastruttura tal-idroġenu u swieq tal-idroġenu
Il-Qasam Problematiku I jqis l-għażliet ta’ politika li ġejjin: li ssir sejħa għall-offerti għall-operazzjoni tan-network tal-idroġenu (Għażla 1); li jiġu introdotti l-prinċipji regolatorji ewlenin ispirati minn dawk applikabbli attwalment għas-suq tal-gass naturali iżda adattati għall-fażi tal-iżvilupp tas-swieq tal-idroġenu (Għażla 2); u li jiġi stabbilit reġim regolatorju żviluppat bis-sħiħ għall-idroġenu (simili għal dak applikabbli attwalment għas-settur tal-gass naturali) mingħajr il-ħtieġa għal tranżizzjoni lejn suq tal-idroġenu aktar matur (Għażla 3). L-għażla ppreferuta hija li jiġu introdotti l-prinċipji regolatorji ewlenin mill-bidu filwaqt li tiġi pprovduta ċarezza fuq ir-reġim regolatorju (futur) finali. (Għażla 2b “Prinċipji regolatorji ewlenin b’viżjoni). Il-benefiċċju ewlieni ta’ din l-għażla huwa li trawwem l-integrazzjoni tas-suq, tipprovdi ċarezza għall-investituri, tevita t-twaqqif ta’ strutturi tas-suq mhux kompetittivi kif ukoll il-kostijiet tal-aġġustamenti ex post tar-regoli ladarba s-suq ikun matur, iżda tħalli l-flessibbiltà biex ir-regolazzjoni titfassal skont iż-żieda fi stadji tas-settur tal-idroġenu.
Qasam Problematiku II: Il-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-infrastruttura u s-swieq tal-gass eżistenti, u s-sigurtà tal-enerġija
Il-Qasam Problematiku II jinkludi għażliet li jippromwovu l-aċċess għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju (RES u LC) fis-suq tal-gass u l-infrastruttura eżistenti. L-għażliet kollha jinkludu wkoll livell progressiv ta’ intervent biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar is-sigurtà tal-enerġija, b’mod partikolari biex jiġu estiżi l-għodod, l-istandards u l-proċeduri eżistenti għall-gassijiet RES u LC, is-solidarjetà effettiva u l-indirizzar tar-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà għas-settur tal-gass. L-Għażla 3 “Nippermettu u nippromwovu aċċess sħiħ għas-suq tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju” hija l-għażla ppreferuta għall-Qasam Problematiku II. Din l-għażla tinkludi l-miżuri biex jiġi appoġġat l-aċċess tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għas-suq bl-ingrossa, għat-terminals tal-LNG, u għall-grilja ta’ trażmissjoni (irrispettivament mill-post tal-konnessjoni), inkluż skonti fit-tariffi għall-injezzjoni fil-grilja u t-trasport transfruntier. Il-kwalità tal-gass tkun regolata b’approċċ armonizzat tal-UE għall-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera filwaqt li l-flessibbiltà titħalla f’idejn l-Istati Membri. Il-limitu massimu permess għat-taħlit tal-idroġenu huwa stabbilit f’5 % għall-punti transfruntieri kollha – livell li huwa kosteffiċjenti f’termini tal-kostijiet għal adattament u għal tnaqqis tal-emissjonijiet.
Nippermettu u nippromwovu aċċess sħiħ għas-suq tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju: Il-miżuri previsti huma konsistenti mal-isforzi tal-Unjoni biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u huma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-benefiċċju ewlieni huwa li l-miżuri se jnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni għal produtturi tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, iżidu l-kompetizzjoni, il-likwidità u l-kummerċ għall-gassijiet rinnovabbli, filwaqt li jħeġġu t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. B’dan il-mod, il-klijenti u l-kontribwenti se jibbenefikaw peress li l-appoġġ jista’ jitnaqqas. Dan se jillimita wkoll ir-riskji għas-sigurtà tal-enerġija u jiffranka l-ħin u r-riżorsi, jnaqqas l-inċertezzi, itejjeb l-effiċjenza tal-miżuri ta’ emerġenza, u jsaħħaħ ir-rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà għall-kumpaniji tal-gass.
Qasam Problematiku III: L-ippjanar tan-network
Il-Qasam Problematiku III jikkunsidra l-għażliet fir-rigward tal-ippjanar integrat tan-network. L-għażla ppreferuta għall-Qasam Problematiku III hija l-Għażla 2 “Ippjanar Nazzjonali bbażat fuq ix-Xenarji Ewropej”. L-għażla tipprevedi ppjanar nazzjonali iżda tirrikjedi li dan ikun ibbażat fuq xenarji konġunti għall-gass u l-elettriku, ikun allinjat mat-TYNDP u marbut mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima rilevanti. Din tinkludi l-atturi rilevanti kollha (DSOs) u tippermetti l-identifikazzjoni tal-pipelines li jistgħu jintużaw biex jadattaw għal skop differenti mill-metan għall-H2 fuq livell ta’ dettall li ma jinkisibx faċilment fil-livell Ewropew.
L-Istabbiliment tal-Ippjanar Nazzjonali abbażi tax-Xenarji Ewropej: Il-benefiċċju ewlieni huwa li dan se jelimina r-riskji li t-TSOs tal-elettriku u tal-gass jippjanaw l-evoluzzjoni tas-sistemi tagħhom abbażi ta’ suppożizzjonijiet inkompatibbli. Dan jippermetti l-integrazzjoni tas-settur u pjan tas-sistema kunċettwali filwaqt li jżomm il-benefiċċji tal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network speċifiċi għas-settur aktar dettaljati. Dan jiżgura viżjoni komuni tal-partijiet ikkonċernati differenti li timplika li l-ippjanar tan-network jikkunsidra l-istrateġiji tad-dekarbonizzazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE, filwaqt li jnaqqas ir-riskju ta’ intrappolamenti potenzjali jew ta’ assi mhux rekuperabbli.
Qasam Problematiku IV: Livell baxx ta’ impenn u protezzjoni tal-klijenti fis-suq bl-imnut tal-gass ekoloġiku
Il-Qasam Problematiku IV jinkludi għażliet li jissuġġerixxu approċċ mhux regolatorju fl-indirizzar tal-kompetizzjoni u l-involviment tal-konsumaturi jew minflok jeżiġu li jiġu indirizzati l-ixpruni ewlenin tal-problema permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida, li tirrifletti l-aktar dak li kien diġà stabbilit fis-settur tal-elettriku. Fid-dawl tal-analiżi, l-għażla ppreferuta hija l-Għażla 2 “Leġiżlazzjoni flessibbli”, li tirrifletti l-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq tal-elettriku kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-awtonomizzazzjoni. Din l-għażla aktarx tkun l-aktar effettiva, effiċjenti, u konsistenti ma’ Oqsma Problematiċi oħra.
Il-benefiċċju ewlieni huwa li toffri potenzjal ta’ ffrankar sinifikanti, tgħin lill-fornituri ġodda u lill-fornituri tas-servizzi biex jidħlu fis-suq, jiżviluppaw prodotti innovattivi, u dan jirriżulta f’aktar kompetizzjoni, impenn tal-konsumaturi u benefiċċji ekonomiċi. Dan jippermetti wkoll liċ-ċittadini u lill-komunitajiet iżidu l-aċċettazzjoni soċjali, jimmobilizzaw il-kapital privat u jiffaċilitaw l-użu tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju. It-tnaqqis fir-riskju ta’ investimenti żejda se jkollu impatt ambjentali pożittiv.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-proposti għall-emendar tal-leġiżlazzjoni eżistenti huma mfassla f’konformità mal-aktar għażliet ta’ politika kosteffettivi li ġew skrutinizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt. Huwa mistenni li wħud mill-għażliet ippreferuti jżidu l-kostijiet amministrattivi, ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar għall-korpi regolatorji u l-operaturi tas-suq. Pereżempju, mill-miżuri proposti jistgħu jirriżultaw skambji amministrattivi ogħla bejn l-NRAs u l-konsenjaturi tal-gass naturali, sforzi ta’ koordinazzjoni akbar bejn id-DSOs u t-TSOs, u aktar sforzi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għall-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, huma mistennija wkoll kostijiet regolatorji aktar baxxi u aktar effiċjenti mill-qafas emendat.
Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt turi li l-miżuri proposti joffru l-aktar għażliet regolatorji kosteffettivi biex jinkiseb l-objettiv ġenerali tal-inizjattiva, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli għat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-ħażna tal-gassijiet tal-metan u l-idroġenu li jistgħu jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija filwaqt li jiżguraw enerġija sigura u affordabbli.
Il-kostijiet regolatorji għall-immedjat li jikkawżaw uħud mill-miżuri ppreferuti jridu jiġu vvalutati skont il-kostijiet u l-isforzi li jkunu meħtieġa aktar fit-tul minħabba integrazzjoni u dekarbonizzazzjoni tardiva tas-sistema tal-enerġija. Il-benefiċċji li l-għażliet mistennija jipproduċu f’termini ta’ appoġġ għas-sorsi rinnovabbli, l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà tal-enerġija se jisbqu bil-kbir il-kostijiet amministrattivi u ta’ implimentazzjoni immedjati.
Il-proposta tkompli tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju attwali billi tarmonizza d-dispożizzjonijiet dwar l-infrastruttura u s-suq tal-gass bl-arkitettura ġdida u regolatorja kkonċepita mill-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għas-settur tal-elettriku. Allinjament akbar bejn is-setturi mistenni jkun ta’ benefiċċju għal ħafna oqsma regolatorji, b’mod partikolari l-awtonomizzazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi, il-governanza u s-sorveljanza regolatorja. Huma previsti wkoll kontributi simili waqt l-introduzzjoni bikrija ta’ qafas regolatorju għall-infrastrutturi u s-swieq tal-idroġenu. Filwaqt li r-regoli aktarx iżidu l-kostijiet amministrattivi immedjati u l-piżijiet regolatorji għall-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi tas-suq, armonizzazzjoni bikrija tal-prinċipji regolatorji għall-idroġenu mistennija tnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-konformità futuri u tipprevjeni r-riskju ta’ diverġenzi regolatorji u kostijiet tal-implimentazzjoni kbar.
•Drittijiet fundamentali
Is-salvagwardja tal-valuri tal-UE u tad-drittijiet fundamentali u s-sigurtà taċ-ċittadini fl-iżvilupp ta’ ambjent ekoloġiku tal-enerġija diġitali għandha importanza assoluta. Il-miżuri ta’ politika proposti dwar il-ġestjoni tad-data tfasslu b’dan il-ħsieb, u għandhom l-għan li jiżguraw aċċess u użu mifrux tat-teknoloġiji diġitali u tas-servizzi mmexxija mid-data u fl-istess ħin li jiġi ggarantit livell għoli tad-dritt għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, kif minquxin fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-impatt baġitarju fuq il-baġit tal-UE assoċjat mal-proposta skont dan il-pakkett jikkonċerna r-riżorsi umani tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija li huma deskritti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tar-[Regolament dwar il-Gass]. Essenzjalment, il-kompiti l-ġodda li għandhom jitwettqu mill-ACER b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ settur tal-idroġenu kompetittiv, iżda wkoll iż-żieda fil-kumplessità tas-swieq tal-gass minħabba sehem dejjem akbar ta’ gassijiet oħra għajr il-gass naturali, jirrikjedu l-introduzzjoni gradwali ta’ 21 FTE addizzjonali fl-ACER mill-2023 ’il quddiem. Sabiex jiġu implimentati r-regoli proposti għal settur ġdid u promettenti, sabiex jiġu integrati tipi ġodda ta’ gassijiet fis-suq u fl-infrastruttura tal-gass kif ukoll sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet imsaħħa tal-konsumaturi, jeħtieġ jissaħħu wkoll ir-riżorsi umani tad-DĠ Enerġija b’5 FTE addizzjonali.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-monitoraġġ tal-progress se jikkonsisti f’approċċ b’żewġ livelli ta’ rapportar annwali mill-ACER u evalwazzjoni mill-Kummissjoni.
Il-mandat tal-ACER ta’ monitoraġġ u rapportar annwali dwar il-prestazzjoni tas-suq fir-rapport annwali tagħha dwar il-monitoraġġ tas-suq (l-obbligu fir-Regolament (KE) Nru 715/2009) se jinżamm, u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż għall-idroġenu. Fi żmien sena mill-adozzjoni tal-proposti, il-Kummissjoni se tistieden lill-ACER tirrieżamina u taġġorna l-indikaturi ta’ monitoraġġ attwali tagħha (bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati) biex tiżgura r-rilevanza kontinwa tagħhom għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi sottostanti ta’ dawn il-proposti. L-ACER se tkompli tiddependi fuq is-sorsi tad-data diġà stabbiliti u użati għat-tħejjija tar-rapport dwar il-monitoraġġ tas-suq, estiża bid-data rilevanti dwar l-idroġenu.
Ir-rapportar annwali tal-ACER se jissostitwixxi l-obbligi ta’ rapportar tal-Kummissjoni li attwalment għadhom jeżistu skont id-Direttiva dwar il-Gass. Il-proposti dettaljati se jiżguraw li l-monitoraġġ tal-ACER huwa komplimentari għall-eżerċizzji ta’ monitoraġġ l-oħra (speċjalment il-monitoraġġ skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni dwar il-Klima) u b’hekk jevitaw kull duplikazzjoni.
Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-impatt tal-inizjattivi proposti, inkluż l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza kontinwa u r-rilevanza tal-proposti, tul perjodu ta’ żmien partikolari wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri adottati (b’mod indikattiv, ħames snin). Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-Direttiva u għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta’ Il-Kummissjoni vs il-Belġju (il-kawża C-543/17), l-Istati Membri jridu jakkumpanjaw in-notifiki tagħhom tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali b’informazzjoni ċara u preċiża biżżejjed li tindika liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali qed jittrasponu liema dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Din trid tiġi pprovduta għal kull obbligu, mhux biss fil-“livell tal-artikolu”. Jekk l-Istati Membri jikkonformaw ma’ dan l-obbligu, fil-prinċipju ma jkollhomx bżonn jibagħtu id-dokumenti ta’ spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament se jiġi implimentat b’mod dirett u uniformi fl-Istati Membri, u għalhekk ma jeħtieġx Dokument ta’ Spjegazzjoni.
•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Id-direttiva riveduta proposta tikkonsisti f’għaxar kapitoli li jinkludu 91 artikolu.
Kapitolu 1 – Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Dan il-kapitolu jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-ħażna tal-gassijiet li jużaw is-sistema tal-gass naturali kif ukoll ir-regoli dwar it-trasport, il-provvista u l-ħażna tal-idroġenu li jużaw is-sistema tal-idroġenu. Il-kapitolu jiddefinixxi wkoll it-termini ewlenin użati fid-direttiva proposta.
Kapitolu 2 – Regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tas-swieq
Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli biex jiġu żgurati swieq tal-gass kompetittivi, bil-konsumaturi fiċ-ċentru, flessibbli u nondiskriminatorji. Jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq, bħall-għażla ħielsa tal-fornitur, prezzijiet tal-provvista bbażati fuq is-suq, l-obbligi tas-servizz pubbliku, is-sostenibbiltà, iċ-ċertifikazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali, u r-regoli tekniċi u ta’ proċedura.
Kapitolu 3 – Awtonomizzazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi u s-swieq bl-imnut
Dan il-kapitolu jipprovdi b’mod partikolari sett ta’ drittijiet għall-konsumaturi: Jelabora dwar id-drittijiet kuntrattwali bażiċi, id-drittijiet u t-tariffi għall-qlib, u r-regoli dwar l-għodod għat-tqabbil, il-klijenti attivi, u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini. Jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-fatturazzjoni, il-metraġġ intelliġenti u konvenzjonali, u l-ġestjoni tad-data.
Fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-punti uniċi ta’ kuntatt, id-dritt għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, il-klijenti vulnerabbli, u s-swieq bl-imnut.
Kapitolu 4 – Aċċess ta’ partijiet terzi għall-infrastruttura
Dan il-kapitolu huwa maqsum fi tliet taqsimiet biex ikopri dan li ġej: l-aċċess għall-infrastruttura tal-gass naturali, l-aċċess għall-infrastruttura tal-idroġenu, u r-rifjut tal-aċċess u l-konnessjoni.
Kapitolu 5 – Regoli applikabbli għat-trażmissjoni, il-ħżin u l-operatur tas-sistema tal-gass naturali
Dan il-kapitolu jelabora l-kompiti tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, tal-ħażna u tal-LNG, il-kunfidenzjalità u s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Kapitolu 6 – Operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali
Dan il-kapitolu jistabbilixxi d-deżinjazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-kompiti tagħhom, is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-konnessjoni tal-faċilitajiet ġodda tal-produzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju mas-sistema tad-distribuzzjoni, is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, l-obbligi ta’ kunfidenzjalità tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi magħluqa ta’ distribuzzjoni, u l-operatur ikkumbinat.
Kapitolu 7 – Regoli applikabbli għan-networks iddedikati għall-idroġenu
Dan il-kapitolu jipprovdi b’mod partikolari l-kompiti tan-networks tal-idroġenu, l-operaturi tal-ħażna u tat-terminals, id-dispożizzjonijiet dwar in-networks tal-idroġenu eżistenti, in-networks tal-idroġenu ġeografikament limitati, is-sistemi tal-idroġenu magħluqa, l-interkonnetturi ma’ pajjiżi terzi, u l-kunfidenzjalità għall-operaturi.
Kapitolu 8 – Ippjanar Integrat tan-Network
Dan il-kapitolu jelabora dwar l-iżvilupp tan-network u s-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment, dwar ir-rapportar tal-iżvilupp tan-network tal-idroġenu, kif ukoll dwar il-finanzjament ta’ infrastruttura tal-idroġenu transfruntiera ġdida.
Kapitolu 9 – Separazzjoni u ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni
Dan il-kapitolu huwa maqsum f’sitt taqsimiet biex ikopri dan li ġej: is-separazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà, l-operaturi indipendenti tas-sistema, l-operaturi indipendenti tat-trażmissjoni, is-separazzjoni tal-operaturi tan-networks dedikati tal-idroġenu u d-deżinjazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tal-gass naturali u tal-idroġenu, u s-separazzjoni u t-trasparenza tal-kontijiet.
Kapitolu 10 – Awtoritajiet regolatorji
Dan il-kapitolu jiffoka fuq id-deżinjazzjoni u l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, fuq l-objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorja, fuq id-dmirijiet u s-setgħat tagħhom, fuq ir-reġim regolatorju għall-kwistjonijiet transfruntieri, fuq il-konformità mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida, u fuq iż-żamma tar-rekords.
Kapitolu 11 – Dispożizzjonijiet finali
L-aħħar kapitolu jiffoka fuq id-dispożizzjonijiet finali u jinkludi artikoli b’mod partikolari dwar il-miżuri ta’ salvagwardja, l-ambjent ekwu, il-ftehimiet tekniċi, id-derogi, il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, l-eżerċizzju tad-delega, il-proċedura ta’ kumitat, ir-rapportar, ir-revoka, it-traspożizzjoni, id-dħul fis-seħħ, id-Destinatarji.
L-Anness I huwa dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fatturazzjoni u l-informazzjoni dwar il-fatturazzjoni.
L-Anness II jittratta l-metraġġ intelliġenti tal-gass naturali.
L-Anness III jelenka d-data tal-applikazzjoni u l-limiti tat-traspożizzjoni tad-Direttiva mħassra u l-emendi tagħha.
L-Anness IV fih tabella ta’ korrelazzjoni.
Ir-regolament rivedut propost jikkonsisti fi tmien kapitoli li jinkludu 69 artikolu.
Kapitolu 1 – Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Dan il-kapitolu jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli rigward l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, il-qafas għall-klima u l-enerġija kif ukoll il-konsumaturi. Jiddefinixxi wkoll it-termini ewlenin użati fir-regolament propost.
Kapitolu 2 – Regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tas-swieq u l-aċċess għall-infrastruttura
Dan il-kapitolu jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali kif ukoll is-separazzjoni tal-bażijiet ta’ assi regolati, is-servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi, il-valutazzjoni tas-suq tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, il-prinċipji tal-mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni, il-kummerċ ta’ drittijiet tal-kapaċità, ir-regoli tal-ibbilanċjar u l-imposti tal-iżbilanċ, iċ-ċertifikazzjoni, u l-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
Kapitolu 3 – Aċċess għan-Network
Dan il-kapitolu jelabora dwar it-tariffi għall-aċċess għan-networks, u l-iskonti.
Kapitolu 4 – L-operazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni, tal-ħażna, tal-LNG u tat-terminals tal-idroġenu
Dan il-kapitolu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kapaċità kostanti tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, il-koordinazzjoni transfruntiera dwar il-kwalità tal-gass, it-taħlitiet tal-idroġenu, in-network Ewropew tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, il-monitoraġġ mill-ACER, l-awtoritajiet regolatorji, il-konsultazzjonijiet, il-kostijiet, il-kooperazzjoni reġjonali, it-TYNDP, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza, u ż-żamma tar-rekords.
Kapitolu 5 — L-operazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar il-kapaċità kostanti tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, il-kooperazzjoni bejn id-DSOs u t-TSOs, ir-rekwiżit ta’ trasparenza, l-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni. Il-kapitolu jinkludi l-proċeduri u l-kompiti.
Kapitolu 6 — Aċċess għan-networks dedikati tal-idroġenu
Dan il-kapitolu jiffoka fuq il-koordinazzjoni transfruntiera dwar il-kwalità tal-idroġenu, in-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Network tal-Idroġenu, il-kompiti tiegħu, it-TYNDP għall-idroġenu, il-kostijiet, u l-konsultazzjoni, il-monitoraġġ mill-ACER, il-kooperazzjoni reġjonali, u r-rekwiżiti ta’ trasparenza.
Kapitolu 7 — Kodiċijiet tan-network u linji gwida
Dan il-kapitolu jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet għall-adozzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida, l-istabbiliment tal-kodiċijiet tan-network, l-emendi tal-kodiċijiet tan-network, il-linji gwida, id-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu miżuri aktar dettaljati, l-għoti ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità, u l-penali. It-tliet regoli huma adattati għall-idroġenu.
Kapitolu 8 — Dispożizzjonijiet finali
Dan il-kapitolu jiffoka fuq id-dispożizzjonijiet finali u jinkludi artikoli b’mod partikolari dwar infrastruttura ġdida tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-proċedura ta’ kumitat, l-eżenzjonijiet, id-derogi, l-eżerċizzju ta’ delega, l-emendi għar-regolamenti, l-emenda biex jiġi estiż ir-Regolament dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass għall-gassijiet RES u LC u biex ikun jinkludi miżuri dwar iċ-ċibersigurtà, is-solidarjetà u l-ħażna, ir-revoka, u d-dħul fis-seħħ.
L-Anness I jinkludi l-linji gwida.
L-Anness II jinkludi l-Anness IX imdaħħal tar-Regolament 2017/1938
L-Anness III jinkludi l-informazzjoni dwar ir-Regolament revokat b’lista tal-emendi suċċessivi
L-Anness IV fih tabella ta’ korrelazzjoni.
🡻 715/2009 (adattat)
2021/0424 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ⌦ dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ⌫ , u b’mod partikolari l-Artikolu 95 ⌦ 194 (2) ⌫ tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
⇩ new
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġie emendat b’mod sostanzjali kemm-il darba. Peress li jridu jsiru aktar emendi, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.
🡻 715/2009 premessa 1 (adattat)
(2)Is-suq intern tal-gass naturali, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fil-Komunità ⌦ fl-Unjoni ⌫ , sew jekk ċittadini u sew jekk negozji, u jiftaħ opportunitajiet ġodda ta’ negozju u aktar kummerċ transfruntier, biex jiżgura titjib fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi u standards ogħla ta’ servizz, u biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà.
⇩ new
(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-liġi dwar il-klima jistabbilixxu mira biex l-UE ssir newtrali għall-klima sal-2050 b’mod li jikkontribwixxi għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi Ewropej. Biex jinfetħu swieq tal-gass dekarbonizzati u jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni tal-enerġija, hemm bżonn ishma ferm akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli f’sistema tal-enerġija integrata b’parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fi swieq kompetittivi.
(4)Dan ir-Regolament jimmira li jiffaċilita l-penetrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju f’sistema tal-enerġija li tabilita qalba mill-gassijiet fossili, filwaqt li permezz ta’ dan ir-Regolament, dawn il-gassijiet ġodda jistgħu jaqdu rwol importanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE għall-2030 u tinkiseb in-newtralità klimatika fl-2050. Ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jistabbilixxi qafas regolatorju li jippermetti u jinċentiva lill-parteċipanti kollha fis-suq biex jikkunsidraw r-rwol tranżizzjonali tal-gassijiet fossili waqt l-ippjanar tal-attivitajiet tagħhom biex jevitaw effetti ta’ intrappolament u jiżguraw tneħħija gradwali u fil-ħin tal-gassijiet fossili, b’mod notevoli fis-setturi industrijali rilevanti kollha u għal finijiet ta’ tisħin.
(5)L-istrateġija tal-UE dwar l-idroġenu tirrikonoxxi li, peress li l-Istati Membri tal-UE għandhom potenzjal differenti għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, suq tal-UE miftuħ u kompetittiv b’kummerċ tranfruntier bla xkiel għandu benefiċċji importanti għall-kompetizzjoni, l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, din tisħaq li t-tranżizzjoni lejn suq likwidu li jwettaq kummerċ tal-idroġenu bbażat fuq il-komodità tiffaċilita d-dħul ta’ produtturi ġodda u tkun ta’ benefiċċju għal integrazzjoni aktar sħiħa ma’ vetturi oħra tal-enerġija. Din tibgħat sinjali ta’ prezzijiet vijabbli għal investimenti u deċiżjonijiet operattivi. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jwasslu biex jinfetħu swieq tal-idroġenu u ċentri ta’ kummerċ likwidu u ċentri ta’ kummerċ tal-idroġenu bbażat fuq il-komodità, u jenħtieġ li jixxejjen kull xkiel f’dan ir-rigward mill-Istati Membri. Filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-differenzi inerenti, għal suq tal-idroġenu jenħtieġ li jitqiesu r-regoli eżistenti li abilitaw operazzjonijiet kummerċjali effiċjenti, żviluppati għas-swieq u l-kummerċ tal-elettriku u tal-gass.
🡻 715/2009 premessa 2
Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali
u r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali
għamlu kontributi sinifikanti lejn il-ħolqien ta’ suq intern tal-gass naturali.
🡻 715/2009 premessa 3
L-esperjenza miksuba fl-implementazzjoni u fis-sorveljanza tal-ewwel sett ta’ Linji Gwida għall-Prattika Tajba, adottat mill-Forum Regolatorju Ewropew dwar il-Gass (il-Forum ta' Madrid) fl-2002, turi li sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni sħiħa tar-regoli stabbiliti f’dawk il-linji gwida fl-Istati Membri kollha, u sabiex tiġi pprovduta garanzija minima għal kondizzjonijiet ugwali ta' aċċess għas-suq fil-prattika, jeħtieġ li jiġi pprovdut li dawn isiru nfurzabbli legalment.
🡻 715/2019 premessa 4
Sett ieħor ta’ regoli komuni, intitolat “it-Tieni Linji Gwida għall-Prattika Tajba” ġie adottat fil-laqgħa tal-Forum ta’ Madrid fl-24 u 25 ta’ Settembru 2003 u l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi, fuq il-bażi ta’ dawk il-Linji Gwida, prinċipji u regoli bażiċi dwar l-aċċess għan-network u s-servizzi ta’ aċċess għal terzi, l-immaniġġar tal-konġestjoni, it-trasparenza, il-bilanċjament u l-kummerċ ta’ drittijiet tal-kapaċità.
🡻 715/2009 premessa 5 (adattat)
(6)⌦ [Id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] ⌫ Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gas naturali
tipprevedi l-possibbiltà ta’ operatur ta’ sistema kombinata ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jeħtiġux bidla fl-organizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva.
🡻 715/2019 premessa 6
Il-pipelines ta’ pressjoni għolja li jqabbdu d-distributuri lokali man-network tal-gass li mhumiex użati primarjament fil-kuntest tad-distrubuzzjoni lokali huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
🡻 715/2009 premessa 7
⇨ new
(7)Jeħtieġ jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni tat-tariffi tal-aċċess għan-network, biex tkun żgurata li dawn jikkonformaw għalkollox mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mal-ħtiġijiet ta’ suq intern li jiffunzjona sew, u biex issir kunsiderazzjoni sħiħa tal-ħtieġa tal-integrità tas-sistema u jiġu riflessi l-kostijiet imġarrba, diment li dawn il-kostijiet ikunu jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti, filwaqt li jinkludu redditu xieraq mill-investimenti, ⇨ u jabilitaw l-integrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju ⇦ u fejn ikun il-każ, b'kont meħud tal-benchmarking tat-tariffi mill-awtoritajiet regolatorji. ⇨ Ir-regoli dwar it-tariffi tal-aċċess għan-network f’dan ir-Regolament huma kkumplimentati b’aktar regoli dwar it-tariffi tal-aċċess għan-network, b’mod partikolari fil-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati abbażi dan ir-Regolament, fi [ir-Regolament dwar it-TEN-E kif propost f’COM(2020) 824 final], fi [ir-Regolament dwar il-Metan kif propost f’COM(2021) xxx], fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fi [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika kif propost f’COM(2021) 558 final]. ⇦
⇩ new
(8)B’mod ġenerali, ikun aktar effiċjenti li l-infrastruttura tiġi ffinanzjata bi dħul li jinkiseb mingħand l-utenti ta’ dik l-infrastruttura u li jiġu evitati s-sussidji inkroċjati. Barra minn hekk, dawn is-sussidji inkroċjati, f’każ ta’ assi regolati, ikunu kompatibbli mal-prinċipju ġenerali ta’ tariffi li jirriflettu l-kostijiet. F’każijiet eċċezzjonali, madankollu, dawn is-sussidji inkroċjati jaf iwasslu għal benefiċċji soċjetali, b’mod partikolari waqt il-fażijiet bikrija tal-iżvilupp ta’ network meta l-kapaċità prenotata tkun baxxa meta mqabbla mal-kapaċità teknika u meta jkun hemm ċerta inċertezza sinifikanti b’rabta ma’ meta se timmaterjalizza d-domanda tal-kapaċità futura. Għaldaqstant, is-sussidji inkroċjati jistgħu jikkontribwixxu għal tariffi raġonevoli u prevedibbli għall-utenti bikrija tan-network, u għal tnaqqis fir-riskji tal-investimenti għall-operaturi tan-networks. B’hekk, is-sussidji inkroċjati jistgħu jikkontribwixxu għal klima ta’ investimenti li tappoġġa l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li s-sussidji inkroċjati ma jiġux iffinanzjati minn utenti tan-networks fi Stati Membri oħra, irrispettivament minn jekk dan ikun direttament jew indirettament. B’hekk, il-finanzjament għas-sussidji inkroċjati jixraq jinġabar biss mill-punti ta’ ħruġ lejn il-klijenti finali fi ħdan l-istess Stat Membru. Barra minn hekk, peress li s-sussidji inkroċjati huma eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun żgurat li dawn ikunu proporzjonati, trasparenti, limitati fiż-żmien u stabbiliti b’superviżjoni regolatorja.
🡻 715/2009 premessa 8
Fil-kalkolu tat-tariffi għall-aċċess għan-networks huwa importanti li jittieħed kont tal-ispejjeż fattwalment magħmula, sa fejn dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta' operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network, u jkunu trasparenti, kif ukoll tal-ħtieġa li jiġi provdut qligħ xieraq fuq l-investimenti u inċentivi sabiex jinbnew infrastrutturi ġodda, inkluż trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda kif previst fid-Direttiva 2009/73/KE. F’dan ir-rigward, u b’mod partikolari jekk teżisti kompetizzjoni effettiva ta' pipeline ma’ pipeline, il-benchmarking ta’ tariffi mill-awtoritajiet regolatorji tkun konsiderazzjoni rilevanti.
🡻 715/2009 premessa 9 (adattat)
⇨ new
(9)L-użu ta’ arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal irkantijiet, biex jiġu ddeterminati t-tariffi, irid ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fi ⌦ tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫ id-Direttiva 2009/73/KE ⇨ u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 ⇦.
🡻 715/2009 premessa 10 (adattat)
(10)Hemm bżonn sett minimu komuni ta’ servizzi tal-aċċess lil partijiet terzi biex jinkiseb standard minimu ta’ aċċess fil-prattika fil-Komunità ⌦ fl-Unjoni ⌫ kollha, biex ikun żgurat li s-servizzi tal-aċċess lil partijiet terzi jkunu kompatibbli biżżejjed u biex ikunu jistgħu jiġu sfruttati l-benefiċċji miksuba b’suq intern tal-gass naturali li jiffunzjona sew.
🡻 715/2009 premessa 11 (adattat)
Fil-preżent, jeżistu ostakoli għall-bejgħ tal-gass taħt termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ fil-Komunità. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għadhom ma jeżistux filwaqt li għadhom jeżistu swieq iżolati.
⇩ new
(11)L-arranġamenti dwar l-aċċess lil partijiet terzi jenħtieġ li jissejsu fuq prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ, li tippermetti allokazzjoni libera tal-gass abbażi ta’ kapaċità kostanti, diġà ntlaqgħet mill-Forum XXIV ta’ Madrid f’Ottubru 2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiddaħħal definizzjoni ta’ sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ, u li tkun żgurata l-integrazzjoni tal-livell tas-sistema ta’ distribuzzjoni fiż-żona tal-ibbilanċjar, li jgħinu biex jinkiseb l-ambjent ekwu għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju li jkunu konnessi mal-livell ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni. L-iffissar tat-tariffi tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-organizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità bejn is-sistema ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jitħalla f’idejn l-awtoritajiet regolatorji abbażi tal-prinċipji stabbiliti fi [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx].
(12)L-aċċess għas-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ jenħtieġ li jkun ibbażat b’mod ġenerali fuq kapaċità kostanti. L-operaturi tan-networks jenħtieġ li jintalbu jikkooperaw b’mod li jimmassimizza l-offerta tal-kapaċità kostanti, u mbagħad dan min-naħa tiegħu jippermetti lill-utenti tan-networks jallokaw liberalment il-gass li dieħel u li ħiereġ abbażi tal-kapaċità kostanti lejn xi punt ta’ dħul jew ta’ ħruġ fl-istess sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ.
(13)Jenħtieġ li l-kapaċità kundizzjonali tiġi offruta biss meta l-operaturi tan-networks ma jkunux jistgħu joffru l-kapaċità kostanti. L-operaturi tan-networks jenħtieġ li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-kapaċità kundizzjonali abbażi ta’ restrizzjonijiet operazzjonali b’mod trasparenti u ċar. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiżguraw li l-għadd ta’ prodotti ta’ kapaċità kundizzjonali jkun limitat biex tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq u biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-għoti tal-aċċess effiċjenti lil partijiet terzi.
🡻 715/2009 premessa 12
(14)Biex jitlesta s-suq intern tal-gass naturali, jenħtieġ li jinkiseb livell biżżejjed ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni tal-gass transfruntiera u titrawwem l-integrazzjoni tas-suq.
🡻 715/2009 premessa 13
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 intitolata “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-impriżi kollha tal-gass naturali fil-Komunità joperaw taħt l-istess kondizzjonijiet. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 intitolata: “Prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku” u “Inkjesta taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-Setturi Ewropej tal-Gass u tal-Elettriku (Rapport Finali)” urew li r-regoli u l-miżuri preżenti la jipprovdu il-qafas meħtieġ u lanqas ma jipprevedu l-ħolqien ta' kapaċitajiet ta' interkonnessjoni biex jinkiseb l-objettiv ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb, effiċjenti u miftuħ.
🡻 715/2009 premessa 14
Barra li jimplimenta kompletament il-qafas regolatorju eżistenti, il-qafas regolatorju tas-suq intern tal-gass naturali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 għandu jiġi adattat konformement ma' dawk il-komunikazzjonijiet.
🡻 715/2009 premessa 15 (adattat)
⇨ new
(15)B’mod partikolari, hHemm bżonn aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ⇨ u, meta rilevanti, ta’ distribuzzjoni ⇦ biex jinħolqu kodiċijiet tan-network għall-għoti u l-ġestjoni ta’ aċċess effettiv u trasparenti għan-networks ta’ trażmissjoni bejn il-fruntieri, u biex ikunu żgurati ppjanar ikkoordinat u progressiv biżżejjed u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨tal-gass naturali⇦ fil-Komunità ⌦ fl-Unjoni ⌫, inkluż il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni, b’attenzjoni xierqa lill-ambjent. Il-kodiċijiet tan-network jenħtieġ li jaderixxu ma’ linji gwida qafas li ma għandhomx natura vinkolanti (linji gwida qafas) u li huma żviluppati mill-Aġenzija ⌦ tal-Unjoni Ewropea ⌫ għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ⌦ (ACER) ⌫ stabbilita f’konformità minn mar-Regolament ⌦ (UE) 2019/942 ⌫ (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(“l-Aġenzija”). ⌦ L-ACER jenħtieġ li taqdi ⌫ L-Aġenzija għandu jkollha rwol fir-rieżami, abbażi ta’ fatti, tal-abbozz tal-kodiċijiet tan-network, inkluż il-konformità tagħhom mal-linji gwida qafas, u jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. ⌦ L-ACER jenħtieġ li ⌫ L-Aġenzija għandha tivvaluta l-emendi proposti fil-kodiċijiet tan-network u jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jħaddmu n-networks tagħhom f’konformità ma’ dawk il-kodiċijiet tan-network.
🡻 715/2009 premessa 16 (adattat)
(16)Biex tkun żgurata ġestjoni ottimali tan-network ta’ trażmissjoni tal-gass fil-Komunità ⌦ fl-Unjoni, ⌫ jenħtieġ li jiġi ⌦ previst ⌫ stabbilit Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (l-ENTSO tal-Gass). Il-kompiti tal-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli Komunitarji ⌦ tal-Unjoni ⌫ dwar il-kompetizzjoni li jibqgħu ⌦ huma ⌫ applikabbli għad-deċiżjonijiet tal-ENTSO tal-Gass. Il-kompiti tal-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jiġu definiti sew u l-metodu ta’ ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżgura l-effiċjenza, it-trasparenza u n-natura rappreżentattiva tal-ENTSO tal-Gass. Il-kodiċijiet tan-network imħejjija mill-ENTSO tal-Gass mhumiex intiżi biex jissostitwixxu l-kodiċijiet tan-network nazzjonali għal kwistjonijiet mhux transfruntieri. Peress li jista’ jsir aktar progress effettiv b’approċċ fil-livell reġjonali, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jistabbilixxu strutturi reġjonali fl-istruttura kumplessiva tal-kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli mal-kodiċijiet tan-network u mal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-networks mhux vinkolanti ta’ għaxar snin fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫ tal-Komunità. Il-kooperazzjoni fi ħdan strutturi reġjonali bħal dawn tippresupponi separazzjoni effettiva tal-attivitajiet tan-network mill-attivitajiet ta’ produzzjoni u provvista. Jekk din is-separazzjoni ma ssirx, il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni toħloq riskju ta’ attività antikompetittiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-kooperazzjoni u jimmonitorjaw l-effikaċja tal-operazzjonijiet tan-network fil-livell reġjonali. Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali jenħtieġ li tkun kompatibbli mal-progress lejn suq intern kompetittiv u effiċjenti tal-gass ⌦ tal-gassijiet ⌫.
🡻 715/2009 premessa 17
Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom interess fil-ħidma mistennija mill-ENTSO tal-Gass. Il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa għalhekk essenzjali u l-istrutturi eżistenti li mwaqqfa biex jiffaċilitaw u jagħtu konformità lill-proċess ta’ konsultazzjoni, bħall-Assoċjazzjoni Ewropea għat-Tħaffif tal-Iskambju tal-Enerġija, ir-regolaturi nazzjonali jew l-Aġenzija għandhom ikollhom rwol importanti.
🡻 715/2009 premessa 18 (adattat)
⇨ new
(17)Biex tkun żgurata aktar trasparenza dwar l-iżvilupp tan-network ta’ trażmissjoni tal-gass fil-Komunità ⌦ fl-Unjoni ⌫ , l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jfassal, jippubblika u jaġġorna b’mod regolari pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha ⇨ abbażi ta’ xenarju konġunt u l-mudell interkonness ⇦ (pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha). F’dak il-pjan tal-iżvilupp tan-network jenħtieġ li jiġu inklużi n-networks vijabbli ta’ trażmissjoni tal-gass u l-interkonnessjonijiet reġjonali meħtieġa, li jkunu rilevanti mil-lat kummerċjali u tas-sigurtà.
🡻 715/2009 premessa 19
⇨ new
(18)Biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-swieq likwidi tal-bejgħ tal-gass bl-ingrossa, hu importanti ħafna li l-gass ikun jista’ jinbiegħ indipendentement mil-lok tiegħu fis-sistema. Dan jista’ jsir biss jekk l-utenti tan-network jingħataw il-libertà li jipprenotaw indipendentement il-kapaċità ta’ dħul u ta’ ħruġ, biex b’hekk jinħolqu żoni għat-trasport tal-gass u mhux linji kuntrattwali. ⇨ Biex tkun żgurata l-libertà ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità b’mod indipendenti fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ, it-tariffi stabbiliti għal xi punt ta’ dħul partikolari, għalhekk, jenħtieġ li ma jkunux relatati mat-tariffa stabbilita għal xi punt ta’ ħruġ partikolari, u offruta viċeversa għal dawn il-punti b’mod separat, u t-tariffa jenħtieġ li ma tkunx tgħaqqad l-imposta ta’ dħul u ta’ ħruġ fi prezz wieħed. ⇦ Il-preferenza għas-sistemi ta’ dħul-ħruġ biex l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jkun iffaċilitat diġà ġiet espressa mill-maġġoranza ta’ partijiet interessati fis-Sitt Forum ta’ Madrid fit-30 u l-31 ta’ Ottubru 2002. It-tariffi m’għandhomx ikunu dipendenti fuq ir-rotta tat-trasport. It-tariffa stabbilita għal wieħed jew aktar punti ta’ dħul m’għandhiex għaldaqstant tkun relatata mat-tariffa stabbilita għal wieħed jew aktar punti ta’ ħruġ, u viċi versa.
⇩ new
(19)Filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 312/2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Network dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Networks ta’ Trażmissjoni jipprevedi regoli għall-istabbiliment ta’ regoli tekniċi li jibnu reġim tal-ibbilanċjar, dan iħalli bosta alternattivi ta’ tfassil għal kull reġim tal-ibbilanċjar li jiġi applikat f’xi sistema speċifika ta’ dħul u ta’ ħruġ. Il-kombinament tal-alternattivi li saru jwasslu għal reġim tal-ibbilanċjar speċifiku li jkun applikabbli f’xi sistema speċifika ta’ dħul u ta’ ħruġ, li bħalissa qed jirriflettu l-iżjed it-territorji tal-Istati Membri.
(20)L-utenti tan-networks iridu jerfgħu r-responsabbiltà li jibbilanċjaw il-kontribut tagħhom fil-konfront tat-teħid tagħhom fuq il-pjattaformi tal-kummerċ stabbiliti biex jeħfief iżjed il-kummerċ tal-gass bejn l-utenti tan-networks. Biex il-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju jiġu integrati aħjar fi ħdan is-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ, iż-żona tal-ibbilanċjar jenħtieġ li tkun tkopri wkoll il-livell tas-sistema ta’ distribuzzjoni. Il-punt ta’ kummerċ virtwali jenħtieġ li jintuża għall-iskambju tal-gass bejn il-kontijiet tal-ibbilanċjar tal-utenti tan-networks.
🡻 715/2019 premessa 20
(21)Ir-referenzi għal kuntratti armonizzati tat-trasport fil-kuntest tal-aċċess nondiskriminatorju għan-network tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ma jfissrux li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tat-trasport ta’ operatur partikolari ta’ sistema fi Stat Membru jridu jkunu l-istess bħal dawk ta’ operatur ieħor ta’ sistema ta’ trażmissjoni f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunux ġew stabbiliti rekwiżiti minimi li jridu jilħquhom il-kuntratti tat-trasport kollha.
🡻 715/2009 premessa 21
Hemm konġestjoni kuntrattwali sostanzjali fin-networks tal-gass. Il-prinċipji tal-amministrazzjoni tal-konġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità għal kuntratti ġodda jew relattivament ġodda huma għalhekk imsejsa fuq il-liberazzjoni tal-kapaċità mhux użata, billi l-utenti tan-networks jitħallew jissullokaw jew ibiegħu mill-ġdid il-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom u l-obbligazzjoni tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni li joffru l-kapaċità li ma ġietx użata lis-suq, għallinqas abbażi ta’ arranġament ta’ ġurnata bil-quddiem mingħajr interruzzjoni. Fid-dawl tal-proporzjoni konsiderevoli ta’ kuntratti eżistenti u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent ġenwin ta’ ugwaljanza fl-operazzjoni bejn l-utenti ta’ kapaċità ġdida jew eżistenti, dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati għall-kapaċità kollha kuntrattwali, inklużi kuntratti eżistenti.
🡻 715/2019 premessa 22
Minkejja li l-konġestjoni fiżika tan-networks fil-preżent hija rarament problema fil-Komunità, tista’ ssir probelma fil-futur. Huwa għalhekk importanti li jiġi provdut il-prinċipju bażiku għall-allokazzjoni tal-kapaċità staġnata f’tali ċirkustanzi.
🡻 715/2009 premessa 23
Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli attwali dwar l-aċċess għall-infrastrutturi mhumiex biżżejjed biex jiżguraw suq intern tal-gass li jkun ġenwin, jiffunzjona sew, miftuħ u effiċjenti.
🡻 715/2019 premessa 24
(22)Jeħtieġ ikun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u l-effiċjenza tas-sistema, biex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għall-varjazzjonijiet fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan jinkludi informazzjoni aktar preċiża dwar il-provvista u d-domanda, il-kapaċità tan-network, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar u d-disponibbiltà u l-użu tal-ħażna. L-importanza ta’ dik l-informazzjoni għall-funzjonament tas-suq teżiġi li jittaffew il-limitazzjonijiet eżistenti fuq il-pubblikazzjoni għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.
🡻 715/2009 premessa 25
(23)Madankollu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità b’rabta mal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva huma partikolarment rilevanti meta jkun hemm data ta’ natura kummerċjalment strateġika għall-kumpanija, meta jkun hemm utent wieħed biss għal faċilità tal-ħażna, jew meta jkun hemm data dwar il-punti ta’ ħruġ f’sistema jew f’subsistema li mhumiex konnessi ma’ sistema oħra ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni iżda ma’ klijent finali, meta l-pubblikazzjoni ta’ din id-data tkun tiżvela informazzjoni kunfidenzjali dwar il-proċess tal-produzzjoni ta’ dan il-klijent.
🡻 715/2009 premessa 26
(24)Biex tiżdied il-kunfidenza fis-suq, il-parteċipanti fis-suq jeħtieġ ikunu żguri li kull min jabbuża jista’ jkun soġġett għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw il-kompetenza li jinvestigaw b’mod effettiv l-allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ ikollhom aċċess għal data li tagħti informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali li jkunu ħadu l-impriżi fornituri. Fis-suq tal-gass, dawn id-deċiżjonijiet kollha jiġu komunikati lill-operaturi tas-sistemi f’forma ta’ riżervi tal-kapaċità, nomini u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistemi jenħtieġ li jżommu informazzjoni dwar dan li jagħmluha disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu fiss ta’ żmien. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimmonitorjaw regolarment il-konformità tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni mar-regoli.
🡻 715/2009 premessa 27
⇨ new
(25)L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass ⇨naturali⇦ u għall-faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat (LNG) mhuwiex biżżejjed f’xi Stati Membri, u għalhekk jeħtieġ titjieb l-implimentazzjoni tar-regoli eżistenti ⇨ , inkluż fir-rigward taż-żona ta’ trasparenza. Dan it-titjib jenħtieġ li jqis il-potenzjal u l-adozzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għal dawn il-faċilitajiet fis-suq intern. ⇦ Il-monitoraġġ li wettaq il-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass jikkonkludi li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta’ aċċess lill-partijiet terzi għall-operaturi tas-sistemi tal-ħażna, miftiehma fost il-partijiet ikkonċernati kollha fil-Forum ta’ Madrid, mhux qed jiġu applikati biżżejjed u għaldaqstant jeħtieġ isiru vinkolanti.
🡻 715/2019 premessa 28
⇨ new
(26)Is-sistemi nondiskriminatorji u trasparenti ta’ bilanċjar għall-gass ⇨ naturali ⇦, imħaddma minn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, huma mekkaniżmi importanti, b’mod partikolari għal parteċipanti ġodda fis-suq li jaf isibuha diffiċli ferm aktar mill-kumpaniji diġà stabbiliti f’xi suq rilevanti biex jibbilanċjaw il-portafoll kumplessiv tal-bejgħ tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jużaw dawn il-mekkaniżmi b’mod kompatibbli ma’ kundizzjonijiet trasparenti, effettivi u nondiskriminatorji ta’ aċċess għan-network.
🡻 715/2009 premessa 29
L-iskambju tad-drittijiet primarji ta’ kapaċità huwa parti importanti fl-iżvilupp ta’ suq kompetittiv u fil-ħolqien ta’ likwidità. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regoli bażiċi dwar dan l-iskambju.
🡻 715/2019 premessa 30
⇨ new
(27)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament ⇨ u l-kodiċijiet tan-network u ⇦ l-ll-Linji gwida adottati f’konformità miegħu.
🡻 715/2009 premessa 31 (adattat)
⇨ new
(28)Fil-lFil-Linji gwida annessi ma’ dan ir-Regolament, hemm definiti regoli ⌦ aktar ⌫ dettaljati speċifiċi ta' implementazzjoni abbażi tat-Tieni Linji Gwida għall-Prattika Tajba. Meta xieraq, dawn ir-regoli għandhom jiżviluppaw ⇨ jenħtieġ li jevolvu ⇦ maż-żmien, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-gass ⇨ u l-iżvilupp tagħhom ⇦ .
🡻 715/2009 premessa 32
(29)Meta tipproponi li temenda l-linji gwida annessi ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura konsultazzjoni bil-quddiem mal-partijiet rilevanti kollha kkonċernati mil-linji gwida, rappreżentati mill-organizzazzjonijiet professjonali, u mal-Istati Membri fil-Forum ta’ Madrid.
🡻 715/2009 premessa 33
(30)L-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkun obbligati jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din jenħtieġ li tiġi trattata b’mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni.
🡻 715/2019 premessa 34 (adattat)
⇨ new
(31)Dan ir-Regolament u ⇨ l-kodiċijiet tan-network ⇦ u lLinji gwida adottati f’konformità miegħu huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità⌦ tal-Unjoni ⌫ .
🡻 715/2009 premessa 35
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.
🡻 715/2009 premessa 36
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi jew tadotta l-Linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ dan ir-Regolament. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, iridu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
⇩ new
(32)L-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib f’kull kwistjoni relatata mal-iżvilupp ta’ reġjun integrat ta’ kummerċ tal-gass u jenħtieġ li ma jieħdu l-ebda miżura li tipperikola l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tal-gass naturali jew is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti.
(33)L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jistgħu jitħallew jirriżervaw ħażniet tal-gass naturali b’mod esklussiv biex iwettqu dmirijiethom u għal finijiet ta’ sigurtà tal-provvista. L-akkwist ta’ dawn l-istokkijiet strateġiċi jista’ jsir b’xiri konġunt fuq il-pjattaforma tal-kummerċ kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. L-irtirar tal-gass naturali jenħtieġ li jkun possibbli biss għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni biex iwettqu dmirijiethom jew fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza dikjarata, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament, biex ma dan ma jinterferix mal-funzjonament regolari tas-suq.
(34)Meta ssir integrazzjoni tas-suq reġjonali, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jenħtieġ li jindirizzaw kwistjonijiet li jħallu impatt transfruntier bħall-istrutturi tariffarji, ir-reġim tal-ibbilanċjar, il-kapaċitajiet fil-bqija tal-punti transfruntieri, il-pjanijiet tal-investiment u t-twettiq tal-kompiti tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-awtoritajiet regolatorji.
(35)It-tranżizzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni kontinwa tas-suq tal-gass se jkunu jeħtieġu aktar trasparenza b’rabta mad-dħul permess u mmirat tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Għadd ta’ deċiżjonijiet relatati man-networks tal-gass naturali se jkunu bbażati fuq dik l-informazzjoni. Pereżempju, it-trasferiment tal-assi tat-trażmissjoni minn network tal-gass naturali lejn network tal-idroġenu jew l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens inter-TSO (ITC) jeħtieġ aktar trasparenza minn dik li teżisti bħalissa. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-evoluzzjonijiet tat-tariffi fuq il-perjodu fit-tul teħtieġ ċarezza b’rabta mad-domanda għall-gass naturali u anki fuq il-projezzjonijiet tal-kostijiet. It-trasparenza dwar id-dħul permess tippermetti din tal-aħħar. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni dwar il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkolat id-dħul tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, il-valur tal-bażi tal-assi regolatorja tagħhom u d-deprezzament tagħha maż-żmien, il-valur tal-infiq operazzjonali, il-kost tal-kapital applikat għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-inċentivi u l-primjums applikati.
(36)L-infiq tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni huma l-aktar kostijiet fissi. Il-mudell kummerċjali tagħhom u l-oqfsa regolatorji nazzjonali attwali jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ użu għal perjodu fit-tul tan-networks tagħhom u dan ifisser perjodi twal ta’ deprezzament (30 sa 60 sena). Għaldaqstant, fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jantiċipaw it-tnaqqis fid-domanda għall-gass biex jimmodifikaw l-arranġamenti regolatorji fil-ħin u jevitaw sitwazzjoni meta l-irkupru tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni bit-tariffi jkun jhedded l-affordabbiltà għall-konsumaturi minħabba proporzjon dejjem akbar bejn il-kostijiet fissi u d-domanda għall-gass. Meta meħtieġ, il-profil tad-deprezzament jew ir-rimunerazzjoni tal-assi ta’ trażmissjoni jistgħu, pereżempju, jiġu modifikati.
(37)Jenħtieġ li tiżdied it-trasparenza fejn jidħol id-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni komparattiva jew valutazzjoni mill-utenti tan-networks. B’aktar trasparenza teħfief il-kooperazzjoni transfruntiera u t-twaqqif ta’ mekkaniżmi tal-ICT bejn l-operaturi, għall-integrazzjoni reġjonali jew għall-implimentazzjoni tal-iskonti fit-tariffi għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
(38)Biex jiġu sfruttati l-aktar postijiet ekonomiċi għall-produzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, l-utenti tan-networks jenħtieġ li jibbenefikaw minn skonti fit-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità. Dawn jenħtieġ li jinkludu skont għall-injezzjoni minn faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, skont għat-tariffi fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħażna u fil-punti ta’ ħruġ lejhom, u skont fuq it-tariffa transfruntiera u l-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-LNG. F’każ ta’ bidla fil-valur tal-iskonti mhux transfruntieri, l-awtorità regolatorja jeħtieġ tibbilanċja l-interess bejn l-utenti tan-networks u l-operaturi tan-networks filwaqt li tqis l-oqfsa finanzjarji stabbli speċifikament għall-investimenti eżistenti, b’mod partikolari għall-faċilitajiet tal-produzzjoni rinnovabbli. Fejn possibbli, l-indikaturi jew il-kundizzjonijiet biex jinbidel l-iskont jenħtieġ li jiġu pprovduti biżżejjed qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni biex jinbidel. L-iskont jenħtieġ li ma jaffettwax il-metodoloġija ġenerali għall-iffissar tat-tariffi, iżda jenħtieġ li jiġi pprovdut ex post fuq it-tariffa rilevanti. Biex jibbenefikaw mill-iskont, l-utenti tan-networks jenħtieġ li jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni abbażi ta’ ċertifikat li jkun marbut mal-bażi tad-data tal-Unjoni.
(39)It-tnaqqis fid-dħul mill-applikazzjoni tal-iskonti għandu jiġi ttrattat bħala tnaqqis ġenerali fid-dħul, pereżempju minn bejgħ b’kapaċità mnaqqsa u jeħtieġ jiġi rkuprat fil-ħin mit-tariffi, pereżempju b’żieda fit-tariffi speċifiċi skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti delegati biex tbiddel il-livelli tal-iskonti ħalli ttaffi l-iżbilanċi strutturali tad-dħul għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
(40)Biex jiżdiedu l-effiċjenzi fin-network ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali fl-Unjoni u tkun żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mal-ENTSO tal-Gass, jenħtieġ li fl-Unjoni tiġi stabbilita entità tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (entità tal-UE għad-DSO) li tkun tinkludi lill-operazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali. Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li jiġu definiti sew u l-metodu ta’ ħidma tagħha jenħtieġ li jiżgura l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rappreżentattività fost l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-Unjoni. L-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-ENTSO tal-Gass dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network, meta applikabbli, u li taħdem biex tipprovdi gwida dwar l-integrazzjoni, fost l-oħrajn, tal-ġenerazzjoni distribwita u oqsma oħra relatati mal-ġestjoni tan-network ta’ distribuzzjoni.
(41)L-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jaqdu rwol importanti fejn tidħol l-integrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema, pereżempju madwar nofs il-kapaċità tal-produzzjoni tal-bijometan hija konnessa mal-grilja tad-distribuzzjoni. Biex teħfief il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-gassijiet fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, il-faċilitajiet tal-produzzjoni konnessi mal-grilja tad-distribuzzjoni fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-punt ta’ kummerċ virtwali. Barra minn hekk, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jaħdmu flimkien biex jippermettu flussi fid-direzzjoni opposta mid-distribuzzjoni għan-network ta’ trażmissjoni jew biex jiżguraw l-integrazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni permezz ta’ mezzi alternattivi, b’effett ekwivalenti, biex teħfief l-integrazzjoni tas-suq tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju.
(42)L-integrazzjoni ta’ volumi dejjem akbar ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema Ewropea tal-gass naturali se tbiddel il-kwalità tal-gass naturali trasportat u kkonsmat fl-Ewropa. Biex ikun żgurat fluss transfruntier bla xkiel tal-gass naturali, tinżamm l-interoperabbiltà tas-swieq u titħalla l-integrazzjoni tas-suq, jeħtieġ tiżdied it-trasparenza fejn jidħlu l-kwalità tal-gass u l-kostijiet tal-ġestjoni tiegħu, jiġi previst approċċ armonizzat dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji u tal-operaturi tas-sistemi, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni transfruntiera. Filwaqt li jkun żgurat approċċ armonizzat għall-kwalità tal-gass fil-punti tal-interkonnessjoni transfruntiera, jenħtieġ li tinżamm il-flessibbiltà tal-Istati Membri fejn tidħol l-applikazzjoni tal-istandards tal-kwalità tal-gass fis-sistemi domestiċi tal-gass naturali tagħhom.
(43)It-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali huwa inqas effiċjenti meta mqabbel mal-użu tal-idroġenu fil-forma pura tiegħu u jnaqqas il-valur tal-idroġenu. Dan jaffettwa wkoll l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass, l-applikazzjonijiet tal-utenti finali, u l-interoperabbiltà tas-sistemi transfruntieri. Id-deċiżjoni tal-Istati Membri dwar jekk japplikawx l-idroġenu mħallat fis-sistemi nazzjonali tal-gass naturali tagħhom jenħtieġ li tiġi ppreservata. Fl-istess ħin, approċċ armonizzat dwar it-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali fil-forma ta’ limitu massimu permess għall-Unjoni kollha fil-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, li permezz tiegħu l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jkollhom jaċċettaw gass naturali b’livell tal-idroġenu mħallat inqas mil-limitu massimu, jillimita r-riskju ta’ segmentazzjoni tas-suq. Is-sistemi ta’ trażmissjoni kontigwi jenħtieġ li jibqgħu liberi li jaqblu dwar livelli ogħla ta’ taħlit tal-idroġenu għall-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera.
(44)Koordinazzjoni transfruntiera soda u proċess għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kwalità tal-gass, inkluż dwar il-bijometan u t-taħlitiet tal-idroġenu, huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-trasport effiċjenti tal-gass naturali fis-sistemi tal-gass naturali fl-Unjoni u b’hekk tkompli titwettaq integrazzjoni akbar tas-suq intern. Rekwiżiti ta’ trasparenza mtejba dwar il-parametri tal-kwalità tal-gass, inkluż dwar il-valur kalorifiku gross, l-Indiċi Wobbe u l-kontenut tal-ossiġenu, u t-taħlitiet tal-idroġenu u l-iżvilupp tagħhom maż-żmien flimkien ma’ obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb ta’ suq intern tal-gass naturali miftuħ u effiċjenti.
(45)Biex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat rigward elementi mhux essenzjali ta’ ċerti oqsma speċifiċi li huma fundamentali għall-integrazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(46)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703 jistabbilixxi regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-data għas-sistema tal-gass naturali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta’ interkonnessjoni, inkluż regoli għall-kontroll tal-fluss, prinċipji ta’ kejl għall-kwantità u l-kwalità tal-gass, regoli għall-proċess ta’ tqabbil u għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet tal-gass, proċeduri ta’ komunikazzjoni f’każ ta’ avvenimenti eċċezzjonali; sett ta’ unitajiet komuni, kwalità tal-gass, inkluż regoli dwar il-ġestjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass u minħabba differenzi fil-prattiki ta’ odorizzazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass għal perjodu qasir u għal perjodu fit-tul, u l-għoti tal-informazzjoni; l-iskambju tad-data, u r-rappurtar dwar il-kwalità tal-gass; it-trasparenza, il-komunikazzjoni, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq.
(47)Biex tkun żgurata tmexxija ottimali tan-network tal-idroġenu tal-Unjoni u jkunu jistgħu jsiru kummerċ u forniment transfruntieri tal-idroġenu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu (“ENNOH”). Il-kompiti tal-ENNOH jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-kompiti tal-ENNOH jenħtieġ li jiġu definiti sew u l-metodu ta’ ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżgura l-effiċjenza, it-trasparenza u n-natura rappreżentattiva tal-ENNOH. Il-kodiċijiet tan-network imħejjija mill-ENNOH tal-Gass jenħtieġ li ma jiħdux post il-kodiċijiet tan-network nazzjonali meħtieġa għal kwistjonijiet mhux transfruntieri.
(48)Sakemm jiġi stabbilit l-ENNOH, jenħtieġ li tiġi stabbilita pjattaforma temporanja fit-tmexxija tal-Kummissjoni bl-involviment tal-ACER u tal-parteċipanti rilevanti kollha fis-suq, inkluż l-ENTSO tal-Gass, l-ENTSO tal-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO. Din il-pjattaforma jenħtieġ li tappoġġa l-ħidma bikrija dwar id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ materji rilevanti għall-bini tan-network u tas-swieq tal-idroġenu mingħajr setgħat formali ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Il-pjattaforma jenħtieġ li tiġi xolta ladarba jiġi stabbilit l-ENNOH. Sakemm jiġi stabbilit l-ENNOH, l-ENTSO tal-Gass se jkun responsabbli għall-iżvilupp ta’ pjanijiet tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, inkluż għan-networks tal-idroġenu.
(49)Biex tkun żgurata t-trasparenza dwar l-iżvilupp tan-network tal-idroġenu fl-Unjoni, l-ENNOH jenħtieġ li jistabbilixxi, jippubblika u jaġġorna b’mod regolari pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha dwar l-idroġenu maħsub għall-ħtiġijiet tas-swieq tal-idroġenu li qed jiżviluppaw. F’dak il-pjan tal-iżvilupp tan-network jenħtieġ li jiġu inklużi n-networks vijabbli ta’ trasport tal-idroġenu u l-interkonnessjonijiet meħtieġa, li jkunu rilevanti minn perspettiva kummerċjali. L-ENNOH jenħtieġ li jieħu sehem fl-iżvilupp tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha – li tinkludi l-mudell interkonness tas-suq tal-enerġija u n-network, inkluż l-infrastruttura tat-trasport tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, kif ukoll il-ħażna, l-LNG u l-elettrolizzaturi –, ix-xenarji għall-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin u r-rapport li jidentifika l-lakuni fl-infrastruttura kif stabbilit fl-Artikoli 11, 12 u 13 ta’ [ir-Regolament tat-TEN-E kif propost f’COM(2020) 824 final] għall-iżvilupp tal-listi ta’ proġetti ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ENNOH jikkoopera mill-qrib mal-ENTSO tal-Elettriku u mal-ENTSO tal-Gass biex jiffaċilita l-integrazzjoni tas-sistema. L-ENNOH jenħtieġ li jwettaq dawk il-kompiti għall-ewwel darba biex tiġi żviluppata t-tmien lista ta’ proġetti ta’ interess komuni, diment li tkun operazzjonali u f’pożizzjoni li tipprovdi l-kontribut meħtieġ għall-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin sal-2026.
(50)Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom interess fil-ħidma mistennija mill-ENNOH. Għalhekk hu essenzjali li jsir proċess ta’ konsultazzjoni effettiv. B’mod kumplessiv, l-ENNOH jenħtieġ li jfittex, jibni fuq u jintegra fl-esperjenza ta’ ħidma tiegħu fl-ippjanar, fl-iżvilupp u l-operazzjoni tal-infrastruttura b’kooperazzjoni ma’ parteċipanti rilevanti oħra fis-suq u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.
(51)Peress li b’approċċ fil-livell reġjonali jista’ jinkiseb progress aktar effettiv, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li jwaqqfu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva tal-kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli mal-kodiċijiet tan-network u l-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-kooperazzjoni u jimmonitorjaw l-effikaċja tan-network fil-livell reġjonali.
(52)Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza huma meħtieġa biex ikun żgurat li fost il-parteċipanti fis-suq tkun tista’ tiġi żviluppata fiduċja fis-swieq emerġenti tal-idroġenu fl-Unjoni. Jeħtieġ ikun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u l-funzjonament tas-sistema tal-idroġenu, biex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għall-iżviluppi fil-prezz tas-suq. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi żvelata dejjem b’mod sinifikattiv u aċċessibbli faċilment, u b’mod nondiskriminatorju.
(53)L-ENNOH se jistabbilixxi pjattaforma ċentrali bbażata fuq l-internet biex id-data kollha rilevanti għall-parteċipanti fis-suq issir disponibbli biex jinkiseb aċċess effettiv għan-network.
(54)Il-kundizzjonijiet tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu fil-fażi bikrija tal-iżvilupp tas-suq jenħtieġ li jiżguraw l-operazzjoni effiċjenti, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza għall-utenti tan-network filwaqt li jippreservaw flessibbiltà biżżejjed għall-operaturi. Il-limitazzjoni tat-terminu massimu tal-kuntratti tal-kapaċità tnaqqas ir-riskju tal-konġestjoni kuntrattwali u l-ikkapparrar tal-kapaċità.
(55)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ aċċess lill-partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u għat-terminals tal-idroġenu biex ikunu żgurati aċċess nondiskriminatorju u trasparenza għall-utenti tan-network.
(56)L-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li jikkooperaw biex joħolqu kodiċijiet tan-network għall-għoti u l-ġestjoni ta’ aċċess trasparenti u nondiskriminatorju għan-networks bejn il-fruntieri u biex jiżguraw l-iżvilupp ikkoordinat tan-network fl-Unjoni, inkluż il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni. Il-kodiċijiet tan-network jenħtieġ li jkunu konformi ma’ linji gwida qafas żviluppati mill-ACER. L-ACER jenħtieġ li taqdi rwol fir-rieżami tal-abbozz tal-kodiċijiet tan-network, abbażi ta’ materji fattwali, inkluż il-konformità tagħhom mal-linji gwida qafas, u jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-ACER jenħtieġ ukoll li tivvaluta l-emendi proposti għall-kodiċijiet tan-network u li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li joperaw in-networks tagħhom f’konformità ma’ dawk il-kodiċijiet tan-network.
(57)Il-kodiċijiet tan-network imħejjija min-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu mhumiex maħsuba li jieħdu post ir-regoli nazzjonali meħtieġa għal materji mhux transfruntieri.
(58)Il-kwalità tal-idroġenu trasportat u kkunsmat fl-Ewropa tista’ tvarja skont it-teknoloġija tal-produzzjoni u l-ispeċifiċitajiet tat-trasport tiegħu. Għalhekk, approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kwalità tal-idroġenu fl-interkonnetturi transfruntieri jenħtieġ li jwassal għall-fluss transfruntier tal-idroġenu u għall-integrazzjoni tas-suq.
(59)Meta l-awtorità regolatorja jidhrilha li jkun meħtieġ, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jistgħu jsiru responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-idroġenu fin-networks tagħhom, fil-qafas tal-istandards tal-kwalità tal-idroġenu applikabbli, biex tiġi żgurata l-kwalità affidabbli u stabbli tal-idroġenu għall-konsumaturi finali.
(60)Koordinazzjoni transfruntiera u proċess għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sodi bejn l-operaturi tas-sistemi tal-idroġenu huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-trasport tal-idroġenu fin-networks tal-idroġenu tal-Unjoni u b’hekk tissokta tiżdied l-integrazzjoni tas-suq intern. Jenħtieġ li rekwiżiti ta’ trasparenza mtejba dwar il-parametri tal-kwalità tal-idroġenu u dwar l-iżvilupp tagħhom maż-żmien flimkien ma’ obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb ta’ suq intern miftuħ u effiċjenti tal-idroġenu.
(61)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(62)Biex tkun żgurata l-operazzjoni effiċjenti tan-networks tal-idroġenu Ewropej, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tan-network tat-trasport tal-idroġenu b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ operaturi oħra tan-networks tal-idroġenu u ma’ operaturi oħra ta’ sistemi li n-networks tagħhom ikunu konnessi magħhom, inkluż biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.
(63)Huwa fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jiġi stabbiliti standards li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Malli r-referenza għal dan l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu jenħtieġ li tikkawża preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-miżura ta’ implimentazzjoni adottata abbażi ta’ dan ir-Regolament, għalkemm jenħtieġ li jitħallew jintużaw mezzi oħra li juru din il-konformità. F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1025/2012, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw speċifikazzjonijiet tekniċi, standards Ewropej u standards Ewropej armonizzati. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-istandards armonizzati jenħtieġ li jkun li jgħinu lill-operaturi japplikaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx.
(64)Biex jitqiesu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-utenti finali tal-idroġenu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-kwalità tal-idroġenu fin-network tal-idroġenu jridu jikkunsidraw l-istandards eżistenti li jistabbilixxu dawk ir-rekwiżiti tal-utenti finali (pereżempju, l-istandard EN 17124).
(65)L-operaturi tas-sistema tal-idroġenu jenħtieġ li jibnu kapaċità transfruntiera biżżejjed għat-trasport tal-idroġenu li tilħaq id-domandi kollha ekonomikament raġonevoli u teknikament fattibbli għal din il-kapaċità, u b’hekk jabilitaw l-integrazzjoni tas-suq.
(66)L-ACER jenħtieġ li tippubblika rapport ta’ monitoraġġ dwar l-istatus tal-konġestjoni.
(67)Fid-dawl tal-potenzjal tal-idroġenu bħala trasportatur tal-enerġija u l-possibbiltà li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom fil-kummerċ tal-idroġenu ma’ pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġi ċċarat li l-ftehimiet intergovernattivi relatati mal-enerġija fil-qasam tal-enerġija relatati mal-gass soġġetti għall-obbligi ta’ notifika f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2017/684 jinkludu ftehimiet intergovernattivi relatati mal-idroġenu, inkluż komposti tal-idroġenu bħall-ammonijaka u trasportaturi tal-idroġenu organiku likwidu.
(68)B’reazzjoni għaż-żidiet sinifikanti u mifruxa mal-UE kollha fil-prezzijiet tal-enerġija evidenzjati fil-ħarifa tal-2021 u l-impatti negattivi tagħhom, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2021 “L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ” saħqet fuq l-importanza ta’ suq intern tal-enerġija effettiv u li jiffunzjona tajjeb u tal-użu effettiv tal-ħażniet tal-gass fl-Ewropa fis-Suq Uniku kollu. Il-Komunikazzjoni saħqet ukoll li għal reżiljenza kontra xokkijiet futuri hu kruċjali li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sigurtà tal-provvista bejn il-fruntieri. Fl-20/21 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li jistiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra malajr miżuri li jżidu r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE u tas-suq intern tal-enerġija, inkluż miżuri li jtejbu s-sigurtà tal-provvista. Bħala kontribut għal rispons konsistenti u fil-ħin għal din il-kriżi u għal kriżijiet ġodda possibbli fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/1938 jintroduċi regoli speċifiċi li jsaħħu l-kooperazzjoni u r-reżiljenza, b’mod partikolari b’rabta ma’ regoli għal ħażna u solidarjetà kkoordinati aħjar.
(69)L-analiżi tal-funzjonament tal-kapaċitajiet tal-ħażna fil-valutazzjonijiet tar-riskju komuni reġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet oġġettivi tal-ħtiġijiet għas-sigurtà tal-provvista, filwaqt li tqis kif xieraq il-kooperazzjoni transfruntiera u l-obbligi ta’ solidarjetà skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tqis ukoll l-importanza li jkunu evitati assi mhux rekuperabbli fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-għan li titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fornituri esterni tal-fjuwils fossili. L-analiżi jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tar-riskju relatata mal-kontroll tal-infrastruttura tal-ħażna minn entitajiet tal-pajjiżi terzi. L-analiżi jenħtieġ li tqis il-possibbiltà li jintużaw faċilitajiet tal-ħażna fi Stati Membri oħra u li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jistabbilixxu akkwist konġunt ta’ stokkijiet strateġiċi għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza diment li jkunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-valutazzjonijiet tar-riskju komuni reġjonali u l-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jenħtieġ li jkunu konsistenti bejniethom biex jiġu identifikati l-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali ta’ prevenzjoni u ta’ emerġenza f’konformità ma’ dan ir-Regolament filwaqt li jiżguraw li kull miżura meħuda ma tagħmilx ħsara lis-sigurtà tal-provvista ta’ Stati Membri oħra u ma xxekkilx bla bżonn il-funzjonament effettiv tas-suq tal-gass. Pereżempju jenħtieġ li dawn ma jimblukkawx jew ma jillimitawx l-użu tal-kapaċitajiet tat-trasport transfruntieri.
(70)Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija li għandhom kapaċitajiet kbar tal-ħażna disponibbli tista’ tappoġġa azzjonijiet meta l-ħażna fl-Unjoni ma tkunx fattibbli jew kosteffettiva. Din tista’ tinkludi l-possibbiltà li fil-valutazzjoni tar-riskju komuni rilevanti jitqies l-użu ta’ dawn il-kapaċitajiet tal-ħażna li jinsabu barra mill-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-gruppi ta’ riskju reġjonali rilevanti biex jistiednu esperti mill-pajjiż terz għal sessjonijiet ad hoc tal-gruppi ta’ riskju reġjonali mingħajr ma jinħoloq preċedent ta’ parteċipazzjoni regolari u sħiħa.
(71)L-akkwist konġunt ta’ stokkijiet strateġiċi minn diversi operaturi ta’ trażmissjoni ta’ Stati Membri differenti jenħtieġ li jitfassal b’tali mod li jkun jista’ jintuża f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni kollha bħala parti mill-azzjonijiet ikkoordinati tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2017/1938. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jinvolvu ruħhom fl-akkwist konġunt tal-istokkijiet strateġiċi għandhom jiżguraw li kull ftehim tax-xiri konġunt ikun konformi mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u b’mod partikolari mar-rekwiżiti tal-Artikolu 101 tat-TFUE. In-notifika magħmula biex tiġi vvalutata l-konformità ma’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għan-notifika ta’ għajnuniet mogħtija mill-Istati, meta applikabbli, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
(72)Is-settur tal-enerġija Ewropew għaddej minn tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata, u fl-istess waqt qed jiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività. Filwaqt li ċ-ċibersigurtà fis-subsettur tal-elettriku diġà qed tavvanza b’kodiċi tan-network dwar il-fluss transfruntier tal-elettriku, hemm bżonn regoli obbligatorji u speċifiċi għas-subsettur tal-gass li jiżguraw is-sigurtà tas-sistema tal-enerġija Ewropea.
(73)Kif deher fis-simulazzjoni tal-2017 u l-2021 tal-Unjoni kollha, il-kooperazzjoni reġjonali u l-miżuri ta’ solidarjetà huma essenzjali biex tkun żgurata r-reżiljenza tal-Unjoni f’każ ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni tal-provvista. Il-miżuri ta’ solidarjetà jenħtieġ li jiżguraw il-provvista ta’ klijenti ta’ solidarjetà protetti bħall-unitajiet domestiċi bejn il-fruntieri f’kull sitwazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, inkluż bi qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati dwar arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji. Jenħtieġ li fil-pjanijiet ta’ emerġenza tagħhom, l-Istati Membri jiddeskrivu d-dettalji ta’ dawk l-arranġamenti. Għall-Istati Membri li ma jaslux għall-ftehim bilaterali meħtieġ, jenħtieġ li jkun japplika l-mudell prestabbilit f’dan ir-Regolament biex tkun żgurata din is-solidarjetà effettiva.
(74)Għaldaqstant, dawn il-miżuri jistgħu jwasslu għall-obbligu li Stat Membru jħallas kumpens lil dawk affettwati mill-miżuri tiegħu. Biex ikun żgurat li l-kumpens imħallas mill-Istat Membru li jitlob solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jkun ġust u raġonevoli, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-enerġija jew l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom, bħala awtoritajiet indipendenti, is-setgħa li jivverifikaw l-ammont ta’ kumpens mitlub u mħallas, u jekk ikun meħtieġ, li jitolbu rettifika.
🡻 715/2009 premessa 37 (adattat)
(75)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, notevolment li jiġu stabbiliti regoli ġusti għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, għall-ħażna u għall-faċilitajiet tal-LNG, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u ⌦ iżda ⌫ għalhekk ⌦ minflok, minħabba l-firxa jew l-effetti ta’ azzjoni bħal din, ⌫ jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju ⌦ tal-Unjoni ⌫ , il-Komunità ⌦ l-Unjoni ⌫ tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat ⌦ dwar l-Unjoni Ewropea ⌫. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.
🡻 715/2009 premessa 38 (adattat)
Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tal-emendi li qegħdin isiru b’dan lir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, huwa kunsiljabbli, għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jitħassru u mfassla mill-ġdid billi jinġabru kollha f’test wieħed u f’Regolament ġdid,
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
⌦ SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET ⌫
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jimmira li:
(a)jiffissa jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali ⇨ u tal-idroġenu ⇦ filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tas-swieq nazzjonali u reġjonali biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ⇨ tal-gassijiet ⇦ tal-gass; ⇨ u ⇦
jiffissa regoli nondiskriminatorji għall-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta’ ħażna b’kont meħud tal-karatteristiċi speċjali tas-swieq nazzjonali u reġjonali; kif ukoll
(b)jiffaċilitaw ⌦ jiffaċilita ⌫ l-ftuħ ta’ swieq tal-bejgħ bl-ingrossa li jiffunzjonaw tajjeb u trasparenti b’livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista ⇨ tal-gassijiet ⇦ tal-gass u jipprovdu ⌦ jipprovdi ⌫ mekkaniżmi li jarmonizzaw ir-regoli dwar l-aċċess għan-network għall-iskambju transfruntier ⇨ tal-gassijiet ⇦ tal-gass.
L-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-istabbiliment ta’ prinċipji armonizzati għat-tariffi, jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom, għall-aċċess għan-network ⇨ tal-gass naturali ⇦ iżda mhux għall-faċilitajiet tal-ħażna, l-istabbiliment ta’ servizzi tal-aċċess lil partijiet terzi u prinċipji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u għall-ġestjoni tal-konġestjoni, id-determinazzjoni ta’ rekwiżiti tat-trasparenza, ir-regoli dwar l-ibbilanċjar u l-imposti tal-iżbilanċ, u l-iffaċilitar tal-kummerċ tal-kapaċità.
Dan ir-Regolament, għajr l-Artikolu 3119(54), għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali u tal-idroġenu ⇦ li jaqgħu taħt l-Artikolu 2933(3) jew (4) tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫ .
L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu entità jew korp stabbilit f’konformità mad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫ biex iwettqu funzjoni waħda jew aktar li tipikament ikunu attribwiti lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew lill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦, li għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dik l-entità jew korp għandhom ikunu suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 133 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għad-deżinjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6510 tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
⇩ new
(1)“bażi tal-assi regolatorji” tfisser l-assi kollha tan-network ta’ operatur tan-network użati għall-forniment ta’ servizzi tan-network regolati li jitqiesu fil-kalkolu tad-dħul mis-servizzi relatati man-network.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
(2)(1)“trażmissjoni” tfisser it-trasport tal-gass naturali b’network, li prinċipalment ikun fih pipelines bi pressjoni qawwija, għajr network ta’ pipeline upstream u għajr il-parti ta’ pipelines bi pressjoni qawwija li jintużaw primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bil-ħsieb li jiġi fornut lill-klijenti, iżda ma jinkludix il-provvista;
(3)(2)“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew l-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ ikkonkluda ma’ utent tan-network biex iwettaq ⇨ servizzi ta’ trasport tal-gassijiet ⇦ trażmissjoni;
(4)(3)“kapaċità” tfisser il-fluss massimu, espress f’metri kubi normali għal kull unità tal-ħin jew f’unità ta’ enerġija għal kull unità tal-ħin, li hu intitolat għalih l-utent tan-network skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ trasport;
(5)(4)“kapaċità mhux użata” tfisser kapaċità kostanti li utent tan-network ikun kiseb b’kuntratt ta’ trasport iżda li l-utent ma jkunx innomina sal-iskadenza speċifikata fil-kuntratt;
(6)(5)“ġestjoni tal-konġestjoni” tfisser ġestjoni tal-portafoll tal-kapaċità tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni bil-ħsieb ta’ użu ottimali u massimu tal-kapaċità teknika u d-detezzjoni fil-ħin ta’ punti ta’ konġestjoni u ta’ saturazzjoni futuri;
(7)(6)“suq sekondarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kummerċjalizzata band’oħra għajr fis-suq primarju;
(8)(7)“nomina” tfisser ir-rappurtar bil-quddiem mill-utent tan-network lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-fluss reali li l-utent tan-network jixtieq jinjetta jew jirtira mis-sistema;
(9)(8)“rinomina” tfisser ir-rappurtar sussegwenti ta’ nomina kkoreġuta;
(10)(9)“integrità tas-sistema” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fir-rigward ta’ network ta’ trażmissjoni li tinkludi l-faċilitajiet meħtieġa ta’ trażmissjoni meta l-pressjoni u l-kwalità tal-gass naturali ⇨ jew tal-idroġenu ⇦ jibqgħu fil-limiti minimi u massimi stabbiliti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, biex b’hekk ⇨ it-trasport ⇦ it-trażmissjoni tal-gass naturali ⇨ tal-idroġenu ⇦ jkun garantit mil-lat tekniku;
(11)(10)“perjodu ta’ bilanċjar” tfisser il-perjodu li matulu l-ammont meħud ta’ ⇨ gassijiet ⇦ gass naturali, espress f’unitajiet ta’ enerġija, irid jitpaċa minn kull utent tan-network b’injezzjoni tal-istess ammont ta’ ⇨ gassijiet ⇦ gass naturali fin-network ta’ trażmissjoni f’konformità taħt il-kuntratt ta’ trasport jew mal-kodiċi tan-network;
(12)(11)“utent tan-network” tfisser klijent jew klijent potenzjali ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi nnifishom tas-sistema ta’ trażmissjoni sa fejn ikun meħtieġ li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’rabta ⇨ mat-trasport tal-gass naturali u tal-idroġenu ⇦ mat-trażmissjoni;
(13)(12)“servizzi interrompibbli” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ b’rabta ma’ kapaċità interrompibbli;
(14)(13)“kapaċità interrompibbli” tfisser kapaċità ta’ trażmissjoni tal-gass li tista’ tiġi interrotta mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt ta’ trasport;
(15)(14)“servizzi għal perjodu fit-tul” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ b’terminu ta’ sena jew aktar;
(16)(15)“servizzi għal perjodu qasir” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ b’terminu għal inqas minn sena;
(17)(16)“kapaċità kostanti” tfisser kapaċità ta’ trażmissjoni tal-gass garantita b’mod kuntrattwali bħala mhux interrompibbli mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦;
(18)(17)“servizzi kostanti” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ b’rabta mal-kapaċità kostanti;
(19)(18)“kapaċità teknika” tfisser il-kapaċità kostanti massima li ⇨ tista’ tiġi offruta ⇦ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jista’ joffri lill-utenti tan-network, filwaqt li jitqiesu l-integrità tas-sistema u r-rekwiżiti operazzjonali tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew tan-network tal-idroġenu ⇦;
(20)(19)“kapaċità kuntrattata” tfisser il-kapaċità li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tkun ⇨ ġiet ⇦ allokata lil utent tan-network b’kuntratt ta’ trasport;
(21)(20)“kapaċità disponibbli” tfisser il-parti tal-kapaċità teknika li ma tkunx allokata u li jkun għadha disponibbli għas-sistema f’dak il-mument;
(22)(21)“konġestjoni kuntrattwali” tfisser sitwazzjoni meta l-livell tad-domanda għal kapaċità kostanti jisboq il-kapaċità teknika;
(23)(22)“suq primarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kummerċjalizzata direttament mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mill-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ ;
(24)(23)“konġestjoni fiżika” tfisser sitwazzjoni meta l-livell tad-domanda għal konsenji reali tisboq il-kapaċità teknika f’xi ħin partikolari;
(25)(24)“il-kapaċità ta’ faċilità tal-LNG” tfisser il-kapaċità f’terminal ⌦ tal-gass naturali likwifikat ⌫ (LNG) għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew għall-importazzjoni, il-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u r-rigassifikazzjoni tal-LNG;
(26)(25)“spazju” tfisser il-volum tal-gass li utent ta’ faċilità għall-ħażna hu intitolat li juża għall-ħażna tal-gass;
(27)(26)“konsenjabbiltà” tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità tal-ħażna hu intitolat jirtira l-gass mill-faċilità tal-ħażna;
(28)(27)“injettabbiltà” tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità tal-ħażna hu intitolat jinjetta l-gass mill-faċilità tal-ħażna;
(29)(28)“kapaċità tal-ħażna” tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta’ spazju, injettabbiltà u konsenjabbiltà;.;
⇩ new
(30)“sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ” tfisser l-aggregazzjoni tas-sistemi kollha ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni jew tan-networks tal-idroġenu kollha li għalihom japplika reġim tal-ibbilanċjar speċifiku wieħed;
(31)“żona tal-ibbilanċjar” tfisser sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ li għaliha japplika reġim tal-ibbilanċjar speċifiku;
(32)“punt ta’ kummerċ virtwali” tfisser punt kummerċjali mhux fiżiku f’sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ fejn jiġu skambjati l-gassijiet bejn bejjiegħ u xerrej mingħajr il-ħtieġa ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni;
(33)“punt ta’ dħul” tfisser punt soġġett għal proċeduri ta’ prenotazzjoni minn utenti tan-network jew produtturi li jipprovdu aċċess għal sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ;
(34)“punt ta’ ħruġ” tfisser punt soġġett għal proċeduri ta’ prenotazzjoni minn utenti tan-network jew klijenti finali li jabilitaw flussi tal-gass ’il barra mis-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ;
(35)“kapaċità kundizzjonali” tfisser kapaċità kostanti li tinvolvi kundizzjonijiet trasparenti u predefiniti għall-għoti ta’ aċċess mill-punt ta’ kummerċ virtwali u lejh jew allokabbiltà limitata;
(36)“allokabbiltà” tfisser il-kombinament diskrezzjonali ta’ kapaċità ta’ dħul ma’ kapaċità ta’ ħruġ jew viċiversa;
(37)“dħul permess” tfisser l-ammont totali tad-dħul mis-servizzi ta’ trażmissjoni u mis-servizzi mhux ta’ trażmissjoni għall-forniment ta’ servizzi mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għal perjodu ta’ żmien speċifiku f’perjodu regolatorju partikolari li matulu dan l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni hu intitolat jikseb, bħala parti minn reġim mingħajr regolazzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet u li hu stipulat f’konformità mal-Artikolu 75(6)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE;
(38)“infrastruttura ġdida” tfisser infrastruttura li ma kinitx lesta sal-4 ta’ Awwissu 2003.
🡻 715/2009 (adattat)
2.Mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫ , li huma rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief għad-definizzjoni ta’ trażmissjoni fil-punt 3 ta’ dak l-Artikolu.
Id-definizzjonijiet fil-punti 43 sa 2423 tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu marbutin mat-trażmissjoni japplikaw b’analoġija f’relazzjoni mal-ħażna u l-faċilitajiet tal-LNG.
⇩ new
KAPITOLU II
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI TAL-GASS NATURALI U TAL-IDROĠENU
Taqsima 1
Regoli ġenerali dwar l-organizzazzjoni tas-swieq u l-aċċess għall-infrastruttura
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, l-operaturi tal-ħażna, l-operaturi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-idroġenu, u l-operaturi delegati bħall-operaturi taż-żoni tal-kummerċ jew l-operaturi tal-pjattaformi ta’ prenotazzjoni għandhom jiżguraw li s-swieq tal-gassijiet jiġu operati f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)il-prezzijiet tal-gassijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tad-domanda u tal-provvista;
(b)l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għandhom jikkooperaw bejniethom biex jagħtu l-libertà lill-utenti tan-networks li jipprenotaw il-kapaċità ta’ dħul u ta’ ħruġ b’mod indipendenti. Il-gass għandu jiġi trasportat mis-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ u mhux tul linji kuntrattwali;
(c)it-tariffi imposti fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ għandhom ikunu strutturati b’tali mod li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, itejbu s-sigurtà tal-provvista u jippromwovu l-interkonnessjoni bejn in-networks tal-gass;
(d)l-impriżi attivi fl-istess sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ għandhom jiskambjaw il-gass fil-punt ta’ kummerċ virtwali;
(e)l-utenti tan-networks għandhom ikunu responsabbli li jibbilanċjaw il-portafolli tagħhom biex jimminimizzaw il-bżonn li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jieħdu azzjonijiet tal-ibbilanċjar;
(f)l-azzjonijiet tal-ibbilanċjar għandhom isiru abbażi ta’ prodotti standardizzati u jitwettqu fuq pjattaforma tal-kummerċ;
(g)ir-regoli tas-suq għandhom jevitaw azzjonijiet li jevitaw il-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista tal-gassijiet;
(h)ir-regoli tas-suq għandhom irawmu l-ħolqien u l-funzjonament tal-kummerċ likwidu tal-gassijiet, filwaqt li jrawmu l-formazzjoni tal-prezzijiet u t-trasparenza tal-prezzijiet;
(i)ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-gass naturali u tal-idroġenu, inkluż billi jabilitaw l-integrazzjoni tal-gass, fis-suq tal-gassijiet, li joriġina minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u billi jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza enerġetika;
(j)ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa tal-investiment, b’mod partikolari għal investimenti fit-tul f’sistema tal-gass dekarbonizzata u sostenibbli, għall-ħażna tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, ir-rispons għad-domanda biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq, u għandhom jiffaċilitaw il-kompetizzjoni ġusta u s-sigurtà tal-provvista;
(k)l-ostakli għall-flussi transfruntieri tal-gass, jekk jeżistu, bejn is-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ għandhom jitneħħew;
(l)ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.
Artikolu 4
Separazzjoni tal-bażijiet tal-assi regolati
1.Meta operatur ta’ trażmissjoni jew tan-network jipprovdi servizzi regolati għall-gass, l-idroġenu u/jew l-elettriku, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżit għas-separazzjoni tal-kontijiet kif stabbilit fl-Artikolu 69 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] u l-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u għandu jkollu bażi tal-assi regolata b’mod separat għall-assi tal-gass, tal-elettriku jew tal-idroġenu. Bażi tal-assi regolata separata għandha tiżgura li:
(a)id-dħul mis-servizzi miksub mill-forniment ta’ servizzi regolati speċifiċi jista’ jintuża biss biex jiġu rkuprati n-nefqiet kapitali u operazzjonali relatati mal-assi inklużi fil-bażi tal-assi regolati li fuqhom ġew ipprovduti s-servizzi regolati;
(b)meta l-assi jiġu trasferiti għal bażi tal-assi regolata differenti, il-valur tagħhom jiġi stabbilit. Il-valur stabbilit għall-assi trasferit hu soġġett għal awditu u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja kompetenti. Il-valur stabbilit ikun tali li ma jsirux sussidji inkroċjati.
2.Stat Membru jista’ jippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati li huma separati kif imfisser fl-ewwel paragrafu, diment li:
(a)id-dħul kollu meħtieġ għat-trasferiment finanzjarju jinġabar bħala imposta dedikata;
(b)l-imposta dedikata tinġabar biss minn punti ta’ ħruġ lejn klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri bħala l-benefiċjarju tat-trasferiment finanzjarju;
(c)l-imposta dedikata u t-trasferiment finanzjarju jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom huma approvati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom mill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 70;
(d)l-imposta dedikata approvata u t-trasferiment finanzjarju u l-metodoloġiji, meta l-metodoloġiji jiġu approvati u ppubblikati.
3.L-awtorità regolatorja tista’ tapprova biss trasferiment finanzjarju u imposta dedikata msemmija fil-paragrafu 2, diment li:
(a)it-tariffi tal-aċċess għan-networks jiġu imposti fuq l-utenti tal-bażi tal-assi regolati li jibbenefika minn trasferiment finanzjarju;
(b)l-ammont totali tat-trasferimenti finanzjarji u d-dħul mis-servizzi miġbura permezz tat-tariffi tal-aċċess għan-networks ma jistgħux jaqbżu d-dħul permess;
(c)trasferiment finanzjarju jiġi approvat għal żmien limitat u qatt ma jista’ jaqbeż it-terz tal-perjodu tad-deprezzament tal-infrastruttura kkonċernata].
4.Sa [id-data tal-adozzjoni = sena (1)], l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ta’ trażmissjoni jew tan-network u lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-metodoloġiji għal dawn li ġejjin:
(a)id-determinazzjoni tal-valur tal-assi li jiġu trasferiti lejn bażi tal-assi regolata oħra u d-destinazzjoni ta’ kull qligħ u telf li jistgħu jsiru minħabba dan;
(b)il-kalkolu tad-daqs u t-terminu massimu tat-trasferiment finanzjarju u l-imposta dedikata;
(c)il-kriterji għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-imposta dedikata fost il-konsumaturi finali konnessi mal-bażi tal-assi regolati.
L-ACER għandha taġġorna r-rakkomandazzjonijiet mill-inqas darba kull sentejn.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 514
Aċċess ta’ servizzi għal partijiet terzi li jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom:
(a)jiżguraw li joffru ⇨ kapaċità u ⇦ servizzi b’mod nondiskriminatorju lill-utenti tan-network kollha;
(b)jipprovdu kemm ⇨ kapaċità kostanti u anki interrompibbli ⇦ servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi li jkunu sodi u mingħajr interruzzjoni. Il-prezz tal-kapaċità interrompibbli għandu jirrifletti l-probabbiltà ta’ interruzzjoni;
(c)joffru lill-utenti tan-network ⇨ kapaċità ⇦ servizzi għal perjodu fit-tul u għal perjodu qasir.
Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni joffri l-istess servizz lil klijenti differenti, dan għandu jsir b’termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti, jew billi juża kuntratti ta’ trasport armonizzati jew b’kodiċi komuni tan-network approvati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7241 ⌦ jew 73 ⌫ tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫ .
2.Il-kuntratti ta’ trasport iffirmati b’dati inizjali mhux standard jew għal terminu iqsar minn dak ta’ kuntratt ta’ trasport annwali standard ma għandhomx jikkawżaw tariffi li jkunu arbitrarjament ogħla jew orħos li ma jirriflettux il-valur fis-suq tas-servizz, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1513(1).
⇩ new
3.Meta żewġ punti ta’ interkonnessjoni jew aktar ikunu jgħaqqdu l-istess żewġ sistemi kontigwi ta’ dħul u ta’ ħruġ, l-operaturi tas-sistemi kontigwi ta’ trażmissjoni kkonċernati għandhom joffru l-kapaċitajiet disponibbli fil-punti ta’ interkonnessjoni f’punt ta’ interkonnessjoni virtwali wieħed. Kull kapaċità kuntrattata fil-punti ta’ interkonnessjoni, irrispettivament mid-data tal-konklużjoni tagħha, għandha tiġi trasferita lejn il-punt ta’ interkonnessjoni virtwali.
Punt ta’ interkonnessjoni virtwali għandu jiġi stabbilit biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-kapaċità teknika totali fil-punti ta’ interkonnessjoni virtwali għandha tkun daqs jew iżjed mill-ammont totali tal-kapaċitajiet tekniċi f’kull wieħed mill-punti ta’ interkonnessjoni li jikkontribwixxu għall-punti ta’ interkonnessjoni virtwali;
(b)il-punt ta’ interkonnessjoni virtwali jiffaċilita l-użu ekonomiku u effiċjenti tas-sistema, inkluż iżda mhux limitat għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament.
🡻 715/2009
43.Meta xieraq, jistgħu jingħataw servizzi tal-aċċess lil partijiet terzi soġġetti għal garanziji adegwati mingħand l-utenti tan-network b’rabta mal-affidabbiltà kreditizja ta’ dawn l-utenti. Dawn il-garanziji ma għandhomx jikkostitwixxu ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u proporzjonati.
🡻 2009/73/KE, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 32
52.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandu jkollhom aċċess għan-network ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni oħra, jekk dan ikun meħtieġ għall-fini biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom inkluż b’rabta mat-trażmissjoni transfruntiera.
⇩ new
Artikolu 6
Aċċess ta’ servizzi għal partijiet terzi li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu
1.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom joffru s-servizzi tagħhom b’mod nondiskriminatorju lill-utenti kollha tan-network. Meta l-istess servizz jiġi offrut lil klijenti differenti, dan għandu jiġi offrut skont termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti. L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw it-termini kuntrattwali u t-tariffi tal-aċċess għan-networks mitluba u, jekk applikabbli, l-imposti tal-ibbilanċjar, fuq is-sit web tagħhom.
2.Il-kapaċità massima ta’ network tal-idroġenu għandha ssir disponibbli għall-parteċipanti fis-suq, filwaqt li jitqiesu l-integrità tas-sistema u l-operazzjoni effiċjenti tan-network.
3.It-terminu massimu tal-kuntratti tal-kapaċità għandu jkun għoxrin (20) sena għall-infrastruttura mlestija sa [id-data tad-dħul fis-seħħ] u ħmistax-il (15) sena għall-infrastruttura mlestija wara din id-data. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jimponu termini massimu iqsar jekk ikun meħtieġ biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq, iħarsu l-kompetizzjoni u jiżguraw l-integrazzjoni transfruntiera futura.
4.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jimplimentaw u jippubblikaw proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-ġestjoni tal-konġestjoni, li jiffaċilitaw ukoll l-iskambji transfruntieri tal-idroġenu b’mod nondiskriminatorju.
5.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jivvalutaw regolarment id-domanda tas-suq għal investiment ġdid, filwaqt li jqisu s-sigurtà tal-provvista u l-effiċjenza tal-użi finali tal-idroġenu.
6.Mill-1 ta’ Jannar 2031, in-networks tal-idroġenu għandhom jiġu organizzati bħala sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ.
7.Mill-1 ta’ Jannar 2031, l-Artikolu 15 għandu japplika wkoll għat-tariffi tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu. Fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri ma għandha tintalab l-ebda tariffa tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu skont l-Artikolu 15. Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika aċċess regolat lil partijiet terzi għan-networks tal-idroġenu skont l-Artikolu 31 ta’ [id-Direttiva tal-Gass] riformulata qabel l-1 ta’ Jannar 2031, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 15 għandu japplika għat-tariffa tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu f’dak l-Istat Membru.
8.Mill-1 ta’ Jannar 2031, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni skont l-Artikoli 5, 9 u 12 meta joffru s-servizzi tagħhom, u jippubblikaw it-tariffi għal kull punt tan-network fuq pjattaforma online operata mill-ENNOH. Sakemm jiġi adottat kodiċi tan-network dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità għan-networks tal-idroġenu skont l-Artikolu 54(2), il-punt (d), u jidħol fis-seħħ, din il-pubblikazzjoni tista’ ssir b’links għall-pubblikazzjoni tat-tariffi fuq is-siti web tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 715
Servizzi ta’ aċċess lill-partijiet terzi li jikkonċernaw il-ħażna ⌦ tal-gass naturali ⌫ ⌦, it-terminals tal-idroġenu ⌫ u l-faċilitajiet tal-LNG ⌦ u l-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu ⌫
1.⇨ L-operaturi tal-faċilitajiet tal-LNG ⇦ ⇨u tat-terminals tal-idroġenu, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali ⇦ għandhom:
(a)jiżguraw li joffru servizzi b’mod nondiskriminatorju lill-utenti kollha tan-network u b’hekk jakkomodaw id-domanda tas-suq; b’mod partikolari, meta operatur ⇨ ta’ faċilitajiet ⇦ tal-LNG jew ⇨ ta’ terminals tal-idroġenu, ta’ faċilità tal-ħażna tal-idroġenu jew ⇦ ta’ sistema tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali ⇦ joffri l-istess servizz lil klijenti differenti, dan għandu jagħmel dan b’termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti;
(b)joffru servizzi li huma kompatibbli mal-użu tas-sistemi interkonnessi ta’ trasportazzjoni tal-gass ⇨ naturali ⇦ ⇨ u tal-idroġenu ⇦ u jiffaċilitaw l-aċċess b’kooperazzjoni mal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew mal-operatur tan-network tal-idroġenu⇦ ; kif ukoll
(c)jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari data dwar l-użu u d-disponibbiltà tas-servizzi, f’perjodu ta’ żmien kompatibbli mal-bżonnijiet kummerċjali raġonevoli tal-utenti tal-faċilità tal-ħażna jew tal-LNG ⇨ , tal-utenti tat-terminals tal-idroġenu, tal-utenti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu ⇦ , soġġetti għall-monitoraġġ ta’ din il-pubblikazzjoni mill-awtorità kompetenti regolatorja.
2.Kull operatur ta’ sistema tal-ħażna għandu:
(a)jipprovdi servizzi kostanti kif ukoll interrompibbli ta’ aċċess lill-partijiet terzi; il-prezz tal-kapaċità interrompibbli għandu jirrifletti l-probabbiltà ta’ interruzzjoni;
(b)lill-utenti tal-faċilità tal-ħażna joffrilhom servizzi għal perjodu fit-tul u għal perjodu qasir; kif ukoll
(c)lill-utenti tal-faċilità tal-ħażna joffrilhom servizzi raggruppati u separati ta’ spazju għall-ħażna, injettabbiltà u konsenjabbiltà.
⇩ new
3.Kull operatur ta’ sistema tal-LNG għandu joffri servizzi raggruppati u separati lill-utenti tal-faċilità tal-LNG, fi ħdan il-faċilità tal-LNG skont il-ħtiġijiet espressi mill-utenti tal-faċilità tal-LNG.
🡻 715/2009
⇨ new
43.Il-kuntratti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG ⇨ u tal-gass naturali ⇦ ma għandhomx iwasslu għal tariffi arbitrarjament ogħla, meta dawn jiġu ffirmati:
(a)barra minn sena tal-gass naturali b’dati inizjali mhux standard; jew
(b)b’terminu iqsar minn dak ta’ kuntratt standard ta’ faċilità tal-LNG u tal-ħażna fuq bażi annwali.
⇩ new
Il-kuntratti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tat-terminals tal-idroġenu b’terminu iqsar minn kuntratt standard ta’ faċilità tal-ħażna u tal-LNG b’bażi annwali ma għandhomx jirriżultaw f’tariffi arbitrarjament ogħla.
🡻 715/2009
⇨ new
54.Meta xieraq, jistgħu jingħataw servizzi tal-aċċess lil partijiet terzi soġġetti għal garanziji adegwati mingħand l-utenti tan-network b’rabta mal-affidabbiltà kreditizja ta’ dawn l-utenti. Dawn il-garanziji ma għandhomx jikkostitwixxu ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u proporzjonati.
65.Il-limiti kuntrattwali b’rabta mad-daqs minimu obbligatorju tal-kapaċità tal-faċilità tal-LNG ⇨ jew tat-terminal tal-idroġenu ⇦ u l-kapaċità tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦ għandhom ikunu ġġustifikati abbażi ta’ restrizzjonijiet tekniċi u għandhom jippermettu li l-utenti iżgħar tal-ħażna jiksbu aċċess għal servizzi tal-ħażna.
⇩ new
Artikolu 8
Valutazzjoni tas-suq għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju mill-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna
L-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna għandhom, mill-inqas kull sentejn, jivvalutaw id-domanda tas-suq għal investiment ġdid li jippermetti l-użu tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fil-faċilitajiet. Meta jippjanaw investimenti ġodda, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna għandhom jivvalutaw id-domanda fis-suq u jqisu l-kriterji tas-sigurtà tal-provvista. L-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna għandhom jippubblikaw kull pjan dwar investimenti ġodda li jippermettu l-użu tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fil-faċilitajiet tagħhom.
🡻 715/2009
Artikolu 916
Prinċipji tal-mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni li jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
1.Il-kapaċità massima fil-punti rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 3018 (3) għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq, filwaqt li titqies l-integrità tas-sistema u l-operazzjoni effiċjenti tan-network.
2.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi trasparenti u nondiskriminatorji għall-allokazzjoni tal-kapaċità li għandhom:
(a)jipprovdu sinjali ekonomiċi xierqa għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika, jiffaċilitaw l-investiment f’infrastruttura ġdida u jiffaċilitaw l-iskambji transfruntieri tal-gass naturali;
(b)ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmi tas-suq, inkluż is-swieq spot u ċ-ċentri tal-kummerċ, filwaqt li jkunu flessibbli u adattabbli għaċ-ċirkostanzi fis-suq li qed jevolvu; kif ukoll
(c)ikunu kompatibbli mas-sistemi tal-aċċess għan-networks tal-Istati Membri.
3.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jimplimentaw u jippubblikaw proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni li jiffaċilitaw l-iskambju transfruntier tal-gass naturali b’mod nondiskriminatorju u li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a)fil-każ ta’ konġestjoni kuntrattwali, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu joffri l-kapaċità mhux użata fis-suq primarju mill-inqas b’ġurnata bil-quddiem u b’mod interrompibbli; kif ukoll
(b)l-utenti tan-network li jixtiequ jerġgħu jbigħu jew jissullokaw il-kapaċitajiet kuntrattwali mhux użati tagħhom fis-suq sekondarju għandhom ikunu intitolati jagħmlu dan.
Fir-rigward Rigward tal-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), Stat Membru jista’ jitlob notifika jew informazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni mingħand l-utenti tan-network.
⇩ new
4.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jivvalutaw regolarment id-domanda tas-suq għal investiment ġdid filwaqt li jqisu x-xenarju konġunt kif żviluppat għall-pjan tal-iżvilupp tan-network integrat abbażi tal-Artikolu 51 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] kif ukoll is-sigurtà tal-provvista.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
4. Fil-każ ta' konġestjoni fiżika, mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità trasparenti u nondiskriminatorji għandhom jiġu applikati mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew, kif adatt, mill-awtoritajiet regolatorji.
5.L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom regolarment jivvalutaw id-domanda fis-suq għal investiment ġdid. Meta jippjanaw l-investimenti ġodda, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jivvalutaw id-domanda fis-suq u jqisu l-kriterji tas-sigurtà tal-provvista.
Artikolu 1017
Prinċipji tal-mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni li jikkonċernaw il-ħażna ⌦ tal-gass naturali ⌫ ⌦ , it-terminals tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu, ⌫ u l-faċilitajiet tal-LNG
1.Il-kapaċità massima ta’ faċilità tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali ⇦ u tal-LNG jew ⇨ ta’ faċilità tal-ħażna tal-idroġenu ⇦ ⇨ kif ukoll ta’ terminals tal-idroġenu ⇦ għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq, filwaqt li jitqiesu l-integrità u l-operazzjoni tas-sistema.
2.L-operaturi ⇨ tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG u tal-idroġenu kif ukoll tat-terminals tal-idroġenu u tal-ħażna tal-gass naturali ⇦ għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi nondiskriminatorji u trasparenti għall-allokazzjoni tal-kapaċità li għandhom:
(a)jipprovdu sinjali ekonomiċi xierqa għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika u jiffaċilitaw l-investiment f’infrastruttura ġdida;
(b)ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmu tas-suq, inkluż is-swieq spot u ċ-ċentri tal-kummerċ, filwaqt li jkunu flessibbli u adattabbli għaċ-ċirkostanzi fis-suq li qed jevolvu; kif ukoll
(c)ikunu kompattibbli mas-sistemi konnessi tal-aċċess għan-networks.
3.⌦ Il-kuntratti għat-terminals ⌫ tal-LNG, ⇨ it-terminals tal-idroġenu, u l-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u l-idroġenu ⇦ ⌦ ⌫ għandhom jinkludu miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità, billi jitqiesu l-prinċipji li ġejjin, li għandhom japplikaw meta f’każ ta’ konġestjoni kuntrattwali:
(a)l-operatur tas-sistema jrid ⌦ għandu ⌫ joffri mingħajr dewmien il-kapaċità mhux użata tal-faċilità tal-LNG ⇨ , tat-terminal tal-idroġenu ⇦ u tal-ħażna fis-suq primarju; għall-faċilitajiet tal-ħażna, dan irid ⌦ għandu ⌫ jsir mill-anqas b’ġurnata bil-quddiem u b’mod interrompibbli;
(b)l-utenti tal-faċilità tal-LNG ⇨ tat-terminal tal-idroġenu ⇦ u tal-ħażna li jixtiequ jerġgħu jbigħu l-kapaċità kuntrattwali tagħhom fis-suq sekondarju. iridu ⌦ għandhom ⌫ ikunu intitolati jagħmlu dan.; ⇨ L-operaturi tal-faċilitajiet tal-LNG, tat-terminals tal-idroġenu u tas-sistemi tal-ħażna, individwalment jew reġjonalment, għandhom jiżguraw pjattaforma trasparenti u nondiskriminatorja ta’ prenotazzjoni għall-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG, tat-terminals tal-idroġenu u tal-faċilitajiet tal-ħażna biex jerġgħu jbigħu l-kapaċità kuntrattata tagħhom fis-suq sekondarju sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara [d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. ⇦
Artikolu 1122
Kummerċ tad-drittijiet tal-kapaċità
Kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, tal-ħażna, u tal-LNG ⇨ u tal-idroġenu ⇦ għandu jieħu passi raġonevoli biex jippermetti li d-drittijiet tal-kapaċità jkunu kummerċjabbli b’mod liberu u biex dan il-kummerċ jiġi ffaċilitat b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. Kull operatur bħal dan għandu jiżviluppa ⇨ kuntratti u proċeduri ⇦ armonizzati dwar it-trasport, il-faċilità tal-LNG u ⇨ t-terminals tal-idroġenu, u l-faċilitajiet ⇦ tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali u tal-idroġenu ⇦ fis-suq primarju ⇨ ⇦ kuntratti u proċeduri biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ sekondarju tal-kapaċità, u għandu jirrikonoxxi t-trasferiment tad-drittijiet tal-kapaċità primarji meta dan jiġi notifikat mill-utenti tas-sistema.
Il-kuntratti u l-proċeduri armonizzati dwar it-trasport, il-faċilitajiet tal-LNG u tal-ħażna għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet regolatorji.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 1221
Regoli dwar l-ibbilanċjar u imposti tal-iżbilanċ
1.Għandhom jitfasslu regoli dwar l-ibbilanċjar b’mod ġust, nondiskriminatorju u trasparenti u għandhom jiġu bbażati fuq kriterji oġġettivi. Ir-regoli dwar l-ibbilanċjar għandhom jirriflettu ħtiġijiet ġenwini tas-sistema filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Ir-regoli dwar l-ibbilanċjar għandhom ikunu bbażati fuq is-suq.
2.Biex l-utenti tan-network ikunu jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni online, fil-ħin xieraq u affidabbli dwar l-istatus ta’ bilanċjar tal-utenti tan-network.
L-informazzjoni mogħtija għandha tirrifletti l-livell tal-informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-perjodu għall-issetiljar li għalih jiġu kkalkolati l-imposti tal-iżbilanċ.
Ma għandha tintalab l-ebda imposta għall-għoti tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu.
3.L-imposti tal-iżbilanċ għandhom ikunu kemm jista’ jkun jirriflettu l-kostijiet, filwaqt li jipprovdu inċentivi xierqa lill-utenti tan-network biex jibbilanċjaw il-gass li jipprovdu lis-sistema u l-gass meħud. Għandhom jevitaw is-sussidjar inkroċjat bejn l-utenti tan-network u ma għandhomx ixekklu d-dħul ta’ parteċipanti ġodda fis-suq.
Kwalunkwe metodoloġija għall-kalkolu tal-imposti tal-iżbilanċ u ⇨ l-valuri ⇦ t-tariffi finali għandhom jiġu pubblikati mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, kif xieraq.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jagħmlu ħilithom biex jarmonizzaw ir-reġimi tal-ibbilanċjar u jissimplifikaw l-istrutturi u l-livelli tal-imposti tal-ibbilanċjar tat-tariffi biex jiffaċilitaw il-kummerċ tal-gass ⇨ imwettaq fil-punt ta’ kummerċ virtwali ⇦.
Artikolu 133
Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ⌦ u tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu ⌫
1.Il-Kummissjoni għandha teżamina kull notifika ta’ deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew ta’ operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ kif stabbilit fl-Artikolu 6510(6) ta’ [id-Direttiva ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021)xxx] ⌫ 2009/73/KE minnufih malli tasal. Fi żmien xahrejn minn meta tasal din in-notifika, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti rigward il-kompatibbiltà tagħha mal-Artikolu 6510(2) jew mal-Artikolu 6611, u l-Artikolu 549 tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata ⌫ ⇨ għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, u l-Artikolu 65 ta’ dik id-Direttiva għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu ⇦ .
Waqt it-tħejjija tal-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob ⌦ lill-ACER ⌫ lill-Aġenzija tagħti l-opinjoni tagħha dwar id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali . F’każ bħal dan, il-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi estiż b’xahrejn oħra.
Fin-nuqqas ta’ opinjoni mill-Kummissjoni fil-perjodi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li mhix toġġezzjona għad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
2.Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi opinjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tadotta d-deċiżjoni finali tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew tal-operatur tan-network tal-idroġenu ⇦ , filwaqt li tqis dik l-opinjoni bl-aqwa mod. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati flimkien.
3.Fi kwalunkwe ħin waqt il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji u/jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lil operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni, ⇨ lil operatur ta’ network tal-idroġenu ⇦ u/jew lil impriża li jwettqu xi waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew forniment biex jipprovdu informazzjoni rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom skont dan l-Artikolu.
4.L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom iħarsu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
5.Il-Kummissjoni tista’ tadotta ⇨ għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 63 biex tipprevedi ⇦ lLinji gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tintuża għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorju bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
6.Meta l-Kummissjoni taslilha notifika dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni skont l-Artikolu 549(10) tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx ⌫, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni. L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.
⇩ new
Artikolu 14
Kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw ma’ operaturi oħra ta’ sistemi ta’ trażmissjoni fil-koordinazzjoni tal-manutenzjoni tan-networks rispettivi tagħhom biex jimminimizzaw l-interruzzjonijiet tas-servizzi ta’ trażmissjoni għall-utenti tan-network u għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni f’żoni oħra.
2.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u ma’ operaturi oħra tal-infrastrutturi biex jimmassimizzaw il-kapaċità teknika fis-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ u biex jimminimizzaw l-użu tal-gass tal-fjuwil sa fejn ikun possibbli.
Taqsima 2
Aċċess għan-networks
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 1513
Tariffi tal-aċċess għan-networks
1.It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom, applikati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 7241(67) tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata ⌫, kif ukoll it-tariffi ppubblikati skont l-Artikolu 2732(1) ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, iqisu l-ħtieġa tal-integrità tas-sistema u t-titjib tagħha u jirriflettu l-kostijiet imġarrba effettivament, fejn dawn il-kostijiet ikunu jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti, filwaqt li jkunu jinkludu redditu xieraq mill-investimenti u fejn ikun il-każ b'kont meħud tal-benchmarking ta' tariffi mill-awtoritajiet regolatorji. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom, għandhom jiġu applikati b’mod nondiskriminatorju.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li It-tariffi jistgħu jiġu determinati wkoll b’arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal irkantijiet, diment li dawn l-arranġamenti u d-dħul miksub minnhom ikunu approvati mill-awtorità regolatorja.
It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom, għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ effiċjenti tal-gass u l-kompetizzjoni, u fl-istess ħin jevitaw is-sussidji inkroċjati bejn l-utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għal investiment u jżommu jew joħolqu l-interoperabbiltà tan-networks ta’ trażmissjoni.
It-tariffi għall-utenti tan-network ma għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom jiġu stabbiliti separatament għal kull punt ta’ dħul fis-sistema ta’ trażmissjoni jew għall kull punt ta’ ħruġ mis-sistema ta’ trażmissjoni. Il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kost u l-metodoloġija għall-istabbiliment tar-rata rigward il-punti ta’ dħul u l-punti ta’ ħruġ għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali . Sat-3 ta’ Settembru 2011, l- L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara perjodu tranżitorju, jiġifieri, l-imposti tan-network ma għandhomx jiġu kkalkulati abbażi ta’ linji kuntrattwali.
2.It-tariffi tal-aċċess għan-networks ma għandhomx jillimitaw il-likwidità tas-suq jew jikkawżaw distorsjoni fil-kummerċ bejn il-fruntieri ta’ sistemi ta’ trażmissjoni differenti. Meta d-differenzi fl-istrutturi tariffarji jew fil-mekkaniżmi ta’ bilanċjar ifixklu l-kummerċ bejn is-sistemi ta’ trażmissjoni, u minkejja l-Artikolu 7241(67) tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ tal-Gass riformulata ⌫, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, isaħħu attivament il-konverġenza tal-istrutturi tariffarji u tal-prinċipji tal-imposti , anke rigward il-bilanċjar.
⇩ new
Artikolu 16
Skontijiet fit-tariffi għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju
1.Waqt l-iffissar tat-tariffi, għandu jiġi applikat skont għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għal:
(a)il-punti ta’ dħul minn faċilitajiet tal-produzzjoni rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju. Għandu jiġi applikat skont ta’ 75 % għat-tariffi rispettivi bbażati fuq il-kapaċità għall-finijiet taż-żieda tal-injezzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju;
(b)it-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħażna u fil-punti ta’ ħruġ lejhom, sakemm faċilità tal-ħażna ma tkunx konnessa ma’ aktar minn network wieħed ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni u tintuża biex tikkompeti ma’ punt ta’ interkonnessjoni. Skont bħal dan għandu jiġi stabbilit fil-livell ta’ 75 % fl-Istati Membri fejn il-gass rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju kien ġie injettat għall-ewwel darba fis-sistema.
2.L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jistabbilixxu rati ta’ skonti aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu diment li l-iskont ikun konformi mal-prinċipji tariffarji ġenerali kif stabbilit fl-Artikolu 15 u b’mod partikolari l-prinċipju tar-riflessjoni tal-kostijiet, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ oqfsa finanzjarji stabbli għall-investimenti eżistenti meta xieraq, u l-avvanz tal-introduzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju fl-Istat Membru kkonċernat.
3.Id-dettalji dwar l-iskonti mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 jistgħu jiġu stabbiliti fil-kodiċi tan-network dwar l-istrutturi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 52(1), il-punt (e).
4.Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid it-tnaqqis fit-tariffi skont il-paragrafu 1, [5 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. Għandha toħroġ rapport li jagħti ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tagħhom u tivvaluta jekk il-livell tat-tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 1 għadux adegwat fid-dawl tal-aħħar żviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 biex tbiddel il-livelli tal-iskonti kif stabbilit fil-paragrafu 1.
5.Mill-1 ta’ Jannar fis-sena wara l-adozzjoni, l-utenti tan-network għandhom jirċievu skont ta’ 100 % fuq it-tariffa regolata mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-punti kollha ta’ interkonnessjoni, inkluż il-punti ta’ dħul mill-pajjiżi terzi u l-punti ta’ ħruġ lejhom, kif ukoll il-punti ta’ dħul mit-terminals tal-LNG għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, wara li jipprovdu prova ta’ sostenibbiltà lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni rispettiv, abbażi ta’ ċertifikat ta’ sostenibbiltà validu skont l-Artikoli 29 u 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rreġistrat fil-bażi tad-data tal-Unjoni.
Fir-rigward ta’ dan l-iskont:
(a)L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jintalbu jipprovdu l-iskont biss għall-iqsar rotta possibbli mil-lat ta’ qsim tal-fruntieri bejn il-post fejn il-prova speċifika tad-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà, abbażi taċ-ċertifikat ta’ sostenibbiltà, tkun ġiet reġistrata għall-ewwel darba fil-bażi tad-data tal-Unjoni u fejn tkun tħassret peress li tqieset ikkonsmata. Kwalunkwe primjum potenzjali tal-irkant ma għandux ikun kopert mill-iskont.
(b)L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-volumi attwali u mistennija tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju u l-effett tal-applikazzjoni tal-iskont tariffarju fuq id-dħul tagħhom lejn l-awtorità regolatorja rispettiva. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-impatt tal-iskont fuq l-istabbiltà tat-tariffi.
(c)Ladarba d-dħul ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni minn dawn it-tariffi speċifiċi jitnaqqas b’10 % permezz tal-applikazzjoni tal-iskont, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni affettwati u ġirien kollha huma meħtieġa jinnegozjaw mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni. L-operaturi tas-sistemi kkonċernati għandhom jaqblu fi żmien 3 snin. Jekk matul dak il-perjodu ta’ żmien ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-awtoritajiet regolatorji involuti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt dwar mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni fi żmien sentejn (2). Fin-nuqqas ta’ qbil fost l-awtoritajiet regolatorji, għandu japplika l-Artikolu 6 tar-Regolament ACER. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien sentejn, jew b’talba konġunta mingħandhom, l-ACER għandha tiddeċiedi, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
(d)Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-iskont għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, bħall-kalkolu tal-kapaċità eliġibbli li għaliha japplika l-iskont u l-proċessi meħtieġa, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit abbażi tal-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Dħul tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass
1.Minn [sena (1) wara t-traspożizzjoni], l-awtorità regolatorja rilevanti għandha tiżgura t-trasparenza tal-metodoloġiji, tal-parametri u tal-valuri użati biex jiġi determinat id-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni. L-awtorità regolatorja għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Anness I, jew għandha titlob il-pubblikazzjoni mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni rilevanti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’format faċli għall-utent, u sa fejn ikun possibbli, b’lingwa waħda jew aktar li tinftiehem komunement.
2.Il-kostijiet tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu soġġetti għal tqabbil tal-effiċjenza bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Unjoni, ikunu definiti b’mod xieraq mill-ACER. [3 snin wara t-traspożizzjoni] u mbagħad kull erba’ snin, l-ACER għandha tippubblika studju li jqabbel l-effiċjenza tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ACER id-data kollha meħtieġa għal dan it-tqabbil. Ir-riżultati ta’ dan it-tqabbil għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, flimkien maċ-ċirkostanzi nazzjonali, meta perjodikament jistabbilixxu d-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
3.L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jivvalutaw l-evoluzzjoni fit-tul tat-tariffi ta’ trażmissjoni abbażi tal-bidliet mistennija fid-dħul permess jew immirat tagħhom u fid-domanda għall-gass sal-2050. Biex twettaq din il-valutazzjoni, l-awtorità regolatorja għandha tinkludi l-informazzjoni dwar l-istrateġija deskritta fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima tal-Istat Membru rispettiv u x-xenarji sottostanti tal-pjan integrat tal-iżvilupp tan-networks kif żviluppat skont l-Artikolu 51 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM (2021) xxx].
Taqsima 3
Operazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni, tal-ħażna, tal-LNG u tat-terminals tal-idroġenu
Artikolu 18
Kapaċità kostanti għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għas-sistema ta’ trażmissjoni
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiżguraw kapaċità kostanti tal-aċċess għal faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju konnessi mal-grilja tagħhom. Għal dan il-għan, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, proċeduri u arranġamenti, inkluż investimenti, biex jiżguraw il-fluss fid-direzzjoni opposta min-network ta’ distribuzzjoni għan-network ta’ trażmissjoni.
2.Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jiżviluppaw alternattivi għal investimenti ta’ fluss fid-direzzjoni opposta, bħal soluzzjonijiet ta’ grilji intelliġenti jew konnessjoni ma’ operaturi oħra tan-network. Aċċess kostanti jista’ jkun limitat biss biex joffri kapaċitajiet soġġetti għal limitazzjonijiet operazzjonali, biex tkun żgurata l-effiċjenza ekonomika. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-limitazzjonijiet fil-kapaċità kostanti jew il-limitazzjonijiet operazzjonali jiddaħħlu bi proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji u ma jkunux joħolqu ostakli bla bżonn għad-dħul fis-suq. Meta l-faċilità tal-produzzjoni ġġarrab il-kostijiet relatati mal-iżgurar tal-kapaċità kostanti, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni.
Artikolu 19
Koordinazzjoni transfruntiera dwar il-kwalità tal-gass
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni.
2.Meta restrizzjoni fil-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass ma tkunx tista’ tiġi evitata mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu kkonċernati fl-operazzjonijiet standard tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati mingħajr dewmien. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni u raġunament ġustifikat għal kwalunkwe pass li diġà ħadu l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
3.L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jaqblu b’mod konġunt fi żmien sitt xhur dwar jekk jirrikonoxxux ir-restrizzjoni.
4.Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jirrikonoxxu r-restrizzjoni, dawn għandhom jitolbu lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati biex, fi żmien 12-il xahar mir-rikonoxximent, iwettqu dawn l-azzjonijiet li ġejjin f’sekwenza:
(a)jikkooperaw u jiżviluppaw alternattivi teknikament fattibbli, bla ma jibdlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass, li jistgħu jinkludu impenji ta’ fluss u trattament tal-gass, biex titneħħa r-restrizzjoni rikonoxxuta;
(b)iwettqu b’mod konġunt analiżi tal-kostbenefiċċji dwar l-alternattivi teknikament fattibbli ħalli jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti li għandhom jispeċifikaw id-diżaggregazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fost il-kategoriji tal-partijiet affettwati;
(c)jipproduċu stima tal-ħin tal-implimentazzjoni għal kull alternattiva potenzjali;
(d)iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar soluzzjonijiet fattibbli identifikati u jqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni;
(e)jissottomettu proposta konġunta, għal soluzzjoni bbażata fuq l-analiżi tal-kostbenefiċċji u fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, li tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta, inkluż l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħha, lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra ta’ kull Stat Membru involut għall-informazzjoni.
5.Meta l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati ma jilħqux ftehim dwar soluzzjoni, kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jinforma lill-awtorità regolatorja tiegħu mingħajr dewmien.
6.L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni koordinata konġunta għat-tneħħija tar-restrizzjoni rikonoxxuta, filwaqt li jqisu l-analiżi tal-kostbenefiċċji mħejjija mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fi żmien sitt xhur kif stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
7.Id-deċiżjoni koordinata konġunta tal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandha tinkludi deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti li jrid iġarrab kull operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni miftiehma, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
8.L-ACER tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar id-dettalji ta’ dawn id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 7.
9.Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar ir-restrizzjoni, bil-proċess stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-ACER tirrikonoxxi r-restrizzjoni, din għandha titlob lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati biex fi żmien 12-il xahar iwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), f’sekwenza.
10.Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ikkoordinati konġunti kif imsemmi fil-paragrafi 6 u 7, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar is-soluzzjoni biex tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta u dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li jrid iġarrab kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni maqbula, bil-proċess stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
11.Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-elementi ta’ dan l-Artikolu, inkluż dettalji dwar l-analiżi tal-kostbenefiċċji, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit abbażi tal-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Taħlitiet tal-idroġenu fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni fis-sistema tal-gass naturali
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jaċċettaw il-flussi tal-gass b’kontenut tal-idroġenu sa 5 % skont il-volum fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni fis-sistema tal-gass naturali mill-1 ta’ Ottubru 2025, soġġetti għall-proċedura deskritta fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.
2.Meta l-kontenut tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali jaqbeż il-5 % skont il-volum, il-proċess deskritt fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika.
3.L-Istati Membri ma għandhomx jużaw it-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali biex jillimitaw il-flussi transfruntieri tal-gass.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 214
Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kollha għandhom jikkooperaw fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫ Komunitarju permezz ⌦ tan-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass ⌫ (l-ENTSO tal-Gass), biex tiġi promossa t-tlestija u l-funzjonament tas-suq intern għall-gass naturali u għall-kummerċ transfruntier u biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni ottimali, l-operazzjoni kkoordinata u evoluzzjoni teknika soda tan-network Ewropew għat-trażmissjoni tal-gass naturali.
Artikolu 225
Stabbiliment ⌦ Organizzazzjoni ⌫ tal-ENTSO tal-Gass
1.Sat-3 ta’ Marzu 2011, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass ⌦ L-ENTSO ⌫ għandu jippreżenta lill-Kummissjoni u ⌦ lill-ACER ⌫ lill-Aġenzija l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura, inkluż ir-regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra, tal-ENTSO tal-Gass li jridu jiġu stabbiliti ⇨ fil-każ ta’ bidliet f’dawk id-dokumenti jew meta ssir talba motivata mill-Kummissjoni jew mill-ACER ⇦ .
2.Fi żmien erba’ xhur mill-jum meta tirċevihom, ⌦ l-ACER ⌫ l-Aġenzija, wara konsultazzjoni formali mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-utenti tas-sistemi, inkluż lill-klijenti, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura.
3.Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura filwaqt li tqis l-opinjoni ⌦ tal-ACER ⌫ tal-Aġenzija previsti ⌦ imsemmija ⌫ fil-paragrafu 2 u fi żmien tliet xhur mill-jum meta tirċievi l-opinjoni ⌦ tal-ACER ⌫ tal-Aġenzija.
4.Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu l-ENTSO tal-Gass, ⇨ għandu ⇦ jadotta l-istatuti u r-regoli ta’ proċedura tiegħu ⌦ riveduti ⌫ ⌦ tal-ENTSO tal-Gass ⌫ u jippubblikahom.
🡻 715/2009 (adattat)
Artikolu 238
Kompiti tal-ENTSO tal-Gass
1.L-ENTSO tal-Gass għandu jelabora kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu meta mitlub mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 53(9)6(6).
2.L-ENTSO tal-Gass jista’ jelabora kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 6 biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 214 meta dawk il-kodiċijiet tan-network ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ oqsma koperti minn talba indirizzata lilhom mill-Kummissjoni. Dawn il-kodiċijiet tan-network għandhom jiġu ppreżentati ⌦ lill-ACER ⌫ lill-Aġenzija għal opinjoni. Din l-opinjoni għandha titqies kif xieraq mill-ENTSO tal-Gass.
3.L-ENTSO tal-Gass għandu jadotta:
(a)għodod komuni għall-operazzjoni tan-network li jiżguraw il-koordinazzjoni tal-operazzjoni tan-network f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, inkluż skala ta’ klassifikazzjoni tal-inċidenti komuni, u pjanijiet tar-riċerka;
(b)kull sentejn, pjan tal-iżvilupp tan-network mhux vinkolanti ta’ għaxar snin għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha (pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;
(c)rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-koperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Komunità ⌦ tal-Unjoni ⌫ u operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ta’ pajjiżi terzi;
(d)programm ta’ ħidma annwali;
(e)rapport annwali;
(f)prospetti annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa;. ⌦ ; u ⌫
⇩ new
(g)rapport dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2024 u mbagħad kull sentejn, inkluż l-iżviluppi tal-parametri tal-kwalità tal-gass, l-iżviluppi tal-livell u l-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, it-tbassir għall-iżvilupp mistenni tal-parametri tal-kwalità tal-gass u tal-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, l-impatt tat-taħlit tal-idroġenu fuq il-flussi transfruntieri kif ukoll informazzjoni dwar il-każijiet relatati mad-differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-livelli ta’ taħlit, u kif issolvew dawn il-każijiet.
(g)Ir-rapport ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-gass għandu jkopri wkoll l-iżvilupp għall-oqsma elenkati fil-punt (g) fejn dan ikun rilevanti għan-network tad-distribuzzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-entità tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”).
🡻 715/2009
4.Il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea msemmi fil-punt (b) ta’ fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandu jkopri l-adegwatezza kumplessiva tas-sistema tal-gass biex tforni d-domandi attwali u proġettati tal-gass għall-perjodu ta’ ħames snin li mid-data tal-prospett u għall-perjodu mill-ħames sena sa għaxar snin mid-data ta’ dak il-prospett. Il-prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea għandu jinbena fuq prospetti nazzjonali tal-provvista imħejjija minn kull operatur individwali ta’ sistema ta’ trażmissjoni.
⇩ new
Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż in-networks tal-idroġenu, l-iżvilupp tax-xenarju, prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea, u valutazzjoni tar-reżistenza tas-sistema.
🡻 715/2009
5.Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-punt (d) ta’ fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network li jridu jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tal-operazzjoni tan-network, u attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp, li jridu jitwettqu matul dik is-sena, u kalendarju indikattiv.
6.Il-kodiċijiet tan-network imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin, u meta xieraq għandhom jitqiesu l-karatteristiċi speċjali reġjonali:
(a)regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network;
(b)regoli dwar il-konnessjoni tan-network;
(c)regoli dwar l-aċċess lil partijiet terzi;
(d)regoli dwar l-iskambju tad-data u l-issetiljar;
(e)regoli dwar l-interoperabbiltà;
(f)proċeduri operazzjonali f’emerġenza;
(g)regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni;
(h)regoli dwar il-kummerċ relatati mal-forniment tekniku u operazzjonali ta’ servizzi ta’ aċċess għan-network u l-ibbilanċjar tas-sistema;
(i)regoli dwar it-trasparenza;
(j)regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nomini, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ, u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn is-sistemi tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni;
(k)regoli dwar l-istrutturi tariffarji armonizzati ta’ trażmissjoni; kif ukoll
(l)l-effiċjenza enerġetika b’rabta man-networks tal-gass;
⇩ new
(m)iċ-ċibersigurtà dwar in-networks tal-gass.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
7.Il-kodiċijiet tan-network għandhom jiġu żviluppati għal kwistjonijiet transfruntieri tan-network u ta’ integrazzjoni fis-suq u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network nazzjonali li ma jaffettwawx il-kummerċ transfruntier.
8.L-ENTSO tal-Gass għandu jimmonitorja u janalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-Llinji gwida adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 53(13)6(11) ⌦ jew 56 ⌫ , u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex teħfief l-integrazzjoni tas-suq. L-ENTSO tal-Gass għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-Aġenzija u għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi fir-rapport annwali msemmi fil-punt (e) ta’ fil-paragrafu 3, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu.
9.L-ENTSO tal-Gass għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa ⌦ mill-ACER ⌫ mill-Aġenzija biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 249(1).
10.11.⌦ L-ACER ⌫ L-Aġenzija għandha tirrieżamina l-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin biex tivvaluta l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha. Jekk ⌦ l-ACER ⌫ l-Aġenzija tidentifika inkonsistenzi bejn pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin u l-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha, din għandha tirrakkomanda li għandu jiġi emendat il-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin jew il-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha kif xieraq. Jekk dan il-pjan nazzjonali tal-żvilupp tan-network ta’ għaxar snin jiġi elaborat f’konformità mal-Artikolu 5123 tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ ta’ [il-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] ⌫ , ⌦ l-ACER ⌫ l-Aġenzija għandha tirrakkomanda li l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti temenda l-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin f’konformità mal-Artikolu 5122(57) ta’ dik id-Direttiva u tinforma b’dan lill-Kummissjoni.
11.12.Meta jintalab mill-Kummissjoni, l-ENTSO tal-Gass għandu jagħti l-fehmiet tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-linji gwida stabbiliti fl-Artikolu 5623.
Artikolu 249
Monitoraġġ ⌦ mill-ACER ⌫ mill-Aġenzija
1.⌦ L-ACER ⌫ L-Aġenzija għandha timmonitorja l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 238(1), (2) u (3) tal-ENTSO tal-Gass, u tirrapporta lill-Kummissjoni.
⌦ L-ACER ⌫ L-Aġenzija għandha timmonitorja l-implimentazzjoni mill-ENTSO tal-Gass tal-kodiċijiet tan-network elaborati skont l-Artikolu 238(2) u l-kodiċijiet tan-network li ġew żviluppati skont l-Artikolu 536 (1) sa (1210) iżda li ma ġewx adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 536(1311). Meta l-ENTSO tal-Gass jonqos milli jimplimenta dawn il-kodiċijiet tan-network, ⌦ l-ACER ⌫ l-Aġenzija għandha titlob lill-ENTSO tal-Gass biex jipprovdi spjegazzjoni motivata kif xieraq dwar għalfejn naqas milli jagħmel dan. ⌦ L-ACER ⌫ L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dik l-ispjegazzjoni u tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar dan.
⌦ L-ACER ⌫ L-Aġenzija għandha timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-lLinji gwida adottati mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikoli 526(111) ⌦ , 53, 55 u 56 ⌫ , u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex teħfief l-integrazzjoni tas-suq u fuq in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.
2.L-ENTSO tal-Gass għandhom jippreżentaw l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha u l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni u d-dokumenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 238(3), ⌦ lill-ACER ⌫ lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha.
Fi żmien xahrejn mill-jum meta tirċievi dan, ⌦ l-ACER ⌫ l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni motivata kif xieraq u rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO tal-Gass u lill-Kummissjoni meta tqis li l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha preżentati mill-ENTSO tal-Gass ma jkunux jikkontribwixxu għan-nondiskriminazzjoni, għal kompetizzjoni effettiva, għall-funzjonament effiċjenti tas-suq jew għal livell biżżejjed ta’ interkonnessjoni transfruntiera miftuħa għal aċċess mill-partijiet terzi.
Artikolu 2524
Awtoritajiet regolatorji
Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u ⇨ , mal-kodiċijiet tan-network u ⇦ mal-linji gwida adottati skont l-Artikoli 52 sa 5623.
Meta xieraq, għandhom jikkooperaw flimkien, mal-Kummissjoni u ⌦ mal-ACER f’konformità ⌫ mal-Aġenzija konformement mal-Kapitolu VIII tad-Direttiva 2009/73/KE⌦ tal-Gass riformulata ⌫.
Artikolu 2610
Konsultazzjonijiet
1.Waqt it-tħejjija tal-kodiċijiet tan-network, l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha u l-programm ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 238(1), (2) u (3), l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, li jinvolvi lill-parteċipanti rilevanti kollha fis-suq u, b’mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 225(1). Il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet nazzjonali oħra, lil impriżi tal-provvista u tal-produzzjoni, lill-utenti tan-networks inkluż lill-klijenti, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, inkluż lil assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet ikkonċernati. Din għandu jkollha l-għan li tagħraf il-fehmiet u tikseb proposti mingħand il-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati mal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.
3.Qabel jadotta l-programm ta’ ħidma annwali u l-kodiċijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 238 (1), (2) u (3), l-ENTSO tal-Gass għandu jindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet miksuba waqt il-konsultazzjoni. Meta xi osservazzjonijiet ma jitqisux, dan għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn.
🡻 347/2013 Art. 22.2 (adattat)
⇨ new
Artikolu 2711
Kostijiet
Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO tal-Gass imsemmija fl-Artikoli 214 sa 23sa 12 ⇨ , 52 u ⇦ 53 ta’ dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn il-kostijiet biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 2812
Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan l-ENTSO tal-Gass biex tikkontribwixxi għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 238 (1), (2) u (3). B’mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta’ investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq dak il-pjan ta’ investiment reġjonali.
2.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operazzjonali biex jiżguraw ġestjoni ottimali tan-network, u għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ skambji tal-enerġija, l-allokazzjoni koordinata ta’ kapaċità transfruntiera b’soluzzjonijiet nondiskriminatorji bbażati fuq is-suq, b’attenzjoni xierqa lill-merti speċifiċi tal-irkantijiet impliċiti għall-allokazzjonijiet immedjati u l-integrazzjoni tal-mekkaniżmi tal-ibbilanċjar.
3.Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, ⇨ il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 b’rabta ⇦ ⌦ mad-definizzjoni ⌫ taż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ kooperazzjoni reġjonali, filwaqt li tikkunsidra l-istrutturi ta’ koperazzjoni reġjonali eżistenti. Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jippromwovi kooperazzjoni f’aktar minn żona ġeografika waħda. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ⌦ mal-ACER ⌫ mal-Aġenzija u mal-ENTSO tal-Gass.
Artikolu 29
⌦ Pjan tal-iżvilupp tan-networks ta’ għaxar snin ⌫
🡻 715/2009 (adattat)
Kull sentejn, l-ENTSO tal-Gass għandu jadotta u jippubblika pjan tal-iżvilupp tan-network l-pjan tal-iżvilupp tan-networkgħall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha msemmi ⌦ fl-Artikolu 23, ⌫ fil-punt (b) ta’ il-paragrafu 3, il-punt (b) . Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ tal-Unjoni ⌫ kollha għandu jinkludi t-tfassil tan-network integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea u valutazzjoni tal-kapaċità tar-reżiljenza tas-sistema.
Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha għandu, b’mod partikolari:
🡻 347/2013 Art. 22.1
⇨ new
(a)jibni fuq pjanijiet ta’ investiment nazzjonali ⇨ u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 347/2013 ⇦ , filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 12(1), u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-network, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament;
🡻 715/2009 Art. (adattat)
⇨ new
(b)rigward l-interkonnessjonijiet transfruntieri, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tan-network u jintegra l-impenji fit-tul tal-investituri, kif imsemmi fl-Artikoli 5614 u 5222 tad-Direttiva 2009/73/KE ⌦ ta’ [il-Gass riformulata kif propost f’COM(2021)xxx] ⌫ ; kif ukoll
(c)jidentifika l-lakuni tal-investiment, notevolment b’rabta mal-kapaċitajiet transfruntieri.
Rigward il-punt (c) ta’ it-tieni subparagrafu, il-punt (c), mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Komunità ⌦ għall-Unjoni ⌫ kollha għandu jinhemeż rieżami tal-ostakli għaż-żieda fil-kapaċità transfruntiera tan-network li jirriżultaw minħabba proċeduri jew prattiki ta’ approvazzjoni differenti.
Artikolu 3018
Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
1.L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippubblika informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi ⇨ u l-kapaċità ⇦ li joffri u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien mal-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għan-network.
2.Biex ikunu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tan-network tal-gass, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata biżżejjed u b’mod raġonevoli dwar id-derivazzjoni, il-metodoloġija u l-istruttura tariffarja.
3.Għas-servizzi pprovduti, kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippubblika informazzjoni dwar kapaċitajiet tekniċi kuntrattati u disponibbli b’mod numeriku għall-punti rilevanti kollha inkluż punti ta’ dħul u ta’ ħruġ b’mod regolari u kontinwu, kif ukoll b’mod standardizzat u ta’ użu faċli ⇨ kif dettaljat fl-Anness I ⇦ .
4.Il-punti rilevanti tas-sistema ta’ trażmissjoni li dwarhom trid tiġi pubblikata l-informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti wara konsultazzjoni mal-utenti tan-network.
5.L-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandu dejjem jiżvela l-informazzjoni li qed jeżiġi dan ir-Regolament b’mod li jagħmel sens, kwantifikabbli b’mod ċar u aċċessibbli faċilment, u b’mod nondiskriminatorju.
6.L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippubblika informazzjoni dwar il-provvista u d-domanda ex-ante u ex-post abbażi tan-nomini ⇨ u l-allokazzjonijiet ⇦ , il-previżjonijiet u l-flussi effettivi ta’ dħul u ta’ ħruġ mis-sistema. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li kull informazzjoni bħal din tiġi ppubblikata. Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata għandu jirrifletti l-informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.
L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippubblika l-miżuri meħuda kif ukoll il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat biex tiġi bbilanċjata s-sistema.
Il-parteċipanti kkonċernati fis-suq għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
⇩ new
7.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità tal-gassijiet trasportati fin-network tagħhom, li jaf taffettwa lill-utenti tan-network, abbażi tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 3119
Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-ħażna ⌦ tal-gass naturali u tal-idroġenu ⌫, u il-faċilitajiet tal-LNG ⌦ u t-terminals tal-idroġenu ⌫
1.L-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-LNG u ⇨ tal-idroġenu u tal-gass naturali ⇦ ⇨ kif ukoll tat-terminals tal-idroġenu ⇦ għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi ⇨ kollha ⇦ li dan joffri ⌦ dawn joffru ⌫ u l-kondizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien mal-informazzjoni teknika meħtieġa biex l-utenti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG ⇨ u tal-idroġenu ⇦ ⇨ u tat-terminals tal-idroġenu ⇦ jiksbu aċċess effettiv għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG ⇨ u tal-idroġenu ⇦ ⇨ u tat-terminals tal-idroġenu ⇦ . ⇨ L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jitolbu lil dawk l-operaturi jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali għall-utenti tas-sistema. ⇦
⇩ new
2.L-operaturi tas-sistemi tal-LNG għandhom jipprovdu strumenti faċli għall-utenti biex jiġu kkalkulati t-tariffi għas-servizzi disponibbli.
🡻 715/2009
⇨ new
3.2. Għas-servizzi pprovduti, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG u ⇨ tal-idroġenu, u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali ⇦ għandhom jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet kuntrattati u disponibbli tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG ⇨ u tal-idroġenu ⇦ ⇨ kif ukoll tat-terminals tal-idroġenu ⇦ b’mod numeriku, regolari u kontinwu, kif ukoll b’mod standardizzat u ta’ użu faċli.
4.3. L-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG u ⇨ tal-idroġenu, u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali ⇦ għandhom jiżvelaw dejjem l-informazzjoni li jeżiġi dan ir-Regolament b’mod sinifikattiv, kwantifikabbli b’mod ċar u aċċessibbli faċilment, u b’mod nondiskriminatorju.
5.4. L-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna ⇨ u l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tat-terminals tal-idroġenu ⇦ għandhom jippubblikaw l-ammont ta’ gass f’kull faċilità tal-ħażna jew tal-LNG ⇨ u f’kull terminal tal-idroġenu ⇦ , jew fi grupp ta’ faċilitajiet tal-ħażna jekk dak ikun jikkorrispondi mal-mod kif jiġi offrut l-aċċess lill-utenti tas-sistema, il-flussi ’l ġewwa u ’l barra, u l-kapaċitajiet disponibbli tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali tal-idroġenu ⇦ , u tal-faċilitajiet tal-LNG ⇨ u tat-terminals tal-idroġenu ⇦, inkluż għall-faċilitajiet eżentati mill-aċċess lil partijiet terzi. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ⇨ jew lill-operatur tan-network tal-idroġenu għal ħażna u terminals tal-idroġenu, ⇦ li għandu jippubblika b’mod aggregat għal kull sistema jew subsistema definita mill-punti rilevanti. L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata mill-anqas darba kuljum.
Meta utent ta’ sistema tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦ jkun l-uniku utent tal-faċilità tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦ , l-utent tas-sistema tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦ jista’ jippreżenta talba motivata lill-awtorità regolatorja nazzjonali għal trattament kunfidenzjali tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li talba bħal din tkun ġustifikata, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn l-interess tal-protezzjoni leġittima tas-sigrieti kummerċjali, li l-iżvelar tagħhom ikun jolqot ħażin l-istrateġija kummerċjali kumplessiva tal-utent tal-ħażna, bl-objettiv li jinħoloq suq intern kompetittiv tal-gass, din tista’ tippermetti li l-operatur tas-sistema tal-ħażna ma jiżvelax pubblikament id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, għal terminu sa sena.
It-tieni subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-komunikazzjoni lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, u għall-obbligi tal-pubblikazzjoni minnu, sakemm id-data aggregata tkun identika għad-data individwali tas-sistema tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦ li għalihom l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun approvat id-deċiżjoni ta’ nonpubblikazzjoni.
6.5. Biex ikunu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u jiġi ffaċilitat użu effiċjenti tal-infrastrutturi, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-ħażna ⇨ tal-gass naturali jew tal-idroġenu ⇦, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar id-derivazzjoni tat-tariffi, il-metodoloġiji u l-istruttura tariffarja għal infrastruttura b’aċċess regolat lill-partijiet terzi.; ⇨ Il-faċilitajiet tal-LNG li ngħataw eżenzjoni, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE kif ukoll l-Artikolu 60 ta’ dan ir-Regolament, u l-operaturi tal-ħażna tal-gass naturali skont ir-reġim negozjat ta’ aċċess lill-partijiet terzi għandhom jippubblikaw it-tariffi għall-infrastruttura biex ikun żgurat livell għoli biżżejjed ta’ trasparenza.⇦
⇩ new
L-operaturi tas-sistemi tal-LNG u tal-ħażna għandhom jistabbilixxu rispettivament pjattaforma Ewropea unika fi żmien 18-il xahar wara [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament], biex jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Artikolu b’mod trasparenti u faċli għall-utenti.
🡻 715/2009
Artikolu 3220
Żamma tar-rekords mill-operaturi tas-sistemi
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ ħażna u l-operaturi tas-sistemi tal-LNG għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikoli 3018 u 3119, u fil-Parti 3 tal-Anness I għal perjodu ta’ ħames snin.
⇩ new
Taqsima 4
L-operazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
Artikolu 33
Kapaċità kostanti għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għas-sistema ta’ distribuzzjoni
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jiżguraw kapaċità kostanti tal-aċċess għall-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju konnessi mal-grilja tagħhom. Għal dan il-għan, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, proċeduri u arranġamenti, inkluż investimenti, biex jiżguraw il-fluss fid-direzzjoni opposta min-network ta’ distribuzzjoni għan-network ta’ trażmissjoni.
2.Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiżviluppaw alternattivi għal investimenti ta’ fluss fid-direzzjoni opposta, bħal soluzzjonijiet ta’ grilji intelliġenti jew konnessjoni ma’ operaturi oħra tan-network. Aċċess kostanti jista’ jkun limitat biss biex joffri kapaċitajiet soġġetti għal limitazzjonijiet operazzjonali, biex tkun żgurata l-effiċjenza ekonomika. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-limitazzjonijiet fil-kapaċità kostanti jew il-limitazzjonijiet operazzjonali għandhom jiddaħħlu bi proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji u ma jkunux joħolqu ostakli bla bżonn għad-dħul fis-suq. Meta l-faċilità tal-produzzjoni ġġarrab il-kostijiet relatati mal-iżgurar tal-kapaċità kostanti, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni.
Artikolu 34
Kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
L-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jikkooperaw ma’ operaturi oħra tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u ma’ operaturi oħra tas-sistemi ta’ trażmissjoni biex jikkoordinaw il-manutenzjoni, l-iżvilupp tas-sistema, il-konnessjonijiet ġodda u l-operazzjoni tas-sistema biex jiżguraw l-integrità tas-sistema u bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kapaċità u jimminimizzaw l-użu tal-gass tal-fjuwil.
Artikolu 35
Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
Meta l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jkunu responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-gass fin-networks tagħhom, dawn għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità tal-gassijiet trasportati fin-networks tagħhom, li jaf taffettwa lill-utenti tan-network, abbażi tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703.
Artikolu 36
Entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
L-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni li joperaw sistema tal-gass naturali għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni permezz tal-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”) stabbilita f’konformità mal-Artikoli 52 sa 57 tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jippromwovu t-tlestija u l-funzjonament tas-suq intern tal-gass naturali u jippromwovu ġestjoni ottimali u operazzjoni kkoordinata tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni.
Il-membri reġistrati jistgħu jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO direttament jew ikunu rappreżentati minn assoċjazzjoni nazzjonali deżinjata mill-Istat Membru jew minn assoċjazzjoni fil-livell tal-Unjoni.
Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni li huma membri reġistrati u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw biss il-kostijiet li huma raġonevoli u proporzjonati.
Artikolu 37
Bidla fir-regoli u l-proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO
1.Ir-regoli u l-proċeduri dwar il-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fl-entità tal-UE għad-DSO skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni li joperaw sistema tal-gass naturali.
2.Il-Grupp Konsultattiv Strateġiku skont il-punt (f) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 għandu jkun jikkonsisti wkoll minn rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni Ewropej li joperaw biss sistema tal-gass naturali.
3.Sa [sena mid-dħul fis-seħħ], l-entità tal-UE għad-DSO għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-ACER abbozz tal-istatuti aġġornati, inkluż kodiċi ta’ kondotta, lista tal-membri reġistrati, abbozz tar-regoli ta’ proċedura aġġornati, inkluż regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-ENTSO tal-Gass u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, u abbozz ta’ regoli aġġornati dwar il-finanzjament.
L-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni parteċipanti kollha, inkluż dawk li għandhom biss jew joperaw biss sistemi tal-gass naturali.
4.Fi żmien erba’ xhur minn meta jaslu d-dokumenti skont il-paragrafu 3, l-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-utenti tas-sistemi ta’ distribuzzjoni.
5.Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni tal-ACER, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar id-dokumenti pprovduti skont il-paragrafu 3, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif previst fil-paragrafu 3.
6.Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti, ir-regoli ta’ proċedura u r-regoli aġġornati dwar il-finanzjament tagħhom.
7.Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER meta jsirulhom xi bidliet jew meta ssir talba motivata minn xi ħadd minnhom. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom skont il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3, 4 u 5.
Artikolu 38
Kompiti addizzjonali tal-entità tal-UE għad-DSO
1.L-entità tal-UE għad-DSO għandha teżerċita l-kompiti elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u twettaq l-attivitajiet elenkati fil-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 55(2) ta’ dak ir-Regolament anki fir-rigward ta’ dawk in-networks ta’ distribuzzjoni li huma parti mis-sistema tal-gass naturali.
2.Minbarra l-kompiti elenkati fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network li jkunu rilevanti għall-operazzjoni u l-ippjanar tal-grilji ta’ distribuzzjoni u għall-operazzjoni kkoordinata tan-networks ta’ trażmissjoni u tan-networks ta’ distribuzzjoni skont dan ir-Regolament u tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan li jaħarbu mis-sistema tal-gass naturali.
Meta tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network ġodda skont l-Artikolu 53, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2019/943.
3.Minbarra l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-entità tal-UE għad-DSO għandha:
(a)tikkoopera mal-ENTSO tal-Gass dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida adottati skont dan ir-Regolament li huma rilevanti għall-operazzjoni u l-ippjanar tal-grilji ta’ distribuzzjoni u l-operazzjoni kkoordinata tan-networks ta’ trażmissjoni u tan-networks ta’ distribuzzjoni;
(b)tikkoopera mal-ENTSO tal-Gass u tadotta l-aqwa prattiki dwar l-operazzjoni u l-ippjanar ikkoordinati tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni, inkluż materji bħall-iskambju tad-data bejn l-operaturi u l-koordinazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija distribwiti;
(c)taħdem biex tidentifika l-aqwa prattiki għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet skont l-Artikolu 23 (1a) [proposta għal REDIII] u l-Artikolu 23 [proposta għal EED riveduta] u għall-kooperazzjoni bejn l-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali u tas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali inkluż għall-fini tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 24(8) [proposta għal REDIII].
4.L-entità tal-UE għad-DSO għandha tipprovdi kontribut lill-ENTSO tal-Gass għar-rappurtar tagħha dwar il-kwalità tal-gass, fir-rigward tan-networks ta’ distribuzzjoni meta l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jkunu responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-gass, kif imsemmi fl-Artikolu 23(3).
KAPITOLU III
REGOLI APPLIKABBLI GĦAN-NETWORKS TAL-IDROĠENU DEDIKATI
Artikolu 39
Koordinazzjoni transfruntiera dwar il-kwalità tal-idroġenu
1.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu.
2.Meta restrizzjoni għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu ma tkunx tista’ tiġi evitata mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu kkonċernati fl-operazzjonijiet standard tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati mingħajr dewmien. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni u raġunament ġustifikat għal kwalunkwe pass diġà meħud mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu.
3.L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jaqblu b’mod konġunt fi żmien sitt xhur dwar jekk jirrikonoxxux ir-restrizzjoni.
4.Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jirrikonoxxu r-restrizzjoni, dawn għandhom jitolbu lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu kkonċernati biex fi żmien 12-il xahar iwettqu dawn l-azzjonijiet li ġejjin f’sekwenza:
(a)jikkooperaw u jiżviluppaw alternattivi teknikament fattibbli biex titneħħa r-restrizzjoni rikonoxxuta;
(b)iwettqu b’mod konġunt analiżi tal-kostbenefiċċji dwar l-alternattivi teknikament fattibbli ħalli jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti li għandhom jispeċifikaw id-diżaggregazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fost il-kategoriji tal-partijiet affettwati;
(c)jipproduċu stima tal-ħin tal-implimentazzjoni għal kull alternattiva potenzjali;
(d)iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar soluzzjonijiet fattibbli identifikati u jqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni;
(e)jissottomettu proposta konġunta, għal soluzzjoni bbażata fuq l-analiżi tal-kostbenefiċċji u fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, li tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta, inkluż l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni, lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra ta’ kull Stat Membru involut għall-informazzjoni.
5.Meta l-operaturi tan-networks tal-idroġenu kkonċernati ma jilħqux ftehim dwar soluzzjoni fi żmien 12-il xahar, kull operatur tas-sistema tal-idroġenu għandu jinforma lill-awtorità regolatorja tiegħu mingħajr dewmien.
6.L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni koordinata konġunta għat-tneħħija tar-restrizzjoni rikonoxxuta, filwaqt li jqisu l-analiżi tal-kostbenefiċċji mħejjija mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fi żmien sitt xhur kif stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
7.Id-deċiżjoni koordinata konġunta tal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandha tinkludi deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti li jrid iġarrab kull operatur tan-network tal-idroġenu għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni miftiehma, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi wara l-1 ta’ Jannar 2031, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
8.L-ACER tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji rigward id-dettalji ta’ dawn id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 7.
9.Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar ir-restrizzjoni, bil-proċess stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-ACER tirrikonoxxi r-restrizzjoni, din għandha titlob lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu kkonċernati biex fi żmien 12-il xahar iwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), f’sekwenza.
10.Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ikkoordinati konġunti kif imsemmi fil-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar is-soluzzjoni biex tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta u dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li jrid iġarrab kull operatur tas-sistema għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni maqbula, bil-proċess stabbilit fl-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
11.Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż dettalji dwar speċifikazzjoni vinkolanti komuni tal-kwalità tal-idroġenu għal interkonnetturi transfruntieri tal-idroġenu, analiżijiet tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-fluss transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu, regoli dwar l-interoperabbiltà għall-infrastruttura transfruntiera tal-idroġenu, inkluż l-indirizzar ta’ ftehimiet ta’ interkonnessjoni, unitajiet, skambju tad-data, komunikazzjoni u għoti tal-informazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit f’konformità mal-Artikolu 54(2), il-punt (b).
Artikolu 40
Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu
1.L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni permezz tan-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu (ENNOH), biex jippromwovu l-iżvilupp u l-funzjonament tas-suq intern tal-idroġenu u l-kummerċ transfruntier u biex tkun żgurata l-ġestjoni ottimali, operazzjoni kkoordinata u evoluzzjoni teknika soda tan-network Ewropew tal-idroġenu.
2.Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, l-ENNOH għandu jaġixxi bil-ħsieb li jistabbilixxi suq intern tal-idroġenu li jiffunzjona sew u integrat, u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta’ politika għall-enerġija u l-klima, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-idroġenu ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika filwaqt li tinżamm is-sigurtà tas-sistema. L-ENNOH għandu jkun attrezzat b’riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettaq il-kompiti tiegħu.
3.Sal-1 ta’ Settembru 2024, l-operaturi tan-network tal-idroġenu għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER, l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura, inkluż ir-regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra, tal-ENNOH li jrid jiġi stabbilit.
4.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER, kwalunkwe abbozz tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura tal-ENNOH.
5.Fi żmien erba’ xhur minn meta jaslu l-abbozzi tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura, l-ACER, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-utenti tas-sistema, inkluż il-klijenti, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar dawn l-abbozzi tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura.
6.Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozzi tal-emendi tal-istatuti, tal-lista tal-membri jew tar-regoli ta’ proċedura filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif previst fil-paragrafu 5 u fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni tal-ACER.
7.Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti, il-lista tal-membri u r-regoli ta’ proċedura.
8.Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER meta jsirulhom xi bidliet jew meta ssir talba motivata minn xi ħadd minnhom. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom jagħtu opinjoni f’konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7.
Artikolu 41
Tranżizzjoni lejn l-ENNOH
1.Sakemm tiġi stabbilita l-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 40, il-Kummissjoni se tistabbilixxi pjattaforma temporanja li tinvolvi lill-ACER u lill-parteċipanti rilevanti kollha fis-suq, inkluż lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-entità tal-UE għad-DSO u tiżgura l-appoġġ amministrattiv tagħha. Din il-pjattaforma se tippromwovi l-ħidma fuq il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ materji rilevanti għall-bini tan-network u tas-swieq tal-idroġenu. Il-pjattaforma se tiġi xolta ladarba jiġi stabbilit l-ENNOH.
2.Sakemm jiġi stabbilit l-ENNOH, l-ENTSO tal-Gass se jkun responsabbli għall-iżvilupp tal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-networks għall-Unjoni kollha, għan-networks tal-gass u tal-idroġenu. Waqt it-twettiq ta’ dan il-kompitu, l-ENTSO tal-Gass għandu jiżgura l-konsultazzjoni effettiva u l-inklużjoni tal-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-parteċipanti fis-suq tal-idroġenu.
Artikolu 42
Kompiti tal-ENNOH
1.L-ENNOH għandu:
(a)jiżviluppa kodiċijiet tan-network fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 54 biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 40;
(b)jadotta u jippubblika pjan tal-iżvilupp tan-network mhux vinkolanti ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;
(c)jikkoopera mal-ENTSO tal-Elettriku u mal-ENTSO tal-Gass;
(d)jiżviluppa rakkomandazzjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-gass minn naħa, u l-operaturi tan-networks tal-idroġenu min-naħa l-oħra fl-Unjoni;
(e)jiżviluppa rakkomandazzjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tan-networks tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi;
(f)jadotta programm ta’ ħidma annwali;
(g)jadotta rapport annwali;
(h)jadotta prospett annwali għall-provvista tal-idroġenu li jkopri lill-Istati Membri li jużaw l-idroġenu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għall-provvista lill-unitajiet domestiċi;
(i)jadotta rapport ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-idroġenu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2026 u mbagħad kull sentejn, inkluż żviluppi u tbassir għall-iżviluppi mistennija tal-parametri tal-kwalità tal-idroġenu, kif ukoll informazzjoni dwar każijiet relatati ma’ differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-idroġenu u kif issolvew dawn il-każijiet;
(j)jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati.
2.L-ENNOH għandu jimmonitorja u janalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 54, 55 u 56, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-suq. In-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-ACER u għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (f) ta’ dan l-Artikolu.
3.L-ENNOH għandu jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-assemblea, tal-bord u tal-kumitati tiegħu u jipprovdi informazzjoni regolari lill-pubbliku dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet tiegħu.
4.Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network li jridu jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tal-operazzjoni tan-network, lista tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li jridu jsiru matul dik is-sena, u kalendarju indikattiv.
5.L-ENNOH għandu jipprovdi informazzjoni lill-ACER li din teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 46. Biex l-ENNOH ikun jista’ jissodisfa dak ir-rekwiżit, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-ENNOH.
6.Meta jintalab mill-Kummissjoni, l-ENNOH għandu jagħti l-fehmiet tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 56.
Artikolu 43
Pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-idroġenu
1.Il-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 42 għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, l-iżvilupp tax-xenarju u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema.
Il-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha għandu, b’mod partikolari:
(a)jibni fuq ir-rappurtar nazzjonali dwar l-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu kif stabbilit fl-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-Gass riformulata meta jkun disponibbli u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) xxx [ir-Regolament TEN-E];
(b)rigward l-interkonnessjonijiet transfruntieri, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tan-network u jintegra l-impenji fit-tul tal-investituri, kif imsemmi fl-Artikoli 55 u fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu IX tad-Direttiva tal-Gass riformulata;
(c)jidentifika l-lakuni tal-investiment, notevolment b’rabta mal-kapaċitajiet transfruntieri.
Rigward il-punt (c) tat-tieni subparagrafu, mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jista’ jinhemeż rieżami tal-ostakli għaż-żieda fil-kapaċità transfruntiera tan-network li jirriżultaw minħabba proċeduri jew prattiki ta’ approvazzjoni differenti.
2.L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar ir-rapporti nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu ta’ għaxar snin biex tivvaluta l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn ir-rapporti nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu ta’ għaxar snin u l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, din għandha tirrakkomanda l-emendar kif xieraq tar-rapport nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu ta’ għaxar snin jew tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha.
3.Waqt it-tfassil tal-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 42, l-ENNOH għandu jikkoopera mal-ENTSO tal-Elettriku u mal-ENTSO tal-Gass, b’mod partikolari b’rabta mal-iżvilupp tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha u l-mudell interkonness tas-suq tal-enerġija u n-network, inkluż l-infrastruttura tat-trasport tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, kif ukoll il-ħażna, l-LNG u t-terminals tal-idroġenu u l-elettrolizzaturi msemmija fl-Artikolu 11 [reviżjoni tat-TEN-E], ix-xenarji għall-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin imsemmija fl-Artikolu 12 [reviżjoni tat-TEN-E] u l-identifikazzjoni tal-lakuni fl-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 13 [reviżjoni tat-TEN-E].
Artikolu 44
Kostijiet
Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-ENNOH tal-Idroġenu msemmija fl-Artikoli 42 ta’ dan ir-Regolament għandhom iġarrbuhom l-operaturi tan-networks tal-idroġenu u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn il-kostijiet biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.
Artikolu 45
Konsultazzjoni
1.Waqt it-tħejjija tal-proposti skont il-kompiti msemmija fl-Artikolu 42, l-ENNOH għandu jwettaq proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-parteċipanti kollha fis-suq, u b’mod partikolari lil-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jakkomoda l-kummenti tal-partijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni finali tal-proposta, biex jiġu identifikati l-fehmiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u lil awtoritajiet nazzjonali oħra, il-produtturi, l-utenti tan-network, inkluż il-klijenti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati.
2.Id-dokumenti u l-minuti kollha tal-laqgħat relatati mal-konsultazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati.
3.Qabel ma jiġu adottati l-proposti msemmija fl-Artikolu 42, l-ENNOH għandu jindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet li kiseb waqt il-konsultazzjoni. Meta xi osservazzjonijiet ma jitqisux, dan għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn.
Artikolu 46
Monitoraġġ mill-ACER
1.L-ACER għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti tal-ENNOH imsemmija fl-Artikolu 42, u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni.
2.L-ACER għandha twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-ENNOH tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida adottati mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikoli 54, 55 u 56. Meta l-ENNOH jonqos milli jimplimenta dawn il-kodiċijiet tan-network jew il-linji gwida, l-ACER għandha titlob lill-ENNOH biex jipprovdi spjegazzjoni motivata kif xieraq dwar għalfejn naqas milli jagħmel dan. L-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dik l-ispjegazzjoni u tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar dan.
3.L-ENNOH għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, u d-dokumenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 42 lill-ACER għall-opinjoni tagħha.
Meta jkun jidhrilha li l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha ppreżentati mill-ENNOH ma jkunux jikkontribwixxu għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva, għall-funzjonament effiċjenti tas-suq jew għal livell biżżejjed ta’ interkonnessjoni transfruntiera, l-ACER għandha tagħti opinjoni motivata kif xieraq u rakkomandazzjonijiet lill-ENNOH u lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programmi jew tal-pjan.
Artikolu 47
Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu
1.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan l-ENNOH biex jikkontribwixxu għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 42.
2.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippromwovu arranġamenti operazzjonali biex jiżguraw l-aqwa ġestjoni tan-network u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistema interkonnessa tal-idroġenu tal-Unjoni biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni kummerċjali u operazzjonali bejn l-operaturi kontigwi tan-networks tal-idroġenu.
Artikolu 48
Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu
1.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi li joffru u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien mal-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-networks tal-idroġenu biex jiksbu aċċess effettiv għan-network.
2.Biex ikunu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tan-network tal-gass, mill-1 ta’ Jannar 2031 l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jew l-awtoritajiet rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni sħiħa dwar id-derivazzjoni, il-metodoloġija u l-istruttura tariffarja.
3.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità tal-idroġenu trasportat fin-networks tagħhom, li jaf taffettwa lill-utenti tan-network.
4.Il-punti rilevanti tan-network tal-idroġenu li dwarhom trid tiġi pubblikata l-informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti wara konsultazzjoni mal-utenti tan-network tal-idroġenu.
5.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jiżvelaw dejjem l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament b’mod sinifikattiv, kwantifikabbli b’mod ċar u aċċessibbli faċilment, u b’mod nondiskriminatorju.
6.L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw informazzjoni ex ante u ex post dwar il-provvista u d-domanda, inkluż tbassir perjodiku u l-informazzjoni rreġistrata. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li kull informazzjoni bħal din issir pubblika. Il-livell tad-dettall tal-informazzjoni li tiġi ppubblikata għandha tirrifletti l-informazzjoni disponibbli għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu.
7.Il-parteċipanti kkonċernati fis-suq għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu.
8.Aktar dettalji meħtieġa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta’ trasparenza għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu, inkluż dettalji ulterjuri dwar il-kontenut, il-frekwenza u l-forma tal-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit f’konformità mal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 49
Żamma ta’ rekords fis-sistema tal-idroġenu
L-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-operaturi tal-ħażniet tal-idroġenu u l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż l-awtorità regolatorja, tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikoli 31 u 48 u fil-Parti 4 tal-Anness I għal ħames snin.
Artikolu 50
Preżunzjoni ta’ konformità mal-istandards armonizzati
1.L-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-atti delegati maħruġa skont l-Artikolu 54(2), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament jew l-atti ta’ implimentazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 51.
2.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, toħroġ mandat ġdid biex issir reviżjoni tal-istandards armonizzati kkonċernati.
Artikolu 51
Speċifikazzjonijiet komuni
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] jew tista’ tistabbilixxi dawk l-ispeċifikazzjonijiet f’kodiċi tan-network skont l-Artikolu 54(2), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, meta:
(a)dawk ir-rekwiżiti ma jkunx koperti mill-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew
(b)il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew ikun jidhrilha li l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex biżżejjed; jew
(c)il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li żżomm b’restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandards armonizzati jew għal partijiet minnhom li bihom ikunu koperti dawk ir-rekwiżiti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 61(3).
KAPITOLU IV
KODIĊIJIET TAN-NETWORK U LINJI GWIDA
Artikolu 52
Adozzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida
1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni jew atti delegati, soġġetta għas-setgħat mogħtija fl-Artikoli 53 sa 56. Dawn l-atti jistgħu jiġu adottati bħala kodiċijiet tan-network abbażi tal-proposti tat-test żviluppati mill-ENTSO tal-Gass jew mill-ENNOH, jew, meta jkun previst fil-lista ta’ prijoritajiet skont l-Artikolu 53(3), mill-entità tal-UE għad-DSO, meta rilevanti b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku, l-ENNOH u l-ACER, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 52 sa 55, jew bħala linji gwida skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56.
2.Il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida għandhom:
(a)jiżguraw li dawn jipprovdu l-grad minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament;
(b)iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali, meta xieraq;
(c)ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ għall-finijiet tal-punt (a); kif ukoll
(d)japplikaw għall-punti ta’ interkonnessjoni kollha fl-Unjoni u l-punti ta’ dħul mill-pajjiżi terzi u l-punti ta’ ħruġ lejhom.
🡻 715/2009
Artikolu 536
Stabbiliment tal-Kodiċijiet tan-Network
⇩ new
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
(a)regoli dwar l-iskambju tad-data u l-issetiljar li jimplimentaw l-Artikoli 21 u 22 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] rigward l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-data kif ukoll regoli armonizzati għall-operazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, u l-proċessi tal-IT rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern
(b)regoli dwar l-interoperabbiltà għas-sistema tal-gass naturali, li jimplimentaw l-Artikoli 9 u 46 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx], inkluż l-indirizzar ta’ ftehimiet ta’ interkonnessjoni, regoli dwar il-kontroll tal-flussi u prinċipji tal-kejl għall-kwantità u l-kwalità tal-gass, regoli dwar l-allokazzjoni u t-tqabbil, settijiet komuni ta’ unitajiet, skambju tad-data, kwalità tal-gass, inkluż regoli dwar il-ġestjoni tar-restrizzjonijiet transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass jew minħabba differenzi fil-prattiki ta’ odorizzazzjoni jew minħabba differenzi fil-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, analiżi tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri, klassifikazzjoni tal-Indiċi Wobbe, miżuri ta’ mitigazzjoni, livelli minimi ta’ aċċettazzjoni għall-parametri tal-kwalità tal-gass rilevanti biex ikun żgurat fluss transfruntier bla xkiel tal-bijometan (eż. il-kontenut tal-ossiġenu), il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass fi żmien qasir u fit-tul, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq, ir-rappurtar dwar il-kwalità tal-gass, it-trasparenza, il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inkluż f’każ ta’ avvenimenti eċċezzjonali;
(c)regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni li jimplimentaw l-Artikolu 29 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif proposta f’COM (2021) xxx] u l-Artikoli 7 sa 10 ta’ dan ir-Regolament, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni tal-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interrompibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perjodu qasir u għal perjodu fit-tul jew xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità
(d)regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nomini, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn is-sistemi tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikolu 35(5) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM (2021) xxx] u l-Artikoli 7 sa 10 ta’ dan ir-Regolament, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċeduri tan-nomina, l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ saldu assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
(e)regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikolu 72(7) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] u l-Artikoli 15 sa 16 ta’ dan ir-Regolament, regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati ta’ trażmissjoni għall-gass, inkluż regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard, skonti għal-LNG u għall-ħażniet, id-dħul permess, il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-għoti ta’ skont għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, inkluż prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni;
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 61(3).
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
(a)regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network, inkluż regoli għas-sigurtà operazzjonali tan-network u regoli dwar l-affidabbiltà li jiżguraw il-kwalità tas-servizz tan-network
(b)regoli dwar il-konnessjoni tan-network, inkluż regoli dwar il-konnessjoni ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gass rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, proċeduri għal talbiet ta’ konnessjoni;
(c)proċeduri operazzjonali f’każ ta’ emerġenza, inkluż pjanijiet ta’ difiża tas-sistema, pjanijiet ta’ restawr, interazzjonijiet tas-swieq, skambju tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għodod u faċilitajiet;
(d)regoli dwar il-kummerċ relatati mal-forniment tekniku u operazzjonali ta’ servizzi ta’ aċċess għan-network u l-ibbilanċjar tas-sistema;
(e)l-effiċjenza enerġetika tan-networks u l-komponenti tal-gass kif ukoll l-effiċjenza enerġetika rigward l-ippjanar tan-network u l-investimenti li jabilitaw l-aktar soluzzjoni effiċjenti fl-enerġija minn perspettiva ta’ sistema;
(f)l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntieri tal-gass naturali, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
3.Kull tliet snin u wara konsultazzjoni mal-ACER, mal-ENTSO tal-Gass, mal-ENNOH, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network. Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-network ikun relatat direttament mal-operazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni u ma jkunx rilevanti primarjament għas-sistema ta’ trażmissjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-entità tal-UE għad-DSO, b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass, biex tlaqqa’ kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-network lill-ACER.
4.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER biex fi żmien raġonevoli sa sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni tippreżentalha linji gwida qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network relatati mal-oqsma identifikati fil-lista ta’ prijoritajiet. It-talba tal-Kummissjoni tista’ tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida qafas. Kull linja gwida qafas għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq. Meta ssir talba motivata mill-ACER, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida.
5.L-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-entità tal-UE għad-DSO u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra dwar il-linji gwida qafas, matul perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn, b’mod miftuħ u trasparenti.
6.Meta tintalab tagħmel dan skont il-paragrafu 4, l-ACER għandha tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni.
7.Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li l-linji gwida qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq, din tista’ titlob lill-ACER biex twettaq rieżami tal-linji gwida qafas fi żmien raġonevoli u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni.
8.Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew milli tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida qafas fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafi 4 jew 7, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida qafas inkwistjoni.
9.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENTSO tal-Gass, jew lill-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, biex fi żmien raġonevoli sa 12-il xahar minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni jippreżenta proposta lill-ACER għal kodiċi tan-network skont il-linji gwida qafas rilevanti.
10.L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jappoġġa dan fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, meta xieraq tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO tal-Gass, jew l-entità tal-UE għad-DSO b’kooperazzjoni mal-ENTSO tal-Gass meta previst fil-lista ta’ prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
11.L-ACER għandha tirrevedi l-kodiċi tan-network propost biex tiżgura dan ikun jikkonforma mal-linji gwida qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata lill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet kollha involuti fl-abbozzar tal-proposta mmexxija mill-ENTSO tal-Gass jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni tal-kodiċi tan-network li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.
12.Meta l-ENTSO tal-Gass jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ACER biex tħejji abbozz ta’ kodiċi tan-network abbażi tal-linji gwida qafas rilevanti. L-ACER tista’ tniedi konsultazzjoni ulterjuri. L-ACER għandha tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni mħejji skont dan il-paragrafu, u tista’ tirrakkomanda li dan jiġi adottat.
13.Meta l-ENTSO tal-Gass jew l-entità tal-UE għad-DSO jonqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, jew meta l-ACER tonqos milli tiżviluppa abbozz kif imsemmi fil-paragrafu 12, jew wara proposta tal-ACER skont il-paragrafu 11, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-inizjattiva hija stess u tadotta kodiċi tan-network wieħed jew aktar fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.
14.Meta l-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi l-adozzjoni ta’ kodiċi tan-network, din għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO tal-Gass u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-abbozz tal-kodiċi tan-network fi żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn.
15.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 56. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ENTSO tal-Gass jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 meta din il-gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENTSO tal-Gass mill-Kummissjoni. L-ENTSO tal-Gass għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.
🡻 715/2009
1.Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, l-ENTSO tal-Gass u partijiet interessati relevanti oħrajn, tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet annwali li tidentifika l-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 8(6) li għandhom ikunu inklużi fl-iżvilupp tan-network tal-kodiċijiet.
2.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija sabiex din tippreżentalha fi żmien raġonevoli ta’ mhux aktar minn sitt xhur abbozz ta’ linja gwida ta’ qafas mhux obbligatorja (linja gwida ta’ qafas) li jipprovdu prinċipji ċari u oġġettivi, skont l-Artikolu 8(7), għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network relatat mal-oqsma identifikati fil-lista ta’ prijoritajiet. Kull linja gwida ta’ qafas għandha tikkontribwixxi għan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għat-tħaddim effiċjenti tas-suq. Fuq talba raġunata mill-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu.
3.L-Aġenzija għandha formalment tikkonsulta lill-ENTSO tal-Gass u lil partijiet interessati relevanti oħrajn dwar il-qafas ta' linji gwida, matul perijodu ta' mhux inqas minn xahrejn, b'mod miftuħ u trasparenti.
4.Jekk il-Kummissjoni tqis li l-linja gwida ta’ qafas ma jikkontribwixxix għan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, għal kompetizzjoni effettiva u għat-tħaddim effiċjenti tas-suq, hija tista’ titlob lill-Aġenzija tirrivedi l-abbozz ta’ linjigwida ta’ qafas f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, u terġa’ tippreżentah lill-Kummissjoni.
5.Jekk l-Aġenzija tonqos milli tippreżenta jew li terġa’ tippreżenta mill-ġdid linja gwida ta’ qafas fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tħejji l-linja gwida ta’ qafas in kwistjoni.
6.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENTSO tal-Gass biex jippreżenta lill-Aġenzija kodiċi tan-network li jikkonforma mal-qafas ta' linji gwida relevanti, fi żmien perijodu raġonevoli ta' mhux aktar minn tnax-il xahar.
7.Fi żmien perijodu ta' tliet xhur wara l-jum li fih tirċievi kodiċi tan-network, matul liema perijodu l-Aġenzija tista' tikkonsulta formalment mal-partijiet interessati relevanti, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni raġunata lill-ENTSO tal-Gass dwar il-kodiċi tan-network.
8.L-ENTSO tal-Gass jista' jemenda l-kodiċi tan-network fid-dawl tal-opinjoni tal-Aġenzija u jerġa' jippreżentah lill-Aġenzija.
9.Ladarba l-Aġenzija tkun sodisfatta li l-kodiċi tan-network jikkonforma mal-qafas ta' linji gwida relevanti mhux obbligatorji, l-Aġenzija għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network lill-Kummissjoni u tista' tirrakkomanda li jiġi adottat f'perjodu raġonevoli ta' żmien. Jekk il-Kummissjoni ma tadottax il-kodiċi, hija għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn dan ma seħħx.
10.Fejn l-ENTSO tal-Gass ma jkunx żviluppa kodiċi tan-network fi żmien il-perijodu stabbilit mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex tħejji abbozz ta' kodiċi tan-network fuq il-bażi tal-qafas ta' linji gwida relevanti. L-Aġenzija tista’ tniedi konsultazzjoni oħra matul it-tħejjija ta’ abbozz ta’ kodiċi tan-network taħt dan il-paragrafu. L-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta’ kodiċi tan-network imħejji taħt dan il-paragrafu u tista’ tirrakkomanda li jiġi adottat.
11.Il-Kummissjoni tista’ tadotta, fuq inizjattiva tagħha meta l-ENTSO tal-Gass ikun naqas milli jħejji kodiċi tan-network, jew l-Aġenzija tkun naqset milli tħejji abbozz ta' kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu, jew fuq rakkomandazzjoni tal-Aġenzija taħt il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, kodiċi wieħed jew aktar tan-network fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 8(6).
Jekk il-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi ta' network fuq inizjattiva tagħha, hija tista' tikkonsulta lill-Aġenzija, l-ENTSO tal-Gass u l- partijiet interessati relevanti kollha dwar abbozz ta' kodiċi tan-netwrok matul perijodu ta' mhux inqas minn xahrejn. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorju bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
12.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-Linji Gwida kif stabbilit fl-Artikolu 23.
⇩ new
Artikolu 54
Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-idroġenu
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kodiċijiet tan-network fil-qasam tar-regoli ta’ trasparenza li jimplimentaw l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, inkluż aktar dettalji dwar il-kontenut, il-frekwenza u l-forma tal-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u billi timplimenta l-punt 4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, inkluż dettalji dwar il-format u l-kontenut tal-informazzjoni meħtieġa għall-utenti tan-networks għal aċċess effettiv għan-network, l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata fil-punti rilevanti, u dettalji dwar l-iskedi taż-żmien.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 61(2).
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
(a)l-effiċjenza enerġetika rigward in-networks u l-komponenti tal-idroġenu kif ukoll l-effiċjenza enerġetika rigward l-ippjanar tan-network u l-investimenti li jabilitaw l-aktar soluzzjoni effiċjenti fl-enerġija minn perspettiva ta’ sistema;
(b)ir-regoli dwar l-interoperabbiltà għan-network tal-idroġenu, inkluż l-indirizzar tal-ftehimiet ta’ interkonnessjoni, l-unitajiet, l-iskambju tad-data, it-trasparenza, il-komunikazzjoni, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq kif ukoll il-kwalità tal-idroġenu, inkluż speċifikazzjonijiet komuni u standardizzazzjoni, odorizzazzjoni, analiżijiet tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu, u r-rappurtar dwar il-kwalità tal-idroġenu;
(c)regoli għas-sistema ta’ kumpens finanzjarju għall-infrastruttura transfruntiera tal-idroġenu;
(d)regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni tal-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interrompibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perjodu qasir u għal perjodu fit-tul jew/u xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità;
(e)regoli dwar l-istrutturi tariffarji armonizzati tal-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni, u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard u d-dħul permess;
(f)regoli għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi trasferiti u l-imposta dedikata;
(g)regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nomini, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċeduri tan-nomina, l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ ssetiljar assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.
(h)l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntieri tal-idroġenu, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
3.Kull tliet snin u wara konsultazzjoni mal-ACER, mal-ENTSO tal-Gass, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network.
4.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER biex fi żmien raġonevoli sa sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni tippreżentalha linji gwida qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network relatati mal-oqsma identifikati fil-lista ta’ prijoritajiet. It-talba tal-Kummissjoni tista’ tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida qafas. Kull linja gwida qafas għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq. Meta ssir talba motivata mill-ACER, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida.
5.L-ACER għandha tikkonsulta formalment lill-ENTSO tal-Gass u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra dwar il-linji gwida qafas, fi żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn, b’mod miftuħ u trasparenti.
6.Meta tintalab tagħmel dan skont il-paragrafu 4, l-ACER għandha tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni.
7.Jekk il-Kummissjoni jkun jidhrilha li l-linji gwida qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq, din tista’ titlob lill-ACER biex twettaq rieżami tal-linji gwida qafas fi żmien raġonevoli u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni.
8. Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew milli tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida qafas fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafi 4 jew 6, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida qafas inkwistjoni.
9.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENNOH biex fi żmien raġonevoli sa 12-il xahar minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni, jippreżenta proposta għal kodiċi tan-network f’konformità mal-linji gwida qafas rilevanti għall-ACER.
10.L-ENNOH għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jappoġġah fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċi tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENTSO tal-Elettriku u meta xieraq tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. In-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
11.L-ACER għandha tirrevedi l-kodiċi tan-network propost biex tiżgura li dan jikkonforma mal-linji gwida qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-kodiċi tan-network rivedut, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti kollha fl-abbozzar tal-proposta mmexxija min-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni riveduta li trid tippreżenta lill-Kummissjoni.
12.Meta l-ENNOH jonqos milli żviluppa kodiċi tan-network fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ACER biex tfassal abbozz ta’ kodiċi tan-network abbażi tal-linji gwida qafas rilevanti. L-ACER tista’ tniedi aktar konsultazzjoni waqt it-tħejjija ta’ abbozz ta’ kodiċi tan-network skont dan il-paragrafu. L-ACER għandha tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni mħejji skont dan il-paragrafu, u tista’ tirrakkomanda li dan jiġi adottat.
13.Meta n-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu jonqos milli jiżviluppa kodiċi tan-network, jew l-ACER tonqos milli tiżviluppa abbozz ta’ kodiċi tan-network kif imsemmi fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-inizjattiva hija stess, jew wara proposta mill-ACER skont il-paragrafu 11, u tadotta kodiċi tan-network wieħed jew aktar fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.
14.Meta l-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi l-adozzjoni ta’ kodiċi tan-network, din għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO tal-Gass u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar abbozz tal-kodiċi tan-network fi żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn.
15.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 56. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ENNOH jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 meta dik il-gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENNOH mill-Kummissjoni. L-ENNOH għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.
🡻 715/2009
⇨ new
Artikolu 557
Emendi għall-tal-kodiċijiet tan-network
1.Abbozzi ta’ emendi għal kwalunkwe kodiċi tan-network adottat taħt l-Artikolu 6 jistgħu jiġu proposti lill-Aġenzija minn persuni li x’aktarx ikunu interessati f’dak il-kodiċi tan-network, inklużi l-ENTSO tal-Gass, operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, utenti tan-network u konsumaturi. L-Aġenzija tista' wkoll tipproponi emendi fuq inizjattiva tagħha stess.
2.L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament KE Nru 713/2009. Wara dan il-proċess, l-Aġenzija tista' tagħmel proposti raġunati għal emendi lill-Kummissjoni, u tispjega kif dawn il-proposti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-kodiċijiet tan-network stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.
3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tqis il- proposti tal-Aġenzija, emendi għal kwalunkwe kodiċi tan-network adottat taħt l-Artikolu 6. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorju bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
4.Il-konsiderazzjoni tal-emendi proposti konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 28(2) għandha tkun limitata għal konsiderazzjoni tal-aspetti marbuta mal-emenda proposta. Dawn l- emendi proposti huma mingħajr preġudizzju għal xi emendi oħra li tista’ tipproponi l-Kummissjoni.
⇩ new
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa temenda l-kodiċijiet tan-network fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 53(1) u (2) u fl-Artikolu 54(1) u (2) f’konformità mal-proċedura rilevanti stabbilita f’dawk l-Artikoli.
2.Il-persuni li aktarx ikollhom interess f’xi kodiċi tan-network adottat skont l-Artikoli 52 sa 55, inkluż l-ENTSO tal-Gass, in-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu, l-entità tal-UE għad-DSO, l-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, l-utenti tas-sistema u l-konsumaturi, jistgħu jipproponu abbozzi ta’ emendi għal dak il-kodiċi tan-network lill-ACER. Anki l-ACER tista’ tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi l-emendi.
3.L-ACER tista’ tagħmel proposti motivati lill-Kummissjoni għal emendi, u tispjega kif dawn il-proposti huma konsistenti mal-objettivi tal-kodiċijiet tan-network stabbiliti fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament. Meta jidhrilha li xi proposta għal emenda hija aċċettabbli u meta tieħu l-inizjattiva hija stess u tipproponi emendi, l-ACER għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati kollha f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/942.
🡻 715/2009
Artikolu 5623
Linji gwida
1.Fejn ikun il-każ, il-linji gwida li jipprovdu l-livell miimu ta' armonizzazzjoni meħtieġa għall-ksib tal-għan ta' dan ir-Regolament għandhom jispeċifikaw:
⇩ new
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida vinkolanti fl-oqsma elenkati f’dan l-Artikolu.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida fl-oqsma fejn atti bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati wkoll skont il-proċedura tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikoli 53 u 54. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati fil-forma ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, skont l-għoti tas-setgħa rilevanti previst f’dan ir-Regolament.
3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta’ linji gwida fl-oqsma li ġejjin:
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
(a)dettalji dwar is-servizzi ta’ aċċess lill-partijiet terzi inkluż il-karattru, it-terminu u rekwiżiti oħra ta’ dawn is-servizzi, f’konformità mal-Artikoli ⌦ 5 sa 7 ⌫ 14 u 15;
(b)dettalji dwar il-prinċipji sottostanti tal-mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-kapaċità u dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni f’każ ta’ konġestjoni kuntrattwali, f’konformità mal-Artikoli 916 u 1017;
(c)dettalji dwar l-għoti tal-informazzjoni, id-definizzjoni tal-informazzjoni teknika meħtieġa għall-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għas-sistema, u d-definizzjoni tal-punti rilevanti kollha għar-rekwiżiti tat-trasparenza, inkluż l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata fil-punti rilevanti kollha u l-iskeda taż-żmien għall-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 3018 u 3119;
(d)dettalji dwar il-metodoloġija tariffarja, relatata mal-kummerċ transfruntier tal-gass naturali, f’konformità mal-Artikoli ⇨ 15 u ⇦ 1613 ⇨ ta’ dan ir-Regolament ⇦;
(e)dettalji rigward l-oqsma elenkati fl-Artikolu 238(6).
⇩ new
4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 biex temenda l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
5.Meta tadotta jew temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-entità tal-UE għad-DSO u, meta rilevanti, lil partijiet ikkonċernati oħra.
🡻 715/2009
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-ENTSO tal-Gass.
6.Linji gwida dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, huma stipulati fl-Anness I.
Il-Kummissjoni tista’ taddotta l-linji gwida fuq il-kwistjonijiet elenkati fl-paragrafu 1 u temenda l- linji gwida msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tiegħu. Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
7.L-applikazzjoni u l-emendament tal-linji gwida adottati taħt dan ir-Regolament għandhom jirriflettu differenzi bejn sistemi tal-gass nazzjonali, u għalhekk ma għandhomx jeħtieġu termini u kondizzjonijiet uniformi u dettaljati ta’ aċċess għal partijiet terzi fuq il-livell Komunitarju. Jistgħu, madankollu, jistabbilixxu rekwiżiti minimi li jridu jiġu sodisfatti biex jinkisbu kondizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji għal aċċess għan-network li huma meħtieġa għal suq intern tal-gass naturali, li jistgħu mbagħad jiġu applikati fid-dawl ta’ differenzi bejn sistemi tal-gass nazzjonali.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 25
Forniment ta’ informazzjoni
L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 23.
Il-Kummissjoni għandha tiffissa żmien raġonevoli sa meta l-informazzjoni għandha tkun provduta, meta tkun tqieset il-komplessità tal-informazzjoni meħtieġa u l-urġenza li bih l-informazzjoni tkun meħtieġa.
Artikolu 5726
Dritt tal-Istati Membri li jipprevedu miżuri aktar dettaljati
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu miżuri li jkun fihom dispożizzjonijiet aktar dettaljati minn dawk stabbiliti ⇨ f’dan ir-Regolament, fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 56 jew fil-kodiċijiet tan-network imsemmija fl-Artikoli 52 sa 55, diment li dawk il-miżuri jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni ⇦ hawnhekk jew fil-Linji gwida msemmijin fl-Artikolu 23.
Artikolu 58
Għoti tal-informazzjoni ⌦ u kunfidenzjalità ⌫
1.Meta jintalbu, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni ⌦ li tkun ⌫ ⌦ ⌫ meħtieġa għall-fini ⇨ ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-linji gwida u l-kodiċijiet tan-network adottati skont dan ir-Regolament ⇦ tal-Artikolu 23.
2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta trid tingħata l-informazzjoni, wara li titqies il-kumplessità ⌦ u l-urġenza ⌫ tal-informazzjoni meħtieġa u l-urġenza li bih l-informazzjoni tkun meħtieġa.
⇩ new
3.Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità regolatorja kkonċernata ma jipprovdux dik l-informazzjoni msemmija lill-Kummissjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament direttament lill-impriżi kkonċernati.
Meta tibgħat talba għall-informazzjoni lil impriża, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tibgħat kopja tat-talba lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-impriża.
4.Fit-talba tagħha għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika tat-talba, il-limitu ta’ żmien sa meta trid tingħata l-informazzjoni, l-għan tat-talba, u wkoll il-penali previsti fl-Artikolu 59(2) għall-għoti ta’ informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa.
5.Is-sidien tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, il-persuni fiżiċi awtorizzati li jirrappreżentaw lill-impriża legalment jew bl-istrument ta’ inkorporazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Meta jiġu awtorizzati avukati biex jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijent tagħhom, il-klijent għandu jibqa’ responsabbli għalkollox f’każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.
6.Meta impriża ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni inkompleta, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li teżiġi l-għoti tal-informazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi limitu ta’ żmien xieraq sa meta trid tingħata. Għandha tindika l-penali previsti fl-Artikolu 59(2). Għandha wkoll tindika d-dritt ta’ rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tibgħat kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab ir-residenza tal-persuna jew is-sede tal-impriża kkonċernati.
7.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża biss għall-fini ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament meta dik l-informazzjoni tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.
🡻 715/2009
Artikolu 5927
Penali
⇩ new
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 52 sa 56 u l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri, u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
2.Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni u timponi multi fuq impriżi sa 1 % tal-fatturat totali fis-sena finanzjarja preċedenti meta, bi ħsieb jew b’negliġenza, dawk l-impriżi jipprovdu informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa bħala tweġiba għat-talba li ssir skont l-Artikolu 58(4) jew meta jonqsu milli jagħtu informazzjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit b’deċiżjoni adottata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(6). Waqt l-iffissar tal-ammont ta’ multa, il-Kummissjoni għandha tqis il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.Il-penali previsti skont il-paragrafu 1 u kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 2 ma għandux ikollhom natura tal-liġi kriminali.
🡻 715/2009
🡺 Rettifika, ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87.
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal- 1 ta' Lulju 2006 dwar dawk ir-regoli li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffettwawhom. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli li ma jikkorrispondux għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 sat-3 ta’ Marzu 2011 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffettwawhom.
2. Il-penali previsti skond il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ta' natura kriminali.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
⇩ new
Artikolu 60
Infrastruttura ġdida tal-gass naturali u tal-idroġenu
1.Meta jintalab, infrastruttura maġġuri ġdida tal-gass naturali, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet tal-ħażna u tal-LNG, tista’ tiġi eżentata għal perjodu ta’ żmien definit mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mill-Artikoli 28, 27, 29, 54 u l-Artikoli 72(7), (9) u 73(1) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata]. Meta jintalab, infrastruttura maġġuri ġdida tal-idroġenu, jiġifieri interkonnetturi, terminals tal-idroġenu u ħażniet tal-idroġenu taħt l-art, tista’ tiġi eżentata għal perjodu ta’ żmien definit mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62, 31, 32, 33 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata] u l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament. Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)l-investiment jeħtieġ isaħħaħ il-kompetizzjoni fil-forniment tal-gass jew tal-idroġenu u jtejjeb is-sigurtà tal-provvista;
(b)l-investiment jeħtieġ jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni;
(c)il-livell tar-riskju relatat mal-investiment jeħtieġ ikun tali li l-investiment ma jsirx jekk ma tingħatax eżenzjoni;
(d)l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika li hija separata, għall-inqas mil-lat ta’ forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistemi li fis-sistemi tagħhom tkun se tinbena dik l-infrastruttura;
(e)l-imposti jiġu imposti fuq l-utenti ta’ dik l-infrastruttura; u
(f)l-eżenzjoni jeħtieġ ma tkunx detrimentali għall-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti li aktarx jiġu affettwati mill-investiment, għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali, għall-funzjonament effiċjenti tas-sistemi regolati kkonċernati, għad-dekarbonizzazzjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni.
Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiġu vvalutati filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jqisu s-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor affettwat u jibbilanċjaw l-effetti negattivi possibbli mal-effetti ta’ benefiċċju għat-territorju tiegħu.
2.L-eżenzjoni tal-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità tal-infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta’ dawn l-infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ provvista ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju.
3.L-awtorità regolatorja tista’, skont il-każ, tiddeċiedi fuq l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, l-awtorità regolatorja jew, meta xieraq, awtorità kompetenti oħra ta’ dak l-Istat Membru, għandhom jikkonsultaw:
(a)lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri li s-swieq tagħhom aktarx jiġu affettwati mill-infrastruttura l-ġdida; u
(b)lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, meta l-infrastruttura kkonċernata tkun konnessa man-network tal-Unjoni fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, u toriġina minn jew tintemm f’pajjiż terz wieħed jew aktar.
Meta l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonsultati ma jwiġbux għall-konsultazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew sa skadenza stabbilita li ma taqbiżx it-tliet xhur, l-awtorità regolatorja kkonċernata tista’ tadotta d-deċiżjoni meħtieġa.
4.Meta l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-ACER tista’ tippreżenta opinjoni konsultattiva lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien xahrejn mid-data meta t-talba għal eżenzjoni tasal għand l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji. Dik l-opinjoni tista’ tintuża bħala bażi għad-deċiżjoni tagħhom.
Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati kollha jaqblu fuq it-talba għal eżenzjoni fi żmien sitt xhur mid-data meta tasal għand l-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji, dawn għandhom jinfurmaw lill-ACER dwar id-deċiżjoni tagħhom. Meta l-infrastruttura kkonċernata tkun linja ta’ trażmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, l-awtorità regolatorja, jew meta xieraq xi awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni man-network tal-Istati Membri, jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità rilevanti ta’ dak il-pajjiż terz biex, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, jiżguraw li dan ir-Regolament qed jiġi applikat b’mod konsistenti fit-territorju u, meta applikabbli, fil-baħar territorjali ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-awtorità tal-pajjiż terz ikkonsultata ma tweġibx għall-konsultazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew sa skadenza stabbilita li ma taqbiżx it-tliet xhur, l-awtorità regolatorja kkonċernata tista’ tadotta d-deċiżjoni meħtieġa.
L-ACER għandha teżerċita l-kompiti kkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati minn dan l-Artikolu:
(a)meta l-awtoritajiet regolatorji konċernati kollha ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mid-data meta t-talba għal eżenzjoni tasal għand l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji; jew
(b)meta ssir talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati.
L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati kollha jistgħu jitolbu b’mod konġunt li l-perjodu msemmi fit-tielet subparagrafu, il-punt (a), jiġi estiż b’perjodu massimu ta’ tliet xhur.
5.Qabel tieħu deċiżjoni, l-ACER għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-applikanti.
6.Eżenzjoni tista’ tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-infrastruttura l-ġdida, jew tal-infrastruttura eżistenti b’kapaċità miżjuda b’mod sinifikanti.
Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandha titqies il-ħtieġa, skont il-każ, li jiġu imposti kundizzjonijiet dwar it-tul tal-perjodu tal-eżenzjoni u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-kapaċità addizzjonali li trid tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-perjodu ta’ żmien previst għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.
Qabel tagħti eżenzjoni, l-awtorità regolatorja għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Ir-regoli għandhom jeżiġu li l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura jintalbu jindikaw l-interess tagħhom fl-ikkuntrattar tal-kapaċità qabel ma tiġi allokata l-kapaċità fl-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha teżiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jkunu jinkludu l-obbligu li l-kapaċità mhux użata tiġi offruta fis-suq, u għandha teżiġi li l-utenti tal-infrastruttura jkunu intitolati li jikkummerċjalizzaw il-kapaċitajiet kuntrattati tagħhom fis-suq sekondarju. Fil-valutazzjoni tagħha tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (e), l-awtorità regolatorja għandha tqis ir-riżultati ta’ dik il-proċedura tal-allokazzjoni tal-kapaċità.
Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, inkluż kwalunkwe kundizzjoni minn dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif xieraq.
7.Meta tanalizza jekk infrastruttura ġdida maġġuri hix mistennija ttejjeb is-sigurtà tal-provvista skont il-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità rilevanti għandha tikkunsidra sa liema punt l-infrastruttura l-ġdida mistennija ttejjeb il-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-livell reġjonali u anki fil-livell nazzjonali.
8.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtorità regolatorja tagħhom jew l-ACER, skont il-każ, għandhom jissottomettu, għall-fini ta’ deċiżjoni formali, l-opinjoni tagħhom dwar it-talba tal-eżenzjoni lill-korp rilevanti fl-Istat Membru. Din l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata mad-deċiżjoni.
9.L-awtorità regolatorja għandha tibgħat lill-Kummissjoni kopja ta’ kull talba għal eżenzjoni minnufih malli taslilha. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni b’format aggregat, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni. B’mod partikolari, l-informazzjoni għandha tinkludi:
(a)ir-raġunijiet dettaljati għalfejn l-awtorità regolatorja jew l-Istat Membru taw jew ċaħdu l-eżenzjoni, flimkien ma’ referenza għall-punt(i) rilevanti tal-paragrafu 1 li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni, inkluż l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa tal-eżenzjoni;
(b)l-analiżi li saret tal-effett fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern li jirriżulta mill-għotja tal-eżenzjoni;
(c)ir-raġunijiet għat-tul tal-perjodu tal-eżenzjoni u s-sehem tal-kapaċità totali tal-infrastruttura li għalih tingħata l-eżenzjoni;
(d)jekk l-eżenzjoni tkun relatata ma’ interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati;
(e)il-kontribut tal-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-provvista.
10.Fi żmien 50 jum tax-xogħol mill-għada li tasal in-notifika skont il-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li titlob lill-korpi notifikanti biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni ta’ għoti ta’ eżenzjoni. Jekk il-Kummissjoni titlob iżjed informazzjoni, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’50 jum tax-xogħol ieħor. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda mill-għada li tasal l-informazzjoni sħiħa. Il-perjodu inizjali jista’ jiġi estiż ukoll bil-kunsens tal-Kummissjoni u tal-korpi notifikanti.
Meta l-informazzjoni mitluba ma tingħatax fiż-żmien stabbilit fit-talba, in-notifika għandha titqies irtirata, għajr meta qabel jiskadi dak il-perjodu, il-perjodu jiġi estiż bil-kunsens tal-Kummissjoni u tal-awtorità regolatorja, jew għajr meta l-awtorità regolatorja tinforma lill-Kummissjoni bi stqarrija motivata kif xieraq li qed tqis in-notifika bħala waħda kompleta.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni fi żmien xahar u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Meta l-Kummissjoni tapprova deċiżjoni dwar eżenzjoni, dik l-approvazzjoni għandha titlef l-effett tagħha:
(a)wara sentejn mill-adozzjoni tagħha, meta l-infrastruttura tkun għadha ma bdietx tinbena,
(b)wara ħames snin mill-adozzjoni tagħha, meta l-infrastruttura ma tkunx operazzjonali f’dak il-perjodu, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx iddeċidietx li d-dewmien huwa dovut għal ostakli kbar li mhumiex fil-kontroll tal-persuna mogħtija l-eżenzjoni.
11.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 63 biex tistabbilixxi linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għall-proċedura li trid tintuża għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 6, 8 u 9 ta’ dan l-Artikolu.
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 6128
Proċedura tal-Kumitat
1.1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat ⌦ minn [isem il-kumitat] stabbilit ⌫ imwaqqaf skont l-Artikolu 8451 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]. ⇨ Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. ⇦
⇩ new
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
🡻 715/2009
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, u għandhom jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
🡻 1999/2018 Art. 50
---
🡻 715/2009 (adattat)
⇨ new
Artikolu 6230
Derogi u eżenzjonijiet
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a)is-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali li jinstabu fi Stati Membri għat-terminu tad-derogi mogħtija skont l-Artikolu ⇨ 80 ta’ [id-Direttiva tal-Gass il-ġdida] ⇦ tad-Direttiva 2009/73/KE;
(b)infrastrutturi ġodda maġġuri, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet LNG u faċilitajiet ta' ħażna u żidiet sinifikanti fil-kapaċità tal-infrastrutturi eżistenti kif ukoll modifiki fit-tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta' sorsijiet ġodda ta' provvista tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) u (2) tad-Direttiva 2009/73/KE li huma eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 14, 32, 33, 34 jew l-Artikolu 41(6), (8) u (10) ta' dik id-Direttiva sakemm dawn ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan is-subparagrafu, minbarra l-Artikolu 19(4) ta' dan ir-Regolament; jew
(c)sistemi ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali li ngħataw derogi mogħtijin skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2009/73/KE.
Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li ngħataw derogi taħt l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2009/73/KE jistgħu japplikaw għand il-Kummissjoni għal deroga temporanja mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn mid-data li fiha tiskadi d-deroga msemmija f'dak il-punt.
⇩ ġdid
Artikolu 63
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 16, 28, 53, 54, 56 u 60 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 16, 28, 53, 54, 56 u 60 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 16, 28, 53, 54, 56 u 60 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 64
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/684
L-obbligi ta’ notifika għall-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija relatati mal-gass kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/684 għandhom jinftiehmu li jinkludu l-ftehimiet intergovernattivi relatati mal-idroġenu, inkluż il-komposti tal-idroġenu bħall-ammonijaka u l-vetturi tal-idroġenu organiku likwidu.
Artikolu 65
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942
Ir-Regolament (UE) 2019/942 huwa emendat kif ġej:
(1)L-Artikolu 2, il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lin-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks għall-Idroġenu (ENNOH), lill-entità tal-UE għad-DSO, liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, lill-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u lill-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass jew tal-idroġenu jew l-operaturi tan-networks għall-idroġenu;”
(2)L-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Meta mitluba mill-ACER, l-awtoritajiet regolatorji, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH, iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, l-entità tal-UE għad-DSO, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u l-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass jew tal-idroġenu jew l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-ACER bl-istess livell ta’ dettall meħtieġ għall-fini ta’ twettiq tal-kompiti tal-ACER skont dan ir-Regolament, sakemm l-ACER ma tkunx diġà talbet u rċeviet din l-informazzjoni.”
(3)L-Artikoli 4(1), 4(2), 4(3)(a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“1. L-ACER għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u dwar dawk tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Gass u dwar dawk tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 40(5) tar-Regolament ta’ [il-Gass tar-Regolament] u dwar dawk tal-entità tal-UE għad-DSO f’konformità mal-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 37(4) ta’ [ir-Regolament tal-Gass].”
“2. L-ACER għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/943, tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ [ir-Regolament tal-Gass] u dwar dawk tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ [il-Gass tar-Regolament] u tal-entità tal-UE għad-DSO kif stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 38 ta’ [ir-Regolament tal-Gass].”
“3. L-ACER tista’ tagħti opinjoni:
(a) lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 23(2) ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulat kif propost f’COM(2021) xxx], u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu XX tar-Regolament [ir-Regolament tal-Gass] dwar il-kodiċijiet tan-network;”
“(b) lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/943, lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 24(2) ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulat kif propost f’COM(2021) xxx], u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 43(2) ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulat kif propost f’COM(2021) xxx] dwar l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u dwar id-dokumenti rilevanti l-oħra msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u fl-Artikoli 23(3) u 42(1) ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulat kif propost f’COM(2021) xxx], filwaqt li jitqiesu l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti u sigur tas-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali;”
(4)L-Artikoli 4(6), 4(7) u 4(8) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“6. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jikkoordinaw biex jidentifikaw b’mod konġunt jekk hemmx nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-entità tal-UE għad-DSO, tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, tal-entità tal-UE għad-DSO jew taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 72(1), il-punt (e), tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx.
Meta tintalab minn xi awtorità regolatorja waħda jew aktar jew b’inizjattiva tagħha stess, l-ACER għandha toħroġ opinjoni motivata u rakkomandazzjoni lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lin-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu, lill-entità tal-UE għad-DSO jew liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali b’rabta mal-konformità mal-obbligi tagħhom.”;
“7. Meta opinjoni motivata tal-ACER tidentifika każ potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tan-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu, , tal-entità tal-UE għad-DSO jew ta’ ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom b’mod unanimu jieħdu deċiżjonijiet koordinati biex jistabbilixxu jekk hemmx nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti u, meta applikabbli, liema miżuri jridu jittieħdu mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew miċ-ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali biex jirrimedjaw dak in-nuqqas ta’ konformità. Meta l-awtoritajiet regolatorji jonqsu milli jieħdu dawn id-deċiżjonijiet ikkoordinati b’mod unanimu fi żmien erba’ xhur mid-data meta tasal l-opinjoni motivata tal-ACER, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni skont l-Artikolu 6(10).”
“8. Meta n-nuqqas ta’ konformità mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew minn ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali, li jkun ġie identifikat f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx ġie rimedjat fi żmien tliet xhur, jew meta l-awtorità regolatorja fl-Istat Membru li fih l-entità jkollha s-sede tagħha ma tkunx ħadet azzjoni biex tiżgura l-konformità, l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-awtorità regolatorja biex tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 74(1), il-punt (d), tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx, biex tiżgura li l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH, l-entità tal-UE għad-DSO jew iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, u għandha tinforma lill-Kummissjoni.”;
(5)L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. L-ACER għandha tieħu sehem fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikoli 53 u 54 6 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u mal-linji gwida f’konformità mal-Artikolu 61(6) tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikolu 56(5) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]. B’mod partikolari għandha:
(a)tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 53(4) jew 54(4)6(2) ta’ id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. L-ACER għandha twettaq rieżami tal-linji gwida qafas u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(7) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 53(7) jew 54(7) 6(4) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
(b)tippreżenta opinjoni ġustifikata lill-ENTSO tal-Gass dwar il-kodiċi għan-networks skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
(bc)tirrevedi l-kodiċi tan-network f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew u mal-Artikoli 53(11) jew 54(11) 6(9) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Fir-reviżjoni tagħha, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti fl-abbozzar ta’ dak il-kodiċi tan-network rivedut, immexxi mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tippreżenta lill-Kummissjoni. Għal dan l-għan, l-ACER tista’ tuża l-kumitat stabbilit skont il-kodiċijiet tan-network meta xieraq. L-ACER għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet. Sussegwentement, l-ACER għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew u mal-Artikoli 53(11) jew 54(11) 6(9) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, l-ACER għandha tħejji u tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 53(12) jew 54(12) 6(10) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
(cd)tagħti opinjoni debitament motivata lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 24(1) jew 46(2) 9(1) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network kif elaborat fil-punt (a) ta’ fl-Artikolu 30(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikoli 23(1) jew 42(1), il-punt (a) 8(2) tad-Direttiva ta’ [il-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jew kodiċi tan-network li jkun ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 59(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jewu l-Artikoli 53(3) sa (12) jew 54(3) sa (12) 6(1) sa (10) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 iżda li jkun għadu ma ġietx adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 jewu skont l-Artikoli 53(13) jew 54(13) 6(11) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
(de)timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikoli 53 u 54 6 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx]Regulation (EC) No 715/2009 u l-linji gwida adottati f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikolu 56 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx], u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq u fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.
(6)L-Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Sal-5 ta’ Lulju 2022, u mbagħad kull erba’ snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 70(6) ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx].”
(7)Fl-Artikolu 6, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi (9a), (9b), (9c) u (9d) li ġejjin:
(9a) L-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji u lill-operaturi tan-networks relatati mal-bażijiet tal-assi regolati skont l-Artikolu 4(4) ta’ [ir-Regolament tal-Gass].
(9b) L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass skont l-Artikolu 19(8) ta’ [ir-Regolament tal-Gass].
(9c) L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu skont l-Artikolu 39(8) ta’ [ir-Regolament tal-Gass].
(9d) L-ACER għandha tippubblika rapporti ta’ monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont l-Anness I, it-taqsima 2.2.1, il-punt 2, ta’ [ir-Regolament tal-Gass].
(8)Fl-Artikolu 6(10), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(b) il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u r-reviżjonijiet sussegwenti ta’ dawk il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida; jew”
“(c) il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.; jew”
(9)Fl-Artikolu 6(10), l-ewwel subparagrafu, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(d) il-linji gwida skont l-Anness I ta’ [ir-Regolament tal-Gass]; jew
(e) il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikolu 53 sa 56 ta’ [ir-Regolament tal-Gass].
(10)Fl-Artikolu 6(10), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a) meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mir-riferiment tal-każ lill-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji, jew fi żmien erba’ xhur fil-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont il-punt (c) tal-Artikolu (59)(1) jew il-punt (f) tal-Artikolu 62(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew il-punt (e) tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx;
(11)L-Artikolu 6(10), it-tielet subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jitolbu, b’mod konġunt li l-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġi estiż b’perjodu sa sitt xhur, għajr fil-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont il-punt (c) tal-Artikolu 59(1) jew il-punt (f) tal-Artikolu 62(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 72(1), il-punt (e), tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx”;
(12)L-Artikolu 6(10), ir-raba’ subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Meta l-kompetenzi biex tittieħed deċiżjoni dwar materji transfruntieri msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew konferiti lill-awtoritajiet regolatorji f’kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda msemmija fl-Artikolu 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019, l-ACER għandha tkun kompetenti biss b’mod volontarju skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tintalab minn mill-inqas 60 % tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jkunu involuti żewġ awtoritajiet regolatorji biss, kwalunkwe waħda minnhom tista’ tirreferi l-każ lill-ACER.”;
(13)Fl-Artikolu 6(12), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a) għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tar-riferiment, jew fi żmien erba’ xhur matulhom fil-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew il-punt (c) tal-Artikolu (59)(1) jew il-punt (f) tal-Artikolu 62(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 72(1), il-punt (e), tad-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx; u
(14)L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b’mod partikolari fil-proċess tal-żvilupp tal-linji gwida qafas f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 53 u 54 ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx], u tul il-proċess biex jiġu proposti emendi tal-kodiċijiet tan-network skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 55 ta’ [ir-Regolament tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx], l-ACER għandha tikkonsulta, b’mod estensiv u fi stadju bikri, mal-parteċipanti fis-suq, mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, mal-operaturi tan-networks tal-idroġenu, mal-konsumaturi, mal-utenti finali u, meta rilevanti, mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza rispettiva tagħhom, b’mod miftuħ u trasparenti, b’mod partikolari meta l-kompiti tagħha jkunu jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu”
(15)Fl-Artikolu 15 jiżdiedu l-paragrafi (6) u (7) li ġejjin:
“(6) l-ACER għandha toħroġ studji li jqabblu l-effiċjenza tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-UE skont l-Artikolu 17(2) ta’ [ir-Regolament tal-Gass].”
“(7) l-ACER għandha tippreżenta opinjonijiet li jipprovdu format armonizzat għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni teknika dwar l-aċċess għan-networks tal-idroġenu skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”
(16)L-Artikolu 15(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-bejgħ tal-elettriku u tal-gass naturali bl-ingrossa u bl-imnut, b’mod partikolari l-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali, il-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/944 u fi [id-Direttiva tal-Gass], l-impatt tal-iżviluppi tas-swieq fuq il-klijenti domestiċi, l-aċċess għan-networks inkluż l-aċċess għall-elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier, inkluż l-impatt tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali u l-ostakli għall-fluss transfruntier tal-bijometan, l-ostakli regolatorji għal parteċipanti ġodda fis-suq u atturi iżgħar, inkluż il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, interventi mill-istat li jevitaw li l-prezzijiet jirriflettu l-iskarsezza reali, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2019/943, il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/941.”
(17)Fl-Artikolu 15(2) jiżdied is-subparagrafu 2 li ġej:
“L-ACER, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż l-awtoritajiet regolatorji, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-idroġenu, b’mod partikolari l-impatt tal-iżviluppi tas-suq fuq il-klijenti tal-idroġenu, l-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż l-aċċess għan-network tal-idroġenu prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-progress miksub rigward l-interkonnetturi, u l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier.”
(18)L-Artikolu 15(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ACER għandha tippubblika rapport kull sena dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1. F’dak ir-rapport, din għandha tidentifika kull ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni tal-elettriku, u l-gass naturali il-gass naturali u l-idroġenu.”.”
Artikolu 66
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1227/2011
Ir-Regolament Nru 1227/2011 huwa emendat kif ġej:
(a)Fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(3) u (4),fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 8(5), it-terminu “elettriku jew gass naturali” huwa sostitwit bit-terminu “elettriku, idroġenu jew gass naturali”;
(b)Fl-Artikolu 6(2), it-terminu “swieq tal-elettriku u tal-gass” huwa sostitwit bit-terminu “swieq tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass naturali”.
Artikolu 67
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938
Ir-Regolament (UE) 2017/1938 huwa emendat kif ġej:
(1)Fl-Artikolu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet bil-għan li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni billi jiżguraw il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali u tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju (“gass”), billi jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jibqax f’pożizzjoni li jikkonsenja l-provvisti tal-gass meħtieġa, inkluż miżura ta’ solidarjetà bħala l-aħħar alternattiva, u billi jipprevedi d-definizzjoni u l-attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni rigward l-azzjoni preventiva u r-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista tal-gass.”;
(2)Fl-Artikolu 2 jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:
“(27) “gass” tfisser gass naturali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx];”
(28) “stokk strateġiku” tfisser gass mixtri, ġestit u maħżun mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni esklussivament għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u għall-fini tas-sigurtà tal-provvista. Il-gass maħżun bħala parti minn stokk strateġiku għandu jintbagħat biss meta jkun meħtieġ biex is-sistema tinżamm operattiva f’kundizzjonijiet siguri u affidabbli f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ [id-Direttiva tal-Gass riformulata kif propost f’COM(2021) xxx] jew f’każ ta’ emerġenza dikjarata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’xi mod ieħor ma jkunux jistgħu jinbiegħu fis-swieq tal-bejgħ tal-gass bl-ingrossa;”
(29) “utent tal-ħażna” tfisser klijent jew klijent potenzjali ta’ operatur ta’ sistema tal-ħażna.”
(3)Fl-Artikolu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Ir-referenzi għall-gass naturali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-gass kif definit fil-punt (27).”
(4)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Is-simulazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista tal-gass ta’ emerġenza u għandha wkoll tidentifika liema Stati Membri jistgħu jindirizzaw ir-riskji identifikati, inkluż fir-rigward tal-ħażna u tal-LNG.”
(5)Fil-paragrafu 4, il-punt (e), huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(e) billi jitqiesu r-riskji marbuta mal-kontroll tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass sa fejn dawn jistgħu jinvolvu, fost l-oħrajn, riskji ta’ sottoinvestiment, theddid għad-diversifikazzjoni, użu ħażin ta’ infrastruttura eżistenti, inkluż l-ikkapparrar tal-kapaċitajiet tal-ħażna, jew ksur tad-dritt tal-Unjoni;”
(6)Jiddaħħal l-Artikolu 7a ġdid li ġej:
Artikolu 7a
Miżuri preventivi u ta’ emerġenza
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri preventivi u ta’ emerġenza xierqa. Dawn il-miżuri jridu jqisu r-riżultati tal-aħħar simulazzjoni għall-Unjoni kollha tax-xenarji ta’ interruzzjoni previsti fl-Artikolu 7 u jeħtieġ ikunu xierqa biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali.”
(7)L-Artikoli 8(1) u 9(3) sa 9(10) għandhom jitressqu biex isiru l-Artikolu 7a(2) sa 7a(12).
(8)Jiddaħħlu dawn l-Artikoli 7b, 7c u 7d ġodda li ġejjin:
Artikolu 7b
Użu effiċjenti u konġunt tal-infrastrutturi u tal-ħażna tal-gass
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-livell nazzjonali u reġjonali, għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija b’mod effiċjenti. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-iskambju transfruntier tal-gass u l-aċċess transfruntier għall-ħażna u għal-LNG.
2. Il-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u kull aġġornament sussegwenti għandhom jinkludu analiżi tal-adegwatezza tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħażna disponibbli fir-reġjun, dwar il-funzjonament tal-kapaċitajiet tal-ħażna u l-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, inkluż ir-riskji relatati mal-kontroll tal-infrastruttura tal-ħażna rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi. Din l-analiżi għandha tqabbel ir-rwol tal-ħażniet tal-gass ma’ miżuri alternattivi bħal investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli.
3. Meta r-riżultati ta’ din l-analiżi fil-valutazzjoni tar-riskju komuni jew f’xi aġġornament ta’ din il-valutazzjoni jkunu jindikaw riskju fil-livell reġjonali, li jista’ jkun riskju għal Stat Membru wieħed jew aktar tal-istess grupp ta’ riskju, li ma jistax jiġi indirizzat mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
a) jobbligaw lill-utenti tal-ħażna tal-gass jaħżnu volum minimu ta’ gass f’ħażna taħt l-art,
b) iwettqu sejħiet għall-offerti, irkantar jew mekkaniżmi ekwivalenti li jinċentivaw il-prenotazzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-ħażna li permezz tagħhom jiġu koperti n-nuqqasijiet potenzjali fil-kostijiet,
c) jobbligaw lil operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni jixtri u jimmaniġġja stokkijiet strateġiċi tal-gass,
d) jippermettu l-possibbiltà ta’ integrazzjoni sħiħa tal-ħażniet fin-network tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, meta altrimenti l-ħażna twaqqaf l-operazzjonijiet, u jekk dan il-waqfien fl-operazzjonijiet ikun jixħet f’riskju l-funzjonament sigur u affidabbli tas-sistema ta’ trażmissjoni.
Dawn il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni fil-grupp rilevanti ta’ riskju, b’mod partikolari dwar kif il-miżuri jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju komuni.
4. Il-miżuri adottati skont l-Artikolu 7a u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu meħtieġa, definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli, ma għandhomx joħolqu indebitament tfixkil fil-kompetizzjoni jew fil-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni. Il-miżuri ma għandhomx jimblokkaw jew jillimitaw il-kapaċitajiet transfruntieri allokati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459.
5. Jekk jiġu identifikati riskji reġjonali, l-Istati Membri fil-grupp ta’ riskju rilevanti għandu jkollhom l-għan li jaqblu fil-grupp ta’ riskju reġjonali dwar il-livell immirat ta’ stokkijiet fir-reġjun biex jiżguraw li r-riskju identifikat għas-sigurtà tal-provvista jiġi kopert f’konformità mal-analiżi komuni tar-riskji.
L-Istati Membri fil-grupp ta’ riskju rilevanti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiftiehmu dwar skemi ta’ finanzjament konġunt tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 3 magħżula abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju komuni. L-allokazzjoni tal-kost bejn l-Istati Membri għandha tkun ġusta u bbażata fuq l-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2. Jekk il-miżura tiġi ffinanzjata b’imposta, din l-imposta ma għandhiex tiġi allokata lill-punti ta’ interkonnessjoni transfruntieri. Jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar skemi ta’ finanzjament konġunt, il-Kummissjoni tista’ tadotta gwida legalment mhux vinkolanti dwar l-elementi ewlenin li jridu jiġu inklużi.
6. L-Istati Membri fil-grupp ta’ riskju rilevanti għandhom jiftiehmu dwar proċedura kkoordinata komuni biex jiġi rtirat il-gass maħżun fil-ħażna msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ emerġenza, kif definit fl-Artikolu 11(1). Il-proċedura kkoordinata komuni għandha tinkludi l-proċedura f’każ ta’ rtirar tal-gass bħala parti mill-azzjonijiet ikkoordinati mill-Kummissjoni f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(3).
7. Wara l-konsultazzjoni interna fil-grupp ta’ riskju rilevanti msemmi fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass bl-iskemi konġunti ta’ finanzjament u l-proċeduri ta’ rtirar fil-paragrafi 5 u 6.
8. Il-miżuri li jirriżultaw mill-paragrafu 3 għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet tar-riskju, u meta applikabbli fil-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza, li jikkorrispondu għall-perjodu partikolari.
Artikolu 7c
Valutazzjoni tar-riskju għall-UE kollha
Bħala dispożizzjoni tranżitorja, fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kollha għandhom ilestu l-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali eżistenti, u meta applikabbli l-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza, bl-addendum meħtieġ biex jikkonformaw mal-Artikolu 7b, il-paragrafi 2 sa 6. Dawn il-pjanijiet aġġornati għandhom isiru pubbliċi u jiġu notifikati lill-Kummissjoni skont il-proċedura fl-Artikolu 8(7), u l-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 8(8), li trid titqies mill-awtorità kompetenti kkonċernata skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 8(9).
Artikolu 7d
Akkwist konġunt tal-istokkijiet strateġiċi
1. L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu mekkaniżmu għall-akkwist konġunt ta’ stokkijiet strateġiċi mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni bħala parti mill-miżuri preventivi biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista.
Il-mekkaniżmu għandu jitfassal f’konformità mal-liġi tal-UE u mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u b’mod li l-istokkijiet strateġiċi jkunu jistgħu jintużaw bħala parti mill-azzjonijiet ikkoordinati tal-Kummissjoni f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 12(3).
Il-mekkaniżmu għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-operaturi kollha tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-Unjoni li jixtiequ jissieħbu wara l-istabbiliment tiegħu.
2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jistabbilixxu tali mekkaniżmu lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-volum tal-gass li jrid jinxtara, it-terminu tal-miżura, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni parteċipanti, l-arranġamenti ta’ governanza, il-proċeduri operattivi u l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. Għandha tispeċifika wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji mistennija.
3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar il-konformità tal-mekkaniżmu previst ma’ dan ir-Regolament fi żmien tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar in-notifika li taslilha u, jekk xieraq, lill-ACER. L-Istati Membri parteċipanti għandhom iqisu bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 7e
Rapport dwar il-ħażna u l-akkwist konġunt tal-istokkijiet strateġiċi
Il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport wara tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7b, l-Artikolu 7c u l-Artikolu 7d u dwar l-esperjenza, il-benefiċċji, il-kostijiet, u kwalunkwe ostaklu li wieħed jiltaqa’ miegħu fl-użu tal-possibbiltà tal-akkwist konġunt ta’ stokkijiet strateġiċi.
(9)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
(a) jitħassar il-paragrafu 1;
(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Il-kapitoli reġjonali għandhom jinkludu miżuri transfruntieri xierqa u effettivi, inkluż fir-rigward tal-ħażniet u tal-LNG, soġġetti għal ftehim bejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri mill-istess gruppi ta’ riskju jew minn gruppi ta’ riskju differenti affettwati mill-miżura abbażi tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-valutazzjoni tar-riskju komuni.”;
(10)fil-paragrafu 6, tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Il-proposta għal kooperazzjoni tista’ tinkludi l-parteċipazzjoni volontarja fl-akkwist konġunt ta’ stokkijiet strateġiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 7c.”;
(11)Jiddaħħal l-Artikolu 8a ġdid li ġej:
“Artikolu 8a
Miżuri dwar iċ-ċibersigurtà
1. Meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa relatati maċ-ċibersigurtà.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 19 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għas-settur tal-gass, għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-gass, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
3. Biex tiżviluppa dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), man-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) ma’ għadd limitat ta’ partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin, kif ukoll ma’ entitajiet b’kompetenzi eżistenti fiċ-ċibersigurtà, fil-mandat tagħhom, bħaċ-ċentri ta’ operazzjoni għaċ-ċibersigurtà (SOCs), u l-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRT), kif jissemma fid-Direttiva dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (NIS 2.0)”
(12)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(e) miżuri preventivi oħra mfassla biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(1), bħal dawk relatati mal-ħtieġa li jissaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, biex tkompli tiżdied l-effiċjenza enerġetika, biex ikun evitat l-ikkapparrar tal-kapaċità, biex tonqos id-domanda għall-gass, u l-possibbiltà li jiġu diversifikati r-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista tal-gass u l-użu reġjonali tal-kapaċitajiet eżistenti tal-ħażna u tal-LNG, jekk ikun xieraq, biex tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha sa fejn possibbli;”;
(ii) il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(k)
informazzjoni dwar l-obbligi kollha ta’ servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, inkluż l-obbligi ta’ kapaċità tal-ħażna u l-istokkijiet strateġiċi;”;.
(iii) jiżdied il-punt (i) li ġej:
“(i)
informazzjoni dwar miżuri relatati maċ-ċibersigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 8a.”;
(13)Fl-Artikolu 12(3), jiżdied il-punt (d) li ġej:
“(d) tikkoordina l-azzjonijiet rigward l-akkwist konġunt tal-istokkijiet strateġiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 7c.”;
(14)L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“3. Miżura ta’ solidarjetà għandha tkun l-aħħar alternattiva u għandha tapplika biss jekk l-Istat Membru rikjedenti:
(a) ikun iddikjara stat ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11;
(b) ma jkunx kapaċi jkopri n-nuqqas fil-provvista tal-gass lill-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà minkejja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 11(3);
(c) ikun eżawrixxa l-miżuri kollha bbażati fuq is-suq (“miżuri volontarji”), il-miżuri kollha mhux ibbażati fuq is-suq (“miżuri obbligatorji”) u miżuri oħra li jinsabu fil-pjan ta’ emerġenza tiegħu;
(d) ikun innotifika talba espliċita lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li magħhom huwa konness direttament jew skont il-paragrafu 2 permezz ta’ pajjiż terz, akkumpanjata b’deskrizzjoni tal-miżuri implimentati msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u bl-impenn espliċitu li jitħallas kumpens ġust u fil-pront lill-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà f’konformità mal-paragrafu 8.
4. L-Istati Membri li jirċievu talba għal miżura ta’ solidarjetà għandhom jagħmlu dawn l-offerti abbażi ta’ miżuri volontarji min-naħa tad-domanda sa fejn possibbli u għall-itwal żmien possibbli, qabel ma jirrikorru għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.
Meta l-miżuri bbażati fuq is-suq ma jkunux biżżejjed għall-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà biex jiġi indirizzat id-defiċit fil-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti, l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jista’ jintroduċi miżuri mhux ibbażati fuq is-suq biex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
5. Jekk ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li jista’ jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru rikjedenti, l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kollha li jeħtieġ jipprovdu s-solidarjetà, jistinka għall-aktar offerta vantaġġuża abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass. Jekk l-offerti disponibbli bbażati fuq is-suq ma jkunux biżżejjed biex ikopru d-defiċit fil-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti, l-Istati Membri li jeħtieġ jipprovdu s-solidarjetà għandhom ikunu obbligati jattivaw miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.”
(b) Fil-paragrafu 10, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta tiġi pprovduta miżura ta’ solidarjetà f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-ammont finali tal-kumpens li jkun tħallas mill-Istat Membru rikjedenti għandu jkun soġġett għal kontroll ex post mill-Awtorità Regolatorja u/jew mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Istat Membru providenti, fi żmien tliet xhur mit-tneħħija tal-emerġenza. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi kkonsultat u jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-konklużjoni tal-kontroll ex post. Wara l-konsultazzjoni mal-Istat Membru rikjedenti, l-awtorità li teżerċita dan il-kontroll ex post hija intitolata li titlob rettifika tal-ammont tal-kumpens, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Istat Membru rikjedenti. Il-konklużjonijiet ta’ dan il-kontroll ex post għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, li se tqishom fir-rapport tagħha dwar l-emerġenza skont l-Artikolu 14(3).”;
(c) il-paragrafu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“14. L-applikabbiltà ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi affettwata jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jiftiehmu jew jiffinalizzaw l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji tagħhom. F’sitwazzjoni bħal din, meta tkun meħtieġa miżura ta’ solidarjetà biex tiggarantixxi l-provvista tal-gass lill-klijenti protetti mis-solidarjetà, l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness IX (ġdid) għandhom japplikaw b’mod awtomatiku għat-talba u l-forniment tal-gass rilevanti.”;
(15)Fl-Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Wara emerġenza, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tneħħija tal-emerġenza, valutazzjoni dettaljata tal-emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-emerġenza, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-assistenza pprovduta lill-Unjoni u lill-Istati Membri jew miksuba mingħand l-Unjoni u l-Istati Membri. Meta rilevanti, il-valutazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu fl-Artikolu 13 l-kundizzjonijiet li skonthom jaslu l-provvisti tal-gass neqsin, inkluż il-prezz u l-kumpens finanzjarju mħallas, u – meta rilevanti – ir-raġunijiet għalfejn l-offerti ta’ solidarjetà ma ġewx aċċettati u/jew il-gass ma ġiex fornut. Din il-valutazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-GCG u għandha tiġi riflessa fl-aġġornamenti tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u tal-pjanijiet ta’ emerġenza.”
(16)L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
(a) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 7(5), fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 8a(2) (iċ-ċibersigurtà) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal ħames snin mill-1 ta’ Novembru 2017.”;
(b) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 hija sostitwita b’dan li ġej:
“3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 7(5), fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 8a(2) (iċ-ċibersigurtà) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;
(c) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 6 hija sostitwita b’dan li ġej:
“6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8a(2) (iċ-ċibersigurtà) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jgħaddi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw.”;
(17)L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
(a) fit-Taqsima 5(a), it-tieni subparagrafu, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż “Miżuri għad-diversifikazzjoni tar-rotot tal-gass u s-sorsi tal-provvista,”
“- Miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità,”;
(b) fit-Taqsima 11.3, il-punt (a), it-tieni subparagrafu, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż “Miżuri għad-diversifikazzjoni tar-rotot tal-gass u tas-sorsi tal-provvista,”;
“- Miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità,”;
(18)It-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness IX tar-Regolament (UE) 2017/1938.
🡻 715/2009 (adattat)
Artikolu 6831
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru ⌦ 715/2009 huwa ⌫715/2009 (BĊE/1775/2005) għandu jiġi revokat mit-3 ta’ Marzu 2011. Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 6932
Dħul fis-seħħ
🡻 Rettifika, ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 (adattat)
⇨ new
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ⌦ fl-għoxrin ⌫ jum wara ⌦ dak ⌫tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika ⇨ minn Jannar 2023 ⇦ mit-3 ta’ Marzu 2011.
🡻 715/2009
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
“AĠENZIJI” TAD-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni).
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni).
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Qasam ta’ politika: Enerġija
Attività: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew
1.3.Il-proposta tirrigwarda
X azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-liġi dwar il-Klima stabbilew il-mira biex l-UE issir newtrali għall-klima sal-2050 b’mod li jikkontribwixxi għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi Ewropej. Hu vvalutat li l-mira għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 55 % twassal għal sehem ta’ sorsi rinnovabbli ta’ bejn 38 % u 40 %. Il-fjuwils gassużi se jkomplu jipprovdu sehem importanti mit-taħlita enerġetika sal-2050, li teħtieġ id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass bi tfassil progressiv għas-swieq kompetittivi tal-gass dekarbonizzat. Din l-inizjattiva hija parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. L-inizjattiva tkopri d-disinn tas-suq tal-gassijiet, inkluż l-idroġenu. Filwaqt li waħedha mhix se twettaq id-dekarbonizzazzjoni, din se tneħħi l-ostakli regolatorji eżistenti u toħloq l-kundizzjonijiet sabiex dan iseħħ b’mod kosteffettiv.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
L-objettivi speċifiċi li ġejjin jiffokaw fuq dawk indirizzati bid-dispożizzjonijiet li jeħtieġu riżorsi addizzjonali għall-ACER u d-DĠ Enerġija.
Objettiv speċifiku Nru 1:
Il-ħolqien ta’ qafas regolatorju għal żvilupp ibbażat fuq is-suq tas-settur tal-idroġenu u n-networks tal-idroġenu.
Objettiv speċifiku Nru 2:
It-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċ transfruntier fil-gass naturali, li jqis ir-rwol dejjem akbar tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u aktar drittijiet għall-konsumaturi.
Objettiv speċifiku Nru 3:
L-iżgurar li l-entitajiet pan-Ewropej tal-operaturi tan-networks ikunu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Ir-riżorsi addizzjonali se jippermettu lill-ACER u lid-DĠ Enerġija jwettqu l-kompiti meħtieġa biex jissodisfaw il-mandat tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE skont ir-rekwiżiti ta’ din il-proposta.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Objettiv speċifiku Nru 1:
L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-idroġenu u l-użu konġunt tagħha mill-parteċipanti differenti fis-suq.
Objettiv speċifiku Nru 2:
Il-livell ta’ kummerċ u l-aċċess tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju għas-swieq (eż. il-volumi u n-numru ta’ kummerċjanti, ir-rati ta’ użu tat-terminals tal-LNG u l-volumi riċevuti ta’ dawk il-gassijiet).
Objettiv speċifiku Nru 3:
L-istabbiliment f’waqtu tan-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu u l-inklużjoni fil-ħin tad-DSOs tal-gass naturali fl-entità tal-UE għad-DSO.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-valutazzjoni li ġejja, sa fejn tikkonċerna lill-ACER, tikkunsidra l-istimi tal-ħtiġijiet tar-riżorsi għall-kompiti attwali tal-istudju riċenti mwettaq minn konsulent indipendenti biex tiġi stabbilita l-ħtieġa tar-riżorsi għal kompiti simili iżda addizzjonali, b’aġġustament biex tiġi evitata stima eċċessiva. In-numri ta’ FTE kkwotati għall-kompiti eżistenti huma stimi approssimattivi tal-persunal meħtieġ fl-2023, iżda bi tnaqqis ġenerali ta’ 20 % biex jitqies li l-metodoloġija applikata mill-konsulent kienet soġġetta għal stima eċċessiva kif spjegat fl-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2021)7024 tal-5.10.2021 “dwar l-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-perjodu mill-2022 sal-2024 u dwar is-suffiċjenza tar-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli għall-ACER”. Din l-LFS għalhekk tapplika stima aktar konservattiva tal-persunal meħtieġ minn dik tal-konsulent.
Filwaqt li l-volumi tal-gassijiet naturali fornuti lill-klijenti tal-UE se jonqsu gradwalment, dan mhux se jwassal biex jonqos l-ammont ta’ xogħol li jeżiġu l-kompiti eżistenti tal-ACER sal-futur prevedibbli: Pereżempju, l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network tal-gass naturali tibqa’ għaddejja irrispettivament mill-volumi ttrasportati min-network. Il-kumplessità saħansitra se tiżdied minħabba r-rwol dejjem akbar tat-taħlit tal-gassijiet b’livell baxx tal-karbonju. Barra minn hekk, b’network u suq tal-idroġenu pur, ir-regolazzjoni ta’ settur ġdid se tiżdied mal-lista ta’ kompiti tal-ACER.
Objettiv speċifiku Nru 1:
Il-ħolqien ta’ qafas regolatorju għal żvilupp ibbażat fuq is-suq tas-settur tal-idroġenu u n-networks tal-idroġenu
-
Fil-każ tal-elettriku u l-gass naturali, l-iżvilupp ta’ settur tal-idroġenu ibbażat fuq is-suq jeħtieġ aktar regoli dettaljati fil-forma ta’ kodiċijiet tan-network jew linji gwida. Il-proposta tinkludi disa’ setgħat mogħtija biex jiġu adottati kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda relatati mal-idroġenu fil-forma ta’ Regolamenti tal-Kummissjoni.
Bħalissa hemm sitt kodiċijiet tan-network jew linji gwida li ġew adottati bħala Regolamenti tal-Kummissjoni skont ir-Regolament dwar il-Gass (KE) Nru 715/2009 jew inklużi bħala annessi ta’ dan ir-Regolament. Il-konsulent stima li l-ACER teħtieġ seba’ FTE biex timplimentahom. L-esperjenza miksuba fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network tal-gass naturali u l-linji gwida jistgħu jintużaw fl-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network jew linji gwida simili għall-idroġenu (eż. l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-interoperabbiltà).
Għalhekk, huwa stmat li huma meħtieġa ħames FTE għall-iżvilupp u mbagħad għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida ġodda relatati mal-idroġenu. Minħabba l-iżvilupp gradwali tas-settur tal-idroġenu, l-FTE addizzjonali għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali: FTE wieħed fis-sena mill-2023 ’il quddiem.
-
L-ACER għandha tieħu deċiżjonijiet ukoll rigward id-distribuzzjoni tal-kostijiet għall-infrastruttura transfruntiera ġdida tal-idroġenu u għas-soluzzjonijiet li jneħħu r-restrizzjonijiet minħabba l-kwalità differenti tal-idroġenu jew ta’ gassijiet oħra. Il-konsulent stima li għal deċiżjoni tal-ACER dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntieri skont ir-Regolament TEN-E 347/2013, f’każ li l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, ikunu meħtieġa madwar tliet FTE għal sitt xhur u f’każ li deċiżjoni tiġi appellata, ikunu meħtieġa aktar riżorsi umani. Jekk wieħed jassumi li se tittieħed deċiżjoni kull sentejn, ikun meħtieġ FTE (1) wieħed addizzjonali fi żmien meta, bl-importanza dejjem akbar tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħra għajr il-gass naturali, aktarx se tiġi skattata s-setgħa ta’ din id-deċiżjoni (jiġifieri fl-2026),
-
Ir-raba’ volum (maġenb l-elettriku bl-ingrossa, il-gass naturali bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut/il-konsumaturi) dwar l-idroġenu għandu jiżdied mar-Rapport dwar il-Monitoraġġ tas-Suq tal-ACER, li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tas-suq tal-ACER. Attwalment hemm 7-8 FTE li qed jaħdmu fuq dawk it-tliet volumi eżistenti. Peress li l-idroġenu se jkun qasam ġdid għall-ACER li għalih jeħtieġ jiġi stabbilit taħriġ intern, huwa stmat li huwa meħtieġ FTE wieħed addizzjonali mid-dħul fis-seħħ tal-proposti u FTE ieħor ladarba s-settur tal-idroġenu mistenni jibda jiżviluppa f’suq pan-Ewropew (jiġifieri madwar l-2027).
-
Minħabba l-importanza dejjem akbar tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħra għajr il-gass fossili, jeħtieġ li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-REMIT. Dan se jeħtieġ ħames FTE addizzjonali b’kollox, tnejn mill-2024 ’il quddiem u tliet FTE addizzjonali ladarba jibda jiżviluppa suq tal-idroġenu, jiġifieri mill-2027 ’il quddiem. Dawk il-ħames FTE se jkunu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta’ drittijiet.
Objettiv speċifiku Nru 2:
It-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċ transfruntier tal-gass naturali, filwaqt li jitqies ir-rwol dejjem akbar tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u aktar drittijiet għall-konsumaturi
-
Huwa ppjanat Regolament ġdid tal-Kummissjoni dwar iċ-ċibersigurtà, ekwivalenti għal dak tas-settur tal-elettriku. F’konformità mal-esperjenza li teħtieġ l-ACER, bħala medja, FTE wieħed għal kull kodiċi tan-network jew linja gwida, hu meħtieġ FTE addizzjonali wieħed għaċ-ċibersigurtà mid-dħul fis-seħħ tal-proposta.
-
Għandha tiġi introdotta dispożizzjoni ġdida li teżiġi li l-operaturi jkollhom bażijiet ta’ assi regolati separati għan-networks tal-gass naturali, tal-idroġenu u/jew tal-elettriku biex jiġi evitat is-sussidju inkroċjat. L-ACER se jkollha l-kompitu li toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tan-networks u lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-assi u l-kalkolu tal-imposti għall-utenti tan-network u taġġornahom kull sentejn. L-ACER se jkollha l-kompitu wkoll li kull erba’ snin tippubblika studju li jqabbel l-effiċjenza tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-UE. Għar-rapport eżistenti dwar l-aħjar prattika dwar it-tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni skont l-Artikolu 18(9) tar-Regolament dwar l-Elettriku 2019/943, il-konsulent stima 0.4 FTE fis-sena, ftit aktar minn dik tar-rapport eżistenti dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni tal-gass. Rigward dan ir-rapport tal-aħħar, il-proposta tnaqqas il-frekwenza minn darba fis-sena, fil-prinċipju, għal darba kull sentejn. Bħala konsegwenza, 0.5 FTE addizzjonali mill-2024 ’il quddiem għandu jkun biżżejjed biex ikopri ż-żewġ kompiti ta’ rapportar il-ġodda.
-
Abbażi tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva riformulata dwar l-Elettriku (UE) 2019/944, din il-proposta se ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet għall-konsumaturi tal-gass ukoll. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jitqabblu mal-kapaċità tal-ACER li timmonitorja d-drittijiet tal-konsumatur u s-swieq bl-imnut u għalhekk it-tim tal-ACER li jaħdem fuq ir-Rapport dwar il-Monitoraġġ tas-Suq tagħha għandu jissaħħaħ b’0.5 FTE minn meta d-dispożizzjonijiet jeħtieġ jiġu trasposti mill-Istati Membri ’l quddiem (jiġifieri mill-2024).
Objettiv speċifiku Nru 3:
L-iżgurar li l-entitajiet pan-Ewropej tal-operaturi ta’ network jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE
-
Il-proposta ttejjeb s-sorveljanza tal-ENTSO-G (abbażi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ENTSO-E), testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-entità tal-UE għad-DSO għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali u toħloq Network Ewropew ġdid tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu.
L-istabbiliment tan-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu u l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-entità tal-UE għad-DSO toħloq ammont ta’ xogħol eċċessiv għall-ACER fl-ewwel sena mid-dħul fis-seħħ tal-proposta u mbagħad iridu jitwettqu l-kompiti regolari ta’ monitoraġġ u rarament xi azzjonijiet ta’ infurzar possibbli. Għandu jkun biżżejjed FTE wieħed li wara l-ewwel sena, jibda jaħdem ukoll fuq il-kompitu ta’ monitoraġġ ewlieni fin-Network Ewropew il-ġdid tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu: il-valutazzjoni tal-pjan il-ġdid tal-iżvilupp tan-networks għall-Unjoni kollha.
Dawk l-FTE addizzjonali kif deskritt hawn fuq ma jinkludux il-persunal ġenerali. L-applikazzjoni ta’ proporzjon ġenerali ta’ madwar 25 % (inqas minn dak attwali) tfisser li jkunu meħtieġa ħames FTE addizzjonali. L-Opinjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar id-Dokumenti ta’ Programmazzjoni tal-ACER qajmu dubju dwar il-fatt li l-pjan ta’ stabbiliment tal-ACER ma jinkludix id-dispożizzjonijiet għall-persunal li jwettaq il-kompiti klerikali jew segretarjali u l-ACER fil-fatt tiddependi fuq il-persunal interim għal tali kompiti. Dawk l-FTE ġenerali għalhekk għandhom ikunu AST/SCs biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni, mingħajr piż addizzjonali fuq il-baġit tal-UE, peress li dawn jissostitwixxu l-persunal interim.
Mit-total ta’ 21 FTE, sa 7 jkunu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta’ drittijiet (2 ADs temporanji, 3 aġenti kuntrattwali FG IV u 2 AST/SCs temporanji bħala appoġġ segretarjali għall-kapijiet taż-żewġ dipartimenti tar-REMIT).
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-korpi tal-UE se tkun fi ħdan l-ACER, settur tal-idroġenu li progressivament se jiżviluppa f’suq pan-Ewropew, filwaqt li l-ammont ta’ xogħol għad-DĠ Enerġija se jiżdied ukoll bil-kumplessità akbar tan-network u tas-suq tal-gass naturali minħabba l-provvista dejjem akbar ta’ gassijiet oħra għajr il-gass fossili. Stima konservattiva hija li huwa meħtieġ FTE addizzjonali wieħed biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet msaħħa għall-protezzjoni tal-konsumatur. Fuq l-aspett bl-ingrossa, attwalment tmien FTE jaħdmu fuq is-swieq fil-gassijiet (inkluż l-ippjanar tan-network u l-kwalità tal-gass). Iż-żieda tar-regoli relatati mal-idroġenu u l-kumplessità dejjem akbar tas-settur għall-gass naturali teħtieġ il-multiplikazzjoni tal-forza tax-xogħol b’fattur ta’ 1.5, jiġifieri erba’ FTE addizzjonali, mifruxa matul is-snin li ġejjin f’konformità mal-iżvilupp tas-settur tal-idroġenu u s-sehem mis-suq dejjem akbar ta’ gassijiet oħra għajr il-gass fossili.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Attwalment, ma hemmx regoli fil-livell tal-UE li jirregolaw in-networks jew is-swieq iddedikati għall-idroġenu. Fid-dawl tal-isforzi attwali fil-livell tal-UE u dawk nazzjonali biex jiġi promoss l-użu tal-idroġenu rinnovabbli bħala sostituzzjoni għall-fjuwils fossili, l-Istati Membri jkollhom inċentiva biex jadottaw ir-regoli dwar it-trasport tal-infrastruttura ddedikata għall-idroġenu fil-livell nazzjonali. Dan joħloq ir-riskju ta’ xenarju regolatorju frammentat madwar l-UE, li jista’ jxekkel l-integrazzjoni tan-networks u s-swieq nazzjonali tal-idroġenu, u b’hekk jipprevjeni jew jiskoraġġixxi l-kummerċ transfruntier tal-idroġenu.
L-armonizzazzjoni tar-regoli għall-infrastruttura tal-idroġenu fi stadju aktar tard (jiġifieri wara li tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali) twassal għal żieda fil-piżijiet amministrattivi għall-Istati Membri u kostijiet regolatorji ogħla u aktar inċertezza għall-kumpaniji, speċjalment fir-rigward tal-investiment ta’ terminu twil fil-produzzjoni tal-idroġenu u l-infrastruttura tat-trasport.
Il-ħolqien ta’ qafas regolatorju fil-livell tal-UE għan-networks u s-swieq iddedikati għall-idroġenu jrawwem l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tas-swieq u n-networks nazzjonali tal-idroġenu. Ir-regoli fil-livell tal-UE dwar l-ippjanar, il-finanzjament u l-operazzjoni ta’ tali networks iddedikati għall-idroġenu joħolqu predittività fuq terminu twil għall-investituri potenzjali f’din it-tip ta’ infrastruttura fuq terminu twil, b’mod partikolari għall-interkonnessjonijiet transfruntiera (li nkella jistgħu jkunu soġġetti għal liġijiet nazzjonali potenzjalment diverġenti).
Fil-każ tal-bijometan, mingħajr inizjattiva fil-livell tal-UE, huwa probabbli li sal-2030 tkun għadha teżisti frammentazzjoni regolatorja fir-rigward tal-aċċess għas-swieq tal-operaturi, l-obbligi tal-konnessjoni u l-miżuri ta’ koordinazzjoni bejn it-TSO u d-DSO. Bl-istess mod, mingħajr ftit armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, il-produtturi tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju se jkunu qed jiffaċċjaw konnessjonijiet u kostijiet ta’ injezzjoni differenti ħafna madwar l-UE, li se jirriżultaw f’kundizzjonijiet mhux ekwivalenti.
Mingħajr aktar leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE, l-Istati Membri jkomplu japplikaw standards tal-kwalità tal-gass u regoli differenti dwar il-livelli ta’ taħlit tal-idroġenu, u b’hekk ikun hemm ir-riskju ta’ restrizzjonijiet fuq il-fluss transfruntier u s-segmentazzjoni tas-suq. L-istandards tal-kwalità tal-gass ikomplu jiġu definiti l-aktar bil-parametri tal-kwalità tal-gass naturali, li jillimita l-integrazzjoni tal-gassijiet rinnovabbli fin-network.
Dawn l-aspetti kollha aktarx inaqqsu l-kummerċ transfruntier tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju li jistgħu jiġu kkumpensati b’aktar importazzjonijiet tal-gass naturali. L-użu tat-terminals u l-importazzjonijiet tal-LNG jista’ jibqa’ ristrett għall-gass naturali, minkejja li ma jkun meħtieġ l-ebda adattament tat-terminals tal-LNG f’każ li l-bijometan kompetittiv jew il-metan sintetiku minn sorsi mhux tal-UE jkunu disponibbli.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-esperjenza tal-proposti leġiżlattivi preċedenti wriet li l-ħtiġijiet tal-persunal tal-ACER faċilment jiġu sottovalutati. Dan huwa speċjalment il-każ jekk il-leġiżlazzjoni tkun tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ regoli tekniċi aktar dettaljati bħall-kodiċijiet u l-linji gwida tan-network skont ir-Regolament dwar l-Elettriku (UE) 2019/943. Sabiex tiġi evitata repetizzjoni tal-esperjenza tat-tielet pakkett tas-suq intern tal-2009, fejn is-sottovalutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal irriżultat f’nuqqas ta’ persunal strutturali (li ġie solvut b’mod komprensiv biss bil-baġit tal-UE għall-2022), għal din il-proposta l-ħtiġijiet tal-persunal huma stmati għal diversi snin fil-futur u jieħdu kont tal-iżviluppi futuri l-aktar probabbli bħall-użu tas-setgħat.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Din l-inizjattiva hija inkluża fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 (COM(2020) 690 final) bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” u se tikkontribwixxi għall-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990 kif stabbilit bir-Regolament dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima u meta mqabbla mal-objettiv tal-UE li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
L-FTE huma meħtieġa għal kompiti ġodda filwaqt li l-kompiti eżistenti mhux se jonqsu fil-futur prevedibbli: se jiġi żviluppat settur tal-idroġenu b’mod parallel għall-użu kontinwu tas-sistema tal-gass naturali, b’din tal-aħħar issir saħansitra aktar kumplessa minħabba l-użu dejjem akbar ta’ sorsi oħra ta’ metan għajr il-gass fossili. Għalhekk, ir-riallokazzjoni ma ssolvix il-ħtiġijiet ta’ persunal addizzjonali.
Sa fejn legalment possibbli, l-FTE addizzjonali se jiġu ffinanzjati mill-iskema tat-tariffi eżistenti għall-kompiti tal-ACER skont ir-REMIT.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻
Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS
X durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’
–◻
aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
X lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Skont ir-regolament finanzjarju tagħha, l-ACER għandha tipprovdi, fil-kuntest tad-Dokument ta’ Programmazzjoni tagħha, Programm ta’ Ħidma annwali li jinkludi d-dettalji dwar ir-riżorsi, kemm finanzjarji kif ukoll umani, għal kull waħda mill-attivitajiet imwettqa.
L-ACER tirrapporta kull xahar lid-DĠ ENER dwar l-eżekuzzjoni baġitarja, inkluż l-impenji, u l-pagamenti skont it-titolu, u r-rati tal-postijiet tax-xogħol vakanti skont it-tip ta’ persunal.
Barra minn hekk, id-DĠ ENER huwa direttament irrappreżentat fil-korpi ta’ governanza tal-ACER. Permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Bord Amministrattiv, id-DĠ ENER se jiġi infurmat dwar l-użu tal-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu matul is-sena.
Fl-aħħar nett, f’konformità wkoll mar-regoli finanzjarji, l-ACER hija soġġetta għar-rekwiżiti annwali għar-rapportar dwar l-attivitajiet u l-użu tar-riżorsi permezz tal-Bord Amministrattiv u r-Rapport Annwali tal-Attività tagħha.
Il-kompiti direttament implimentati mid-DĠ ENER se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ ENER.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Peress li l-ACER se jkollha tiżviluppa għarfien espert ġdid, l-aktar mod kosteffettiv għaldaqstant huwa li talloka l-kompiti l-ġodda skont din il-proposta lil aġenzija eżistenti li diġà taħdem fuq kompiti simili.
Id-DĠ ENER stabbilixxa strateġija ta’ kontroll għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-ACER, bħala parti mill-Qafas ta’ Kontroll Intern għall-2017 tal-Kummissjoni. L-ACER irrevediet u adottat il-Qafas ta’ Kontroll Intern proprju tagħha f’Diċembru 2018.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji ewlenin huma stimi żbaljati fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol maħluq b’din il-proposta, minħabba li għandha l-għan li tipprovdi qafas regolatorju ta’ faċilitazzjoni ex ante, mhux ex post wara l-istabbiliment tal-approċċi nazzjonali u l-inklużjoni ta’ atturi ġodda u fjuwils ġodda (l-idroġenu u “gassijiet alternattivi” oħra) fis-settur tal-enerġija. Dan ir-riskju jeħtieġ li jiġi aċċettat, peress li kif muri mill-esperjenza, jekk il-ħtiġijiet tar-riżorsi addizzjonali ma jiġux inklużi fil-proposta inizjali, ikun diffiċli ħafna li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata aktar tard.
Il-fatt li l-proposta tinkludi diversi kompiti ġodda jtaffi dan ir-riskju, peress li filwaqt li l-ammont ta’ xogħol li jeżiġu wħud mill-kompiti futuri jista’ jiġi sottovalutat, oħrajn jistgħu jiġu sopravalutati, u dan jipprovdi ambitu għal riallokazzjoni futura possibbli.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
L-allokazzjoni ta’ kompiti addizzjonali għall-mandat eżistenti tal-ACER mhux mistenni jiġġenera kontrolli addizzjonali speċifiċi fl-ACER, u għalhekk il-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll fuq il-valur tal-fondi ġestiti jibqa’ mhux mimsus.
Bl-istess mod, il-kompiti assenjati għad-DĠ ENER mhux se jirriżultaw f’kontrolli jew tibdil addizzjonali fil-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
L-ACER tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni.
F’Marzu 2019, l-ACER adottat Strateġija Kontra l-Frodi, li tħassar id-Deċiżjoni 13/2014 tal-Bord Amministrattiv tal-ACER. L-istrateġija l-ġdida, mifruxa fuq perjodu ta’ tliet snin, hija bbażata fuq l-elementi li ġejjin: valutazzjoni tar-riskju annwali, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, ir-regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-politika u l-proċedura għall-ġestjoni ta’ funzjonijiet sensittivi, u miżuri relatati mal-etika u l-integrità.
Id-DĠ ENER adotta wkoll Strateġija Kontra l-Frodi (AFS) riveduta fl-2020. L-AFS tal-ENER hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi u twettqet valutazzjoni tar-riskju speċifika internament biex tidentifika l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ ENER li tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi.
Kemm ir-Regolament tal-ACER kif ukoll id-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu mis-servizz tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard irrakkomandati mill-OLAF.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff/Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
02
|
02 10 06 u 02 03 02
|
Diff./
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
2
|
Investimenti Strateġiċi Ewropej — Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
|
ACER
|
|
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Titolu 1:
|
Impenji
|
(1)
|
0.690
|
0.994
|
1.380
|
1.614
|
1.918
|
6.596
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0.690
|
0.994
|
1.380
|
1.614
|
1.918
|
6.596
|
Titolu 2:
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
Titolu 3:
|
Impenji
|
(3a)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(3b)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-ACER
|
Impenji
|
=1+1a +3a
|
0.690
|
0.994
|
1.380
|
1.614
|
1.918
|
6.596
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3b
|
0.690
|
0.994
|
1.380
|
1.614
|
1.918
|
6.596
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
DĠ: ENER
|
|
• Riżorsi Umani
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
0.760
|
1.976
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ ENER
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
0.760
|
1.976
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.842
|
1.298
|
1.684
|
2.070
|
2.678
|
8.572
|
|
Pagamenti
|
0.842
|
1.298
|
1.684
|
2.070
|
2.678
|
8.572
|
3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-ACER
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ACER
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)
|
0,456
|
0,760
|
0,912
|
1,064
|
1,216
|
4.408
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)
|
|
|
|
|
|
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST/SC)
|
0.152
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
1.368
|
Persunal bil-kuntratt
|
0.082
|
0.082
|
0.164
|
0.246
|
0.246
|
0.820
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0.690
|
0.994
|
1.380
|
1.614
|
1.918
|
6.596
|
Rekwiżiti tal-persunal (FTE):
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)
|
3
|
6
|
7
|
8
|
10
|
10
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)
|
|
|
|
|
|
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST/SC)
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
5
|
Persunal kuntrattwali (FG IV)
|
1
|
2
|
3
|
3
|
6
|
6
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
Li huma ffinanzjati mill-kontribuzzjoni tal-UE:
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)
|
3
|
5
|
6
|
7
|
8
|
8
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)
|
|
|
|
|
|
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST/SC)
|
1
|
1
|
2
|
2
|
3
|
3
|
Persunal kuntrattwali (FG IV)
|
1
|
1
|
2
|
3
|
3
|
3
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
Id-data tar-reklutaġġ ippjanata għall-FTE hija l-1 ta’ Jannar tas-sena rispettiva.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena
2027
|
·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
|
|
20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
1
|
2
|
2
|
3
|
5
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
|
|
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
Linja/i baġitarja/i (speċifika)
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
1
|
2
|
2
|
3
|
5
|
Dawn huma kompiti ġodda, li għalihom għad ma hemmx persunal assenjat fi ħdan id-DĠ ENER. Ir-riżorsi umani meħtieġa jistgħu jiġu koperti mill-persunal li jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–X
Il-proposta/l-inizjattiva se teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–L-inizjattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %” ma ġewx ikkunsidrati fil-kalkolu tal-intestaturi tal-QFP. Peress li din l-inizjattiva speċifika hi ġdida, se tkun teħtieġ ir-riprogrammazzjoni kemm għal-linja tal-kontribuzzjoni għall-ACER kif ukoll għal-linja li se tappoġġa x-xogħol addizzjonali fi ħdan id-DĠ ENER. Sal-punt li l-impatt baġitarju tar-riżorsi umani addizzjonali għall-ACER ma jkunx jista’ jintlaħaq mit-tariffi jew mill-kontribuzzjoni attwali tal-UE, dan se jkun kopert b’riallokazzjoni minn linji baġitarji oħra ġestiti mid-DĠ ENER fir-rigward tal-FTE addizzjonali mhux iffinanzjati permezz ta’ drittijiet, b’mod partikolari mil-linja baġitarja tal-Programm tal-Enerġija CEF (02 03 02), madankollu mingħajr ma jinħoloq preċedent għall-użu tal-fondi tas-CEF.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
– ◻ indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.
ANNESS
tad-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Isem il-proposta/l-inizjattiva:
Regolament dwar il-Gass (inkl. emendi għar-Regolament tal-ACER)
1. L-GĦADD U L-KOST TAR-RIŻORSI UMANI MEQJUSA NEĊESSARJI
2. IL-KOST TA’ NEFQA AMMINISTRATTIVA OĦRA
3. KOSTIJIET AMMINISTRATTIVI TOTALI
4. IL-METODI tal-KALKOLU UŻATI għall-ISTIMI tal-KOSTIJIET
4.1 Riżorsi umani
4.2 Nefqa amministrattiva oħra
Dan l-anness irid jinhemeż mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva meta titnieda l-konsultazzjoni bejn is-servizzi.
It-tabelli tad-data jintużaw bħala sors għat-tabelli inklużi fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. Dawn huma strettament għall-użu intern fil-Kummissjoni.
1.
Il-kost tar-riżorsi umani meqjusa neċessarji
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 - Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ rappreżentanza
|
AD
|
1
|
0.152
|
2
|
0.304
|
2
|
0.304
|
3
|
0.456
|
5
|
0.760
|
|
|
|
|
|
|
|
AST
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 - Delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
AD
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AST
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern
|
20 02 01 u 20 02 02 – Persunal estern – Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ rappreżentanza
|
AC
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
END
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
INT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 – Persunal estern - Delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
AC
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AL
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
END
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
INT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JPD
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra relatati mar-riżorsi umani (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-HR – INTESTATURA 7
|
|
1
|
0.152
|
2
|
0.304
|
2
|
0.304
|
3
|
0.456
|
5
|
0.760
|
|
|
|
|
|
|
Dawn huma kompiti ġodda li għalihom għad ma hemmx persunal assenjat fi ħdan id-DĠ ENER. Ir-riżorsi umani meħtieġa jistgħu jiġu koperti mill-persunal li jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
FTE
|
Approprjazzjonijiet
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
01 01 01 01 Riċerka Indiretta
01 01 01 11 Riċerka Diretta
Oħrajn (speċifika)
|
AD
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AST
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern
|
Persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
AC
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
END
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
INT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
AC
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AL
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
END
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
INT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JPD
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 Riċerka Indiretta
01 01 01 12 Riċerka Diretta
Oħrajn (speċifika)
|
AC
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
END
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
INT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra relatati mal-HR (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-HR – Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total tal-HR (l-Intestaturi kollha tal-QFP)
|
|
1
|
0.152
|
2
|
0.304
|
2
|
0.304
|
3
|
0.456
|
5
|
0.760
|
|
|
|
|
|
|
Dawn huma kompiti ġodda li għalihom għad ma hemmx persunal assenjat fi ħdan id-DĠ ENER. Ir-riżorsi umani meħtieġa jistgħu jiġu koperti mill-persunal li jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
2.
Il-kost ta’ nefqa amministrattiva oħra
XIl-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi
◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Sena N+4
|
Sena N+5
|
Sena N+7
|
Total
|
Fil-kwartieri ġenerali jew fit-territorju tal-UE:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 06 01 - Spejjeż tal-missjonijiet u tar-rappreżentanzi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 06 02 - Kostijiet tal-konferenzi u tal-laqgħat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 06 03 - Kumitati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 06 04 Studji u konsultazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 04 – Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun neċessarju)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 07 01 - Spejjeż tal-missjonijiet, tal-konferenzi u tar-rappreżentanzi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 07 02 - Taħriġ ulterjuri tal-persunal
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 03 05 – Infrastruttura u loġistika
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun neċessarju)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal ta’ Oħrajn - INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Sena N+4
|
Sena N+5
|
Sena N+7
|
Total
|
Nefqa fuq assistenza teknika u amministrattiva (ma tinkludix il-persunal estern) minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji “BA”):
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra ta’ tmexxija għar-riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa politika tal-IT fuq programmi operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa korporattiva tal-IT fuq programmi operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun neċessarju)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal ta’ Oħrajn – Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta’ Nefqa amministrattiva oħra (l-Intestaturi kollha tal-QFP)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.
Kostijiet amministrattivi totali (l-Intestaturi kollha tal-QFP)
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Sommarju
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
Intestatura 7 - Riżorsi Umani
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
0.760
|
|
|
|
Intestatura 7 – Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal ta’ Intestatura 7
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
0.760
|
|
|
|
Barra mill-Intestatura 7 – Riżorsi Umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-Intestatura 7 – Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal ta’ Intestaturi Oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
INTESTATURA 7 u Barra mill-INTESTATURA 7
|
0.152
|
0.304
|
0.304
|
0.456
|
0.760
|
|
|
|
Dawn huma kompiti ġodda għalkollox. L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa jistgħu jiġu koperti mill-baġit li jista’ jiġi riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
4.
4.
Il-metodi tal-kalkolu użati għall-istimi tal-kostijiet
4.1
Riżorsi umani
Din il-parti tistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li ntuża sabiex jiġu stmati r-riżorsi umani meqjusa neċessarji (suppożizzjonijiet tal-ammont ta’ xogħol, inkluż il-karigi speċifiċi (il-profili tax-xogħol tas-Sysper 2), il-kategoriji tal-persunal u l-kostijiet medji korrispondenti)
INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Nota: Il-kostijiet medji għal kull kategorija tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali jinsabu fuq BudgWeb:
https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/pre/legalbasis/Pages/pre-040-020_preparation.aspx
|
• Uffiċjali u persunal temporanju
Mill-pożizzjonijiet ta’ AD 1 sa 5 biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tar-Regolament:
- Sorveljanza u koordinazzjoni mal-ACER
- L-iżvilupp ta’ qafas regolatorju għall-iżvilupp ibbażat fuq is-suq tas-settur tal-idroġenu u n-networks tal-idroġenu
- L-iżvilupp tal-qafas legali meħtieġ għat-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċ transfruntier tal-gass, filwaqt li jitqies ir-rwol dejjem akbar tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, u aktar drittijiet għall-konsumaturi
- L-iżgurar li l-entitajiet pan-Ewropej tal-operaturi ta’ network jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE
Il-kostijiet medji jiġu min-nota Ares(2020)7207955.
|
• Persunal estern
|
Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
• Pożizzjonijiet iffinanzjati biss mill-baġit tar-riċerka
|
• Persunal estern
|
4.2
Nefqa amministrattiva oħra
Agħti dettalji fuq il-metodu tal-kalkolu użat għal kull linja baġitarja
u partikolarment is-suppożizzjonijiet sottostanti (eż. l-għadd ta’ laqgħat kull sena, il-kostijiet medji, eċċ.)
INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|