EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0054

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

COM/2021/54 final

Brussell, 12.2.2021

COM(2021) 54 final

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

   Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-Eurostat ilu jikkompila l-istatistika agrikola Ewropea dwar l-agrikoltura tal-UE għal deċennji. Illum din tkopri l-aspetti li ġejjin: l-istruttura tal-azjendi agrikoli, il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura, il-produzzjoni tal-annimali u tal-pjanti, il-biedja organika, il-prezzijiet tal-azjendi agrikoli, il-pestiċidi, in-nutrijenti, u aspetti agroambjentali oħra. L-għan ewlieni huwa li jiġu mmonitorjati u evalwati l-Politika Agrikola Komuni (PAK) u politiki importanti oħrajn tal-UE, u li jiġi appoġġat it-tfassil tal-politika.

Dan il-ġbir ta’ data ġie evalwat fl-2016 1 u nstab li kien jeħtieġ aġġornament biex jitqiesu l-bidliet fl-agrikoltura, fil-PAK u f’politiki oħrajn relatati tal-UE. L-“Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn” 2 hija programm ewlieni għall-immodernizzar tal-istatistika agrikola tal-Unjoni Ewropea mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-istrateġija hija appoġġata mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u hija parti mill-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), li l-għan tagħha huwa li tissimplifika u li ttejjeb is-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola (EASS). L-istrateġija ssegwi wkoll rakkomandazzjonijiet internazzjonali bħal-linji gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima dwar ir-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u l-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU, u l-istrateġija timplimenta wkoll l-Istrateġija Globali tan-NU għat-titjib tal-istatistika agrikola u rurali.

Mil-lat ekonomiku, l-agrikoltura hija settur relattivament żgħir, iżda tkopri kważi nofs l-erja tal-art tal-UE u tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-ikel tagħha, u tiżgura kemm is-sikurezza alimentari kif ukoll is-sigurtà alimentari. Din għandha impatt kbir fuq it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u ħafna komunitajiet rurali jiddependu fuq l-agrikoltura. L-UE teħtieġ l-aktar informazzjoni preċiża f’dan il-qasam biex tfassal politiki li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropea u talloka l-baġit sostanzjali tal-PAK u l-miżuri relatati bl-aktar mod effiċjenti u effettiv f’diversi dimensjonijiet. Barra minn hekk, l-agrikoltura hija fil-qalba tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 , b’mod partikolari l-“Istrateġija mill-għalqa sal-platt” tiegħu.

Il-prestazzjoni tas-settur agrikolu kollu kemm hu tista’ tiġi vvalutata billi l-informazzjoni dwar il-volum u l-bidliet fil-prezzijiet għall-prodotti u s-servizzi agrikoli tinġieb taħt l-umbrella ta’ struttura ta’ kontabbiltà. Għal dan il-għan, il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (EEA) jipprovdu sett ta’ data komparabbli li toffri informazzjoni importanti fil-livell makroekonomiku lill-utenti ewlenin, b’mod partikolari lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI).

Bħala kont satellita tas-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA 2010), il-EEA isegwu mill-qrib ħafna l-metodoloġija għall-kontijiet nazzjonali. Madankollu, il-kompilazzjoni tagħhom teħtieġ il-formulazzjoni ta’ regoli u metodi xierqa. Skont il-metodoloġija attwali, l-Istati Membri ilhom jipprovdu lill-Eurostat b’kontijiet ekonomiċi nazzjonali u reġjonali għall-agrikoltura sa mis-sena 2000. Fl-2004, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità 4 daħal fis-seħħ u fformalizza l-parti tal-kontijiet ekonomiċi fil-livell nazzjonali; minn dak iż-żmien ’l hawn ġie emendat sitt darbiet. Madankollu, il-kontijiet fil-livell reġjonali ma ġewx inklużi fir-Regolament iżda komplew jiġu trażmessi b’mod regolari minn kważi l-Istati Membri kollha bi ftehim bejn ġentlomi. Dan huwa subottimali, peress li l-istatistika koperta mill-ftehim bejn ġentlomi mhijiex formalment parti mill-EEA, u ma hemm l-ebda obbligu vinkolanti jew garanzija ta’ konsenja. Għalhekk, peress li l-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura huma statistika matura li hija importanti, dawn jenħtieġ li jiġu formalizzati billi jiġu inklużi fir-Regolament dwar il-EEA. Dan huwa l-uniku mod kif tiġi żgurata l-kwalità tagħhom. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri identifikat din il-kwistjoni fir-Rapport Speċjali tagħha SR 01/2016 5 , li jirrakkomanda l-formalizzazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura. Il-Kummissjoni aċċettat din is-sejba.

Fl-istess Rapport Speċjali SR 01/2016, ġie identifikat ukoll nuqqas ta’ rapportar dwar il-kwalità tal-EEA. Il-Eurostat ilu jimplimenta din ir-rakkomandazzjoni sa mill-2016, u r-rapporti dwar il-kwalità tal-EEA ilhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri tal-UE (bi ftit eċċezzjonijiet) sa mill-2019 b’referenza għar-rekwiżiti tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 6 . Madankollu, l-Artikolu 12 jipprevedi l-inklużjoni speċifika tar-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-kwalità fil-leġiżlazzjoni settorjali, li tippermetti li l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti dwar il-kwalità jiġu definiti, flimkien mal-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data. Fil-preżent, l-arranġamenti preċiżi tar-rapportar dwar il-kwalità huma biss informali u għalhekk jenħtieġ li jiġu formalizzati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Fl-aħħar nett, għall-EEA, l-Istati Membri jittrażmettu, għal data fil-livell nazzjonali, l-ewwel data stmata (skadenza ta’ Novembru tas-sena ta’ referenza n), it-tieni data stmata (skadenza ta’ Jannar tas-sena n+1) u data finali (skadenza ta’ Settembru tas-sena n+1). It-tieni data tiġi ftit wisq wara l-ewwel waħda biex il-kwalità titjieb bl-aħjar mod, u għalhekk l-iskadenzi tat-trażmissjoni tad-data għat-tieni stima jenħtieġ li jitwalu b’xahrejn mill-aħħar ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Sabiex dawk li jfasslu l-politika, in-negozji u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa bbażati fuq l-evidenza, l-istatistika għandha tkun affidabbli u ta’ kwalità għolja.

L-istrateġija għall-istatistika agrikola għall-2020 imsemmija hawn fuq tinkludi l-objettivi ewlenin li ġejjin:

·il-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod effiċjenti u effettiv;

·it-titjib tal-armonizzazzjoni u l-koerenza tal-istatistika agrikola Ewropea.

It-tliet oqsma inklużi f’din il-proposta jindirizzaw direttament dawn l-objettivi.

   Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-provvediment ta’ statistika ta’ kwalità bħala appoġġ għall-politiki Ewropej huwa l-ixprunatur ewlieni tal-Programm Ewropew tal-Istatistika 2013-2017 7 (estiż sal-2020 8 ). L-istatistika ambjentali u dik agrikola huma wieħed mit-tliet pilastri tal-produzzjoni tal-istatistika taħt dak il-programm. Fost l-objettivi rilevanti tal-programm hemm “l-analiżi u s-simplifikazzjoni tal-ġbir ta’ data dwar l-agrikoltura b’konformità mal-analiżi tal-PAK ta’ wara l-2013 u “t-tfassil mill-ġdid ta’ proċessi tal-ġbir ta’ data dwar l-agrikoltura, b’mod partikolari bl-objettiv li jittejbu l-kwalità u l-puntwalità tad-data mogħtija”. Din l-inizjattiva timplimenta dak l-objettiv.

Billi tipprovdi data aħjar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tas-settur agrikolu għall-ambjent, in-nies, ir-reġjuni u l-ekonomija, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola se tikkontribwixxi wkoll għal mill-anqas tnejn mis-sitt prijoritajiet tal-Kummissjoni von der Leyen 9 , jiġifieri:

·Patt Ekoloġiku Ewropew bl-istrateġiji sottostanti Mill-Għalqa sal-Platt u għall-Bijodiversità; u

·ekonomija li taħdem għan-nies.

Madankollu, l-istatistika agrikola hija utli wkoll għal prijoritajiet oħrajn tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jaffettwaw jew li huma affettwati mill-agrikoltura u mill-iżvilupp rurali.

Lil hinn minn dan, il-proposta għal programm tas-suq uniku 10 li qed tiġi diskussa bħalissa interistituzzjonalment tipprovdi qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tat-tixrid tal-istatistika Ewropea. L-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jifhmu u jipparteċipaw fil-proċess demokratiku u fid-dibattitu dwar l-istat preżenti u futur tal-Unjoni. Fir-rigward tal-istatistika agrikola, l-enfasi hija fuq il-forniment ta’ data f’waqtha u rilevanti għall-ħtiġijiet tal-politika agrikola komuni, il-politika komuni tas-sajd, u l-politiki relatati mal-ambjent, mas-sigurtà alimentari u mat-trattament xieraq tal-annimali.

L-istatistika agrikola tipprovdi evidenza statistika ta’ kwalità għolja għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK. Il-PAK hija xprunatur importanti għall-impjiegi u t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni. Minbarra l-objettivi soċjali tagħha, il-politika tal-iżvilupp rurali, li hija parti integrali mill-PAK, għandha l-għan li ttejjeb il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola. Il-PAK tirrappreżenta aktar minn 37 % tal-baġit totali tal-Unjoni fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (QFP).

L-istatistika agrikola hija wkoll dejjem aktar meħtieġa għal politiki ewlenin oħra tal-Unjoni bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-politiki ambjentali u dwar it-tibdil fil-klima, il-politika kummerċjali, il-politika soċjali, il-politika reġjonali, eċċ.

 2.    IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

   Bażi ġuridika

L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi l-bażi ġuridika għall-istatistika Ewropea. Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika fejn dan huwa neċessarju biex l-Unjoni twettaq ir-rwol tagħha. L-Artikolu 338 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea, filwaqt li jiddikjara li din trid tkun konformi mal-istandards ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, kosteffettività u kunfidenzjalità statistika.

Il-bażi ġuridika għar-rapporti dwar il-kwalità hija l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

   Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma tkunx fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. L-ESS tipprovdi infrastruttura għall-informazzjoni statistika. Is-sistema hija mfassla biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ utenti multipli, għall-fini tat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’soċjetajiet demokratiċi. Il-proposta għal dan ir-Regolament ġiet abbozzata biex tipproteġi l-attivitajiet ewlenin tas-sħab tal-ESS filwaqt li tiżgura b’mod aħjar il-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika tal-EEA.

Wieħed mill-kriterji ewlenin li d-data statistika trid tissodisfa huwa li tkun konsistenti u komparabbli. L-Istati Membri ma jistgħux jiksbu l-konsistenza u l-komparabbiltà meħtieġa mingħajr qafas Ewropew ċar, jiġifieri, mingħajr leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi l-kunċetti statistiċi komuni, il-formati tar-rapportar u r-rekwiżiti tal-kwalità.

Ir-rekwiżit tal-komparabbiltà huwa importanti ħafna għall-istatistika agrikola minħabba l-PAK.

L-objettiv tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod indipendenti. Tista’ tittieħed azzjoni b’mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni, abbażi ta’ att legali tal-Unjoni li jiżgura l-komparabbiltà tal-informazzjoni statistika fl-oqsma tal-istatistika koperti mill-att propost. Sadanittant, il-ġbir tad-data nnifsu jista’ jsir mill-Istati Membri.

   Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fid-dawl ta’ dan li ġej:

Bl-applikazzjoni tal-istess prinċipji madwar l-Istati Membri, il-proposta se tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika agrikola Ewropea li tkun inġabret u tkun ġiet ikkumpilata. Bl-istess mod, se tiżgura li l-istatistika agrikola Ewropea tibqa’ rilevanti u tkun adatta biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-utenti. Ir-Regolament se jagħmel il-produzzjoni tal-istatistika aktar kosteffettiva filwaqt li jirrispetta l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi tal-Istati Membri.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dak il-għan.

   L-għażla tal-istrument

L-istrument propost: regolament.

Minħabba l-objettivi u l-kontenut tal-proposta, regolament huwa l-aktar strument xieraq. Politiki komuni tal-UE importanti bħall-PAK minnhom infushom jiddependu fuq statistika agrikola komparabbli, armonizzata u ta’ kwalità għolja fil-livell Ewropew. Dawn jistgħu jiġu żgurati bl-aħjar mod permezz ta’ regolamenti li jkunu applikabbli direttament fl-Istati Membri u ma hemmx bżonn li l-ewwel jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali.

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Evalwazzjonijiet/kontrolli tal-idoneità ex post tal-leġiżlazzjoni eżistenti


L-evalwazzjoni tal-“Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn” għamlet referenza għall-verifika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li kienet għadha għaddejja (li rriżultat fir-Rapport Speċjali SR 01/2016) bħala li tipprovdi indikazzjonijiet dwar sa fejn il-EEA jaqdu l-ħtiġijiet tad-
data tal-utenti. Kif indikat qabel, dawn is-sejbiet huma xprunatur importanti tal-proposta.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika agrikola Ewropea jinkisbu mill-Eurostat permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib, ikkoordinata u regolari fl-ESS, li tibni fuq sħubija twila bejn il-Eurostat u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) kif ukoll l-awtoritajiet rilevanti l-oħrajn kollha.

F’livell ġenerali u b’referenza għall-“Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn”, il-kategoriji ewlenin tal-partijiet ikkonċernati tal-istatistika agrikola Ewropea huma l-produtturi tad-data (l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra kif ukoll il-Eurostat), ir-rispondenti (il-bdiewa, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u n-negozji) u l-utenti (dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet pubbliċi u privati - b’mod partikolari dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni - riċerkaturi u ġurnalisti). Dawn ġew ikkonsultati b’mod estensiv dwar il-problemi u l-bidliet mixtieqa fl-istatus quo, il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tad-data tagħhom, l-għażliet ta’ politika possibbli biex jissolvew il-problemi, l-impatti tal-azzjonijiet issuġġeriti u l-formulazzjoni tal-istrateġija b’mod speċifiku. Il-fora ewlenin għal dawn il-konsultazzjonijiet kienu: (i) il-laqgħat u s-seminars tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola (KPSA) u s-suċċessur tiegħu, il-Grupp tad-Diretturi tal-Istatistika Agrikola (DGAS) (magħmul minn diretturi tal-istatistika agrikola tal-NSIs) fejn ta’ spiss jinstemgħu d-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa; (ii) il-laqgħat tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (magħmul mid-diretturi ġenerali tal-NSI); u (iii) konsultazzjonijiet u seduti regolari skedati fi ħdan id-dipartimenti tal-Kummissjoni.

Saret konsultazzjoni pubblika għall-evalwazzjoni, u r-riżultati huma ddettaljati f’rapport speċifiku 11 .

Is-sejbiet ewlenin ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, li jiffurmaw il-qalba tal-istrateġija tal-istatistika agrikola tal-2020 u sussegwentement ta’ dan ir-Regolament, huma tlieta:

Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar l-istatistika agrikola ma sservix b’mod adegwat ħtiġijiet ġodda u emerġenti ta’ data minħabba li l-forniment ta’ din id-data mhuwiex inkluż fl-atti leġiżlattivi, u l-atti mhumiex flessibbli u integrati biżżejjed biex jirrispondu għall-ħtiġijiet ġodda fil-ħin.

Dawn il-ħtiġijiet ġodda tad-data ġejjin prinċipalment minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, leġiżlazzjoni riveduta u prijoritajiet politiċi li qed jinbidlu, b’mod partikolari l-PAK riformata reċentement.

Il-ġbir tad-data mhuwiex armonizzat u koerenti minħabba li qed jitfaċċaw ħtiġijiet ta’ data ġodda, il-leġiżlazzjoni ġiet żviluppata separatament għal ħafna snin, u qed jintużaw definizzjonijiet u kunċetti parzjalment differenti f’oqsma agrikoli differenti.

Il-piż tal-forniment tad-data huwa meqjus bħala għoli wisq minħabba li l-ħtiġijiet tad-data qed jiżdiedu, il-ġbir tad-data mhuwiex armonizzat, u r-riżorsi qed ikomplu jonqsu fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali. Dak il-piż ġie kkonfermat li jipperikola l-ġbir tad-data u l-kwalità tad-data.

Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-istatistika agrikola tal-Unjoni Ewropea, il-EEA ilhom għaddejjin bil-modernizzazzjoni tagħhom stess sa mill-2016. Kontribut għal dan kien is-sejbiet tal-verifika mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Rapport Speċjali SR 01/2016) dwar l-introjtu tal-bdiewa. Ir-rakkomandazzjonijiet minn dan ir-rapport tressqu taħt l-eżerċizzju usa’ ta’ modernizzazzjoni, li fih diversi titjibiet għall-EEA.

Tnejn minn dawn it-titjibiet ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala li jeħtieġu bidla fir-Regolament eżistenti, jiġifieri l-integrazzjoni ta’ kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (REAA) u l-illaxkar tat-tieni skadenzi tal-estimi għall-EEA.

Dawn ġew diskussi b’mod estensiv kemm mal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kontijiet Agrikoli u l-Prezzijiet kif ukoll mal-Grupp ta’ Diretturi ta’ livell ogħla dwar l-Istatistika Agrikola, li t-tnejn huma gruppi li jinkludu esperti mill-Istati Membri.

Peress li r-REAA hija statistika li ilha stabbilita u li ġiet trażmessa lill-Eurostat għal ħafna snin, l-inkorporazzjoni tar-REAA fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 hija prinċipalment każ ta’ integrazzjoni tal-metodoloġija eżistenti, kif użata taħt il-ftehim bejn ġentlomi li ilu għaddej. Minħabba li kif inhi, il-metodoloġija hija fil-biċċa l-kbira sodisfaċenti (il-Manwal EEA/EAF Parti VII 12 ), ma hemmx bżonn li din terġa’ tinkiteb. Il-metodoloġija u l-kapitolu dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura, li għandu jiġi inkluż fir-Regolament, jistgħu jirriflettu dak li attwalment jinsab fil-manwal eżistenti. Madankollu, hemm bżonn ta’ xi bidliet iżgħar biex jitqiesu l-ESA 2010 u l-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Istati Membri.

Din il-proposta ġiet diskussa bis-sħiħ mal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Kontijiet u l-Prezzijiet Agrikoli u mal-Grupp ta’ Diretturi dwar l-Istatistika Agrikola, li rrikonoxxew li l-Kummissjoni (Eurostat) se tipproċedi bil-proposta bbażata fuq id-dritt ta’ inizjattiva tagħha. Il-proposta ġiet ippreżentata wkoll lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

   Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Eurostat kellu diskussjonijiet estensivi dwar il-kontenut tal-proposta mal-NSIs permezz ta’ task forces speċifiċi kif ukoll permezz ta’ gruppi ta’ esperti eżistenti inkluż fil-livell tad-diretturi.

Il-proposta ġiet ippreżentata wkoll lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika f’Ottubru 2020.

   Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-“Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn” 13 li l-EEA jifformaw parti minnha 14 .

Din il-valutazzjoni tal-impatt twettqet fil-livell tal-istrateġija minħabba l-approċċ sistematiku fis-sistema kollha tal-istatistika agrikola biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha jaqblu flimkien.

Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li l-EASS, bħala għażla preferuta, tenħtieġ li fl-aħħar mill-aħħar tkun koperta minn tliet regolamenti. Tnejn minn dawn ir-regolamenti jkunu ġodda u jissostitwixxu diversi regolamenti eqdem tal-UE dwar l-istatistika agrikola. L-ewwel wieħed minn dawn, l-Istatistika Integrata tal-Azjendi Agrikoli (IFS), li tkopri d-data dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli, il-ġonna b’siġar tal-frott u l-vinji, ġie adottat bħala r-Regolament (UE) 2018/1091 15 . It-tieni wieħed minn dawn huwa proposta leġiżlattiva parallela dwar regolament dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikolu (SAIO) li jkopri l-inputs u l-outputs tas-settur agrikolu: il-produzzjoni agrikola (għelejjel u annimali) inkluż il-biedja organika, il-prezzijiet tal-azjendi agrikoli, in-nutrijenti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. It-tielet regolament, kif imsemmi fil-valutazzjoni tal-impatt, huwa r-Regolament (KE) Nru 138/2004 dwar il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura (EEA), li huwa soġġett għal din il-proposta għal Regolament emendatorju. Minħabba li l-EEA huma kont satellita tal-kontijiet nazzjonali u min-natura tagħhom huma makroekonomiċi, l-integrazzjoni tagħhom fir-regolamenti qafas il-ġodda ma kinitx proposta. Minflok, ġie propost li dawn jibqgħu taħt leġiżlazzjoni separata, kif kien il-każ minn meta r-Regolament dwar il-EEA daħal fis-seħħ għall-ewwel darba fl-2004.

   L-idoneità u s-simplifikazzjoni regolatorja

Il-proposta hija parti mill-“Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn”, programm ewlieni għall-immodernizzar tal-istatistika agrikola tal-UE mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE. L-istrateġija hija appoġġata mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u hija parti mill-programm REFIT li l-għan tiegħu hu li jissimplifika u li jtejjeb l-EASS.

Il-EEA huma statistika matura koperta mir-Regolament (UE) Nru 138/2004. Ir-regolament il-ġdid li qed jiġi propost jenħtieġ li jkopri l-komponenti kollha tal-EEA sabiex tiġi żgurata l-kwalità ta’ din l-istatistika. L-użu tal-ftehimiet bejn ġentlomi jenħtieġ li jiġi abolit. Dan jgħin biex jiġu ssimplifikati l-kwistjonijiet, peress li l-punt ta’ referenza se jkun ir-regolament il-ġdid, li jissodisfa l-ħtiġijiet kollha tad-data u r-rekwiżiti kollha tar-rapportar dwar il-kwalità.

Il-proposta dwar x’għandu jiġi inkluż taħt l-emenda tar-regolament propost tirriżulta mill-azzjonijiet li għaddejjin biex jiġu mmodernizzati l-EEA. L-REAA mhijiex l-unika data li ġiet koperta minn ftehim bejn ġentlomi. Fil-każ ta’ “valuri ta’ unità” tal-EEA, li huma data li ġiet ipprovduta għal ħafna snin taħt l-istess tip ta’ ftehim, l-eżerċizzju ta’ modernizzazzjoni ddetermina li l-ġbir ta’ valuri ta’ unità fil-livell tal-UE jeħtieġ li jitwaqqaf. B’riżultat ta’ dan, il-valuri tal-unità ma kinux proposti għall-inklużjoni fl-emenda tar-regolament tal-EEA u se jitneħħew. Dan jirrappreżenta tnaqqis żgħir iżda distint fil-piż għall-partijiet ikkonċernati.

   Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Xejn

5.    ELEMENTI OĦRAJN

   Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Ir-regolament propost huwa mistenni li jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2021, bl-adozzjoni tal-miżura ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rapportar relatat mal-kwalità tiġi ftit wara dan. Ir-Regolament se jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha tal-UE mingħajr ebda ħtieġa għal pjan ta’ implimentazzjoni.

L-Istati Membri huma mistennija li jibdew jipprovdu d-data lill-Kummissjoni skont ir-regolament il-ġdid fl-2022.

L-istrument leġiżlattiv propost huwa parti mill-EASS, li se jkun soġġett għal evalwazzjonijiet regolari sabiex jiġi vvalutat, fost l-oħrajn, kemm kienet effettiva u effiċjenti fl-ilħuq tal-objettivi tagħha u biex jiġi deċiż jekk humiex meħtieġa miżuri jew emendi ġodda.

   Monitoraġġ tal-konformità tal-istatistika prodotta

Il-Eurostat iwettaq valutazzjonijiet tal-konformità b’mod regolari. Dawk il-valutazzjonijiet jinkludu reviżjoni tad-disponibbiltà, tal-kwalità u tal-puntwalità tad-data u azzjonijiet ta’ segwitu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’ċifri rilevanti dwar l-istatistika agrikola. Dawk iċ-ċifri huma soġġetti għal skadenzi stretti għat-trażmissjoni, li jridu jiġu rispettati għall-ġestjoni tajba, it-tixrid u l-utilità tal-istatistika Ewropea, peress li data nieqsa jew mhux kompluta twassal għal nuqqasijiet fid-disponibbiltà tal-informazzjoni (jiġifieri, mhuwiex possibbli li jiġu kkalkulati l-aggregati tal-Unjoni u li tiġi ppubblikata d-data skont l-iskedi ta’ żmien ippjanati).

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jikkostitwixxi l-qafas ġuridiku bażiku għall-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-istatistika u għal-leġiżlazzjoni settorjali kollha dwar il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

Filwaqt li l-valutazzjonijiet ta’ konformità diġà qiesu t-tempestività, il-puntwalità u l-kompletezza bħala fatturi importanti biex jiġi żgurat tixrid f’waqtu tal-istatistika agrikola, se tingħata aktar attenzjoni lil dawn il-fatturi u lil dimensjonijiet oħrajn tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-fiduċja fl-istatistika prodotta mill-Eurostat u l-ESS.

   Titjib kontinwu tal-EASS: l-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet ġodda ta’ data u sorsi ġodda ta’ data, it-titjib tal-koerenza, it-tnaqqis tal-piż

Bħalissa, il-Eurostat imexxi seduti annwali ma’ dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni. Aspett importanti ta’ dawn is-seduti huwa l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-programmi ta’ ħidma rispettivi. Dawn jipprovdu pjattaforma formali biex jiġu diskussi l-ħtiġijiet li ġejjin għal statistika ġdida u biex tiġi riveduta l-utilità tal-istatistika disponibbli.

Aktar kollaborazzjoni ma’ dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni, NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra sseħħ f’livelli ġerarkiċi differenti f’laqgħat u f’seminars regolari ta’ Gruppi ta’ Esperti, f’laqgħat tal-Grupp tad-Diretturi, f’laqgħat tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, u permezz ta’ skambji bilaterali frekwenti. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-identifikazzjoni ta’ data amministrattiva u lil sorsi oħra ta’ informazzjoni miżmuma skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom għall-produzzjoni tal-istatistika sabiex jiġu stabbiliti ftehimiet għall-istabbiltà, l-aċċessibbiltà u l-adattament eventwali tagħhom biex jissodisfaw b’mod aħjar ir-rekwiżiti tal-istatistika. Barra minn hekk, se jsiru stħarriġ u analiżijiet minn żmien għal żmien biex jiġi identifikat kwalunkwe potenzjal għat-titjib tal-istatistika agrikola Ewropea u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Dawk l-aġġustamenti u l-funzjonament ġenerali tal-qafas legali se jiġu mmonitorjati u evalwati b’mod partikolari skont l-objettivi tal-istrateġija elenkati hawn fuq.

   Rapporti ta’ monitoraġġ triennali

Sabiex jiġi mmonitorjat il-funzjonament tal-EASS imġedda u sabiex jiġi żgurat li din tilħaq l-għanijiet tar-REFIT ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż, kull 3 snin se jiġi ppubblikat rapport dwar il-funzjonament tas-sistema kumplessiva.

   Evalwazzjoni

It-tieni rapport ta’ monitoraġġ triennali se jiġi sostitwit b’evalwazzjoni retrospettiva tal-EASS imġedda, imwettqa skont il-linji gwida ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni retrospettiva tista’ tikkostitwixxi wkoll bażi għal reviżjonijiet ulterjuri tal-leġiżlazzjoni, jekk jitqiesu meħtieġa.

   Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-regolament propost jikkonsisti f’żewġ Artikoli ġodda u fl-emenda kemm tal-Anness I (il-metodoloġija tal-EEA) kif ukoll tal-Anness II (Il-programm ta’ trażmissjoni tad-data).

Il-bidliet ewlenin jirrigwardaw l-Anness I u l-Anness II.

L-ewwel bidla ewlenija hija relatata mal-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (REAA). L-Istati Membri ilhom jipprovdu lill-Eurostat bl-REAA sa mill-2000 taħt ftehim bejn ġentlomi u f’konformità mal-prattiki metodoloġiċi li ilhom fis-seħħ minn dak iż-żmien. Sabiex l-REAA jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 138/2004, ġie miżjud kapitolu fl-Anness I. Dan iqis il-konsultazzjonijiet mal-gruppi ta’ esperti tad-delegati tal-Istati Membri (il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kontijiet Agrikoli u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prezzijiet u l-Grupp ta’ Diretturi dwar l-Istatistika Agrikola) dwar l-inklużjoni ta’ xi aġġornamenti żgħar fil-metodoloġija attwali biex jiġi żgurat li din tkun aġġornata u adattata għall-inklużjoni fir-regolament. L-Anness II ġie aġġornat biex jirrifletti l-iskadenzi ta’ trażmissjoni korrispondenti għall-REAA.

It-tieni nett, żdied artikolu biex ikopri r-rekwiżiti tar-rapportar dwar il-kwalità (Artikolu 4a). Mill-2019, l-Istati Membri tal-UE (bi ftit eċċezzjonijiet biss) ipprovdew b’mod volontarju rapporti dwar il-kwalità tal-EEA b’referenza għar-rekwiżiti tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) 223/2009. Madankollu, ma hemm l-ebda artikolu fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 dwar ir-rapportar ta’ kwalità. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) 223/2009 jipprevedi l-inklużjoni speċifika tar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar il-kwalità fil-leġiżlazzjoni settorjali, li tippermetti li l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-indikaturi ta’ valutazzjoni tar-rapporti ta’ kwalità jiġu definiti u tippermetti li jiġu stabbiliti l-iskadenzi għat-trażmissjoni. Bħalissa, l-arranġamenti eżatti ta’ rapportar dwar il-kwalità għall-EEA huma biss informali u għalhekk jiġu formalizzati bl-inklużjoni tal-Artikolu 4a.

It-tielet bidla ewlenija għandha x’taqsam mal-illaxkar tal-iskadenzi tat-trażmissjoni għat-tieni stimi tal-EEA sabiex tiġi ffaċilitata l-kwalità mtejba tad-data. Għall-EEA, l-Istati Membri jittrażmettu, għal data nazzjonali, l-ewwel data stmata (skadenza Novembru tas-sena ta’ referenza n), it-tieni data stmata (skadenza Jannar tas-sena n+1) u data finali (skadenza Settembru tas-sena n+1). It-tieni data tiġi wisq viċin wara l-ewwel data biex il-kwalità tkun tista’ tittejjeb b’mod sostanzjali. Għalhekk, l-iskadenzi għat-trażmissjoni tat-tieni stimi jenħtieġ li jkunu llaxkati minn Jannar tas-sena n+1 għal Marzu tas-sena n+1 sabiex l-Istati Membri jkollhom aktar żmien biex jiksbu data ta’ kwalità aħjar. Minħabba li l-puntwalità tal-ewwel stimi kruċjali u d-data finali jibqgħu l-istess, il-laxkar tal-iskadenzi tat-tieni stimi għal dan l-iskop huwa meqjus xieraq. L-Anness II ġie aġġornat biex jirrifletti l-bidla proposta fl-iskadenzi ta’ trażmissjoni għat-tieni stimi tal-EEA.

Il-bqija tal-bidliet proposti fl-Artikoli huma maħsuba biex jindirizzaw dan li ġej:

li tiġi ċċarata l-ewwel skadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (l-Artikolu 3(2));

li jkunu permessi derogi possibbli mill-kontijiet ekonomiċi reġjonali għar-rekwiżiti agrikoli (l-Artikolu 4b);

li ssir referenza għall-proċedura tal-Kumitat (l-Artikolu 4c) li ma tidhirx fil-leġiżlazzjoni attwali iżda li jenħtieġ li tiġi miżjuda;

Fl-Anness I, qed jiġu proposti għadd żgħir ħafna ta’ bidliet addizzjonali (wara konsultazzjonijiet mal-gruppi ta’ esperti).



Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 fih il-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regoli tal-kontabbiltà għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għar-rekwiżiti statistiċi tal-Unjoni (“ESA 2010”).

(2)    Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 jistabbilixxi l-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (EEA) fl-Unjoni billi jipprevedi l-metodoloġija u l-limiti ta’ żmien għat-trażmissjoni tal-kontijiet agrikoli. Il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura huma kontijiet satellita ta’ kontijiet nazzjonali, kif definiti mill-ESA 2010, bil-għan li jinkisbu riżultati li huma armonizzati u komparabbli bejn l-Istati Membri sabiex jitfasslu l-kontijiet għall-finijiet tal-Unjoni.

(3)    Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (REAA) huma adattament fil-livell reġjonali tal-EEA. Iċ-ċifri nazzjonali waħedhom ma jistgħux jiżvelaw l-istampa sħiħa u xi kultant kumplessa ta’ dak li qed jiġri f’livell aktar dettaljat. Għalhekk, id-data fil-livell reġjonali tgħin biex jiżdied il-fehim tad-diversità li teżisti bejn ir-reġjuni, billi tikkumplimenta l-informazzjoni għall-Unjoni, iż-żona tal-euro u l-Istati Membri individwali. Għalhekk, l-REAA jeħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 kemm f’termini ta’ metodoloġija kif ukoll ta’ skadenzi ta’ trażmissjoni xierqa.

(4)    L-istatistika ma għadhiex meqjusa bħala waħda biss fost ħafna sorsi ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ tfassil ta’ politika, iżda minflok għandha rwol ċentrali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. It-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza jeħtieġ statistika li tissodisfa kriterji ta’ kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , skont l-għanijiet li jkunu qegħdin iservu.    

(5)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprevedi qafas legali għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi lill-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji ta’ kwalità speċifikati fir-Regolament. Ir-rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva l-istruttura unika integrata tal-metadata bħala l-istandard tal-ESS għar-rapportar dwar il-kwalità, u b’hekk għen biex jiġu ssodisfati, permezz ta’ standards uniformi u metodi armonizzati, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikolu 12(3) tiegħu.

(6)    Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti għar-rapporti dwar il-kwalità u għall-kontenut tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ derogi possibbli mill-kontijiet ekonomiċi reġjonali għar-rekwiżiti agrikoli. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7)    Il-EEA jipprovdu data makroekonomika annwali importanti lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea tliet darbiet fis-sena; l-ewwel u t-tieni stimi huma segwiti mid-data finali. L-iskadenza attwali tat-trażmissjoni għat-tieni stimi tal-EEA ma tipprovdix ħafna żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza biex tinġabar data mtejba meta mqabbla mad-data pprovduta għall-ewwel stimi tal-EEA. Sabiex titjieb il-kwalità ta’ dawn it-tieni stimi, l-iskadenza tat-trażmissjoni trid tiġi posposta bi ftit.

(8)    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jenħtieġ li jiġi emendat bix-xieraq.

(9)    Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)    Fl-Artikolu 3(2), tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja:

“2. L-ewwel trażmissjoni ta’ data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura għandha ssir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022.”

(2)    Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

Valutazzjoni tal-kwalità

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u tal-metadata trażmessa.

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa.

4. Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 2 għad-data koperta minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti dwar il-kwalità u tistabbilixxi l-iskadenza għall-għoti tar-rapporti lill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4c(2).

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kemm jista’ jkun malajr lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kwalunkwe informazzjoni jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa.

6. Fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu kjarifika addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.


Artikolu 4b

Derogi

1. Fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun teħtieġ adattamenti kbar f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kontenut tal-Anness I, il-punt VII. “Kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura” u tal-programm ta’ trażmissjoni ta’ data għall-kontijiet reġjonali għall-agrikoltura kif imsemmi fl-Anness II, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu derogi lil dak l-Istat Membru għal perjodu massimu ta’ sentejn.

2. L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta talba debitament motivata għal tali deroga lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-[daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4c.

Artikolu 4c

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”

(3) L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4) L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    SWD(2017)96 - Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument “Strateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn” u xenarji leġiżlattivi potenzjali sussegwenti (Disponibbli bl-Ingliż biss).
(2)     https://ec.europa.eu/eurostat/documents/749240/749310/Strategy+on+agricultural+statistics+Final+version+for+publication.pdf (Disponibbli biss bl-Ingliż).
(3)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11.12.2019.
(4)    Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
(5)    Ir-rapport speċjali Nru 1/2016: Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjti tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u hija bbażata fuq data soda?
(6)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(7)    Il-programm attwali ġie stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu tal-2013-2017. Huwa ġie estiż sal-2020 skont ir-Regolament (UE) 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017.
(8)

   Ir-Regolament (UE) 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih sal-2020 (ĠU L 284, 31.10.2017, p. 1).

(9)     https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024_mt .
(10)    COM (2018) 441.
(11)    Is-sit web tal-konsultazzjoni pubblika tal-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/about/opportunities/consultations/eass (Disponibbli bl-Ingliż biss).     Rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika miftuħa:     http://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6937766/Agricultural-Statistics-Strategy-2020-Report.docx (Disponibbli bl-Ingliż biss).
(12)    EAA Manual on the Economic Accounts for Agriculture and Forestry EAA/EAF 97 (Rev. 1.1), 2000 https://ec.europa.eu/eurostat/fr/web/products-manuals-and-guidelines/-/KS-27-00-782
(Disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).
(13)     SWD(2016)430   (Disponibbli bl-Ingliż biss).
(14)     https://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/ia_carried_out/docs/ia_2016/sec_2016_0519_en.pdf (Disponibbli bl-Ingliż biss).
(15)    Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).
(16)    Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(17)    Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
(18)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Top

Brussell, 12.2.2021

COM(2021) 54 final

ANNESSI

ta' Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWOPREW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura























ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1) fit-taqsima “Werrej”, il-punt VII li ġej. Kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura jiżdied dan li ġej:

“VII. Kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

A.Prinċipji ġenerali

1.Introduzzjoni

2.Ekonomija reġjonali, territorju reġjonali

3.Unità bażika fil-kompilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

4.Metodi ta’ kompilar tar-REAA

5.Kunċetti ta’ residenza u territorju

6.L-industrija agrikola u l-unitajiet karatteristiċi

B.Tranżazzjonijiet fi prodotti

1.Output

2.Il-konsum intermedju

3.Il-formazzjoni grossa ta’ kapital

C.Tranżazzjonijiet distributtivi u flussi oħrajn

1.Regoli ġenerali

2.Valur miżjud

3.Konsum ta’ kapital fiss

4.Sussidji

5.Taxxi

6.Kumpens lill-impjegati

7.Surplus operatorju, nett

8.Imgħax, renti 



9.Introjtu intraprenditorjali agrikolu: regoli ġenerali tal-kalkolu

D.Ħarsa ħafifa lejn l-implimentazzjoni

1.Introduzzjoni

2.Id-definizzjoni tal-agrikoltura reġjonali

3.Il-kejl tal-output agrikolu

4.Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli

5.Konsum intermedju”;

(2) Fil-punt 1.27., it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“— b’konvenzjoni, dawn ma jistgħux jinkludu l-produzzjoni ta’ GFCF ta’ prodotti mhux agrikoli (bħal binjiet jew magni) għal użu proprju. Din il-produzzjoni għall-użu finali proprju hi preżunta li hi attività separabbli u hija rreġistrata bħala l-produzzjoni ta’ KAU lokali identifikabbli. Servizzi tal-akkomodazzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impjegati bħala remunerazzjoni in natura jridu jiġu trattati bl-istess mod (dawn jiġu rreġistrati bħala remunerazzjoni in natura fil-kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu),”;

(3) Il-punt 2.006. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.006 Fil-EEA, il-prezzijiet jenħtieġ li jiġu rreġistrati jew sal-eqreb numru sħiħ jew korretti sa post deċimali wieħed jew tnejn, jiddependi fuq l-affidabbiltà statistika tad-data tal-prezzijiet disponibbli. Informazzjoni rilevanti dwar il-prezz dwar l-input u l-output hija meħtieġa sabiex jitħejjew l-EAA.”;

(4) fil-punt 2.108., il-punt g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“g) remunerazzjoni għal servizzi inklużi fi premiums grossi tal-assigurazzjoni maħruġa biex tkopri lill-impriża kontra riskji bħal telf ta’ bhejjem, ħsara kkawżata mis-silġ, ġlata, nar u rwiefen, eċċ. Il-bqija, jiġifieri, il-premium nett, huwa l-komponent tal-premium gross imħallas li hu disponibbli għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni għall-ħlas tat-talbiet.

It-tqassim preċiż tal-premiums grossi fiż-żewġ komponenti jista’ jsir biss għall-ekonomija nazzjonali inġenerali, kif isir għall-kontijiet nazzjonali. L-allokazzjoni tal-komponent tas-servizz bejn il-fergħat tal-produzzjoni ġeneralment issir billi jintużaw spjegazzjonijiet adegwati ta’ tqassim, b’konnessjoni mal-bini tat-tabelli tal-input-output. Għalhekk jenħtieġ li ssir referenza għall-kontijiet nazzjonali meta timtela din l-entrata fil-EAA (għar-reġistrazzjoni tas-sussidji li jikkonċernaw is-servizzi tal-assigurazzjoni ara 3.063., in-nota f’qiegħ il-paġna 1);”

(5) fil-punt 2.136., it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“— bidliet fil-klassifikazzjoni jew fl-istruttura tal-assi fissi: eż. bidliet fil-għan ekonomiku tal-art agrikola, bhejjem tal-ħalib maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam (cf. 2.149., in-nota f’qiegħ il-paġna 1) jew binjiet agrikoli li ġew mibdula għal użu privat jew għal użu ekonomiku ieħor.”;

(6) Il-Kapitolu VII li ġej. Kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura jiżdied dan li ġej:

“VII.    KONTIJIET EKONOMIĊI REĠJONALI GĦALL-AGRIKOLTURA

A.    PRINĊIPJI ĠENERALI

1.    Introduzzjoni

7.01.    Il-kontijiet reġjonali għandhom rwol importanti fil-formulazzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-politiki reġjonali. Indikaturi statistiċi reġjonali oġġettivi, affidabbli, konsistenti, rilevanti u armonizzati jipprovdu bażi soda għal politiki mmirati lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni Ewropej.

7.02.    Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (REAA) huma adattament fil-livell reġjonali tal-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (EAA).

7.03.    L-REAA jinkludu l-istess sett ta’ kontijiet bħall-EAA, iżda problemi kunċettwali u ta’ kejl jirriżultaw f’sett ta’ kontijiet għal reġjuni li huma aktar limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u fid-dettall mill-EAA fil-livell nazzjonali.

7.04.    Bħala kontijiet reġjonali, l-REAA għandhom jiġu kkumpilati fuq il-bażi tad-data reġjonali miġbura direttament u d-data nazzjonali li għandha tqassimiet reġjonali abbażi ta’ assunzjonijiet. In-nuqqas ta’ informazzjoni reġjonali kompluta, aġġornata u affidabbli biżżejjed jirrikjedi assunzjonijiet fil-kompilazzjoni tal-kontijiet reġjonali. Dan jimplika li xi differenzi bejn ir-reġjuni mhux bilfors li huma riflessi fil-kontijiet reġjonali (ESA 2010, 13.08).

2.    Ekonomija reġjonali, territorju reġjonali

7.05.    Kull kompilazzjoni ta’ kontijiet reġjonali, kemm jekk jirreferu għall-industriji jew għal setturi istituzzjonali, teħtieġ definizzjoni stretta tal-ekonomija reġjonali u tat-territorju reġjonali. Fit-teorija, l-industrija agrikola f’reġjun tkopri l-unitajiet (azjendi agrikoli) involuti f’attivitajiet agrikoli (cf. 1.60. sa 1.66.) fit-territorju reġjonali.

7.06.    Ekonomija reġjonali ta’ pajjiż hija parti mill-ekonomija totali ta’ dak il-pajjiż. L-ekonomija totali hija definita f’termini ta’ unitajiet u ta’ setturi istituzzjonali. Hija magħmula mill-unitajiet istituzzjonali kollha li għandhom ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti fit-territorju ekonomiku ta’ pajjiż. It-territorju ekonomiku ma jikkoinċidix eżattament mat-territorju ġeografiku (c 7.08.). It-territorju ekonomiku ta’ pajjiż huwa maqsum f’territorji reġjonali u fit-territorju extra-regio (ESA 2010, 13.09).

7.07.    It-territorju reġjonali jikkonsisti f’dik il-parti tat-territorju ekonomiku ta’ pajjiż li tkun assenjata direttament lil reġjun kif definit fl-ESA 2010. Iż-żoni liberi, inklużi l-imħażen doganali u l-fabbriki taħt il-kontroll tad-dwana, huma marbuta mar-reġjuni fejn dawn ikunu jinsabu.

7.08.    Madankollu, din id-diviżjoni tat-territorju mhijiex totalment konsistenti mal-kunċett tat-territorju ekonomiku nazzjonali kif użat mill-kontijiet nazzjonali. It-territorju extra-regio huwa magħmul minn partijiet tat-territorju ekonomiku ta’ pajjiż li ma jistgħux ikunu mehmużin direttament ma’ reġjun wieħed, u li huma esklużi mir-REAA, jiġifieri:                

       (a)    l-ispazju nazzjonali tal-ajru, l-ilmijiet territorjali u l-blata kontinentali li tinsab f’ilmijiet internazzjonali li fihom il-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi;

       (b)    territorji mdawrin minn pajjiżi oħra (jiġifieri territorji ġeografiċi li jinsabu fil-bqija tad-dinja u li jintużaw, skont trattati jew ftehimiet internazzjonali bejn l-Istati, minn aġenziji tal-gvern ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsulati, bażijiet militari, bażijiet xjentifiċi, eċċ.);

       (c)    depożiti ta’ żejt, gass naturali, eċċ. fl-ilmijiet internazzjonali, barra mill-blata kontinentali tal-pajjiż, li jkunu mħaddma minn unitajiet residenti.

7.09.    Il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS)( 1 ) tipprovdi tqassim uniformi tat-territorju ekonomiku tal-Unjoni Ewropea. Għal skopijiet nazzjonali, il-kontijiet reġjonali jistgħu jinġabru wkoll f’livell reġjonali iktar dettaljat (ESA 2010, 13.12).

3.    Unità bażika fil-kompilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

7.10.    L-unitajiet użati għall-kontijiet reġjonali mill-industrija huma unitajiet tat-tip ta’ attività lokali (KAUs lokali). Il-KAU lokali hija l-forma osservabbli tal-unità ta’ produzzjoni.

7.11.    L-approċċ statistiku (industrija) “tiddobba kif tista’” b’unità osservabbli anke jekk dan ifisser devjazzjoni mill-attività unika. Bħal fil-każ tal-ESA 2008, l-ESA 2010 tippreferi l-approċċ statistiku u tappoġġa l-KAU lokali għall-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali mill-industrija. Għalhekk jiddefinixxu l-istess unità għall-industriji kemm jekk dawn huma koperti fil-livell reġjonali kif ukoll jekk huma koperti fil-livell nazzjonali.

7.12.    Bħall-EAA, l-REAA jużaw l-azjenda agrikola – “adattata” f’konformità ma’ ċerti konvenzjonijiet biex jikkonformaw mal-objettivi inkwistjoni - bħala l-unità bażika għall-industrija agrikola. Hemm żewġ raġunijiet kruċjali għal din l-għażla. L-ewwel nett, l-unità tal-“azjenda agrikola” hija l-unità tat-tip ta’ attività lokali għall-agrikoltura (cf. 1.09. sa 1.17.), definita bħala dik il-parti ta’ unità tat-tip ta’ attività (KAU) li tirreferi għal-livell lokali. Il-KAU lokali hija wkoll l-aktar unità xierqa għall-industrija agrikola, anke jekk tinkludi attivitajiet sekondarji mhux agrikoli, li ma jistgħux jidhru separatament mill-attivitajiet agrikoli (cf. 1.15. u 1.16, 1.25. sa 1.32.).

7.13.    L-użu tal-azjenda agrikola bħala l-unità bażika tfisser l-inklużjoni tal-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli ta’ dawk l-azjendi fil-kontijiet reġjonali għall-agrikoltura (cf. 7.12.). Peress li l-iskop tal-EAA hu li jkejlu, jiddeskrivu u janalizzaw il-formazzjoni tal-introjtu mill-attività ekonomika agrikola, jeskludu unitajiet li jipproduċu biss attività tal-ħin liberu (eż. ġonna kulinari u trobbija privata ta’ bhejjem). B’kuntrast għal dan, l-unitajiet involuti fil-biedja ta’ sussistenza huma inklużi fil-EAA (cf. 1.24.).

7.14.    L-azjenda agrikola hija l-unità ta’ referenza għal stħarriġ statistiku relatat mal-agrikoltura, kemm jekk hu nazzjonali kif ukoll jekk hu reġjonali. Dan għandu l-vantaġġ li l-evalwazzjonijiet tal-output f’termini ta’ kwantità jistgħu jkunu bbażati direttament fuq is-sistemi statistiċi għall-kejl taż-żoni, ir-rendimenti, id-daqs tal-merħliet, eċċ. L-għażla tal-azjenda agrikola tagħmel ukoll konsistenza aħjar fil-kontabbiltà.

4.    Metodi ta’ kompilar tar-REAA

7.15.    L-ESA (ESA 2010, 13.24 sa 13.32) tipproponi żewġ metodi, li japplikaw kemm għall-industriji kif ukoll għas-setturi istituzzjonali: il-metodi axxendenti u dixxendenti. L-ewwel wieħed jikkonsisti fil-ġbir tad-data fil-livell tal-unitajiet (KAUs lokali, unitajiet istituzzjonali) u mbagħad dawn jingħaddu biex jinkiseb il-valur reġjonali għall-aggregati differenti. Il-metodu dixxendenti jibni mill-ġdid il-valuri reġjonali billi jaqsam iċ-ċifra nazzjonali, bl-użu ta’ indikatur li jirrifletti kemm jista’ jkun mill-qrib id-distribuzzjoni reġjonali tal-varjabbli inkwistjoni. Dawn iż-żewġ metodi jistgħu jiġu kkombinati f’diversi modi, kombinazzjonijiet li l-ESA tirreferi għalihom bħala “taħlita ta’ metodi axxendenti u dixxendenti”. Tingħata prijorità lill-metodi axxendenti, għalkemm huwa magħruf li f’ħafna każijiet fil-fatt tintuża t-“taħlita ta’ metodi axxendenti u dixxendenti”.

5.    Kunċetti ta’ residenza u territorju

7.16.    It-tranżazzjonijiet ekonomiċi kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-unitajiet domestiċi jistgħu jaqsmu konfini reġjonali. L-intrapriżi jistgħu wkoll joperaw f’aktar minn reġjun wieħed, jew f’siti permanenti jew fuq bażi temporanja, eż. l-irziezet il-kbar jistgħu jwettqu xogħol f’reġjuni differenti. Għalhekk huwa meħtieġ prinċipju ċar li jgħin lill-Istati Membri biex jallokaw b’mod konsistenti din l-attività interreġjonali għal reġjun.

7.17.    Il-kontijiet reġjonali tal-industriji huma bbażati fuq il-kriterju tar-residenza tal-unità tal-produzzjoni. Kull industrija f’livell reġjonali tirreferi għall-grupp tal-KAUs lokali tal-istess attività ekonomika prinċipali jew simili, li għandha ċ-ċentru ta’ interess ekonomiku tagħha f’dak it-territorju reġjonali. Aktar iva milli le, dan iċ-ċentru ta’ interess huwa assoċjat ma’ post speċifiku fit-tul fir-reġjun, bħall-unitajiet istituzzjonali li jappartjenu għalihom il-KAUs lokali.

7.18.    Madankollu, il-kontijiet reġjonali għandhom għadd ta’ karatteristiċi distinti. Għal ċerti attivitajiet, mhux dejjem faċli li r-reġjun jiġi definit bħala żona speċifika. Ir-relazzjoni bejn il-lokalità tal-uffiċċju prinċipali u l-lokalità fiżika tal-azjenda tista’ toħloq problema, peress li l-fatturi tal-produzzjoni agrikola jistgħu jkunu ġestiti minn uffiċċju prinċipali f’reġjun ieħor. Għall-REAA, huwa importanti li jinqasmu ż-żewġ entitajiet, u għal din ir-raġuni, azjenda trid tiġi assenjata lir-reġjun fejn jinsabu l-fatturi ta’ produzzjoni tagħha u mhux lir-reġjun fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tagħha. Uffiċċju prinċipali wieħed jista’ għalhekk jagħti lok għal diversi unitajiet skont it-tifsira tar-REAA - hemm unitajiet daqs kemm hemm reġjuni ta’ residenza għall-KAUs lokali li huma ’l bogħod mir-reġjun tal-uffiċċju prinċipali.

7.19.    Kunċett alternattiv, li ġeneralment ma jiġix applikat fil-kontijiet nazzjonali u reġjonali, ikun strettament territorjali. Dan il-kunċett jimplika li l-attivitajiet huma allokati lit-territorju fejn fil-fatt iseħħu, irrispettivament mir-residenza tal-unitajiet involuti fl-attività.

7.20.    Għalkemm l-approċċ residenzjali jieħu preċedenza fuq l-allokazzjoni reġjonali ta’ tranżazzjonijiet ta’ unitajiet residenti, l-ESA 2010 tagħti skop limitat għall-applikazzjoni tal-approċċ territorjali (ESA 2010, 13.21). Dan iseħħ fejn jinħolqu unitajiet nozzjonali għall-art u l-bini fir-reġjun jew fil-pajjiż fejn jinsabu l-art jew il-bini.

7.21.    Fil-każ ipotetiku fejn unitajiet residenti f’reġjun ikollhom biss attivitajiet fit-territorju reġjonali tagħhom, il-kunċett ta’ residenza jikkoinċidi mal-kunċett tat-territorju. Dan huwa wkoll il-każ għall-allokazzjoni reġjonali bbażata fuq unitajiet kunċettwali maħluqa għall-art u l-bini u għall-impriżi mhux inkorporati f’pajjiżi oħrajn jew f’reġjuni li huma differenti mir-reġjun tar-residenza tas-sid.

6.    L-industrija agrikola u l-unitajiet karatteristiċi 

7.22.    L-industrija tikkonsisti fl-unitajiet lokali kollha tat-tip ta’ attività, li jwettqu attività ekonomika identika jew simili (cf. 1.59.). L-industrija agrikola, kif deskritta fil-EAA, tikkorrispondi, fil-prinċipju, għad-Diviżjoni 01 tan-NACE Reviżjoni 2, b’differenzi murija fil-paragrafi 1.62. sa 1.66. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-REAA huwa definit fuq il-bażi tal-lista ta’ attivitajiet karatteristiċi mfassla għall-EAA. Hemm xi differenzi bejn l-industrija agrikola fil-EAA, u għalhekk fir-REAA, u l-industrija stabbilita għall-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali (cf. 1.93.).

B.    TRANŻAZZJONIJIET FI PRODOTTI

7.23.    L-ivvalutar tal-output agrikolu toħloq għadd ta’ problemi speċifiċi. L-aktar importanti jirrelataw mal-prodotti staġjonali, il-produzzjoni tal-bhejjem u l-iskeda taż-żmien tal-entrati fil-kontijiet. Il-metodoloġija tal-EEA tressaq regoli preċiżi li jirregolaw kif għandhom jitqiesu l-effetti tal-ħżin ta’ prodotti staġjonali, kif għandu jitkejjel l-output tal-bhejjem u kif għandhom jiġu rreġistrati l-prodotti li fuqhom qed isir ix-xogħol. Dawn il-prinċipji jridu jiġu osservati meta l-REAA jiġu kkompilati. Madankollu, dan ma jeskludix ċerti adattamenti fil-livell reġjonali, pereżempju għall-produzzjoni tal-bhejjem. Għandu jiġi enfasizzat li t-total tal-valwazzjoni reġjonali għandu jkun identiku għall-valwazzjonijiet tal-EEA.

1.    Output

a)    Il-kejl tal-output

7.24.    Fir-REAA, l-output ta’ reġjun jirrappreżenta l-prodotti kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EEA prodotti matul il-perjodu kontabilistiku f’dak ir-reġjun mill-unitajiet kollha tal-industrija agrikola, kemm jekk huma maħsuba għal kummerċjalizzazzjoni barra l-industrija, għal bejgħ lil azjendi oħra jew, f’ċerti każijiet, għall-użu mill-istess azjenda. Konsegwentement:

       (a)    kwalunkwe prodott agrikolu li jħalli azjenda fir-reġjun jenħtieġ li jiġi rreġistrat bħala parti mill-output tar-reġjun, irrispettivament mid-destinazzjoni tiegħu jew mill-unità li tkun qed tixtrih;

       (b)    ċerti prodotti agrikoli użati bħala konsum intermedju mill-istess azjenda jenħtieġ li jiġu inklużi fl-output tar-reġjun (cf. 2.056.).

7.25.    Il-proċess tal-produzzjoni tal-bhejjem ġeneralment jieħu diversi snin. Meta l-bhejjem jiġu valwati, trid issir distinzjoni bejn annimali kklassifikati bħala assi fissi (annimali għat-tgħammir u għax-xogħol, baqar tal-ħalib, eċċ.) u dawk ikklassifikati bħala stokk (annimali primarjament maħsuba għal-laħam). Għalhekk, sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, it-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-moviment tal-annimali bejn l-azjendi (li jitqiesu bħala bejgħ “pożittiv” għall-azjendi li jbiegħu l-bhejjem u bejgħ “negattiv” għall-azjendi li jixtru), huma ttrattati kif stabbilit hawn taħt.

       (a)    Tranżazzjonijiet bejn azjendi fl-istess reġjun li jinvolvu l-annimali kklassifikati bħala assi fissi jikkanċellaw lil xulxin, minbarra t-trasferiment tal-kostijiet tas-sjieda ( 2 ). Ma jiddaħħlux bħala bejgħ tal-azjendi u għalhekk mhumiex inklużi fl-output tar-reġjun ikkonċernat.

       (b)    L-annimali kklassifikati bħala stokk u li huma s-suġġett ta’ tranżazzjoni bejn ir-reġjuni huma ttrattati bħala bejgħ pożittiv (flimkien mal-esportazzjonijiet) għar-reġjun tal-oriġini u annimali mixtrija minn reġjuni oħra bħala bejgħ negattiv (flimkien mal-importazzjonijiet)( 3 ).

       (c)    Meta l-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda (it-trasport, il-marġni tal-kummerċ, eċċ.) ikunu relatati mal-kummerċ ta’ annimali kklassifikati bħala stokk, dawn jitnaqqsu mill-output. Dan iseħħ awtomatikament meta jkun hemm involuti xiri minn azjendi f’reġjuni oħrajn, peress li l-kostijiet huma parti minn bejgħ “negattiv”, filwaqt li jrid isir aġġustament fil-bejgħ, u għalhekk fl-output, għall-kummerċ f’annimali bejn azjendi fl-istess reġjun.

b)    Valwazzjoni tal-output

7.26.    L-output jenħtieġ li jiġi valwat bi prezzijiet bażiċi (cf. 2.082.), jiġifieri inkluż is-sussidji fuq il-prodotti, nieqes it-taxxi fuq il-prodotti. Dan il-metodu ta’ kalkolu jfisser li t-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti jridu jiġu diżaggregati skont ir-reġjun.

2.    Il-konsum intermedju 

a)    Definizzjoni

7.27.    Il-konsum intermedju jikkonsisti fl-oġġetti (minbarra l-assi fissi) u s-servizzi tas-suq ikkunsmati matul il-proċess tal-produzzjoni biex jipproduċu oġġetti oħra (cf. 2.097. sa 2.109.).

7.28.    Meta l-REAA jiġu kkumpilati, il-konsum intermedju jinkludi:

       (a)    prodotti agrikoli mixtrija għall-konsum matul il-proċess tal-produzzjoni minn azjendi oħrajn (kemm jekk fl-istess reġjun kif ukoll jekk f’reġjun ieħor);

       (b)    ċerti prodotti użati bħala konsum intern fi ħdan l-unità u mdaħħla bħala output (cf. 2.054. sa 2.058. u 7.24.).    

7.29.    Il-każ partikolari ta’ servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b'mod indirett (FISIM) jiġi ttrattat fil-kontijiet reġjonali bl-istess mod bħal fil-kontijiet nazzjonali. Jekk l-istima tal-istokk ta’ self u depożiti hija disponibbli skont ir-reġjun, il-metodu axxendenti jista’ jiġi segwit. Madankollu, normalment l-istimi tal-istokk ta’ self u depożiti mhumiex disponibbli skont ir-reġjun. Fejn dan ikun il-każ, l-allokazzjoni tal-FISIM lill-industrija tal-utenti ssir bit-tieni l-aħjar metodu: l-output gross reġjonali jew il-valur miżjud gross skont l-industrija jintużaw bħala indikaturi tad-distribuzzjoni (ESA 2010, 13.40).

b)    L-ivvalutar tal-konsum intermedju

7.30.    Il-prodotti u s-servizzi kollha użati għall-konsum intermedju jenħtieġ li jiġu valwati bil-prezz tal-akkwist (minbarra l-VAT deduċibbli) (cf. 2.110. sa 2.114.).

3.    Il-formazzjoni grossa ta’ kapital 

7.31.    Il-formazzjoni grossa ta’ kapital għall-agrikoltura hija suddiviża fi:

       (a)    il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss;

       (b)    bidliet fl-inventarji.

a)    Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (GFCF)

7.32.    Fl-agrikoltura hemm formazzjoni ta’ kapital fiss kull meta detentur jakkwista jew jipproduċi assi fissi maħsuba biex jintużaw għal perjodu ta’ aktar minn sena (1) bħala mezz ta’ produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni agrikola. Il-kriterju ta’ allokazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-GFCF jirreferi għall-industriji utenti u mhux għall-industrija li għaliha jappartjeni s-sid legali.

7.33.    L-assi fissi li jkunu ta’ unità multireġjonali jiġu allokati lill-KAUs lokali fejn jintużaw. L-assi fissi f’kirja operattiva jiġu rreġistrati fir-reġjun tas-sid tal-assi, u dawk f’kirja finanzjarja jiġu rreġistrati fir-reġjun tal-utent (ESA 2010, 13.33).

7.34.    Assi ġodda li jiġu inklużi fil-kapital fiss jiddaħħlu gross, jiġifieri mingħajr ma jitnaqqas il-konsum tal-kapital fiss. Barra minn hekk, il-konsum tal-kapital fiss huwa ġeneralment ikkalkulat fuq dawn l-assi. Il-formazzjoni tal-kapital nett tinkiseb billi jitnaqqas il-konsum tal-assi fissi mill-formazzjoni tal-kapital gross.

7.35.    L-unitajiet ta’ produzzjoni jistgħu jbigħu assi eżistenti lil xulxin, eż. makkinarju użat. Meta l-assi jimxu bejn l-industriji u r-reġjuni, il-prezz totali mħallas jenħtieġ li jiġi inkluż fil-GFCF f’industrija jew f’reġjun wieħed u l-prezz riċevut jenħtieġ li jitnaqqas mill-GFCF fl-industrija jew fir-reġjun l-ieħor. Il-kostijiet ta’ tranżazzjoni tas-sjieda tal-assi, bħal tariffi legali fuq il-bejgħ tal-art u l-bini eżistenti, huma kkunsidrati bħala GFCF addizzjonali mill-akkwirent, anke jekk xi wħud mill-ispejjeż jitħallsu mill-bejjiegħ.

7.36.    Il-GFCF għall-istokk għat-tgħammir u l-bhejjem għax-xogħol ta’ reġjun jikkorrispondi għad-differenza bejn xiri barra r-reġjun (inkluż l-importazzjonijiet) u bejgħ lil reġjuni oħrajn (inkluż l-esportazzjonijiet), filwaqt li jitqiesu l-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda tal-bejgħ fir-reġjun. Meta r-reġjuni kollha jiġu aggregati, huwa importanti li jiġi żgurat li l-flussi interreġjonali jikkanċellaw lil xulxin (għajr il-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda) sabiex is-somma tal-GFCFs reġjonali kollha tkun l-istess bħall-GFCF tal-kontijiet agrikoli nazzjonali. Meta l-kapital fiss ikun magħmul minn bhejjem, bħal bhejjem għax-xogħol jew stokk għat-tgħammir, jew annimali tal-ħalib, dawn iridu jiġu valwati - meta jintuża l-metodu axxendenti - b’mod konformi mal-konvenzjoni li ġejja: il-bejgħ ta’ annimali lil azjendi f’reġjuni oħrajn jikkostitwixxi GFCF negattiva filwaqt li xiri minn reġjuni oħra huwa GFCF pożittiva.

b)    Bidliet fl-inventarji

7.37.    L-inventarji jinkludu l-assi kollha li mhumiex parti mill-kapital fiss u li, f’mument partikolari, jinżammu temporanjament minn unitajiet ta’ produzzjoni. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ inventarji: l-inventarji tal-input u l-inventarji tal-output (cf. 2.171.).

7.38.    Għall-annimali kklassifikati bħala inventarji, il-kummerċ li għandu jitqies fil-kalkolu tal-bidliet fl-inventarji jinkludi l-bejgħ lil reġjuni oħra u x-xiri mingħandhom kif ukoll l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

C.    TRANŻAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI U FLUSSI OĦRAJN

7.39.    Id-diffikultajiet prattiċi biex tinkiseb informazzjoni reġjonali affidabbli dwar it-tranżazzjonijiet distributtivi f’ċerti każijiet, b’mod partikolari meta l-unitajiet iwettqu attivitajiet f’aktar minn reġjun wieħed, jew meta r-reġjun mhux dejjem ikun żona definita b’mod ċar li fiha jitwettqu ċerti attivitajiet, jispjegaw għaliex l-ESA tkopri l-kontijiet reġjonali tal-industrija agrikola biss fir-rigward ta’ ftit aggregati: il-valur miżjud, is-sussidji, it-taxxi, il-kumpens tal-impjegati, ir-renti u introjtu ieħor, l-imgħax u l-GFCF.

1.    Regoli ġenerali

7.40.    It-tranżazzjonijiet distributtivi huma rreġistrati fuq bażi tad-dovuti, jiġifieri fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew it-talba tinħoloq, tiġi ttrasformata, tiġi kkanċellata jew ma tibqax teżisti, u mhux fil-mument meta l-pagament attwalment isir. Dan il-prinċipju ta’ reġistrazzjoni (ibbażat fuq id-drittijiet u l-obbligi) jiġi applikat għall-flussi kollha, irrispettivament minn jekk humiex flussi monetarji, jew jekk iseħħux bejn l-unità jew fi ħdan unità unika.

7.41.    Madankollu, meta d-data li fiha t-talba (dejn) tkun akkwistata ma tistax tiġi ddeterminata b’mod preċiż, tista’ tintuża d-data tal-ħlas jew approssimazzjoni oħra aċċettabbli tal-bażi tad-dovuti (cf. 3.007.).

2.    Valur miżjud

a)    Regoli ġenerali

7.42.    Il-valur miżjud huwa r-riżultat tal-attività ta’ produzzjoni ta’ ekonomija jew ta’ waħda mill-industriji tagħha matul perjodu partikolari, u hija l-entrata li tibbilanċja tal-kont tal-produzzjoni. Huwa d-differenza bejn il-valur tal-output u l-valur tal-konsum intermedju. Hija entrata importanti fil-kejl tal-produttività ta’ ekonomija jew ta’ industrija (cf. 3.013.) jew ta’ reġjun jew ta’ industrija fi ħdan reġjun.

b)    Valwazzjoni tal-valur miżjud

7.43.    Il-valur miżjud jista’ jiddaħħal gross (il-valur miżjud gross bil-prezzijiet bażiċi) jew nett (il-valur miżjud nett bil-prezzijiet bażiċi), jiġifieri qabel jew wara t-tnaqqis tal-konsum tal-kapital fiss. F’konformità mal-metodu għall-valwazzjoni tal-output (prezz bażiku) u l-konsum intermedju (prezzijiet tax-xerrej), il-valur miżjud jitkejjel bi prezzijiet bażiċi (cf. 3.013.).

7.44.    L-użu tal-prezzijiet bażiċi jfisser li t-taxxi fuq il-prodotti u s-sussidji fuq il-prodotti jridu jiġu assenjati għal oġġetti u servizzi speċifiċi, li mbagħad għandhom jiġu allokati fost ir-reġjuni.

7.45.    Bit-tnaqqis ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni mill-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi, u biż-żieda ta’ sussidji oħra fuq il-produzzjoni, jinkiseb il-valur miżjud bil-kost tal-produzzjoni. Il-valur miżjud nett bil-kost tal-produzzjoni jikkostitwixxi l-introjtu tal-fatturi tal-produzzjoni (cf. 3.014.).

3.    Konsum ta’ kapital fiss 

7.46.    Fl-REAA, l-oġġetti u s-servizzi li jiffurmaw il-kapital fiss tal-azjenda (bħal pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament, makkinarju u bini, titjib maġġuri tal-art, software, kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti, eċċ.) jgħaddu minn tkagħbir bl-użu u minn obsolexxenza bħala mezz ta’ produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni. Dan it-tkagħbir bl-użu u obsolexxenza jitkejlu bħala l-konsum tal-kapital fiss. Simili għall-EEA, il-konsum tal-kapital fiss ma għandux jiġi kkalkulat għal annimali produttivi.

4.    Sussidji

7.47.    L-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EEA: flussi li huma kklassifikati bħala sussidji operattivi fil-EEA huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA, trattament simili li japplika għall-flussi fil-forma ta’ trasferimenti kapitali.

5.    Taxxi

7.48.    L-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EEA: it-tipi differenti ta’ taxxi huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA peress li huma kklassifikati fil-EEA.

6.    Kumpens lill-impjegati

7.49.    Għall-produtturi, il-kumpens tal-impjegati huwa allokat għall-KAUs lokali fejn in-nies huma impjegati. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kumpens tal-impjegati jiġi allokat bħala t-tieni l-aħjar metodu bbażat fuq is-sigħat maħduma. Jekk la l-kumpens tal-impjegati u lanqas is-sigħat maħduma ma jkunu disponibbli, jintuża l-għadd ta’ impjegati mill-KAU lokali (cf. ESA 2010, 13.42).

7.    Surplus operatorju nett 

7.50.    Is-surplus operatorju nett jinkiseb mill-valur nett miżjud bil-prezzijiet bażiċi billi jitnaqqas il-kumpens tal-impjegati u taxxi oħra fuq il-produzzjoni u billi jiżdiedu sussidji oħra fuq il-produzzjoni.

8.    Imgħax, renti

7.51.    L-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EEA: flussi li huma kklassifikati bħala interessi, renti fil-EEA huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA.

9.    Introjtu intraprenditorjali agrikolu: regoli ġenerali tal-kalkolu

7.52.    L-introjtu mill-proprjetà direttament pagabbli li jirriżulta minn attivitajiet agrikoli u minn attivitajiet sekondarji mhux agrikoli, jiġifieri l-imgħax imħallas fuq self meħud b’rabta ma’ dawn l-attivitajiet, inkluż għax-xiri ta’ art agrikola, u renti mħallsa lis-sidien tal-art, jitnaqqas mis-surplus operatorju (cf. 3.070. sa 3.087.).

D. ĦARSA ĦAFIFA LEJN L-IMPLIMENTAZZJONI

1.    Introduzzjoni

7.53.    Din it-taqsima għandha l-għan li tenfasizza xi aspetti tal-metodoloġija, b’mod partikolari l-għażla tal-azjenda agrikola u l-kejl tal-output.

7.54.    L-azjenda agrikola hija l-unità ta’ referenza għall-istħarriġ statistiku dwar l-agrikoltura, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak subnazzjonali. Dan huwa vantaġġ kbir għar-REAA għaliex dan ifisser li l-valwazzjoni tal-kwantitajiet tal-output tista’ tkun ibbażata direttament fuq sistemi statistiċi għall-kejl tal-erja tal-art, ir-rendimenti, id-daqs tal-merħla eċċ. L-għażla tal-azjenda għandha wkoll il-vantaġġ li tippermetti li l-kontijiet ikunu aktar konsistenti. L-output u l-kostijiet jirrigwardaw, fil-fatt, settijiet identiċi ta’ unitajiet, anke jekk il-metodi ta’ estrapolazzjoni jvarjaw minn sors għal ieħor. Fl-aħħar nett, l-għażla tal-azjenda, flimkien mal-kunċetti ta’ attivitajiet u unitajiet karatteristiċi, tevita li jkun hemm bżonn ta’ aġġustamenti li jistgħu jkunu kontenzjużi, kif jista’ jkun il-każ għall-ġonna kulinari u t-trobbija privata ta’ bhejjem minn dawk li mhumiex detenturi. Din il-konvenzjoni tagħmilha aktar faċli biex isir tqabbil bejn il-pajjiżi. Fil-fatt, ir-rabta mad-data statistika fi kwantitajiet fiżiċi, li huma kruċjali għall-agrikoltura u li jiggarantixxu li l-kejl tal-entrati kontabilistiċi jkun konsistenti minħabba li l-aġġustamenti jew il-korrezzjonijiet ta’ “statistiċi addizzjonali” huma b’hekk ristretti, ovvjament tissimplifika u ttejjeb il-kalkoli. Dawn l-aspetti huma wkoll konsistenti mal-għan li tingħata prijorità lill-approċċ axxendenti fir-REAA.

2.    Id-definizzjoni tal-agrikoltura reġjonali

7.55.    Għal kull reġjun, l-industrija agrikola tikkonsisti fl-azjendi kollha li l-fatturi tal-produzzjoni tagħhom jinsabu fir-reġjun. Dan il-prinċipju, li huwa konsistenti mal-kunċett tar-residenza tal-unitajiet ta’ produzzjoni, jista’ joħloq xi problemi: l-istatistika agrikola ġeneralment tiddefinixxi l-lokalità fejn jinsabu l-azjendi skont il-kwartieri ġenerali tagħhom u mhux direttament skont il-lokalità fejn jinsabu l-fatturi tal-produzzjoni. Dawn iż-żewġ lokalitajiet mhumiex dejjem l-istess u dan il-fenomenu x’aktarx li jkun aktar frekwenti hekk kif l-azjendi jikbru. Għalhekk, meta l-REAA jkunu kkompilati, xi azjendi jenħtieġ li jiġu kklassifikati mill-ġdid bejn ir-reġjuni u anke, f’xi każijiet, maqsuma. Dan x’aktarx ikun diffiċli fil-prattika, f’liema każ jista’ jkun preferibbli li tinżamm l-istess lokalità għall-azjendi bħal fl-istħarriġ statistiku. Din il-proposta, madankollu, tiddependi fuq żewġ kundizzjonijiet: l-ewwel nett, il-metodu ta’ definizzjoni tal-lokalità jrid ikun identiku għar-reġjuni kollha fil-pajjiż u t-tieni nett l-entrati kontabilistiċi jridu jiġu valwati kollha minn sorsi li jużaw l-istess regoli għad-definizzjoni tal-lokalità tal-azjendi.

3.    Il-kejl tal-output agrikolu 

7.56.    L-output agrikolu jinkludi ċerti prodotti ta’ għelejjel li jerġgħu jintużaw mill-istess azjenda fil-forma ta’ konsum intermedju; dan jikkonċerna primarjament prodotti għall-għalf tal-annimali. B’mod partikolari għall-għelejjel li jinħartu, l-output reġjonali jista’ spiss jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kwantitajiet maħsuda f’kull reġjun, u dawn imbagħad jingħataw valur permezz tal-prezzijiet. F’dan il-każ, l-output kollu jiġi valwat, kemm jekk ikun maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni barra mill-industrija, għall-bejgħ lil azjendi oħra jew għall-użu mill-istess azjenda. L-output ta’ kull reġjun b’hekk jinkiseb direttament, f’konformità mal-kunċett adottat fil-EEA u fir-REAA. Il-prezzijiet li bihom l-output li jifforma l-konsum intern fi ħdan l-unità jiġi valwat jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq data reġjonali, li tikkorrispondi għall-prezzijiet li bihom l-output jiġi kkummerċjalizzat. Madankollu, in-nuqqas ta’ data dwar il-prezzijiet reġjonali joħloq problema ġenerali fir-rigward tal-valwazzjoni tal-output, kemm l-output (reġjonali) li jiġi kummerċjalizzat kif ukoll l-output li jifforma l-konsum fi ħdan l-unità. Għalhekk, l-ivvalutar tar-REAA tal-prodotti li jiffurmaw il-konsum intern fi ħdan l-unità stess tqajjem l-istess diffikultajiet bħall-ivvalutar tal-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati. Ovvjament, hija kwistjoni differenti meta l-kwantitajiet ma jistgħux jiġu valwati fil-livell reġjonali. F’dan il-każ, metodu dixxendenti bbażat fuq valwazzjonijiet fil-livell nazzjonali huwa ġeneralment l-uniku wieħed li jista’ jintuża ( 4 ).

7.57.    Fir-rigward tal-annimali, kemm jekk dawn huma kklassifikati bħala inventarji jew bħala kapital fiss, jenħtieġ li jitqiesu l-punti li ġejjin:

·valwazzjonijiet fil-livell reġjonali tal-bidliet fl-inventarji u fil-GFCF relatati mal-annimali, b’dawn iż-żewġ flussi jkunu fil-fatt komponenti tal-metodu indirett tal-kalkolu tal-output;

·valwazzjonijiet tal-kummerċ tal-annimali bejn ir-reġjuni, b’dan il-kummerċ ikun ukoll komponent tal-metodu indirett tal-kalkolu tal-output;

·tqassim bejn ir-reġjuni tal-flussi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni tal-annimali;

·it-trattament xieraq tal-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda;

·il-metodu ta’ aġġustament tar-REAA kontra l-EEA.

7.58.    F’ċerti każijiet, il-metodu indirett tal-kalkolu tal-output tal-annimali jista’ jkun diffiċli wisq fil-livell reġjonali. F’każijiet bħal dawn, ikun aħjar li jiġi kkalkulat l-output fuq il-bażi ta’ mudell bl-użu ta’ data fiżika u mbagħad jiġu aġġustati l-valuri għal dawk fil-EEA.

4.    Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli 

7.59.    Hemm diversi modi kif jiġu inkorporati attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli fir-REAA, jiddependi mit-tip ta’ attività. Fil-fatt, xi wħud minn dawn l-attivitajiet sekondarji huma kkonċentrati ħafna fil-livell reġjonali - pereżempju l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli. F’dan il-każ, l-ivvalutar tal-output kemm tal-kwantitajiet kif ukoll tal-prezzijiet jistgħu jiddependu fuq id-data statistika lokali. Għal dan l-output, il-valuri fil-EEA huma de facto l-istess bħal dawk fir-REAA. Każijiet oħrajn, madankollu, jistgħu jkunu aktar diffiċli. Pereżempju, jista’ ma jkunx hemm sors reġjonali għal xi attivitajiet, speċjalment jekk ma jkunux ikkonċentrati f’reġjuni partikolari mill-bidu nett. Għal attivitajiet oħrajn, id-data reġjonali tiġi pprovduta permezz ta’ stħarriġ statistiku jew informazzjoni dwar il-kontijiet mikroekonomiċi (pereżempju n-network tad-data tal-kontabbiltà agrikola (FADN)), iżda ma hemm l-ebda garanzija li dawn huma rappreżentattivi b’mod reġjonali. Barra minn hekk, id-data tista’ tkun qadima mingħajr sorsi disponibbli għal aġġornament affidabbli. Fl-aħħar nett, xi kultant biss ikun hemm indikaturi kwalitattivi fil-livell reġjonali. F’dawn il-każijiet kollha, il-valuri tal-EEA huma l-punt tat-tluq għar-REAA u ħafna drabi jridu jintużaw il-metodi dixxendenti.

5.    Il-konsum intermedju

7.60.    Il-konsum intermedju fir-REAA jinkludi prodotti agrikoli użati minn azjendi, kemm jekk dawn huma nnegozjati direttament bejn id-detenturi fl-istess reġjun kif ukoll f’reġjuni differenti jew jibdlu l-idejn permezz ta’ intermedjarji li jistgħu jew ma jistgħux isiru s-sidien tal-prodotti qabel ma jerġgħu jinbiegħu, eċċ. Barra minn hekk, xi prodotti agrikoli tal-konsum fi ħdan l-unità jiddaħħlu wkoll bħala konsum intermedju, essenzjalment ċerti għelejjel użati bħala għalf għall-annimali. L-ebda xiri ta’ annimali - lanqas dawk importati - ma għandu jiddaħħal bħala konsum intermedju.

7.61.    L-ewwel metodu ta’ kalkolu tal-konsum intermedju ta’ prodotti agrikoli fil-livell reġjonali huwa li tiġi kkalkulata d-differenza bejn l-output tar-REAA u dik il-parti tal-output li hija maħsuba li tħalli l-industrija, fuq bażi ta’ prodott prodott ( 5 ). Madankollu, mhijiex rappreżentazzjoni totalment preċiża tal-konsum intermedju tal-prodotti agrikoli f’kull reġjun, għaliex filwaqt li huma inklużi l-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum intermedju minn azjendi f’reġjuni oħra, il-prodotti agrikoli li jiġu minn azjendi f’reġjuni oħrajn mhumiex inklużi. Il-konsum intermedju jrid, għalhekk, jiġi aġġustat skont il-valuri fil-EEA.

7.62.    Metodu ieħor ta’ kalkolu huwa wkoll possibbli, bl-użu tal-FADN bħala sors ta’ informazzjoni. Dan is-sors jippermetti l-valur tal-konsum intermedju tal-prodotti agrikoli, irrispettivament minn jekk dawn jiġux minn bejgħ minn azjendi oħra jew minn sorsi oħra bħall-importazzjonijiet. Madankollu, l-FADN ma jkoprix eżattament bl-istess mod bħall-prodotti li jintużaw bħala konsum intermedju mill-istess azjenda, u għalhekk huma meħtieġa korrezzjonijiet. Bl-istess mod, għalhekk, il-konsum intermedju jrid jiġi aġġustat skont il-valuri tal-EEA.”

ANNESS II

L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

IL-PROGRAMM TAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA 

Għal kull wieħed mill-oġġetti ta’ output (l-entrati 01 sa 18, inklużi s-subentrati), il-valur bil-prezzijiet bażiċi kif ukoll il-komponenti tiegħu (il-valur skont il-prezzijiet tal-produttur, is-sussidji fuq il-prodotti u t-taxxi fuq il-prodotti) għandhom jiġu trażmessi.

Id-data għall-kont tal-produzzjoni u għall-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (GFCF) għandha tiġi trasmessa kemm skont il-prezzijiet attwali kif ukoll skont dawk tas-sena preċedenti.

Il-valuri kollha jenħtieġ li jiġu espressi f’miljuni ta’ unitajiet tal-munita nazzjonali. L-input tax-xogħol jenħtieġ li jiġi espress f’1 000 unità ta’ xogħol annwali (AWUs).

Id-data għall-kontijiet reġjonali għall-agrikoltura għandha tiġi trażmessa bil-prezzijiet attwali biss.

1.    Kont tal-produzzjoni

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n
(Estimi tal-EEA)

Marzu

sena n+1
(Estimi tal-EEA)

Settembru
sena n+1

(data finali tal-EEA)

Ġunju
sena n+2

(REAA)

01

ĊEREALI (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

01.1

Qamħ u farru

X

X

X

X

01.1/1

Qamħ artab u farru artab

X

X

01.1/2

Qamħ durum

X

X

01.2

Segala u meslin

X

X

X

X

01.3

Xgħir

X

X

X

X

01.4

Ħafur u taħlit ta’ ċereali tas-sajf

X

X

X

X

01.5

Żerriegħa tal-qamħirrum

X

X

X

X

01.6

Ross

X

X

X

X

01.7

Ċereali oħrajn

X

X

X

X

02

GĦELEJJEL INDUSTRIJALI

X

X

X

X

02.1

Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

02.1/1

Żerriegħa tal-kolza u tan-nevew

X

X

02.1/2

Ġirasol

X

X

02.1/3

Sojja

X

X

02.1/4

Prodotti żejtnin oħrajn

X

X

02.2

Għelejjel tal-proteini (inkluż iż-żrieragħ)

X

X

X

X

02.3

Tabakk mhux maħdum

X

X

X

X

02.4

Pitrava ħelwa

X

X

X

X

02.5

Għelejjel industrijali oħrajn

X

X

X

X

02.5/1

Pjanti tal-fibra

X

02.5/2

Ħops

X

02.5/3

Għelejjel industrijali oħrajn: oħrajn

X

03

PJANTI TAL-FORAĠĠ

X

X

X

X

03.1

Qamħirrum għall-għalf

X

X

03.2

Għelejjel b’għerq li jintuża bħala għalf (inkluż pitravi għall-foraġġ)

X

X

03.3

Pjanti tal-foraġġ oħrajn

X

X

04

PRODOTTI TAL-ĦAXIX U ORTIKULTURALI

X

X

X

X

04.1

Ħaxix frisk

X

X

X

X

04.1/1

Pastard

X

04.1/2

Tadam

X

04.1/3

Ħaxix frisk ieħor

X

04.2

Pjanti u fjuri

X

X

X

X

04.2/1

Mixtli

X

04.2/2

Pjanti u fjuri ornamentali (inkluż siġar tal-Milied)

X

04.2/3

Pjantaġġuni

X

05

PATATA (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

06

FROTT

X

X

X

X

06.1

Frott frisk

X

X

X

X

06.1/1

Tuffieħ għad-deżerta

X

06.1/2

Lanġas għad-deżerta

X

06.1/3

Ħawħ

X

06.1/4

Frott frisk ieħor

X

06.2

Frott taċ-ċitru

X

X

X

X

06.2/1

Larinġ ħelu

X

06.2/2

Mandarini

X

06.2/3

Lumi

X

06.2/4

Frott taċ-ċitru ieħor

X

06.3

Frott tropikali

X

X

X

X

06.4

Għeneb

X

X

X

X

06.4/1

Għeneb għad-deżerta

X

06.4/2

Għeneb ieħor

X

06.5

Żebbuġ

X

X

X

X

06.5/1

Żebbuġ tal-mejda

X

06.5/2

Żebbuġ ieħor

X

07

INBID

X

X

X

X

07.1

Inbid tal-mejda

X

07.2

Inbid ta’ kwalità

X

08

ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

X

X

X

X

09

GĦELEJJEL OĦRAJN

X

X

X

X

09.1

Materjali tal-ħaxix użati primarjament għall-immaljar

X

09.2

Żrieragħ

X

09.3

Għelejjel oħrajn: oħrajn

X



10

L-OUTPUT TAL-GĦELEJJEL (01 SA 09)

X

X

X

X

11

ANNIMALI

X

X

X

X

11.1

Bhejjem tal-ifrat

X

X

X

X

11.2

Ħnieżer

X

X

X

X

11.3

Ekwini

X

X

X

X

11.4

Nagħaġ u mogħoż

X

X

X

X

11.5

Tjur

X

X

X

X

11.6

Annimali oħra

X

X

X

X

12

PRODOTTI TAL-ANNIMALI

X

X

X

X

12.1

Ħalib

X

X

X

X

12.2

Bajd

X

X

X

X

12.3

Prodotti tal-annimali oħrajn

X

X

X

X

12.3/1

Suf mhux maħdum

X

12.3/2

Fsiedaq tad-dudu tal-ħarir

X

12.3/3

Prodotti tal-annimali oħrajn: oħrajn

X

13

OUTPUT TAL-ANNIMALI (11+12)

X

X

X

X

14

OUTPUT TA’ OĠĠETTI AGRIKOLI (10+13)

X

X

X

X

15

OUTPUT TA’ SERVIZZI AGRIKOLI

X

X

X

X

15.1

SERVIZZI AGRIKOLI

X

15.2

KIRI TA’ KWOTI TAL-ĦALIB

X

16

OUTPUT AGRIKOLU (14+15)

X

X

X

X

17

ATTIVITAJIET SEKONDARJI MHUX AGRIKOLI (INSEPARABBLI)

X

X

X

X

17.1

L-IPPROĊESSAR TA’ PRODOTTI AGRIKOLI

X

X

X

X

17.2

ATTIVITAJIET SEKONDARJI INSEPARABBLI OĦRAJN (OĠĠETTI U SERVIZZI)

X

X

X

X

18

OUTPUT TAL-INDUSTRIJA AGRIKOLA (16+17)

X

X

X

X



19

IL-KONSUM INTERMEDJU TOTALI

X

X

X

X

19.01

L-INVENTARJU TAŻ-ŻRIERAGĦ U T-TWAĦĦIL

X

X

X

X

19.02

ENERĠIJA; LUBRIKANTI

X

X

X

X

19.02/1

- elettriku

X

19.02/2

- gass

X

19.02/3

- fjuwils u propellanti oħrajn

X

19.02/4

- oħrajn

X

19.03

FERTILIZZANTI U TEJJIEBA TAL-ĦAMRIJA

X

X

X

X

19.04

PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI U PESTIĊIDI

X

X

X

X

19.05

SPEJJEŻ VETERINARJI

X

X

X

X

19.06

GĦALF GĦALL-ANNIMALI

X

X

X

X

19.06/1

- għalf fornut minn azjendi agrikoli oħrajn

X

X

X

X

19.06/2

- għalf mixtri minn barra l-industrija agrikola

X

X

X

X

19.06/3

- għalf prodott u kkunsmat mill-istess azjenda

X

X

X

X

19.07

MANUTENZJONI TA’ MATERJALI

X

X

X

X

19.08

MANUTENZJONI TA’ BINI

X

X

X

X

19.09

SERVIZZI AGRIKOLI

X

X

X

X

19.10

SERVIZZI FINANZJARJI INTERMEDJI MKEJLA B'MOD INDIRETT (FISIM)

X

X

X

X

19.11

OĠĠETTI U SERVIZZI OĦRAJN

X

X

X

X

20

IL-VALUR MIŻJUD GROSS BI PREZZIJIET BAŻIĊI (18-19)

X

X

X

X

21

KONSUM TA’ KAPITAL FISS

X

X

X

X

21.1

APPARAT

X

21.2

BINI

X

21.3

PJANTAĠĠUNI

X

21.4

OĦRAJN

X

22

VALUR MIŻJUD NETT BI PREZZIJIET BAŻIĊI (20-21)

X

X

X

X


2.    Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n
(Estimi tal-EEA)

Marzu
sena n+1

(Estimi tal-EEA)

Settembru
sena n+1

(data finali tal-EEA)

Ġunju
sena n+2

(REAA)

23

KUMPENS LILL-IMPJEGATI

X

X

X

X

24

TAXXI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI

X

X

X

X

25

SUSSIDJI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI

X

X

X

X

26

INTROJTU TAL-FATTUR (22-24+25)

X

X

X

X

27

SURPLUS OPERATORJU / INTROJTU MĦALLAT (22-23-24+25)

X

X

X

X

3.    Il-kont tal-introjtu intraprenditorjali

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n
(Estimi tal-EEA)

Marzu
sena n+1

(Estimi tal-EEA)

Settembru
sena n+1

(data finali tal-EEA)

Ġunju
sena n+2

(REAA)

28

RENTI U IMPOSTI OĦRAJN GĦALL-KIRI TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI LI JRIDU JITĦALLSU

X

X

X

X

29

IMGĦAX PAGABBLI

X

X

X

X

30

IMGĦAX RIĊEVIBBLI

X

X

X

X

31

INTROJTU INTRAPRENDITORJALI (27-28-29+30)

X

X

X

X

4.    Elementi tal-kont kapitali

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n
(Estimi tal-EEA)

Marzu
sena n+1

(Estimi tal-EEA)

Settembru
sena n+1

(data finali tal-EEA)

Ġunju
sena n+2

(REAA)

32

GFCF FI PRODOTTI AGRIKOLI

X

X

32.1

GFCF FI PJANTAĠĠUNI

X

32.2

GFCF TAL-ANNIMALI

X

33

GFCF FI PRODOTTI MHUX AGRIKOLI

X

X

33.1

GFCF F’MATERJALI

X

33.2

GFCF F’BINI

X

33.3

GFCF OĦRA

X

34

FORMAZZJONI GROSSA TA’ KAPITAL FISS (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (32+33)

X

X

35

FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS NETT (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (34-21)

X

X

36

BIDLIET FL-INVENTARJI

X

X

37

TRASFERIMENTI KAPITALI

X

X

37.1

SOVVENZJONIJIET TA’ INVESTIMENT

X

37.2

TRASFERIMENTI KAPITALI OĦRAJN

X

5.    L-input tax-xogħol agrikolu

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

C

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n
(Estimi tal-EEA)

Marzu
sena n+1

(Estimi tal-EEA)

Settembru
sena n+1

(data finali tal-EEA)

38

INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU TOTALI

X

X

X

38.1

INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU MHUX B’SALARJU

X

X

X

38.2

L-INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU B’SALARJU

X

X

X

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS):  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02003R1059-20191113 .
(2)    Sakemm il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jaqgħu fl-istess perjodu tal-ikkontjar.
(3)    Ix-xiri ta’ annimal qatt ma għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju (bażikament, huwa akkwist ta’ xogħol li għadu għaddej, cf. 2.067.) u l-kalkolu tal-output tal-annimali jista’ jiġi kkalkulat biss indirettament, fuq il-bażi tal-bejgħ, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk.
(4)    Skont il-metodu użat, il-konsum fi ħdan l-unità jenħtieġ li jiġi aġġustat għall-valuri tal-EEA.
(5)    Esklużi hawnhekk huma l-prodotti agrikoli importati (ħlief l-annimali).
Top