Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M8713

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Mejju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8713 — Tata Steel/ThyssenKrupp/JV Relatur: Il-Bulgarija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 24/10

C/2019/4228

ĠU C 24, 22.1.2021, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Mejju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8713 — Tata Steel/ThyssenKrupp/JV

Relatur: Il-Bulgarija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 24/10)

Operazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Suq tal-Prodotti

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għall-produzzjoni u l-forniment ta’ ċerti prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju lesti u b’mod partikolari li l-pjanċa tal-landa, l-azzar tal-kromu miksi b’mod elettrolitiku (ECCS) u l-azzar laminat għall-imballaġġ tal-prodotti jikkostitwixxu swieq tal-prodotti distinti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għall-produzzjoni u l-forniment ta’ ċerti prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju lesti, u b’mod partikolari:

4.1.

Prodotti tal-azzar galvanizzat b’banju sħun forniti lill-industrija awtomobilistika (“HDG awtomobilistiku”) jikkostitwixxu suq tal-prodotti distint minn prodotti tal-azzar galvanizzati b’banju sħun forniti għal applikazzjonijiet oħra, partikolari minħabba d-domanda limitata u s-sostitwibbiltà fuq in-naħa tal-provvista, l-ispeċifiċitajiet l-oħra tad-domanda u l-provvista tal-HDG awtomobilistiku kif dettaljati fid-deċiżjoni, u l-kundizzjonijiet prevalenti tal-kompetizzjoni ([Informazzjoni dwar il-marġni]) bejn il-konsumaturi awtomobilistiċi u dawk mhux awtomobilistiċi;

4.2.

L-HDG awtomobilistiku kollu, kemm jekk fornut direttament jew indirettament lill-OEMs awtomobilistiċi, jaqa’ fl-istess suq tal-prodott rilevanti, li x’aktarx ikun differenzjat.

Swieq ġeografiċi

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti għall-produzzjoni u l-forniment ta’ ċerti prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju lesti, u b’mod partikolari:

5.1.

Is-swieq tal-pjanċi tal-landa, ECCS u azzar laminat huma l-aktar l-aktar mifruxa madwar iż-ŻEE; kif ukoll

5.2.

Is-suq għal HDG awtomobilistiku huwa l-aktar aktar mifruxa madwar iż-ŻEE, iżda hemm evidenza li fiż-ŻEE dan huwa wieħed differenzjat.

Valutazzjoni Kompetittiva

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti orizzontali mhux koordinati fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’:

6.1.

Pjanċa tal-landa, ECCS u azzar laminat għall-imballaġġ fiż-ŻEE; kif ukoll

6.2.

HDG awtomobilistiku fiż-ŻEE.

Effiċjenzi

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ebda waħda mill-effiċjenzi li ġew iddikjarati mill-Partijiet ma tissodisfa t-test kumulattiv tal-effiċjenza tal-verifikabbiltà, tal-ispeċifiċità tal-fużjoni u tal-benefiċċju għall-konsumaturi.

Impenji

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji Finali ma jneħħu l-ebda impediment sinifikanti minn fuq il-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-produzzjoni u l-forniment ta’:

8.1.

Pjanċa tal-landa, ECCS u azzar laminat għall-imballaġġ fiż-ŻEE; kif ukoll

8.2.

HDG awtomobilistiku fiż-ŻEE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (13 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji Finali ma jiżgurawx b’mod suffiċjenti l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozji ta’ Żvestiment.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (13 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li, għaldaqstant, it-Tranżazzjoni tkun iddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Top