Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10117

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M. 10117 — A.P. Moller/APMH Invest/Faerch Group) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 24/17

PUB/2021/46

ĠU C 24, 22.1.2021, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 10117 — A.P. Moller/APMH Invest/Faerch Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 24/17)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

APMH Invest A/S (id-Danimarka), (“APMHI”), sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ A.P. Møller Holding A/S (id-Danimarka), (“APMH”),

Faerch Group A/S (id-Danimarka), (“Faerch”).

APMHI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Faerch kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

APMHI: ġestjoni tal-fondi li tiffoka fuq it-trasport marittimu, it-tiftix taż-żejt u l-industriji bbażati fuq l-art. Hija affiljata fl-APMH, l-azzjonist kontrollanti tal-grupp A.P. Møller-Maersk A/S, kumpanija integrata tat-trasport u tal-loġistika.

Faerch: il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-imballaġġ tal-plastik għall-industrija tal-ikel, inklużi tilari tal-plastik termoformati differenti fir-reżini tal-plastik ewlenin kollha, li jservu l-aktar is-suq Ewropew għal ikliet lesti, ikel kiesaħ u snacks u laħam frisk.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10117 — A.P. Moller/APMH Invest/Faerch Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top