Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0110

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji

    COM/2021/110 final

    Brussell, 10.3.2021

    COM(2021) 110 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji


    1.Introduzzjoni: sfidi ġodda u qodma għall-għajnuna umanitarja tal-UE 

    L-Unjoni Ewropea flimkien mal-Istati Membri tagħha hija d-donatur umanitarju ewlieni fid-dinja, responsabbli għal madwar 36 % tal-assistenza umanitarja globali 1 . F’dinja fejn l-impronta tal-kunflitti u tad-diżastri qed tespandi b’mod kostanti, l-għajnuna umanitarja hija pilastru ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE u parti importanti mill-kapaċità tagħha li tipproġetta l-valuri tagħha globalment.

    Madankollu, l-għajnuna umanitarja issa qed tiffaċċja sett ta’ sfidi mingħajr preċedent, aggravati mill-pandemija tal-COVID-19. Il-ħtiġijiet umanitarji huma kbar aktar minn qatt qabel, xprunati l-aktar mill-qawmien mill-ġdid ta’ kunflitti statali 2 , flimkien mal-impatt tat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, it-tkabbir tal-popolazzjoni globali u l-governanza falluta. Madankollu, id-diskrepanza bejn il-ħtiġijiet umanitarji u r-riżorsi disponibbli globalment qed tiżdied. In-normi u l-prinċipji bażiċi qed jiġu kkontestati, fatt li rarament kien isseħħ qabel, u b’konsegwenza ta’ hekk l-għoti tal-għajnuna qed isir aktar diffiċli u perikoluż.

    Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi kif l-UE, filwaqt li taħdem mas-sħab umanitarji diversi tagħha u ma’ donaturi oħra, tista’ tegħleb din l-isfida.

    Ħtiġijiet umanitarji: kurva li tielgħa – xprunata b’mod drammatiku ’l fuq mill-COVID-19 u l-impatti klimatiċi

    Ir-responsabbiltà globali tal-UE bħala attur umanitarju qatt ma kienet daqshekk qawwija daqs kemm kienet mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Fl-2021, huwa previst li 150 miljun persuna se jkunu spiċċaw f’faqar estrem bħala riżultat tal-pandemija 3 . Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-fraġilitajiet u l-inugwaljanzi diġà eżistenti u amplifikat aktar il-ħtiġijiet umanitarji. In-Nazzjonijiet Uniti (NU) tistma li kważi 235 miljun persunawaħda (1) minn kull 33 persuna minn madwar id-dinja – se jkunu jeħtieġu assistenza umanitarja fl-2021. Din hija żieda ta’ 40 % mill-ħtiġijiet stmati għall-2020 (qabel il-COVID-19) u kważi tliet darbiet aktar mill-2014. In-numru ta’ persuni spostati rdoppja mill-2010, biex sal-aħħar tal-2019 laħaq id-79,5 miljun 4 persuna. Il-kriżi umanitarja medja issa ddum aktar minn disa’ snin, u ħafna, inkluż fil-viċinat tal-Ewropa, idumu konsiderevolment aktar. Minħabba f’dan, ħafna kriżijiet umanitarji “jintnesew 5 ”.

    L-UE u l-Istati Membri tagħha rreaġixxew billi minn April 2020 għaqqdu flimkien pakkett ta’ rispons ta’ Tim Ewropa 6 ta’ EUR 38,5 biljun, li EUR 3,49 biljun minnhom huma ddedikati għar-rispons ta’ emerġenza u għall-ħtiġijiet umanitarji li jirriżultaw mill-pandemija.

    It-tibdil fil-klima qed jaggrava d-degradazzjoni ambjentali u l-konsegwenzi ta’ ġestjoni mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali filwaqt li jżid mal-ħtiġijiet umanitarji. Minbarra perikli naturali dejjem aktar frekwenti u serji li jikkawżaw diżastri, it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma fost il-kawżi ewlenin ta’ kunflitt, flimkien mal-insigurtà tal-ikel u l-ispostament. Fl-2018, madwar 108 miljun persuna kienu jeħtieġu assistenza umanitarja internazzjonali minħabba maltempati, għargħar, nixfiet u nirien. 7 Sal-2050, aktar minn 200 miljun persuna se jkunu jeħtieġu assistenza umanitarja kull sena b’konsegwenza tad-diżastri relatati mal-klima 8 u l-impatt soċjoekonomiku tat-tibdil fil-klima.

    Diskrepanza fil-finanzjament dejjem akbar – u bażi ta’ donaturi żgħira ħafna

    Fl-2020, l-appelli umanitarji kollha tan-NU żdiedu għal kważi EUR 32,5 biljun – l-ogħla ċifra li qatt ġiet irreġistrata anki minħabba l-impatt tal-COVID-19. Barra minn hekk, hemm diskrepanza fil-finanzjament ta’ EUR 17,5 biljun – aktar minn nofs it-total. Skont in-NU, huma meħtieġa EUR 29 biljun inizjali biex jiġu koperti l-appelli umanitarji tan-NU fl-2021 9 . Għalkemm f’dawn l-aħħar snin l-UE u xi donaturi oħra żiedu l-isforzi tagħhom b’mod sostanzjali, bil-finanzjament umanitarju globali għall-appelli umanitarji tan-NU jiżdied minn EUR 4,1 biljun fl-2012 għal EUR 15-il biljun fl-2020, id-diskrepanza globali fil-finanzjament umanitarju qiegħda madankollu tespandi b’mod rapidu. Din id-diskrepanza x’aktarx li se tkompli tikber peress li l-ekonomiji tad-donaturi se jibqgħu taħt stress mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-COVID-19. Xi donaturi ewlenin diġà ħabbru tnaqqis fil-baġits tal-għajnuna tagħhom jew fil-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kriżijiet ewlenin. Huwa inkwetanti kif il-finanzjament umanitarju globali jkompli jiddependi ħafna fuq għadd limitat ħafna ta’ donaturi: fl-2020, l-aqwa għaxar donaturi globalment kienu responsabbli għal 83 % tal-finanzjament irrapportat 10 . L-istess japplika fl-UE, fejn il-maġġoranza assoluta tal-finanzjament umanitarju ġenerali tal-UE ġejja mill-baġit ta’ għadd żgħir ħafna ta’ Stati Membri u ta’ dak tal-UE 11 . Dan mhuwiex sostenibbli.

    Impedimenti għall-aċċess u għall-għoti tal-għajnuna umanitarja

    F’ħafna kunflitti, qed jiżdiedu l-attakki diretti u ta’ spiss intenzjonati minn persuni aggressivi kontra l-popolazzjoni ċivili, kontra l-isptarijiet u kontra l-iskejjel, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fl-2019, kien hemm 277 attakk irrapportat kontra ħaddiema tal-għajnuna umanitarja, u nqatlu 125 persuna 12 . F’ħafna kriżijiet, l-aġenziji tal-għajnuna jridu jindirizzaw ukoll l-impedimenti amministrattivi u restrizzjonijiet oħra, li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jaċċessaw lill-persuni affettwati. Il-lockdowns tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet ta’ moviment konsegwenti żiedu saff ieħor ta’ sfidi għall-għoti ta’ għajnuna lil popolazzjonijiet affettwati.

    Fid-dawl ta’ dawn ix-xejriet u sfidi, l-UE jeħtiġilha tagħti spinta ġdida lill-politika tagħha dwar l-għajnuna umanitarja sabiex tkun tista’ tindirizza b’mod aktar effettiv il-ħtiġijiet umanitarji li qed jikbru u tappoġġa ambjent abilitanti aħjar għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja bi prinċipji. Fl-istess ħin, se tkompli taħdem mill-qrib mal-atturi tal-iżvilupp u tal-bini tal-paċi biex tippromwovi soluzzjonijiet fit-tul.

    2. Il-bini ta’ bażi soda: il-prinċipji ppruvati u ttestjati tal-għajnuna umanitarja

    L-għajnuna umanitarja tal-UE tibbaża fuq bażi legali soda u fuq sett ta’ prinċipji ewlenin u objettivi komuni. Hija se tkompli taderixxi strettament mal-prinċipji umanitarji universali tal-umanità, tan-newtralità, tal-imparzjalità u tal-indipendenza, kif stabbilit fil-liġi internazzjonali. L-iżgurar tar-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali minn atturi statali u mhux statali se jibqa’ objettiv essenzjali tal-politika tal-UE dwar l-għajnuna umanitarja.

    Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja 13 jibqa’ l-qafas ta’ referenza għall-azzjoni umanitarja tal-UE. Flimkien mar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja 14 , il-Kunsens jistabbilixxi n-natura speċifika u l-mandat tal-għajnuna umanitarja: L-għajnuna umanitarja tal-UE tingħata biss abbażi tal-ħtiġijiet, f’konformità mal-prinċipji ta’ donazzjoni umanitarja tajba 15 . Kif imfakkar ukoll fl-approċċ integrat tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni 16 , l-għajnuna umanitarja tal-UE mhi influwenzata minn ebda objettiv politiku, strateġiku, militari jew ekonomiku. Dan huwa essenzjali wkoll biex jiġi żgurat li l-għajnuna tista’ tingħata lil persuni affettwati minn kriżi f’ambjenti politiċi u ta’ sigurtà spiss kumplessi.

    Filwaqt li l-għajnuna umanitarja hija parti ewlenija mir-rispons ġenerali tal-UE għall-kriżijiet, l-UE tissalvagwardja n-natura distinta tal-għajnuna umanitarja tagħha, filwaqt li tkompli ssaħħaħ ir-rabta mal-assistenza għall-iżvilupp tal-UE, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-inizjattivi għall-bini tal-paċi.

    Ir-rispons umanitarju tal-UE se jkompli jirrispetta l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” f’dak kollu li jirrigwarda l-popolazzjonijiet affettwati u l-ambjent 17 u se jagħmel ħiltu biex ikun sensittiv għall-kunflitti biex il-kunflitt ma jiġix rinforzat b’mod involontarju. Dan se jkompli jippromwovi u jsaħħaħ il-koordinazzjoni ċivili-militari umanitarja effettiva sabiex l-ispazju umanitarju jiġi ssalvagwardjat.

    L-għajnuna umanitarja spiss tkun il-forma ewlenija ta’ assistenza pprovduta lil persuni affettwati minn kriżi. Bil-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu u bil-baġits għall-għajnuna mġebbdin sal-limiti tagħhom, ir-riskju li xi nies u komunitajiet jitħallew jaqgħu lura huwa reali ħafna. L-UE se tkompli tiżgura rispons ibbilanċjat għall-ħtiġijiet u se tkompli talloka 15 % tal-baġit umanitarju inizjali tagħha għall-“kriżijiet minsija”.

    L-integrazzjoni kontinwa tal-protezzjoni għall-persuni li jinqabdu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, inkluż permezz tal-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u r-rispons għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u l-isfruttament, l-abbuż u l-fastidju sesswali, se tibqa’ karatteristika b’saħħitha tal-għajnuna umanitarja tal-UE, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 18 . L-UE se tkompli tappoġġa l-Appell Globali għal Azzjoni dwar il-Protezzjoni mill-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru f’Emerġenzi 19 . Hija se żżomm ukoll l-impenji tagħha li tindirizza b’mod rapidu kwalunkwe tip ta’ mġiba ħażina fis-settur tal-għajnuna internazzjonali u żżid ir-responsabbiltà 20 .

    In-nies se jibqgħu definittivament fiċ-ċentru tal-għajnuna umanitarja tal-UE, b’opportunitajiet għal parteċipazzjoni sinifikanti tal-benefiċjarji tal-għajnuna f’deċiżjonijiet li jaffettwawhom. L-UE hija impenjata wkoll li tissodisfa l-ħtiġijiet u d-drittijiet ta’ gruppi speċifiċi inklużi n-nisa, it-tfal, l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà. Dan jikkontribwixxi għall-aġenda ġenerali tal-UE dwar l-ugwaljanza 21 , prijorità ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea.

    L-aċċess għat-tfal f’ambjenti ta’ kriżi għal edukazzjoni sikura u konsistenti huwa kruċjali, iżda dan għadu ’l bogħod milli jkun realtà kullimkien. L-istabbilimenti edukattivi – u l-istudenti nfushom – saru dejjem aktar mira intenzjonata ta’ attakki vjolenti, b’mod partikolari fir-reġjun tas-Saħel. Sadanittant, għalkemm is-soluzzjonijiet diġitali u remoti għenu biex jiġi żgurat livell ta’ kontinwità għall-istudenti f’ħafna postijiet matul il-pandemija tal-COVID-19, l-aċċess għal dawn l-opportunitajiet ma kienx qed ikun possibbli għal ħafna benefiċjarji tal-għajnuna umanitarja, bi tfal refuġjati jew spostati f’pajjiżhom jiffaċċjaw sfidi partikolari biex ikollhom aċċess għall-edukazzjoni. In-NU tistma 22 li kważi 24 miljun tifel u tifla u żagħżugħ(a) f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi umanitarja jinsabu f’riskju li ma jerġgħux jirritornaw l-iskola minħabba l-COVID-19. Il-bniet huma saħansitra f’riskju ogħla, billi f’ħafna każijiet, il-fatt li ma jattendux skola jwassal għal żwiġijiet bikrin u sfurzati 23 . L-UE se tkompli tiffoka b’mod qawwi fuq l-appoġġ għall-protezzjoni tat-tfal u l-edukazzjoni f’emerġenzi, b’mod partikolari l-aċċess għall-edukazzjoni għall-bniet f’kuntesti umanitarji. Hija se tkompli talloka mill-anqas 10 % tal-baġit umanitarju annwali tagħha għal din il-prijorità (żieda minn 1 % biss fl-2015) u se tinvolvi ruħha bis-sħiħ fid-“Dikjarazzjoni dwar l-Iskejjel Sikuri 24 ”.

    Finalment, il-multilateraliżmu 25 effettiv u l-koordinazzjoni mmexxija min-NU se jibqgħu ċentrali għall-azzjoni umanitarja tal-UE, bħala faċilitaturi ewlenin ta’ rispons umanitarju bbażat fuq prinċipji u koerenti. Barra minn hekk, l-UE se tkompli tiddependi fuq network b’saħħtu ta’ sħab diversi, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi, aġenziji tan-NU, fondi u programmi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, kif ukoll aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri tal-UE. Il-kooperazzjoni ma’ dawn is-sħab diversi hija essenzjali biex issir differenza u jinkisbu riżultati ta’ kwalità fil-prattika.



    3. L-indirizzar tal-ħtiġijiet li dejjem qegħdin jiżdiedu, it-tnaqqis tad-diskrepanza fil-finanzjament

    3.1 Riżultati aħjar: It-tisħiħ tal-effettività u tal-effiċjenza, l-ingranaġġ tal-innovazzjoni u tal-kapaċitajiet

    Diġà fl-2016, fis-Summit Umanitarju Dinji, id-donaturi ewlenin u l-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja rrikonoxxew l-isfida strutturali maħluqa mill-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu u minn bażi ta’ riżorsi limitata. Huma qablu fuq “Patt Kbir” biex jadattaw il-prattiki ta’ ħidma tad-donaturi u tal-organizzazzjonijiet tal-għajnuna bil-għan li jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-impatt 26 . L-ideat ċentrali wara l-Grand Bargain huma aktar validi u aktar urġenti minn qatt qabel: flessibbiltà min-naħa tad-donatur biex is-sħab umanitarji jkunu jistgħu jagħtu rispons f’waqtu u adattat, filwaqt li jarmonizzaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar spiss onerużi ta’ donaturi differenti. Min-naħa tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-għajnuna ġeddew l-impenn tagħhom għal valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ikkoordinati, responsabbiltà lill-benefiċjarji u lill-kontribwenti, trasparenza u viżibbiltà tal-assistenza tad-donaturi, filwaqt li żguraw li l-ogħla proporzjon possibbli ta’ fondi jilħaq lin-nies li jeħtieġu assistenza. B’mod parallel, huwa essenzjali li l-finanzjament ikun jista’ jiġi mobilizzat malajr b’reazzjoni għal emerġenzi mhux previsti (kif muri mill-COVID-19) u diżastri naturali aktar frekwenti li jseħħu f’daqqa, bħal dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima. L-UE se timmira li timmodernizza aktar il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tagħha biex toffri flessibbiltà operazzjonali akbar lis-sħab umanitarji tagħha filwaqt li ssaħħaħ il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE.

    Filwaqt li l-maġġoranza tal-assistenza umanitarja tal-UE tiġi allokata fuq bażi annwali, il-Kummissjoni Ewropea ppilotat “sħubijiet programmatiċi” fuq diversi snin u għal diversi pajjiżi, inkluż mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar 27 . Dawn is-sħubijiet ifittxu li jipprovdu flessibbiltà akbar lis-sħab umanitarji u li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għas-sħab umanitarji kif ukoll għall-Kummissjoni, filwaqt li jimmassimizzaw l-impatt tal-finanzjament tal-UE u jtejbu l-viżibbiltà tal-UE. Dan l-approċċ pilota se jiġi estiż għall-entitajiet u għall-aġenziji tan-NU u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.

    B’mod aktar ġenerali, l-UE se tkompli tippromwovi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jwasslu għal għajnuna aktar effiċjenti, kosteffettiva, ekoloġika u reżistenti għall-klima 28 .

    L-użu ta’ trasferimenti ta’ flus issa huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala l-aktar mod effiċjenti u effettiv biex tingħata assistenza lil persuni affettwati minn kunflitti jew diżastri. L-UE għandha impenn fit-tul biex tuża l-assistenza fi flus f’ambjenti umanitarji, kull meta jkun possibbli u xieraq 29 . Hija ħadmet ukoll ma’ sħab ewlenin biex tiżgura li l-akbar proporzjon possibbli tal-finanzjament ipprovdut għal programm ta’ flus jilħaq lill-benefiċjarji finali.

    Il-mezzi diġitali huma kruċjali għall-kunsinna sikura tat-trasferimenti ta’ flus. Meta disponibbli, dawn jista’ jkollhom ukoll rwol importanti fl-introduzzjoni tal-apprendiment mill-bogħod għall-edukazzjoni f’emerġenzi, f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni diġitali tal-edukazzjoni 30 , u fl-iffaċilitar ta’ sistemi ta’ twissija bikrija għal diżastri, monitoraġġ ta’ spostamenti u valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet mill-bogħod. L-UE se testendi aktar l-użu ta’ għodod diġitali sikuri u effiċjenti, fl-azzjonijiet umanitarji tagħha, b’mod partikolari għal programmi ta’ xibka tas-sikurezza soċjali li jirrispondu għax-xokkijiet, bħax-Xibka tas-Sikurezza Soċjali ta’ Emerġenza 31 fit-Turkija (l-akbar programm umanitarju fl-istorja tal-UE) u biex tippermetti l-konnettività tal-benefiċjarji tal-għajnuna, filwaqt li jiġu rrispettati għal kollox ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data 32 .

    Appoġġ għar-rispondenti lokali

    Il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet lokali normalment ikunu l-ewwel rispondenti, u jaqdu rwol ewlieni fl-għoti ta’ assistenza rapida, ta’ kwalità u kosteffiċjenti għall-persuni fil-bżonn. Matul il-kriżi tal-COVID-19, l-atturi lokali spiss kienu l-ewwel li wieġbu, u b’hekk kienu qed jimlew vakwu li tħalla minn atturi internazzjonali li ħerġin. Il-pandemija enfasizzat ukoll l-importanza tal-għarfien lokali u l-fehim kuntestwali biex jiġi żgurat li l-għajnuna tiġi aċċettata aktar faċilment u biex titħaffef il-kapaċità ta’ intervent.

    Il-Grand Bargain kien jinkludi impenn qawwi mid-donaturi u mill-aġenziji tal-għajnuna internazzjonali biex jiġu diretti aktar riżorsi direttament lir-rispondenti lokali. Madankollu, il-fluss ta’ finanzjament lill-atturi lokali u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali ġie mfixkel mill-ħtieġa ta’ ħafna donaturi biex jirrikonċiljaw dan l-impenn mar-rekwiżiti regolatorji, ta’ trasparenza u ta’ responsabbiltà, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt fejn l-intraċċar finanzjarju jista’ jkun ta’ sfida.

    Il-Kummissjoni se tistinka biex iżżid l-appoġġ tal-UE għal-lokalizzazzjoni, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tal-pajjiżi u tal-kuntest, kif ukoll billi tingrana strumenti differenti f’konformità mal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi, fuq erba’ assi:

    a)tinvesti fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet lokali, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tiegħu b’inizjattivi bħall-Fond ta’ Inizjattiva Lokali fit-Turkija (LIFT), li qed jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju lil dawk ir-rispondenti lokali sabiex l-għajnuna tilħaq lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti;

    b)tiffaċilita l-akkwist ekoloġiku u lokali ta’ provvisti umanitarji;

    c)tappoġġa mudelli ta’ finanzjament lokalizzati, bħal mekkaniżmi ta’ finanzjament kollettiv multilaterali b’enfasi qawwija fuq ir-rispondenti lokali;

    d)tinkoraġġixxi lill-konsorzji bbażati fuq sħubijiet bejn partijiet ugwali, responsabbiltajiet kondiviżi u finanzjament bejn rispondenti internazzjonali u lokali.

    F’konformità mal-impenji tal-Patt il-Kbir tagħha, l-UE qed tikkontribwixxi għal fondi kollettivi abbażi tal-pajjiżi tan-NU 33 fis-Sudan t’Isfel u fl-Ukrajna fuq bażi pilota. Dawn il-fondi jippermettu lid-donaturi internazzjonali jappoġġaw b’mod indirett lil organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali u nazzjonali, inkluż billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom f’mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni umanitarja fil-livell tal-pajjiżi.

    Objettiv: Il-promozzjoni ta’ azzjoni umanitarja flessibbli u effiċjenti u mekkaniżmi ta’ finanzjament.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·L-estensjoni ta’ arranġamenti ta’ finanzjament pluriennali u flessibbli ma’ sħab umanitarji – il-kollegament ma’ strumenti ta’ żvilupp kif xieraq - u s-simplifikazzjoni/l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar f’konformità mal-Grand Bargain, filwaqt li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jiġu kkoordinati bejn l-aġenziji u li jissaħħu r-responsabbiltà, l-effiċjenza u l-viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE.

    ·Żieda fl-appoġġ tal-UE għar-rispondenti lokali, inkluż bl-użu estiż ta’ fondi miġbura abbażi tal-pajjiżi u mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament li jagħtu prijorità lill-atturi lokali.

    ·L-iżvilupp ta’ gwida dwar il-promozzjoni ta’ sħubijiet bejn partijiet ugwali ma’ rispondenti lokali.

    ·L-inkoraġġiment ta’ użu ulterjuri ta’ għodod diġitali mis-sħab umanitarji, inkluż permezz ta’ ħidma konġunta biex jinbena ambjent favorevoli.

    ·L-iżvilupp ta’ gwida speċifika dwar l-espansjoni tal-użu tal-flus diġitali u l-iżgurar tal-aċċess tar-riċevituri tal-għajnuna għal soluzzjonijiet diġitali fil-kuntest tar-reviżjoni tal-politika tematika tal-UE dwar it-trasferimenti tal-flus.

    ·Appoġġ, żieda u promozzjoni ta’ investimenti f’soluzzjonijiet ippruvati, kosteffettivi u bbażati fuq it-teknoloġija għall-għajnuna umanitarja, li jibnu wkoll fuq l-eżempju tal-għotjiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għall-2020 34 .

    3.2 Innaqqsu d-diskrepanzi: Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew 

    Filwaqt li l-għajnuna umanitarja tal-UE se tkompli tingħata mis-sħab umanitarji tal-UE, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom ikun hemm valur miżjud ċar għall-UE biex tintervjeni direttament, pereżempju biex timla nuqqas temporanju meta l-mekkaniżmi ta’ twettiq abitwali jew il-kapaċitajiet disponibbli minn organizzazzjonijiet umanitarji jew awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkunu ineffettivi jew neqsin 35 . F’każijiet bħal dawn, Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew, f’konformità mar-Regolament tal-UE dwar l-Għajnuna Umanitarja u ffinanzjata mill-baġit umanitarju tal-UE, tippermetti lill-UE tappoġġa lill-Istati Membri u lis-sħab umanitarji tal-UE fl-għoti rapidu tal-assistenza.

    Din il-kapaċità tibbaża fuq l-esperjenza miksuba matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż l-użu ta’ titjiriet ta’ ripatrijazzjoni għat-trasport tal-merkanzija umanitarja u l-istabbiliment tal-Pont bl-Ajru Umanitarju tal-UE 36 , f’approċċ ta’ Tim Ewropa, biex jiġi appoġġat l-għoti ta’ għajnuna umanitarja essenzjali.

    Bejn Mejju u Ottubru 2020, l-UE temmet b’suċċess 67 operazzjoni ta’ Pont bl-Ajru Umanitarju tal-UE għal 20 pajjiż f’erba’ kontinenti. Din l-inizjattiva, iffinanzjata mill-baġit tal-UE għall-għajnuna umanitarja, użat 1 150 tunnellata ta’ merkanzija medika u umanitarja essenzjali u 1 700 persunal mediku u umanitarju, kif ukoll passiġġieri oħrajn.

    Din il-kapaċità se tiffunzjona f’komplementarjetà mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u se tiddependi fuq il-potenzjal operazzjonali taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Rispons ta’ Emerġenza tal-UE 37 . Hija se tfittex li tippermetti aktar azzjoni umanitarja mis-sħab tal-UE u mill-Istati Membri u se tiġi implimentata f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ dawn tal-aħħar. Fejn meħtieġ, din il-kapaċità se jkollha l-għan li tiffaċilita l-loġistika inkluż it-trasport, u tippermetti l-ippuljar tar-riżorsi u tiffaċilita l-iskjerament u l-operazzjonijiet inizjali tagħhom fil-qasam. Tista’, pereżempju, toffri valutazzjonijiet loġistiċi, appoġġ għall-iskjerament inizjali, appoġġ għall-akkwist, kumulazzjoni, trasport u/jew distribuzzjoni ta’ provvisti ta’ sokkors, inklużi vaċċini tal-COVID-19 u l-kunsinna tagħhom f’pajjiżi fraġli 38 . Tista’ wkoll tkompli ssaħħaħ il-kapaċità ta’ reazzjoni medika tal-UE għal emerġenzi tas-saħħa futuri, billi tibni fuq il-Korp Mediku eżistenti tal-UE, f’kooperazzjoni, fejn rilevanti mat-Task Force tas-Saħħa tal-UE 39 futura li għandha tiġi stabbilita fil-kuntest tal-koordinazzjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) biex tassisti r-rispons lokali għal tifqigħat ta’ mard li jittieħed f’sinerġija mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u biex tissaħħaħ it-tħejjija fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, dawn l-isforzi se jkunu komplementari wkoll għal inizjattivi oħra tal-UE li jistgħu jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-azzjoni umanitarja tal-UE, bħall-kontribuzzjoni tal-voluntiera permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li jipprovdi punt ta’ dħul uniku għall-attivitajiet ta’ solidarjetà madwar l-Unjoni u lil hinn minnha 40 .

    Objettiv: L-iżgurar li l-għajnuna umanitarja tal-UE tkun tista’ tingħata malajr u b’mod effiċjenti lil dawk fil-bżonn.

    Azzjoni ewlenija:

    ·L-iżvilupp ta’ Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew biex jimtlew in-nuqqasijiet, skont kif ikun meħtieġ, li tippermetti lill-Istati Membri tal-UE u lis-sħab umanitarji jipprovdu assistenza umanitarja malajr, f’koordinazzjoni u f’komplementarjetà mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

    3.3. Fokus aktar b’saħħtu fuq l-impatti klimatiċi u l-fatturi ambjentali: promozzjoni, tħejjija u azzjoni antiċipatorja

    It-tħejjija għad-diżastri hija diġà parti integrali mir-rispons umanitarju tal-UE, b’baġit iddedikat u element ewlieni tal-aġenda fit-tul tal-UE għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri. Madankollu, l-impatti dejjem jikbru tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali qed jipperikolaw is-suċċess tal-azzjoni umanitarja nnifisha 41 . It-tibdil fil-klima mhux biss jamplifika d-diżastri naturali, iżda huwa wkoll multiplikatur tat-theddid 42 li jikkomplika u jtawwal is-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, u b’hekk iżid il-ħtiġijiet umanitarji. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li kunsiderazzjonijiet klimatiċi (inkluża s-sensibilizzazzjoni għar-riskji) u ambjentali jitqiesu fl-azzjoni umanitarja kull fejn u kull meta din tiġi pprovduta, b’enfasi speċifika fuq l-appoġġ tal-adattament għall-klima u r-reżiljenza ambjentali bħala parti mill-programmazzjoni umanitarja fil-pajjiżi u fir-reġjuni l-aktar suxxettibbli għad-diżastri.

    B’mod partikolari approċċi antiċipatorji 43 għall-azzjoni umanitarja jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunitajiet, inklużi gruppi spostati, f’reġjuni vulnerabbli u suxxettibbli għad-diżastri. L-effettività ta’ dawn l-approċċi tiddependi fuq li jkun hemm informazzjoni affidabbli biżżejjed permezz ta’ sistemi ta’ twissija bikrija 44 , inkluż indikaturi jew kriterji oħra biex tiġi skattata l-azzjoni. Filwaqt li tibni fuq aktar sħubiji mal-komunitajiet klimatiċi u xjentifiċi, l-UE se żżid l-użu ta’ dawn l-approċċi. L-UE se tuża wkoll il-presidenza tagħha tal-Pjattaforma dwar l-Ispostament tad-Diżastri fl-2022 biex tippromwovi sforzi globali biex tipproteġi lin-nies spostati minħabba d-diżastri u t-tibdil fil-klima.

    F’Lulju 2020, it-tbassir ipprovdut mis-Sistema Globali ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar taħt is-Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus tal-UE (għodda disponibbli għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili) ippermetta lis-sħab umanitarji fil-Bangladesh 45 jaġixxu malajr b’rispons għal għargħar kbir, billi pprovdew assistenza fi flus lil 3 300 familja fiż-żoni l-aktar milquta.

    Minkejja l-impatt umanitarju dejjem jikber tat-tibdil fil-klima, il-finanzjament globali għall-klima ftit wisq qed jilħaq lill-aktar pajjiżi vulnerabbli 46 . Hemm ħtieġa urġenti għal finanzjament internazzjonali addizzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima, kemm minn sorsi pubbliċi kif ukoll privati. Sabiex jiġi evitat aktar piż fuq is-sistema umanitarja, l-UE se tkompli tisħaq favur l-indirizzar b’mod sinifikanti ta’ aktar fondi klimatiċi lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-adattament fejn meħtieġ l-aktar.  Dan jista’ jkun effettiv biss permezz ta’ approċċ integrat għar-reżiljenza klimatika u ambjentali li jiġbor flimkien lil atturi umanitarji, tal-iżvilupp u tal-bini tal-paċi b’enfasi fuq il-prevenzjoni u t-tħejjija, filwaqt li jibni fuq l-għarfien espert tal-politika dwar il-klima u l-ambjent u tal-komunitajiet tax-xjenza 47 .

    Filwaqt li l-għajnuna umanitarja mhijiex soġġetta għall-mira ta’ integrazzjoni klimatika ta’ 30 % skont il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE 2021-2027, din madankollu tikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika. Bħala kontribut għall-isforzi ġenerali biex tiġi traċċata n-nefqa relatata mal-klima tal-UE, il-Kummissjoni se tapplika dan it-traċċar b’mod volontarju għall-għajnuna umanitarja tal-UE.

    Id-donaturi u l-atturi umanitarji jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju. Għalhekk, l-UE se tappoġġa wkoll l-isforzi tas-sħab umanitarji biex inaqqsu l-impronta ambjentali tagħhom. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se tkompli l-proċess ta’ “ekoloġizzazzjoni” tan-network tagħha fil-qasam umanitarju (ECHOField) u l-kwartieri ġenerali tagħha 48  b’appoġġ għall-Patt Ekoloġiku Ewropew 49 .

    Objettiv: L-integrazzjoni ulterjuri tal-impatti tat-tibdil fil-klima u l-fatturi ambjentali fil-politika u l-prattika tal-għajnuna umanitarja u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-atturi tal-iżvilupp, tas-sigurtà u tal-klima/tal-ambjent biex tinbena r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·Iż-żieda b’mod sinifikanti tas-sehem tal-fondi klimatiċi ddedikati għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-adattament fil-pajjiżi u fir-reġjuni l-aktar suxxettibbli għad-diżastri, f’konformità mal-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima u bħala parti mill-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi.

    ·It-tisħiħ tar-reżiljenza klimatika u ambjentali tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, permezz tal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi u l-iżgurar tat-tixrid u tal-implimentazzjoni ta’ gwida ġdida dwar it-tħejjija għad-diżastri fost is-sħab umanitarji tal-UE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi tal-iżvilupp u tal-klima.

    ·L-iżvilupp ulterjuri u l-applikazzjoni ta’ approċċi infurmati dwar ir-riskju, inkluż il-finanzjament tar-riskju u ż-żieda ta’ azzjoni antiċipatorja f’kuntesti u f’reġjuni umanitarji differenti.

    ·It-tħejjija ta’ linji gwida u taħriġ għas-sħab umanitarji tal-UE dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja, bil-għan li titnaqqas l-impronta klimatika u tal-ambjent tal-għajnuna umanitarja.

    ·It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għajnuna Umanitarja.

    3.4Inwasslu r-riżultati flimkien: l-espansjoni tal-bażi tar-riżorsi, l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-kriżijiet u fl-aħħar mill-aħħar it-tnaqqis tal-ħtiġijiet

    L-indirizzar tal-kawżi ewlenin u l-avvanz tal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi

    L-għan tal-assistenza umanitarja huwa li tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza lin-nies affettwati minn kriżijiet. L-għajnuna umanitarja waħedha ma tindirizzax – u ma tistax – tindirizza l-fatturi sottostanti kumplessi ta’ kunflitti u kriżijiet oħra, kemm jekk soċjo-ekonomiċi, relatati ma’ kwistjonijiet ta’ governanza kif ukoll jekk ambjentali. Dawn il-fatturi kollha jridu jiġu indirizzati b’mod olistiku - billi jiġu indirizzati l-isfidi tal-governanza, billi jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tal-popolazzjonijiet, billi jitqiesu l-inugwaljanzi, billi jiġi pprovdut aċċess għal servizzi bażiċi, ġustizzja, opportunitajiet ekonomiċi u għas-sigurtà u billi jiġu indirizzati l-isfidi klimatiċi u ambjentali. L-appoġġ internazzjonali fi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kriżi se jkollu impatt dejjiemi biss jekk ikun akkumpanjat b’impenn qawwi mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex in-nies jitqiegħdu fiċ-ċentru ta’ dan l-isforz, billi tiġi indirizzata l-esklużjoni, jiġu protetti d-drittijiet u tiġi żgurata r-responsabbiltà. Dan jeħtieġ li jkun fil-qalba tal-approċċ tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet.

    Bħala parti minn dan l-isforz, l-UE se żżid il-ħidma tagħha biex torbot l-għajnuna umanitarja mal-iżvilupp u l-bini tal-paċi. L-għajnuna umanitarja mhijiex imfassla bħala soluzzjoni fit-tul għall-ħtiġijiet tan-nies affettwati mill-kriżijiet. Permezz tal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi, l-UE se tuża l-istrumenti kollha meħtieġa biex tindirizza mhux biss il-ħtiġijiet fuq terminu qasir iżda wkoll biex tipprovdi soluzzjonijiet fit-tul u, f’kunflitti, tikkontribwixxi għall-bini ta’ paċi dejjiema. Dan jinvolvi analiżi konġunta u oqfsa ta’ rispons operazzjonali kif ukoll approċċ sensittiv għall-kunflitti sabiex l-assistenza esterna ma tirrinfurzax il-kunflitt b’mod mhux intenzjonat.

    L-approċċ nexus issa huwa realtà fl-assistenza esterna tal-UE f’ħafna pajjiżi fraġli u suxxettibbli għall-kunflitti. Dan jinkludi kemm is-sitt pajjiżi pilota tan-nexus tal-UE deżinjati fl-2017 (iċ-Chad, l-Iraq, il-Myanmar, in-Niġerja, is-Sudan, u l-Uganda) kif ukoll kuntesti oħra (eż. oqfsa umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi konġunti b’rispons għall-kriżi tas-Sirja fil-Libanu u fil-Ġordan). Fost l-eżempji nsibu:

    ·l-appoġġ tax-xbieki ta’ sikurezza soċjali mfassla f’koordinazzjoni mill-qrib bejn l-atturi umanitarji u tal-iżvilupp;

    ·appoġġ ikkoordinat għat-tħejjija għad-diżastri u r-reżiljenza fil-finanzjament tal-iżvilupp u umanitarju (speċjalment f’reġjuni milquta b’mod sever mid-degradazzjoni tal-art, mill-iskarsezza tal-ilma u mit-tibdil fil-klima, bħas-Saħel);

    ·iż-żieda fl-attenzjoni għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili;

    ·l-isforz għal riformi strutturali biex jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-vjolenza;

    ·il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet fit-tul fil-kuntest ta’ spostament furzat, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-UE tal-2016 “Ħajjiet b’Dinjità” 50 u l-Patt Globali dwar ir-refuġjati 51 .

    Il-preżenza kontinwa ta’ kunflitti u l-impatt soċjoekonomiku tal-COVID-19, iżidu biss il-ħtieġa li dawn l-isforzi jiġu estiżi – prinċipalment permezz ta’ kooperazzjoni saħansitra aktar b’saħħitha bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha, in-network diplomatiku tagħhom, l-istituzzjonijiet finanzjarji inklużi l-banek nazzjonali tal-iżvilupp u l-aġenziji ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-Banek Ewropej tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, li jibnu fuq l-approċċ ta’ “Tim Ewropa” 52 . Se jsir sforz partikolari fuq is-sigurtà tal-ikel, is-saħħa u l-edukazzjoni, minħabba l-impatt drammatiku tal-pandemija f’dawn l-oqsma. Abbażi ta’ tagħlimiet pożittivi mill-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, l-UE se tkompli ssaħħaħ is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet fost l-atturi differenti u s-servizzi tal-UE filwaqt li tirrispetta l-prinċipji umanitarji. 

    Objettiv: L-iżgurar li l-politiki umanitarji, tal-iżvilupp, tal-paċi u oħrajn jaħdmu flimkien biex jorbtu aħjar l-għajnuna urġenti u soluzzjonijiet fit-tul, bil-għan li jitnaqqsu l-ħtiġijiet u jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitti u tal-kriżijiet.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·It-twettiq ta’ analiżijiet sistematiċi konġunti tal-UE tar-riskji, tal-ħtiġijiet, tal-vulnerabbiltajiet u tal-motivaturi strutturali tal-kriżi kif ukoll, fejn xieraq, programmazzjoni konġunta u ppjanar tal-politiki tal-UE, f’konformità mal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi.

    ·It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-qasam fl-azzjonijiet umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ bini tal-paċi tal-UE biex jiġu żgurati eżiti konġunti u koerenti, bl-appoġġ tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tal-uffiċċji tal-post tal-ECHO. Il-ħidma mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE f’dan il-qafas f’approċċ Tim Ewropa.

    ·L-implimentazzjoni ta’ rabtiet effettivi bejn l-azzjonijiet umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi differenti u l-użu ta’ għodod eżistenti, bħad-djalogu ta’ politika, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u lokali – inkluża l-kapaċità ta’ awtoritajiet mhux Statali – biex jiġu pprovduti servizzi bażiċi u jiġi appoġġat il-bini tar-reżiljenza.

    ·L-espansjoni tal-appoġġ għal xbieki ta’ sikurezza soċjali bbażati fuq il-flus, li jirrispondu għax-xokkijiet.

    ·L-użu tal-impenn politiku u diplomatiku tal-UE u l-istrumenti kollha disponibbli għall-prevenzjoni tal-kriżijiet, għas-soluzzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-paċi, filwaqt li tiżdied il-promozzjoni b’appoġġ għall-operazzjonijiet umanitarji sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u r-rispett għall-prinċipji umanitarji, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-IHL.

    ·Il-promozzjoni ta’ koordinazzjoni umanitarja ċivili-militari effettiva fil-kuntesti rilevanti kollha, bħala qafas għall-protezzjoni tal-ispazju umanitarju, l-evitar tad-duplikazzjoni, l-imminimizzar tal-inkonsistenzi u l-massimizzazzjoni tas-sinerġiji potenzjali mal-atturi tas-sigurtà u tad-difiża.

    ·Il-bini ta’ sinerġiji mal-isforzi tal-UE għall-medjazzjoni tal-paċi u għall-prevenzjoni tal-kunflitti, b’rispett sħiħ tal-prinċipji umanitarji, bil-għan li jiżdiedu l-isforzi biex tittaffa t-tbatija.

    ·L-integrazzjoni tal-edukazzjoni fl-oqsma ta’ prijorità għall-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi, biex jgħin fit-tnaqqis tad-diskrepanza globali fl-edukazzjoni, flimkien ma’ setturi bħas-saħħa, is-sigurtà tal-ikel, it-tħejjija għad-diżastri u r-reżiljenza għall-klima.

    L-espansjoni tal-bażi tar-riżorsi – kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ewropa

    Iż-żieda drastika f’dawn l-aħħar snin fl-ambitu u fis-severità tal-kriżijiet umanitarji hija sfida għall-umanità kollha kemm hi. Il-COVID-19 enfasizza l-ħtieġa imperattiva li “ħadd ma jitħalla jaqa’ lura”. Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin magħmula mill-Panel ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament Umanitarju mlaqqa’ mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fl-2015 huma saħansitra ħafna aktar rilevanti fl-2021 53 : hemm ħtieġa urġenti għal aktar riżorsi biex jiġu indirizzati ħtiġijiet umanitarji sostanzjalment estiżi.

    Minkejja dan, il-bażi tar-riżorsi għall-għajnuna umanitarja għadha dejqa b’mod inkwetanti. Fl-2020, l-ewwel tliet donaturi (l-Istati Uniti, il-Ġermanja u l-Kummissjoni Ewropea) ipprovdew 62 % tal-finanzjament umanitarju rrapportat globalment. Fl-UE, erba’ Stati Membri biss u l-Kummissjoni Ewropea huma responsabbli għal madwar 90 % tal-finanzjament umanitarju 54 . Filwaqt li għadd ta’ pajjiżi żiedu l-finanzjament umanitarju tagħhom f’dawn l-aħħar snin, inklużi ċerti Stati Membri tal-UE, hemm ambitu sostanzjali biex titwessa’ l-lista ta’ donaturi u biex jissaħħu l-kontribuzzjonijiet tad-donaturi eżistenti biex jirrispondu għall-isforz globali kondiviż li huwa meħtieġ b’mod urġenti.

    F’dan l-isfond, l-UE jenħtieġ li żżid il-promozzjoni tagħha għal sforz ta’ finanzjament umanitarju msaħħaħ b’mod sostanzjali u kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltà fost id-donaturi, inklużi l-Istati Membri tal-UE. Filwaqt li l-UE taħdem mal-Istati Membri tagħha, kif ukoll ma’ donaturi umanitarji impenjati oħra bħall-Istati Uniti, jenħtieġ li din tisfrutta l-involviment bilaterali, reġjonali u multilaterali tagħha kemm mad-donaturi tradizzjonali kif ukoll ma’ dawk emerġenti (b’mod partikolari dawk li l-piż tagħhom fl-ekonomija globali kiber b’mod sostanzjali f’dawn l-aħħar snin, bħaċ-Ċina u l-Istati tal-Golf) biex tinkoraġġixxi livelli ogħla ta’ finanzjament u appoġġ aktar sistematiku għas-sistema umanitarja globali. Dan l-involviment jenħtieġ li jfakkar u jkun ibbażat fuq il-mira eżistenti ta’ 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross 55 għall-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp u jenħtieġ li jinkoraġġixxi impenji ta’ finanzjament umanitarji msaħħa proporzjonati maż-żieda qawwija fis-snin riċenti fil-ħtiġijiet u fir-rekwiżiti umanitarji. Dawn l-isforzi jenħtieġ li jmorru id f’id mal-ġbir ta’ appoġġ għar-rispett tal-prinċipji umanitarji, ta’ donazzjoni umanitarja tajba u tal-IHL.

    L-UE u l-Istati Uniti għandhom sħubija b’saħħitha fl-għajnuna umanitarja, ibbażata fuq djalogu u kooperazzjoni dwar kriżijiet speċifiċi u kwistjonijiet tematiċi. Filwaqt li jibnu fuq din is-sħubija b’saħħitha, l-UE u l-Istati Uniti jistgħu wkoll jaħdmu flimkien lejn qsim aħjar tar-responsabbiltà fost id-donaturi fl-appoġġ tas-sistema umanitarja globali, f’konformità mal-aġenda transatlantika l-ġdida għall-bidla globali 56 .

    L-UE jenħtieġ li tesplora wkoll modi kif tippromwovi u tinvolvi aħjar lis-settur privat fl-għoti ta’ servizzi għal persuni affettwati minn kriżijiet umanitarji, fejn xieraq. F’dawn l-aħħar snin kien hemm għadd ta’ inizjattivi innovattivi minn atturi umanitarji biex ikunu pijuniera ta’ għodod bħal bonds tal-impatt umanitarju. Sar progress sinifikanti fl-użu tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għar-riskji ta’ diżastri. Madankollu, hemm lok għall-UE biex tagħmel aktar biex tingrana finanzjament addizzjonali permezz ta’ involviment akbar mas-settur privat b’appoġġ għar-rispons umanitarju.

    Filwaqt li tibni fuq il-ħidma estensiva dwar l-ambitu li għaliha kkontribwiet fil-kuntest multilaterali 57 , il-Kummissjoni se taħdem biex tintroduċi metodi innovattivi ta’ finanzjament fis-sett ta’ għodod umanitarji tagħha u se tippromwovi b’mod attiv l-involviment tas-settur privat fil-finanzjament umanitarju.

    Objettiv: Iż-żieda b’mod sinifikanti tal-bażi tar-riżorsi għall-azzjoni umanitarja.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·Filwaqt li jitfakkar l-impenn tal-UE li tipprovdi 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross bħala Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp, trid issir ħidma mal-Istati Membri lejn impenji ta’ finanzjament umanitarju msaħħa proporzjonati maż-żieda qawwija fis-snin riċenti fil-ħtiġijiet u fir-rekwiżiti umanitarji.

    ·Iż-żieda fl-involviment tal-UE ma’ pajjiżi donaturi tradizzjonali u emerġenti biex titfakkar ir-responsabbiltà kondiviża għall-appoġġ tar-rispons umanitarju u l-integrazzjoni ta’ dan b’mod aktar sistematiku fid-djalogu politiku tal-UE mal-pajjiżi rilevanti mhux tal-UE. It-tisħiħ jew il-ħolqien ta’ alleanzi fil-livell globali ma’ pajjiżi li għandhom l-istess fehma għall-promozzjoni tal-aġenda umanitarja globali.

    ·It-tnedija ta’ inizjattiva pilota ta’ taħlit mill-baġit umanitarju tal-UE għall-ingranaġġ tal-finanzjament addizzjonali mis-settur privat f’kuntest umanitarju fl-2021.

    4. L-appoġġ ta’ ambjent li jiffaċilita aħjar l-għajnuna umanitarja

    4.1 Il-promozzjoni tar-rispett għal-liġi umanitarja internazzjonali

    Il-liġi umanitarja internazzjonali hija sett ta’ regoli maqbula fuq livell internazzjonali u rikonoxxuti b’mod universali biex jillimitaw l-effetti tal-kunflitt armat u jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili u lil oħrajn li ma jiħdux sehem f’ostilitajiet. Ir-rispett għall-IHL huwa objettiv importanti fih innifsu; dan huwa wkoll prekundizzjoni għal għajnuna umanitarja effettiva u jista’ jevita l-ħtieġa għal tali għajnuna fl-ewwel post. Illum, il-ksur ta’ dawn ir-regoli huwa fenomenu rikorrenti. Il-popolazzjoni ċivili, inklużi l-ħaddiema umanitarji jew tal-kura tas-saħħa, ta’ spiss jisfaw fil-mira intenzjonata ta’ persuni aggressivi.  

    L-UE stabbiliet linji gwida dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-IHL 58 u tipprovdi appoġġ għat-taħriġ tal-forzi militari, tas-sigurtà u tal-persunal diplomatiku. Dan se jkompli taħt l-istrumenti esterni l-ġodda tal-UE (bejn l-2021 u l-2027). Jenħtieġ li l-UE tkompli tqiegħed il-promozzjoni u l-applikazzjoni tal-IHL b’mod konsistenti fil-qalba tal-azzjoni esterna tagħha. F’dan il-kuntest, l-UE se tkompli tappoġġa bis-sħiħ ir-rwol tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar fil-mandat tagħha għall-applikazzjoni effettiva tal-IHL.

    Ksur serju tal-IHL jenħtieġ li jiġi denunzjat b’mod konsistenti bħala parti minn approċċ ikkoordinat tal-UE. Jenħtieġ li jissaħħaħ l-iżgurar tar-rispett għall-IHL bħala parti mill-istrumenti esterni tal-UE, inkluż permezz tad-diliġenza dovuta. Jenħtieġ li l-UE tisfrutta wkoll il-piż politiku u ekonomiku tagħha biex tippromwovi l-konformità tal-IHL minn pajjiżi mhux tal-UE, pereżempju permezz tad-djalogi politiċi tagħha u tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ għajnuna ma’ pajjiżi terzi, fejn rilevanti.

    Iż-żieda fl-użu tas-sanzjonijiet – notevolment is-sanzjonijiet unilaterali tal-pajjiżi mhux tal-UE, b’xi wħud minnhom ekstraterritorjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom – qed tikkomplika wkoll l-għoti ta’ għajnuna umanitarja u xxekkel azzjoni umanitarja bi prinċipji. Peress li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn ifittxu li jnaqqsu l-iskopertura tagħhom billi jnaqqsu jew jitterminaw l-attivitajiet tagħhom f’ġurisdizzjonijiet li huma taħt sanzjonijiet, it-tranżazzjonijiet umanitarji jsiru aktar diffiċli – jekk mhux impossibbli. Filwaqt li l-miżuri restrittivi tal-UE huma mmirati u mhumiex maħsuba biex jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja, dawn jinvolvu għadd ta’ obbligi, li l-ksur tagħhom jista’ jwassal għal azzjoni legali, inklużi pieni kriminali fil-livell nazzjonali.

    L-UE wettqet attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni biex tiffaċilita l-għoti ta’ assistenza umanitarja f’ambjenti li huma taħt sanzjonijiet, inkluża l-gwida tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 59 . Jenħtieġ li l-UE tkompli żżid ulterjorment l-appoġġ tagħha lis-sħab umanitarji tagħha fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-reġimi differenti tas-sanzjonijiet tal-UE 60 . Fl-istess ħin, l-UE jenħtieġ li ssegwi l-inklużjoni konsistenti tal-eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi tas-sanzjonijiet tal-UE 61 . Skont is-“Sejħa għal Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rispett għal-Liġi Umanitarja Internazzjonali u azzjoni umanitarja bi prinċipji”, li l-UE reċentement issieħbet 62 magħha, ħaddiema umanitarji u tal-kura tas-saħħa kienu involuti f’attivitajiet imwettqa f’konformità mal-IHL, u jenħtieġ li l-prinċipji umanitarji ma jkunux il-mira tal-prosekuzzjoni kriminali. L-UE jenħtieġ li tikkunsidra wkoll l-inklużjoni ta’ ksur tal-IHL bħala kriterju għall-elenkar ta’ individwi jew ta’ entitajiet f’reġimi ta’ sanzjonijiet rilevanti tal-UE.

    Objettiv: Il-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL) trid titqiegħed fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili, għal appoġġ għal azzjoni umanitarja bbażata fuq prinċipji u għall-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji u tal-kura tas-saħħa.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-IHL biex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-ksur tal-IHL fid-dinja, l-iffaċilitar tal-koordinazzjoni tal-atturi rilevanti tal-UE u l-appoġġ ta’ diplomazija umanitarja tal-UE aktar b’saħħitha.

    ·It-tisħiħ ulterjuri tal-qafas ta’ konformità tal-IHL inkluż bħala parti mill-istrumenti esterni tal-UE, fost l-oħrajn permezz tad-diliġenza dovuta u permezz tad-djalogi politiċi, ta’ sigurtà u ta’ drittijiet tal-bniedem u l-ftehimiet kummerċjali tagħha ma’ pajjiżi terzi, fejn rilevanti.

    ·It-teħid inkonsiderazzjoni tal-inklużjoni ta’ ksur serju tal-IHL bħala raġuni għall-elenkar fir-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-UE kull meta dan ikun xieraq filwaqt li jkun żgurat li kull impatt negattiv potenzjali fuq l-attivitajiet umanitarji jiġi evitat.

    ·Ikompli jiġi żgurat li l-IHL ikun rifless bis-sħiħ fil-politika tal-UE dwar is-sanzjonijiet inkluż permezz tal-inklużjoni konsistenti tal-eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi tas-sanzjonijiet tal-UE. Issir ħidma lejn  qafas effettiv għall-użu ta’ tali eċċezzjonijiet minn organizzazzjonijiet umanitarji li jirċievu finanzjament mill-UE. Jingħata aktar appoġġ prattiku lill-organizzazzjonijiet umanitarji fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-reġimi tas-sanzjonijiet differenti tal-UE.

    ·Ikompli jiġi promoss id-djalogu bejn il-partijiet kollha involuti fl-assistenza umanitarja (donaturi, regolaturi, NGOs u banek) sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ assistenza umanitarja lil dawk kollha fil-bżonn.

    4.2 It-tisħiħ tal-involviment u t-tmexxija tal-UE

    Ħidma bħala “Tim Ewropa”

    L-għajnuna umanitarja tal-UE tgawdi minn appoġġ pubbliku qawwi 63 bħala waħda mill-aktar aspetti viżibbli tal-azzjoni esterna tal-UE. Skont it-Trattati tal-UE, kemm l-Istati Membri kif ukoll l-UE għandhom rwoli importanti u distinti x’jaqdu fl-għajnuna umanitarja. Hemm lok biex dan l-impatt kollettiv jiġi ingranat billi jiġu kkoordinati l-isforzi u tiġi żgurata l-komplementarjetà u billi jiġi promoss approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi.

    B’mod speċifiku, messaġġi komuni tal-UE dwar kriżijiet umanitarji ewlenin jistgħu jsostnu inizjattivi ta’ “diplomazija umanitarja” fil-livell bilaterali, reġjonali u internazzjonali. Il-wegħdiet konsolidati tal-UE (flimkien ma’ dawk nazzjonali mill-Istati Membri) jistgħu jtejbu l-viżibbiltà tal-impenn tal-UE f’avveniment internazzjonali b’appell għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet.

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-approċċ Tim Ewropa jistgħu jibbenefikaw ukoll minn kondiviżjoni u ppuljar tal-analiżi saħansitra aktar mill-qrib f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli bl-għarfien espert tan-network tagħha fil-qasam umanitarju 64 , flimkien ma’ dak tad-Delegazzjonijiet tal-UE, disponibbli għall-benefiċċju tal-Istati Membri. Dan se jinkludi l-offerta b’mod aktar sistematiku tal-opzjoni li tiġi implimentata parti mill-finanzjament tagħhom fi kriżijiet speċifiċi permezz ta’ kontribużżjoni diretta lill-istrumenti tal-baġit tal-UE bħala dħul assenjat estern.

    L-ippuljar tar-riżorsi jista’ jgħin ukoll biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-interventi tal-UE u tal-Istati Membri, filwaqt li joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jestendu l-ilħuq tal-assistenza umanitarja tagħhom. Ovvjament, dawn l-isforzi se jkunu komplimentari għal mekkaniżmi stabbiliti ta’ finanzjament kollettiv u jenħtieġ li ma jikkompetux magħhom.

    Fil-livell operazzjonali, il-Kummissjoni se tressaq l-għarfien espert u r-riżorsi tagħha stess, kemm fl-assistenza umanitarja kif ukoll fil-protezzjoni ċivili, inkluż in-network tagħha ta’ esperti fil-qasam umanitarju u n-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili 65 . B’mod parallel, l-UE se tkompli tiżviluppa politiki u linji gwida f’oqsma rilevanti tal-għajnuna umanitarja, filwaqt li tibni fuq l-impatt li kellhom il-politiki tematiċi tagħha f’oqsma bħall-protezzjoni, is-sess, id-diżabbiltà, l-ikel, in-nutrizzjoni, is-saħħa – inklużi s-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali - il-kenn, l-ilma, is-sanità u l-iġjene, l-edukazzjoni f’emerġenzi, l-ambjent u l-metodi ta’ għoti tal-għajnuna (eż. assistenza fi flus).

    Filwaqt li tikkontribwixxi b’mod attiv għad-djalogu dwar kwistjonijiet umanitarji fil-livell multilaterali, fl-2021 il-Kummissjoni se torganizza Forum Umanitarju Ewropew biex tippromwovi diskussjoni u djalogu aktar sostnuti, inkluż dwar il-kwistjonijiet tal-politika umanitarja mqajma f’din il-Komunikazzjoni, anki f’kuntest Ewropew. Dan se jinvolvi partijiet ikkonċernati ewlenin mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE inkluż il-Parlament Ewropew u atturi umanitarji operazzjonali.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-viżibbiltà tal-għajnuna umanitarja tal-UE. Il-Kummissjoni se taġġorna l-gwida u l-monitoraġġ tal-obbligi ta’ viżibbiltà, billi tagħti s-setgħa lis-sħab umanitarji tagħha biex jinvestu aktar fis-sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-għajnuna umanitarja tal-UE. L-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni se jappoġġaw il-prinċipji ġenerali tat-trasparenza, tar-responsabbiltà u tad-djalogu maċ-ċittadini.

    It-tisħiħ tal-involviment umanitarju tal-UE fil-livell multilaterali

    F’ambjent ġeopolitiku ta’ sfida, l-UE hija impenjata li tappoġġa r-rwol ċentrali ta’ koordinazzjoni tan-NU fir-rispons għall-kriżijiet umanitarji u fl-istabbiliment u ż-żamma ta’ oqfsa legali u normattivi internazzjonali. Sabiex in-NU tiġi appoġġata b’mod effettiv, huwa kritiku li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu ħilithom b’mod sistematiku biex jikkonsolidaw il-pożizzjonijiet f’fora internazzjonali u multilaterali, inkluż fil-hubs tan-NU fi New York, f’Ġinevra u f’Ruma. L-UE se tkompli taqdi rwol attiv fid-djalogi internazzjonali dwar kwistjonijiet umanitarji, inkluż fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU. L-UE se tkompli ssaħħaħ l-involviment tagħha fil-korpi governattivi tal-aġenziji, il-fondi u l-programmi tan-NU 66 .

    Objettiv: It-tisħiħ tal-involviment u t-tmexxija tal-UE dwar l-għajnuna umanitarja għall-immassimizzar tal-impatt tagħha.

    Azzjonijiet ewlenin:

    ·L-inkoraġġiment ta’ messaġġi komuni mill-UE u mill-Istati Membri tagħha dwar kriżijiet umanitarji ewlenin u ta’ wegħdiet konsolidati tal-Istati Membri u tal-UE f’avvenimenti umanitarji internazzjonali b’appell għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet (flimkien ma’ dawk nazzjonali) f’approċċ ta’ “Tim Ewropa”. Il-ħidma għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri f’fora internazzjonali u multilaterali rilevanti.

    ·L-iżvilupp tal-opzjoni ta’ użu ta’ dħul assenjat estern għall-Istati Membri tal-UE biex jibbenefikaw mill-preżenza u mill-għarfien espert fil-qasam umanitarju tal-UE.

    ·L-organizzazzjoni ta’ Forum Umanitarju Ewropew fl-2021 għall-promozzjoni ta’ djalogu dwar kwistjonijiet ta’ politika umanitarja.

    ·Il-promozzjoni u l-involviment fi djalogu ulterjuri mal-partijiet ikkonċernati ewlenin dwar it-tmexxija ’l quddiem tal-azzjonijiet ewlenin proposti stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni. 

    5.Konklużjonijiet

    L-għajnuna umanitarja hija espressjoni konkreta tas-solidarjetà tal-UE, valur fundamentali u tant meħtieġ matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Fl-isfond ta’ ħtiġijiet umanitarji dejjem akbar u riżorsi limitati u f’konformità mal-prinċipji u l-valuri ta’ bażi tagħha, l-UE jeħtiġilha tkompli tmexxi bl-eżempju f’dan il-qasam. L-aġenda ambizzjuża stabbilita f’din il-Komunikazzjoni tista’ tinkiseb biss f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE u mas-sħab tal-UE. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jingħaqdu fl-appoġġ u fit-tmexxija ’l quddiem tal-proposti f’din il-Komunikazzjoni.

    Appendiċi: ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet ewlenin

    Azzjonijiet ewlenin għall-UE

    Objettiv: Il-promozzjoni ta’ azzjoni umanitarja flessibbli u effiċjenti u mekkaniżmi ta’ finanzjament.

    ·L-estensjoni ta’ arranġamenti ta’ finanzjament pluriennali u flessibbli ma’ sħab umanitarji – il-kollegament ma’ strumenti ta’ żvilupp kif xieraq - u s-simplifikazzjoni/l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar f’konformità mal-Grand Bargain, filwaqt li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jiġu kkoordinati bejn l-aġenziji u li jissaħħu r-responsabbiltà, l-effiċjenza u l-viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE.

    ·Żieda fl-appoġġ tal-UE għar-rispondenti lokali, inkluż bl-użu estiż ta’ fondi miġbura abbażi tal-pajjiżi u mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament li jagħtu prijorità lill-atturi lokali.

    ·L-iżvilupp ta’ gwida dwar il-promozzjoni ta’ sħubijiet bejn partijiet ugwali ma’ rispondenti lokali.

    ·L-inkoraġġiment ta’ użu ulterjuri ta’ għodod diġitali mis-sħab umanitarji, inkluż permezz ta’ ħidma konġunta biex jinbena ambjent abilitattiv.

    ·L-iżvilupp ta’ gwida speċifika dwar l-espansjoni tal-użu tal-flus diġitali u l-iżgurar tal-aċċess tal-benefiċjarji tal-għajnuna għal soluzzjonijiet diġitali fil-kuntest tar-reviżjoni tal-politika tematika tal-UE dwar it-trasferimenti tal-flus.

    ·Appoġġ, żieda u promozzjoni ta’ investimenti f’soluzzjonijiet ippruvati, kosteffettivi u bbażati fuq it-teknoloġija għall-għajnuna umanitarja, li jibnu wkoll fuq l-eżempju tal-għotjiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għall-2020.

    Objettiv: L-iżgurar li l-għajnuna umanitarja tal-UE tkun tista’ tingħata malajr u b’mod effiċjenti lil dawk fil-bżonn.

    ·L-iżvilupp ta’ Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew biex jimtlew in-nuqqasijiet, skont kif ikun meħtieġ, li tippermetti lill-Istati Membri tal-UE u lis-sħab umanitarji jipprovdu assistenza umanitarja malajr, f’koordinazzjoni u f’komplementarjetà mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

    Objettiv: L-integrazzjoni ulterjuri tal-impatti tat-tibdil fil-klima u l-fatturi ambjentali fil-politika u l-prattika tal-għajnuna umanitarja u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-atturi tal-iżvilupp, tas-sigurtà u tal-klima/tal-ambjent biex tinbena r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli.

    ·It-tħejjija ta’ linji gwida u taħriġ għas-sħab umanitarji tal-UE dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja, bil-għan li titnaqqas l-impronta klimatika u tal-ambjent tal-għajnuna umanitarja.

    ·It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għajnuna Umanitarja.

    Objettiv: L-iżgurar li l-politiki umanitarji, tal-iżvilupp, tal-paċi u oħrajn jaħdmu flimkien biex jorbtu aħjar l-għajnuna urġenti u soluzzjonijiet fit-tul, bil-għan li jitnaqqsu l-ħtiġijiet u jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitti u tal-kriżijiet.

    ·It-twettiq ta’ analiżijiet sistematiċi konġunti tal-UE tar-riskji, tal-ħtiġijiet, tal-vulnerabbiltajiet u tal-motivaturi strutturali tal-kriżi kif ukoll, fejn xieraq, programmazzjoni konġunta u ppjanar tal-politiki tal-UE, f’konformità mal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi.

    ·L-implimentazzjoni ta’ rabtiet effettivi bejn l-azzjonijiet umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi differenti u l-użu ta’ għodod eżistenti, bħad-djalogu ta’ politika, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u lokali – inkluża l-kapaċità ta’ awtoritajiet mhux Statali – biex jiġu pprovduti servizzi bażiċi u jiġi appoġġat il-bini tar-reżiljenza.

    ·L-espansjoni tal-appoġġ għal xbieki ta’ sikurezza soċjali bbażati fuq il-flus, li jirrispondu għax-xokkijiet.

    ·Il-promozzjoni ta’ koordinazzjoni umanitarja ċivili-militari effettiva fil-kuntesti rilevanti kollha, bħala qafas għall-protezzjoni tal-ispazju umanitarju, l-evitar tad-duplikazzjoni, l-imminimizzar tal-inkonsistenzi u l-massimizzazzjoni tas-sinerġiji potenzjali mal-atturi tas-sigurtà u tad-difiża.

    ·Il-bini ta’ sinerġiji mal-isforzi tal-UE għall-medjazzjoni tal-paċi u għall-prevenzjoni tal-kunflitti, b’rispett sħiħ tal-prinċipji umanitarji, bil-għan li jiżdiedu l-isforzi biex tittaffa t-tbatija.

    ·L-integrazzjoni tal-edukazzjoni fl-oqsma ta’ prijorità għall-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi, biex jgħin fit-tnaqqis tad-diskrepanza globali fl-edukazzjoni, flimkien ma’ setturi bħas-saħħa, is-sigurtà tal-ikel, it-tħejjija għad-diżastri u r-reżiljenza għall-klima.

    Objettiv: Iż-żieda b’mod sinifikanti tal-bażi tar-riżorsi għall-azzjoni umanitarja.

    ·It-tnedija ta’ inizjattiva pilota ta’ taħlit mill-baġit umanitarju tal-UE għall-ingranaġġ tal-finanzjament addizzjonali mis-settur privat f’kuntest umanitarju fl-2021.

    Objettiv: Il-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali titqiegħed fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili, għal appoġġ għal azzjoni umanitarja bbażata fuq prinċipji u għall-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji u tal-kura tas-saħħa.

    ·L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-IHL biex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-ksur tal-IHL fid-dinja, tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-atturi rilevanti tal-UE u tkun appoġġata diplomazija umanitarja tal-UE aktar b’saħħitha.

    ·It-tisħiħ ulterjuri tal-qafas ta’ konformità tal-IHL inkluż bħala parti mill-istrumenti esterni tal-UE, fost l-oħrajn permezz tad-diliġenza dovuta u permezz tad-djalogi politiċi, ta’ sigurtà u ta’ drittijiet tal-bniedem u l-ftehimiet kummerċjali tal-IHL ma’ pajjiżi terzi, fejn rilevanti.

    ·Ikompli jiġi promoss id-djalogu bejn il-partijiet kollha involuti fl-assistenza umanitarja (donaturi, regolaturi, NGOs u banek) sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ assistenza umanitarja lil dawk kollha fil-bżonn.

    Objettiv: It-tisħiħ tal-involviment u t-tmexxija tal-UE f’dak kollu li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja għall-immassimizzar tal-impatt tagħha.

    ·L-organizzazzjoni ta’ Forum Umanitarju Ewropew fl-2021 għall-promozzjoni ta’ djalogu dwar kwistjonijiet ta’ politika umanitarja.

    ·Il-promozzjoni u l-involviment fi djalogu ulterjuri mal-partijiet ikkonċernati ewlenin dwar it-tmexxija ’l quddiem tal-azzjonijiet ewlenin proposti stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni.

    Azzjonijiet ewlenin għall-UE u għall-Istati Membri

     
    Objettiv: L-integrazzjoni ulterjuri tal-impatti tat-tibdil fil-klima u l-fatturi ambjentali fil-politika u l-prattika tal-għajnuna umanitarja u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-atturi tal-iżvilupp, tas-sigurtà u tal-klima/tal-ambjent biex tinbena r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli.

    ·Iż-żieda b’mod sinifikanti tas-sehem tal-fondi klimatiċi ddedikati għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-adattament fil-pajjiżi u fir-reġjuni l-aktar suxxettibbli għad-diżastri, f’konformità mal-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima u bħala parti mill-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi.

    ·It-tisħiħ tar-reżiljenza klimatika u ambjentali tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, permezz tal-approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi u l-iżgurar tat-tixrid u tal-implimentazzjoni ta’ gwida ġdida dwar it-tħejjija għad-diżastri fost is-sħab umanitarji tal-UE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi tal-iżvilupp u tal-klima.

    ·L-iżvilupp ulterjuri u l-applikazzjoni ta’ approċċi infurmati dwar ir-riskju, inkluż il-finanzjament tar-riskju u ż-żieda ta’ azzjoni antiċipatorja f’kuntesti u reġjuni umanitarji differenti.

    Objettiv: L-iżgurar li l-politiki umanitarji, tal-iżvilupp, tal-paċi u oħrajn jaħdmu flimkien biex jorbtu aħjar l-għajnuna urġenti u soluzzjonijiet fit-tul, bil-għan li jitnaqqsu l-ħtiġijiet u jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitti u tal-kriżijiet.

    ·It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-qasam fl-azzjonijiet umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ bini tal-paċi tal-UE biex jiġu żgurati eżiti konġunti u koerenti, bl-appoġġ tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tal-uffiċċji tal-post tal-ECHO. Il-ħidma mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE f’dan il-qafas f’approċċ Tim Ewropa.

    ·L-użu tal-impenn politiku u diplomatiku tal-UE u l-istrumenti kollha disponibbli għall-prevenzjoni tal-kriżijiet, għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-paċi, filwaqt li tiżdied il-promozzjoni b’appoġġ għall-operazzjonijiet umanitarji sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u r-rispett għall-prinċipji umanitarji, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u d-dritt umanitarju internazzjonali.

    Objettiv: Iż-żieda b’mod sinifikanti tal-bażi tar-riżorsi għall-azzjoni umanitarja.

    ·Filwaqt li jitfakkar l-impenn tal-UE li tipprovdi 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross bħala assistenza uffiċjali għall-iżvilupp, issir ħidma mal-Istati Membri lejn impenji ta’ finanzjament umanitarju msaħħa proporzjonati maż-żieda qawwija fis-snin riċenti fil-ħtiġijiet u fir-rekwiżiti umanitarji.

    ·Iż-żieda fl-involviment tal-UE ma’ pajjiżi donaturi tradizzjonali u emerġenti biex titfakkar ir-responsabbiltà kondiviża għall-appoġġ tar-rispons umanitarju u l-integrazzjoni ta’ dan b’mod aktar sistematiku fid-djalogu politiku tal-UE mal-pajjiżi rilevanti mhux tal-UE. It-tisħiħ jew il-ħolqien ta’ alleanzi fil-livell globali ma’ pajjiżi li għandhom l-istess fehma għall-promozzjoni tal-aġenda umanitarja globali.

    Objettiv: Il-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali titqiegħed fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili, għal appoġġ għal azzjoni umanitarja bbażata fuq prinċipji u għall-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji u tal-kura tas-saħħa.

    ·It-teħid inkonsiderazzjoni tal-inklużjoni ta’ ksur serju tal-IHL bħala raġuni għall-elenkar fir-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-UE kull meta dan ikun xieraq filwaqt li jkun żgurat li kull impatt negattiv potenzjali fuq l-attivitajiet umanitarji jiġi evitat.

    ·Ikompli jiġi żgurat li l-IHL ikun rifless bis-sħiħ fil-politika tal-UE dwar is-sanzjonijiet inkluż permezz tal-inklużjoni konsistenti tal-eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi tas-sanzjonijiet tal-UE. Issir ħidma lejn qafas effettiv għall-użu ta’ tali eċċezzjonijiet minn organizzazzjonijiet umanitarji li jirċievu finanzjament mill-UE. Jingħata aktar appoġġ prattiku lill-organizzazzjonijiet umanitarji fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-reġimi tas-sanzjonijiet differenti tal-UE.

    Objettiv: It-tisħiħ tal-involviment u t-tmexxija tal-UE f’dak kollu li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja għall-immassimizzar tal-impatt tagħha.

    ·L-inkoraġġiment ta’ messaġġi komuni mill-UE u mill-Istati Membri tagħha dwar kriżijiet umanitarji ewlenin u ta’ wegħdiet konsolidati bejn l-Istati Membri u l-UE f’avveniment umanitarji internazzjonali b’appell għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet (flimkien ma’ dawk nazzjonali) f’approċċ ta’ “Tim Ewropa”. Il-ħidma għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri f’fora internazzjonali u multilaterali rilevanti.

    ·L-iżvilupp tal-għażla tal-użu tad-dħul assenjat estern għall-Istati Membri tal-UE biex jibbenefikaw mill-preżenza u mill-għarfien espert fil-qasam umanitarju tal-UE.

     

    (1)

    Fl-2020, il-finanzjament allokat ikkombinat tal-UE u l-Istati Membri kien jammonta għal EUR 7,577 biljun ( https://fts.unocha.org/ )

    (2)

    L-Istitut tar-Riċerka ta’ Oslo, dwar il-Paċi, Conflict Trends: A Global Overview, 1946–2019.

    (3)

    Il-Bank Dinji, Global Economic Prospects, Jannar 2021.

    (4)

    L-UNHCR, Global Trends, Forced Displacement in 2019, https://www.unhcr.org/globaltrends2019/

    (5)

     Kriżijiet umanitarji kkaratterizzati minn rispons limitat tad-donatur, nuqqasijiet ta’ finanzjament ġenerali u livell baxx ta’ attenzjoni tal-midja.

    (6)

    Tim Ewropa huwa magħmul mill-UE, mill-Istati Membri tagħha, min-network diplomatiku tagħhom, mill-istituzzjonijiet finanzjarji inklużi l-banek nazzjonali tal-iżvilupp u mill-aġenziji ta’ implimentazzjoni, kif ukoll mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ). Aktar informazzjoni: https://ec.europa.eu/international-partnerships/topics/eu-global-response-covid-19_en#header-2844

    (7)

    L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Meteoroloġija, State of Climate Services 2020 Report.

    (8)

    International Federation of Red Cross and Red Crescent Societies (Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar), The Cost of Doing Nothing, Settembru 2019.

    (9)

    In-Nazzjonijiet Uniti, Global Humanitarian Overview 2021

    (10)

    UN OCHA, Financial Tracking Service, https://fts.unocha.org/

    (11)

      https://fts.unocha.org/

    (12)

    Humanitarian Outcomes, Aid Workers Security Database, https://aidworkersecurity.org/incidents/report

    (13)

      http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1431445468547&uri=CELEX:42008X0130(01) .

    (14)

    Ir-Regolament tal-Kunsill 1257/96 jiddefinixxi kif tingħata l-assistenza umanitarja tal-UE; dan jistabbilixxi li l-assistenza umanitarja tal-UE jenħtieġ li tilħaq lin-nies affettwati minn diżastru jew minn kunflitt, irrispettivament mir-razza, mill-grupp etniku, mir-reliġjon, mis-sess, mill-età, min-nazzjonalità jew mill-affiljazzjoni politika tagħhom u ma tridx tkun iggwidata minn kunsiderazzjonijiet politiċi jew soġġetta għalihom.

    (15)

      https://www.ghdinitiative.org/ghd/gns/principles-good-practice-of-ghd/principles-good-practice-ghd.html

    (16)

      https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-5413-2018-INIT/mt/pdf

    (17)

     Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jitlob l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-politiki u l-interventi settorjali tal-għajnuna umanitarja.

    (18)

      https://ec.europa.eu/international-partnerships/news/gender-action-plan-putting-women-and-girls-rights-heart-global-recovery-gender-equal-world_en

    (19)

    L-UE mexxiet l-Appell għal Azzjoni ( https://www.calltoactiongbv.com/ ) minn Ġunju 2017 sa Diċembru 2018 u ħarġet gwida operazzjonali dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà f’azzjonijiet umanitarji ffinanzjati mill-UE: https://ec.europa.eu/echo/sites/echo-site/files/2019-01_disability_inclusion_guidance_note.pdf

    (20)

    L-UE approvat l-“Impenji magħmula mid-donaturi biex jindirizzaw l-isfruttament u l-abbuż sesswali u l-fastidju sesswali fis-settur tal-għajnuna internazzjonali” tal-2019 u r-“Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Assistenza għall-Iżvilupp dwar it-Tmiem tal-Isfruttament, l-Abbuż, u l-Fastidju Sesswali fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Assistenza Umanitarja”.

    (21)

     “L-ugwaljanza għal kulħadd u l-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha” hija prijorità politika ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea. Sabiex tibdel dan l-objettiv f’realtà, minn Marzu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ inizjattivi u strateġiji speċifiċi ta’ ugwaljanza relatati b’mod partikolari mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diżabbiltà, u l-ġlieda kontra forom differenti ta’ diskriminazzjoni. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III fir-relazzjonijiet esterni; l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025; l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà; l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025; il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025; il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni 2020-2030. ( https://ec.europa.eu/commission/commissioners/2019-2024/dalli/announcements/union-equality-first-year-actions-and-achievements_en ). Ara wkoll il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2020-2024 ( https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:e9112a36-6e95-11ea-b735-01aa75ed71a1.0010.02/DOC_2&format=PDF )

    (22)

    In-Nazzjonijiet Uniti, Global Humanitarian Overview 2021.

    (23)

     Ara n-nota politika tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Impact of COVID-19 on women” (L-impatt tal-COVID-19 fuq in-nisa): https://www.unwomen.org/en/digital-library/publications/2020/04/policy-brief-the-impact-of-covid-19-on-women ; Ara wkoll is-sit web tal-Istitut Ewropew tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar l-impatti abbażi tas-sessi tal-COVID-19: https://eige.europa.eu/topics/health/covid-19-and-gender-equality

    (24)

    Id-Dikjarazzjoni dwar l-Iskejjel Sikuri (2015) hija inizjattiva intergovernattiva mmexxija min-Norveġja u mill-Arġentina li tfittex li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-edukazzjoni mill-attakki u li tiżgura l-kontinwità tal-edukazzjoni sikura matul il-kunflitti armati.

    (25)

     Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021JC0003(01)&qid=1615298009387&from=MT

    (26)

    Ara l-Panel ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament Umanitarju: Too important to fail - addressing the humanitarian financing gap, u https://agendaforhumanity.org/initiatives/3861

    (27)

    L-oħrajn jinvolvu lil ACTED-FR, lil Save the Children-DK, Concern-IRL u lil International Rescue Committee-DE.

    (28)

    Pereżempju, permezz tal-premju tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għal Teknoloġija Avvanzata Affordabbli għall-Għajnuna Umanitarja li appoġġa proġetti li jipprovdu, fost l-oħrajn, soluzzjonijiet intelliġenti lill-komunitajiet u r-refuġjati għal enerġija, saħħa u kura medika affordabbli. Fid-dettall:  https://ec.europa.eu/research/eic/index.cfm?pg=prizes_aid

    (29)

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trasferimenti ta’ flus: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10184-2015-INIT/mt/pdf .

    (30)

      https://ec.europa.eu/education/sites/default/files/document-library-docs/deap-communication-sept2020_en.pdf

    (31)

      https://ec.europa.eu/echo/essn_en    

    (32)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32016R0679 .

    (33)

      https://www.unocha.org/our-work/humanitarian-financing/country-based-pooled-funds-cbpf

    (34)

      https://ec.europa.eu/research/eic/index.cfm?pg=prizes_aid

    (35)

    Ir-rispons umanitarju ġie affettwat b’mod sinifikanti minn interruzzjonijiet fil-katina tat-trasport u tal-provvista, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u lockdowns imposti madwar id-dinja fl-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID-19.

    (36)

      https://ec.europa.eu/echo/what/humanitarian-aid/humanitarian-air-bridge_en

    (37)

      https://ec.europa.eu/echo/what/civil-protection/emergency-response-coordination-centre-ercc_en

    (38)

      https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication-united-front-beat-covid-19_en.pdf

    (39)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020PC0726&qid=1615303456379&from=MT

    (40)

      https://europa.eu/youth/solidarity_mt

    (41)

    Fl-ewwel nofs tal-2020, madwar 10 miljun persuna ġew spostati l-aktar minħabba perikli u diżastri relatati mat-temp, l-aktar fl-Asja t’Isfel u tax-Xlokk u fil-Qarn tal-Afrika - l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, 2020.

    (42)

    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tad-Diplomazija dwar il-Klima u l-Enerġija - https://www.consilium.europa.eu/media/48057/st05263-en21.pdf , it-Tibdil fil-Klima u Pjan Direzzjonali għad-Difiża - https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12741-2020-INIT/en/pdf  

    (43)

    Azzjoni antiċipatorja tinvolvi l-ippjanar minn qabel ta’ azzjonijiet bikrija li abbażi tagħhom il-finanzjament jista’ jinħareġ malajr qabel ma jseħħ diżastru naturali jew diżastru kkawżat mill-bniedem jew qabel ma jintlaħaq kwalunkwe skattatur ieħor għall-azzjoni. Din hija rilevanti wkoll għal tipi oħra ta’ emerġenzi antiċipati, mhux biss dawk marbuta mat-tibdil fil-klima.

    (44)

      https://www.undrr.org/terminology/early-warning-system

    (45)

    Azzjonijiet implimentati mill-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar tal-Bangladesh, u l-Programm Dinji tal-Ikel.

    (46)

    L-ebda wieħed mill-20 pajjiż l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u għad-diżastri relatati mal-klima ma deher fost l-ogħla 20 riċevitur per capita tal-finanzjament għall-adattament għat-tibdil fil-klima, skont ir-Rapport dwar id-Diżastri Dinjija tal-IFRC tal-2020.

    (47)

    Pereżempju, fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħha mal-Organizzazzjoni Meterjoloġika Dinjija.

    (48)

    Parti mill-impenji tan-newtralità klimatika tal-Kummissjoni.

    (49)

    https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt

    (50)

     ‘Lives in Dignity’ https://ec.europa.eu/echo/files/policies/refugees-idp/Communication_Forced_Displacement_Development_2016.pdf

    (51)

      https://www.unhcr.org/the-global-compact-on-refugees.html

    (52)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020JC0011&qid=1615306135163&from=MT

    (53)

      https://reliefweb.int/report/world/high-level-pan-humanitarian-financing-report-secretary-general-too-important-fail

    (54)

      https://fts.unocha.org/global-funding/overview/2020

    (55)

    https://ec.europa.eu/international-partnerships/system/files/european-consensus-on-development-final-20170626_en.pdf

    (56)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020JC0022&qid=1615306585039&from=MT

    (57)

     Pereżempju, fil-kuntest tal-kopresidenza tagħha tal-inizjattiva ta’ Donazzjoni Umanitarja Tajba (2018–2021) jew bħala membru tal-Inizjattiva ta’ Investiment Umanitarju u ta’ Reżiljenza https://www.weforum.org/projects/humanitarian-investing-initiative?emailType=Newsletter)

    (58)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=LEGISSUM:ah0004

    (59)

     Nota ta’ Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna umanitarja għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 f’ċerti ambjenti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE:

    https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/business_economy_euro/banking_and_finance/documents/201116-humanitarian-aid-guidance-note_mt.pdf

    (60)

     Pereżempju, il-Komunikazzjoni “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: t-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” tipprevedi reviżjoni tar-reġimi eżistenti biex fost l-oħrajn jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq il-provvista ta’ għajnuna umanitarja   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52021DC0032&qid=1611728656387

    (61)

    Minn 42 reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE attwalment fis-seħħ, sebgħa jinkludu eċċezzjonijiet umanitarji ta’ xi tip.

    (62)

    Imnedija mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin Franċiżi u Ġermaniżi fi New York fis-26 ta’ Settembru 2019. L-UE approvatha f’Diċembru 2020. ( https://onu.delegfrance.org/Strengthening-respect-for-international-humanitarian-law )

    (63)

    Skont l-għarfien tal-Ewrobarometru ta’ Diċembru 2020, 91 % taċ-ċittadini tal-UE intervistati jgħidu li huwa importanti jew importanti ħafna li l-UE tiffinanzja attivitajiet ta’ għajnuna umanitarja

    https://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/survey/getsurveydetail/instruments/special/surveyky/2265

    (64)

     In-network tal-qasam umanitarju tal-Kummissjoni (ECHOField) jikkonsisti minn 49 uffiċċju f’41 pajjiż b’madwar 450 espert li jipprovdu assistenza teknika u monitoraġġ tal-għajnuna umanitarja tal-UE.

    (65)

      https://ec.europa.eu/echo/what/civil-protection/knowledge-network_en

    (66)

    Komunikazzjoni konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021JC0003%2801%29&qid=1615371557175

    Top