EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AT40410(01)

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Skont l-Artikoli 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).) (Il-Każ AT.40410 — Etilen) 2021/C 24/08

C/2020/4817

ĠU C 24, 22.1.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

(Il-Każ AT.40410 — Etilen)

(2021/C 24/08)

L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil Westlake (2), Orbia (3), Clariant (4)u Celanese (5)(kollettivament “il-Partijiet”), jikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE li jkopri t-territorji tal-Belġju, in-Netherlands, Franza u l-Ġermanja li seħħ bejn is-26 ta’ Diċembru 2011 u d-29 ta’ Marzu 2017. L-abbozz ta’ deċiżjoni jikkonstata li l-impriżi li jikkostitwixxu l-partijiet ipparteċipaw f’dan il-ksur, li kien jikkonsisti fl-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjali u relatata mal-prezz u fl-iffissar ta’ element ta’ prezz relatat max-xiri tal-etilen.

Fl-10 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (6) kontra l-Partijiet.

Wara d-diskussjonijiet ta’ riżoluzzjoni (7)u s-sottomissjonijiet ta’ riżoluzzjoni (8)f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (9), il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lill-Partijiet fis-7 ta’ Frar 2020.

Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-DO, il-Partijiet ikkonfermaw skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-DO irriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom u li għalhekk baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni.

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-Partijiet ingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’kunsiderazzjoni li l-Partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (10), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet fil-proċedimenti ta’ dan il-każ ġie rrispettat.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Westlake Chemical Corporation, Westlake Germany GmbH & Co. KG, Vinnolit GmbH & Co. KG u Vinnolit Holdings GmbH (flimkien imsejħa “Westlake”).

(3)  ORBIA ADVANCE CORPORATION, S.A.B. de C.V. (sal-5 ta’ Settembru 2019 l-entità legali kienet imsemmija Mexichem S.A.B. de C.V.) u VESTOLIT GmbH (flimkien imsejħa “Orbia”).

(4)  Clariant AG u Clariant International AG (flimkien imsejħa “Clariant”).

(5)  Celanese Corporation, Celanese Services Germany GmbH u Celanese Europe B.V. (flimkien imsejħa “Celanese”).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(7)  Il-laqgħat ta’ riżoluzzjoni saru bejn it-18 ta’ Settembru 2018 u t-12 ta’ Novembru 2019.

(8)  Il-Partijiet issottomettew it-talbiet formali għal riżoluzzjoni bejn id-19 ta’ Novembru 2019 u s-6 ta’ Jannar 2020.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(10)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti f’każijiet ta’ kartelli li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura għar-riżoluzzjoni jistgħu jikkonfermaw mal-uffiċjal tas-seduta li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom ikun żgurat. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni f’kunsiderazzjoni tal-adozzjoni ta’ Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartell (ĠU C 167, 2,7.2008, p. 1).


Top