Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AP0125

    P9_TA(2021)0125 Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (08550/2019 – C9-0167/2020 – 2018/0225(CNS)) P9_TC1-CNS(2018)0225 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/… li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE

    ĠU C 506, 15.12.2021, p. 141–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 506/141


    P9_TA(2021)0125

    Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (08550/2019 – C9-0167/2020 – 2018/0225(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2021/C 506/26)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08550/2019),

    wara li kkunsidra t-talba ulterjuri għall-konsultazzjoni mressqa mill-Kunsill fl-ittra tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 wara l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2020)0459) li ssupplimentat it-talba inizjali għal konsultazzjoni,

    wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta tal-abbozz tal-Kunsill (06199/2021) li tirrifletti l-eżitu finali tan-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0167/2020),

    wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fid-9 ta' April 2019 skont il-punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0436),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 82 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0118/2021),

    1.

    Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif jidher hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (2)  Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0396.


    P9_TC1-CNS(2018)0225

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/… li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764.)


    Top