Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0217(04)

    Notifika ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

    PUB/2020/128

    ĠU C 53, 17.2.2020, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/11


    Notifika ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

    Talba magħmula minn Entità Kontraenti

    (2020/C 53/11)

    Fit-13 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien l-14 ta’ Diċembru 2019.

    Din it-talba, magħmula minn SJ AB, tikkonċerna attivitajiet b’rabta mal-forniment tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja.

    L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni dwar l-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

    Biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba, il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 130 jum tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fis-6 ta’ Lulju 2020.

    Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fl-Iżvezja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward ta’ din it-talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


    (1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)


    Top