|
Il-valutazzjoni tal-impatt qieset tliet għażliet, flimkien ma’ xenarju bażi ta’ ebda azzjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji. Aktar speċifikament:
·“Ma jsir xejn”: ikomplu jiġu stabbiliti regoli dwar ir-reżiljenza operazzjonali mis-sett attwali u diverġenti ta’ dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji tal-UE, parzjalment mid-Direttiva NIS, u mir-reġimi nazzjonali eżistenti jew futuri;
·Għażla nru 1 - tisħiħ tal-bafers kapitali: jiġu introdotti bafers kapitali addizzjonali sabiex tiżdied il-kapaċità tad-ditti finanzjarji li jassorbu t-telf li jista’ jinħoloq minħabba nuqqas ta’ reżiljenza operazzjonali;
·Għażla nru 2 - att dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tas-servizzi finanzjarji: dan ikun jintroduċi qafas komprensiv fil-livell tal-UE li jistabbilixxi regoli dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati kollha, li
ojindirizza r-riskji tal-ICT b’mod aktar komprensiv,
ojippermetti l-aċċess tas-superviżuri finanzjarji għall-informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ICT;
ojiżgura li d-ditti finanzjarji jivvalutaw l-effettività tal-miżuri preventivi u ta’ reżiljenza tagħhom u jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet tal-ICT;
oisaħħaħ ir-regoli tal-esternalizzazzjoni li jirregolaw is-sorveljanza indiretta tal-fornituri terzi tal-ICT;
ojippermetti s-sorveljanza diretta tal-attivitajiet tal-fornituri terzi tal-ICT meta jipprovdu s-servizzi tagħhom lil ditti finanzjarji u
owkoll jinċentiva l-iskambju tal-intelligence dwar it-theddid fis-settur finanzjarju.
·Għażla nru 3 — att dwar ir-reżiljenza flimkien ma’ superviżjoni ċentralizzata tal-fornituri terzi kritiċi: minbarra att ta’ reżiljenza operazzjonali (l-għażla nru 2), tinħoloq awtorità ġdida biex twettaq superviżjoni tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT lil ditti finanzjarji. Dan jifred ukoll b’mod aktar ċar is-settur finanzjarju mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS.
L-għażla nru 2 hija l-għażla preferuta. Meta mqabbla emal-għażliet l-oħra, din tikseb il-biċċa l-kbira tal-objettivi tal-inizjattiva, filwaqt li tqis il-kriterji tal-effiċjenza u l-koerenza. Din l-għażla tgawdi wkoll l-akbar appoġġ mill-partijiet ikkonċernati.
|